ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 388

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
19 ta' Novembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47867 2018/C (ex 2017/FC) implimentata minn Franza għal Ryanair u għal Airport Marketing Services (notifikata bid-dokument C(2019) 5729)  ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

19.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 388/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1671

tat-2 ta’ Awwissu 2019

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47867 2018/C (ex 2017/FC) implimentata minn Franza għal Ryanair u għal Airport Marketing Services

(notifikata bid-dokument C(2019) 5729)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1) u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand il-linja tal-ajru Air France (2) rigward il-vantaġġi li l-linja tal-ajru Ryanair allegatament irċeviet bejn l-2010 u l-2015 b’rabta mal-attivitajiet tagħha tat-trasport bl-ajru lejn u mill-ajruport ta’ Montpellier. Dawn il-vantaġġi allegatament ingħataw fl-għamla ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn l-Assoċjazzjoni għall-Promozzjoni tal-Flussi Turistiċi u Ekonomiċi (“APFTE”) u Ryanair jew il-kumpanija sussidjarja tagħha Airport Marketing Services (“AMS”). Abbażi ta’ dawn il-kuntratti, l-APFTE għamlet pagamenti ta’ madwar EUR 8,5 miljun lil Ryanair bejn l-2010 u l-2015.

(2)

Permezz tal-ittra tal-24 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment lil Franza u stednitha tressaq il-kummenti tagħha u twieġeb għal ċerti mistoqsijiet marbutin mal-miżuri kkonċernati. Fit-12 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkira li biha stiednet lil Franza tipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-ittra tal-24 ta’ Mejju 2017.

(3)

Franza pprovdiet tweġibiet permezz tal-ittra tat-18 ta’ Awwissu 2017.

(4)

Permezz tal-ittra tat-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni talbet lil Franza għal informazzjoni ulterjuri. Fid-9 ta’ Ottubru 2017, Franza talbet estensjoni oħra biex twieġeb, milqugħa mill-Kummissjoni permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2017.

(5)

Franza provdiet parti mill-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni permezz tal-ittra tat-22 ta’ Novembru 2017.

(6)

Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkira li biha stiednet lil Franza tipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li kienu għadhom ma tweġbux.

(7)

Franza ppreżentat tweġibiet permezz tal-ittra tad-29 ta’ Jannar 2018.

(8)

Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-TFUE”) fir-rigward ta’ din l-għajnuna.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea(3) Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti f’dan ir-rigward mingħand Ryanair, ir-Reġjun ta’ Occitanie, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Hérault, Montpellier Méditerranée Métropole, il-Communauté d’Agglomération de Pays de l’Or, il-[…], kif ukoll mill-APFTE. Fil-15 ta’ April u fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti ta’ Ryanair lil Franza (flimkien ma’ talba għall-informazzjoni) u tatha l-possibbiltà li tikkummenta dwarhom, u rċeviet il-kummenti ta’ Franza permezz tal-ittra tat-13 ta’ Ġunju 2019 u l-kummenti tal-APFTE permezz tal-ittra tal-21 ta’ Ġunju 2019. Il-kummenti tal-partijiet interessati l-oħra ntbagħtu lil Franza fit-18 ta’ Ġunju 2019.

2.   INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR L-AJRUPORT TA’ MONTPELLIER

2.1.   Il-karatteristiċi tal-ajruport u t-traffiku

(11)

L-ajruport ta’ Montpellier Méditerranée (“l-ajruport ta’ Montpellier”) jinsab madwar 7 km ’il bogħod miċ-ċentru ta’ Montpellier, il-kapitali tad-dipartiment ta’ Hérault, fir-reġjun ta’ Occitanie, fi Franza. Dan l-ajruport huwa miftuħ għat-traffiku kummerċjali nazzjonali u internazzjonali.

(12)

It-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruport ta’ Montpellier osservat matul dawn l-aħħar snin huwa miġbur fil-qosor fit-Tabella 1 hawn taħt. Mill-ajruport għaddew daqs 1,85 miljun passiġġier fl-2017 u 1,88 miljun passiġġier fl-2018.

Tabella 1

It-traffiku kummerċjali tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Montpellier bejn l-2010 u l-2018 (għadd ta’ passiġġieri)

Sena

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

Passiġġieri lokali( (4))

1 177 860

1 308 346

1 285 428

1 420 614

1 444 110

1 507 928

1 669 023

1 847 314

1 878 035

Li minnhom passiġġieri internazzjonali

295 334

400 818

398 609

391 855

433 923

480 667

616 564

661 456

641 005

Li minnhom passiġġieri nazzjonali

882 526

907 528

886 819

1 028 759

1 010 187

1 027 261

1 052 459

1 185 858

1 237 030

Passiġġieri fi tranżitu

2 588

4 930

2 787

2 179

1 224

2 242

2 063

2 096

1 928

Total

1 180 448

1 313 276

1 288 215

1 422 793

1 445 334

1 510 170

1 671 086

1 849 410

1 879 963

Li minnhom passiġġieri low cost

275 341

378 980

397 819

441 388

464 170

507 965

577 198

679 148

708 273

Sors:

http://www.aeroport.fr/view-statistiques/montpellier-mediterranee, li nżar fl-1 ta’ Lulju 2019.

(13)

Bħalissa diversi linji tal-ajru (5) joperaw titjiriet skedati mill-ajruport ta’ Montpellier għal destinazzjonijiet fi Franza, f’pajjiżi oħra Ewropej u fil-Magreb.

(14)

Apparti dawn ir-rotot skedati, iċ-ċaqliq kummerċjali l-ieħor fl-ajruport ta’ Montpellier matul il-perjodu 2010-2018 oriġina prinċipalment minn titjiriet tal-klabbs tal-avjazzjoni u tal-avjazzjoni għan-negozju.

(15)

Ryanair operat fl-ajruport ta’ Montpellier bejn Marzu 2002 u April 2019.

(16)

F’Marzu 2002, l-ajruport ta’ Montpellier laqa’ lill-kumpanija Ryanair. Inizjalment Ryanair kienet topera rotta regolari lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li jinsab fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz fil-Ġermanja, u rotta regolari lejn l-ajruport ta’ Londra-Stansted (li twaqqfet fl-2009). Fl-2008, Ryanair fetħet rotta lejn l-ajruport ta’ Bruxelles-Charleroi (li jinsab fir-reġjun ta’ Walloon, il-Belġju) u fl-2010 lejn Leeds-Bradford (li jinsab f’Yorkshire, ir-Renju Unit). Infetħet rotta lejn Bristol li mbagħad ingħalqet fl-2009. Ir-rotot lejn Frankfurt-Hahn, Bruxelles-Charleroi u Leeds-Bradford ġew għalhekk stabbiliti meta nħolqot l-APFTE fl-24 ta’ Ġunju 2010. Fit-13 ta’ April 2011 infetħet rotta lejn Birmingham li mbagħad ingħalqet f’Novembru 2013. Kuntrarjament għall-ajruport ta’ Montpellier, l-ajruporti ta’ Leeds-Bradford, Birmingham, Bruxelles-Charleroi u Frankfurt-Hahn huma kollha bażijiet (6) ta’ Ryanair.

(17)

Ryanair waqfet topera r-rotta bejn Montpellier u Leeds f’Ottubru 2017 kif ukoll ir-rotta bejn Montpellier u Hahn f’Novembru 2018. F’April 2019, Ryanair ġabet fi tmiemha kull attività fl-ajruport ta’ Montpellier billi waqfet topera r-rotta bejn Montpellier u Charleroi.

Tabella 2

Is-sehem ta’ Ryanair fit-traffiku kummerċjali tal-passiġġieri tal-ajruport ta’ Montpellier bejn l-2010 u l-2019

Sena

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

Jannar - April 2019

It-traffiku totali tal-ajruport f’għadd ta’ passiġġieri (7)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Il-passiġġieri Ryanair f’għadd ta’ passiġġieri (8)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

— ir-rotta Hahn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

— ir-rotta Charleroi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

— ir-rotta Bradford

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

— ir-rotta Birmingham

 

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

Passiġġieri ta’ Ryanair f’% tat-traffiku totali tal-passiġġieri

[5-10]

[10-15]

[10-15]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[0-5]

[0-5]

Sors:

Informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi.

(18)

Kif indikat fit-Tabella 2, wara l-2010, l-għadd totali tal-passiġġieri ta’ Ryanair minn u lejn l-ajruport ta’ Montpellier irrappreżenta biss parti relattivament żgħira tat-traffiku tal-passiġġieri ta’ dan l-ajruport (inqas minn [10-15] %), jiġifieri bejn […] u […] passiġġier bejn l-2010 u l-2017.

(19)

Mit-Tabella 2 jirriżulta wkoll li l-għadd ta’ passiġġieri Ryanair ma waqafx jonqos mill-2012 ’il quddiem. Jekk jiġi kkunsidrat l-għadd ta’ passiġġieri ta’ Ryanair mill-2002, wieħed josserva li t-tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier kien diġà beda fl-2006. (9)

(20)

L-ajruport ta’ Montpellier jinsab 57 km ’il bogħod mill-ajruport ta’ Nîmes-Als-Camargue-Cévennes u 70 km ’il bogħod mill-ajruport ta’ Béziers-Cap d'Agde, li fil-mira tagħhom għandhom it-traffiku internazzjonali skedat u chartered.

(21)

F’April 2019, Ryanair fetħet rotta lejn Bruxelles-Charleroi mill-ajruport ta’ Béziers-Cap d’Agde. Ryanair ilha topera r-rotta Nîmes-Charleroi minn April 2006.

2.2.   L-operat u s-sjieda tal-infrastruttura tal-ajruport

(22)

Il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Montpellier bejn l-1964 u l-2009 kienet f’idejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Montpellier (“CCIM”, li jirreferi wkoll għall-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Hérault (10)).

(23)

Fit-23 ta’ Ġunju 2009, il-ġestjoni tal-ajruport għaddiet f’idejn il-kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata Aéroport Montpellier Méditerranée (“AMM ”), li 60 % tal-kapital tagħha huwa tal-Istat Franċiż (skont l-entità amministrattiva tal-Istat fil-livell nazzjonali), 25 % tas-CCIM, 7 % tal-Kunsill tad-Dipartiment ta’ Hérault, 6,5 % tar-Reġjun ta’ Occitane (11), 1 % tal-Communauté d'Agglomération du Pays de l'Or (12) u 0,5% ta’ Montpellier Méditerranée Métropole (13)(14)

(24)

L-Istat huwa s-sid tal-infrastruttura tal-ajruport u jiddelega l-ġestjoni u l-operat lil AMM fil-qafas ta’ konċessjoni.

(25)

AMM u Ryanair ikkonkludew il-kuntratti li ġejjin: […].

3.   INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR L-APFTE

3.1.   Il-ħolqien u l-missjoni

(26)

L-APFTE hija assoċjazzjoni li nħolqot f’Ġunju 2010 fuq inizjattiva tas-CCIM f’kollaborazzjoni ma’ diversi kollettivitajiet territorjali, jiġifieri l-Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon (li sar ir-Reġjun ta’ Occitanie), id-Dipartiment ta’ Hérault, il-Communauté d’agglomération de Montpellier (li saret Montpellier Méditerranée Métropole), il-Communauté d’agglomération des communes du Pays de l’Or, il-belt ta’ Montpellier (“membri pubbliċi” tal-APFTE), u bis-sehem ta’ diversi intrapriżi lokali. (15)

(27)

Skont l-istatuti tagħha, l-APFTE għandha bħala għan “il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu, inkluż in-negozju, fit-territorju permezz ta’ kuntratti ta’ promozzjoni, ix-xiri ta’ reklamar fuq l-Internet u l-kummerċjalizzazzjoni jew materjal ta’ reklamar ieħor bħall-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, sabiex jiġu attirati klijenti internazzjonali.” (16)

(28)

Madankollu, minkejja dan il-mandat uffiċjali wiesa’ ferm f’termini tal-promozzjoni ta’ Montpellier u t-territorju tagħha, il-missjoni tal-APFTE prevista meta nħolqot mis-CCIM flimkien mal-kollettivitajiet lokali involuti, kienet li tippermetti li jiġu konklużi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ promozzjoni ma’ linji tal-ajru, kuntratti li qabel kienu jiġu konklużi mis-CCIM bħala l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport. (17) Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kkonfermat li fil-prattika, l-attività tal-APFTE kienet tinvolvi l-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa kuntratti ta’ “kummerċjalizzazzjoni” ma’ xi linji tal-ajru (18), u kull attività supplementari tal-APFTE kienet isservi biex issostni din il-prattika.

(29)

In-natura ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni hija analizzata f’aktar dettall fil-premessa 152 u dawk sussegwenti kif ukoll fil-premessa 189 u dawk sussegwenti.

(30)

L-eżistenza tal-APFTE tispjega ruħha fil-kuntest tal-bidla tal-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport ta’ Montpellier fl-2009. Is-CCIM, bħala l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport, kienet tidħol f’kuntratti direttament mal-linji tal-ajru, b’mod partikolari biex tikkonkludi kuntratti ta’ servizzi tal-ajruport, iżda wkoll għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. Mid-dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li din il-prattika kienet bdiet għall-ħabta tal-2001. Fil-qafas tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, is-CCIM kienet tixtri servizzi “ta’ kummerċjalizzazzjoni” mingħand ċerti linji tal-ajru li kienu preżenti fl-ajruport ta’ Montpellier, speċjalment dawk bi prezzijiet irħas (“ low cost ”). Abbażi ta’ dawn il-kuntratti, is-CCIM kienet tittrasferixxi l-flus lill-kumpaniji kkonċernati inkambju tal-promozzjoni tad-destinazzjoni ta’ Montpellier fuq is-sit web tal-linja tal-ajru kkonċernata. Minkejja li s-CCIM kienet l-unika parti kontraenti tal-linji tal-ajru, il-fondi għax-xiri tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu ġejjin mhux biss mis-CCIM, iżda wkoll mill-kollettivitajiet lokali li s-CCIM, min-naħa tagħha, kienet iffirmat konvenzjonijiet bilaterali dwar dan magħhom. Dawn huma l-istess kollettivitajiet lokali li fl-2010, flimkien mas-CCIM, kienu ħadu sehem fil-ħolqien u l-finanzjament tal-APFTE. (19)

(31)

Mid-dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE u tal-membri pubbliċi fundaturi tagħha jirriżulta, pereżempju mill-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010, li l-APFTE nħolqot wara li s-CCIM kienet saret azzjonist minoritarju tal-AMM fl-2009. Billi ma kinitx għadha aktar konċessjonarju tal-ajruport, is-CCIM ma kellhiex aktar il-kapaċità li tikkuntratta mal-linji tal-ajru low cost bl-għan li tagħti spinta biex il-linji tal-ajru low cost jippożizzjonaw ruħhom fuq il-pjattaforma tal-Ajruport Montpellier Méditerranée. B’hekk, l-APFTE kienet frott “analiżi li saret flimkien mal-Prefettura tar-Reġjun u mal-Kollettivitajiet kollha biex tinħoloq struttura ġuridika li tkun tista’ tagħti lok biex il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jitpoġġew online” u li kienu ġew iffirmati qabel mis-CCIM fil-vesti ta’ konċessjonarju tal-ajruport. (20) Il-kooperazzjoni kontinwa mal-linji tal-ajru bi prezzijiet irħas kienet tqieset bħala vantaġġuża minħabba l-kontribut tagħha għall-ekonomija lokali. (21)

(32)

Mill-minuti tal-Assemblea Ġenerali tal-APFTE jirriżulta li l-assoċjazzjoni tqieset bħala l-aktar struttura xierqa biex tissodisfa l-esiġenzi ġuridiċi u, “bis-saħħa ta’ din id-dinamika tal-linji tal-ajru low cost, tixpruna l-iżvilupp tat-territorju”.

(33)

Din l-istruttura assoċjattiva l-ewwel inħolqot flimkien mal-intrapriżi lokali privati u mbagħad fi stadju ulterjuri integrat il-membri pubbliċi. Dan il-metodu ntgħażel mis-CCIM sabiex l-assoċjazzjoni tiġi stabbilita b’aktar ħeffa minħabba li n-nomina tar-rappreżentanti tal-kollettivitajiet u l-entitajiet statali kienet se tieħu ż-żmien. (22)

(34)

Fl-2017, is-CCIM u l-membri pubbliċi l-oħra ddeċidew li l-APFTE kienet se tittermina l-attivitajiet tagħha mill-2018 ’il quddiem, mingħajr iżda ma tieqaf teżisti, minħabba dubji li jirrigwardaw il-legalità tagħha li tqajmu minn tilwimiet u investigazzjonijiet fil-livell nazzjonali u Ewropew. (23) Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-Assemblea Ġenerali tal-APFTE tal-20 ta’ Diċembru 2017 ikkonfermat id-deċiżjoni li ma tirrikkorrix aktar għall-assoċjazzjoni biex tippromwovi l-flussi tat-turisti b’effett mill-istaġun tas-sajf tal-2018. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-APFTE infurmat lil Ryanair b’din id-deċiżjoni permezz tal-ittra tal-18 ta’ Jannar 2018.

3.2.   Il-kompożizzjoni u l-korpi

(35)

L-APFTE hija magħmula minn madwar 30 membru li 20 (24) minnhom ġejjin minn strutturi privati li jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom kollha jew parzjalment fis-settur tat-turiżmu (lukandi, akkomodazzjonijiet għat-turisti, eċċ.). Il-membri pubbliċi tal-APFTE huma wkoll rappreżentanti tas-CCIM u r-rappreżentanti tal-kollettivitajiet territorjali lokali msemmija aktar ’il fuq, jiġifieri r-reġjun ta’ Occitanie, id-Dipartiment ta’ Hérault, Montpellier Méditerranée Métropole, il-Communauté d’agglomération du Pays de l’Or kif ukoll il-belt ta’ Montpellier.

(36)

Meta nħolqot l-APFTE, l-entitajiet statali involuti kienu ddeċidew li din l-assoċjazzjoni kellha tkun magħmula minn tliet kulleġġi, jiġifieri l-Assemblea Ġenerali (ordinarja u straordinarja), il-Bord tat-Tmexxija (“il-Bord tat-Tmexxija”) u l-Bureau (magħmul mill-President, it-Teżorier u s-Segretarju), sabiex twieġeb għall-esiġenzi ġuridiċi imposti mid-dritt Franċiż dwar l-assoċjazzjonijiet stabbiliti mill-kollettivitajiet territorjali u l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-entitajiet statali u l-intrapriżi regolati mid-dritt privat. (25)

(37)

Skont l-istatuti tal-APFTE, l-Assemblea Ġenerali tapprova l-kontijiet għas-sena finanzjarja li tkun intemmet, tivvota l-baġit tas-sena finanzjarja li jkun imiss, tiddelibera dwar il-kwistjonijiet kollha li jitpoġġew fuq l-aġenda u tiżgura, fejn xieraq, it-tiġdid tal-mandati tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija. L-Assemblea Ġenerali tinkludi l-membri tal-assoċjazzjoni li jkunu ħallsu l-abbonamenti tagħhom u tiltaqa’ minn tal-anqas darba fis-sena. Id-deliberazzjonijiet kollha tagħha jiġu vvutati b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha, ħlief jekk ikunu jirrigwardaw kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 10 000. F’dan il-każ, l-Assemblea Ġenerali trid tiddelibera b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. Hekk jiġri pereżempju għall-kuntratti kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 10 000.

(38)

L-istatut jipprevedi wkoll li l-APFTE tiġi amministrata minn Bord tat-Tmexxija magħmul minn tal-anqas disa’ membri u b’massimu ta’ ħamsa u għoxrin membru, maħtura mill-Assemblea Ġenerali. Il-Bord tat-Tmexxija jaħtar Bureau minn fost il-membri tiegħu, magħmul minn president, minn viċi president wieħed jew aktar, minn segretarju u teżorier, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura adottati mill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija jiltaqa’ meta tissejjaħ laqgħa mill-President tiegħu minn tal-anqas darbtejn fis-sena, fuq talba ta’ nofs il-membri tiegħu dment li jkun hemm terz tal-membri tiegħu preżenti. Jittieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-voti mixħuta għad-deliberazzjonijiet tas-soltu, u b’maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-iffirmar ta’ kull impenn li jkun ta’ aktar minn sena u li jaqbeż l-ammont ta’ EUR 10 000.

(39)

Skont l-istatuti tal-APFTE, il-President jirrappreżenta l-assoċjazzjoni fl-atti kollha tal-ħajja ċivili u jkollu l-awtorità assoluta f'dan ir-rigward. Dan jimplika l-iffirmar tal-kuntratti u tal-konvenzjonijiet li fihom tista’ tkun involuta l-APFTE. Sa issa, tliet persuni differenti servew bħala President tal-APFTE. Dawn il-persuni kollha kellhom rabtiet minn qabel mas-CCIM jew mal-kollettivitajiet territorjali finanzjaturi tal-APFTE.

(a)

L-ewwel President tal-APFTE kien membru sħiħ tas-CCIM fl-2010 kif ukoll fl-2016 u fl-2019 u konsulent tekniku fi ħdan is-CCIM mill-2013 sal-2015. Kien President tal-APFTE minn Ġunju 2010 sa Marzu 2011 u mbagħad minn Diċembru 2012 sa minn tal-anqas l-2018, kif ukoll viċi President tal-APFTE (bis-setgħa li jaġixxi għan-nom tal-President tal-APFTE) minn Ottubru sa Diċembru 2012.

(b)

Il-President tal-APFTE bejn April 2011 u Frar 2012 kien jeżerċita wkoll ir-rwol ta’ konsulent tekniku fi ħdan is-CCIM bejn l-2011 u l-2012. (26)

(c)

Is-suċċessur tagħha (il-President minn Frar 2012 sa Diċembru 2012) kien fl-istess ħin President tal-Kunsill Reġjonali Ekonomiku, Soċjali u Ambjentali ta’ Languedoc-Roussillon, jiġifieri ta’ istituzzjoni ta’ waħda mill-kollettivitajiet territorjali membru tal-APFTE.

(40)

Barra minn hekk, mill-minuti u mir-rapporti tal-APFTE u tal-kulleġġi u l-kumitati tiegħu, jirriżulta li l-APFTE kellha wkoll kumitat li jiġbor fih il-kollettivitajiet lokali u s-CCIM, mingħajr is-sehem tal-membri privati: il-“Kumitat ta’ Governanza” (minn Marzu 2011), li aktar tard sar il-“Kumitat tal-Finanzjaturi”. Dawn il-kumitati ma jissemmewx fl-istatuti.

(a)

L-għan tal-Kumitat ta’ Governanza kien li jgħaqqad flimkien il-kollettivitajiet, il-finanzjaturi tal-APFTE. L-objettiv ta’ dan il-Kumitat kien li jagħti orjentazzjoni u japprova l-għażliet strateġiċi biex jiġu żviluppati r-rotot u l-baġit korrispondenti. Meta xieraq, il-Kumitat ta’ Governanza kien ikun preċedut minn laqgħa ta’ tħejjija mal-esperti tekniċi kollha tal-kollettivitajiet. (27) Dan il-Kumitat inħoloq fuq talba tal-kollettivitajiet lokali (28), li riedu jiżguraw li l-għażla tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellhom jiġu ffinanzjati ma kinitx se tiġi ddeterminata biss mill-AMM, l-operatur il-ġdid tal-ajruport. (29) Mir-rapporti ta’ dan il-Kumitat għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, jirriżulta li kien magħmul minn rappreżentanti tal-kollettivitajiet (reġjun, dipartiment, Pays de l’Or, l-Agglomerazzjoni ta’ Montpellier, il-belt ta’ Montpellier), tas-CCIM u rappreżentanti tal-Bureau tal-APFTE. Ir-rapporti jirreferu wkoll għall-preżenza ta’ rappreżentant tal-AMM li kien jipproponi għażliet strateġiċi lill-membri finanzjaturi tal-APFTE. (30)

(b)

Apparti minn hekk, dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE juru li dan il-Kumitat li aktar tard beda jissejjaħ “Kumitat tal-Finanzjaturi”, minn tal-anqas mill-2012 ’il quddiem, kien jgħaqqad l-istess istituzzjonijiet. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li skont l-APFTE, il-“Kumitat tal-Finanzjaturi” huwa l-istess korp bħall-“Kumitat ta’ Governanza” li ssejjaħ b’ismijiet differenti fi żminijiet differenti.

3.3.   It-teħid tad-deċiżjonijiet fl-APFTE

(41)

Skont l-istatuti tal-APFTE u l-awtoritajiet Franċiżi, il-proċess deċiżjonali użat fi ħdan l-APFTE rigward il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jaħdem hekk:

Jiġu ppreżentati proposti taż-żoni ġeografiċi li għandhom jiġu indirizzati fil-qafas tas-servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni turistika lill-Bord tat-Tmexxija li jagħti l-opinjoni tiegħu dwarhom;

Dawn il-proposti mbagħad jingħaddu għall-approvazzjoni mill-Assemblea Ġenerali;

Jekk l-Assemblea Ġenerali tapprovahom (b’maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 10 000), titnieda l-proċedura ta’ “kuntratti ta’ akkwist pubbliku”;

Ir-riżultati tal-analiżi tal-offerti jiġu ppreżentati lill-Bord tat-Tmexxija li jagħti l-opinjoni tiegħu;

Dawn ir-riżultati mbagħad jiġu ppreżentati lill-Assemblea Ġenerali li għalhekk tawtorizza lill-President jiffirma l-kuntratti (b’maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 10 000; din id-deċiżjoni tiġi kkonstatata fil-minuti tal-Assemblea Ġenerali);

Skont il-proċedura applikabbli, jitfasslu u jintbagħtu l-ittri ta’ rifjut eventwali;

Skont il-proċedura applikabbli, jitfasslu u jintbagħtu wkoll l-ittri ta’ notifika ffirmati mill-President, flimkien mal-att ta’ impenn u t-tariffi tal-prezzijiet, iffirmata mill-President, għal kull waħda mill-offerti magħżula.

(42)

Madankollu, filwaqt li ma jirriżultax mill-informazzjoni msemmija hawn fuq, fir-rigward tal-proposti taż-żoni ġeografiċi li għandhom jiġu indirizzati, fil-qafas tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni turistika, skont il-prassi tal-APFTE, kienu jintervjenu korpi oħra qabel id-deliberazzjonijiet fil-Bord tat-Tmexxija u fl-Assemblea Ġenerali sabiex jiġu ddeterminati l-għażliet baġitarji u l-linji gwida tal-APFTE (jiġifieri l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellhom jiġu ffirmati).

(43)

Mir-rapporti u mill-minuti tal-APFTE, tal-kumitati tiegħu u tal-membri pubbliċi tiegħu jirriżulta li fil-fatt, l-għażla taż-żoni ġeografiċi li għandhom jiġu indirizzati, fil-qafas tas-servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni turistika, l-ewwel kienet issir mis-CCIM u mill-AMM u wara Marzu 2011 – jiġifieri qabel ma ġew effettivament trasferiti fondi lill-APFTE mill-kollettivitajiet territorjali – mill-kollettivitajiet territorjali u s-CCIM. (31) Fil-fatt, il-kollettivitajiet territorjali u s-CCIM ftehmu rigward il-kuntratti li għandhom jiffavorixxu qabel ma jippreżentawhom lill-Assemblea Ġenerali. Minn Marzu 2011 ’il quddiem, il-proċedura segwita kienet is-segwenti: apparti l-korpi msemmija fl-istatuti tagħha, l-APFTE għandha għad-dispożizzjoni tagħha kumitati supplimentari, b’mod partikolari l-Kumitat ta’ Governanza (maħluq f’Marzu 2011) u l-Kumitat tal-Finanzjaturi, involuti mill-qrib fl-għażla tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ppreżentati lill-Assemblea Ġenerali. Qabel ma nħoloq il-Kumitat tal-Finanzjaturi, l-AMM kellha influwenza qawwija fuq l-iddeterminar tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati mill-APFTE. Għaldaqstant il-kollettivitajiet territorjali rrifjutaw li japprovaw l-għażliet tal-AMM mingħajr ebda lok għal manuvra, u dan jispjega l-ħolqien tal-Kumitat ta’ Governanza. (32)

(44)

Il-kwistjoni tal-influwenza vera u proprja tal-membri pubbliċi finanzjaturi tal-APFTE fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-assoċjazzjoni se tiġi żviluppata fid-dettall fl-analiżi tar-riżorsi finanzjarji u tal-imputabilità tal-miżuri fuq l-Istat. (33)

3.4.   Riżorsi finanzjarji

(45)

Ir-riżorsi tal-APFTE jikkonsistu minn (i) abbonamenti tal-membri tagħha, skont kif iddeterminati mill-Assemblea Ġenerali, u (ii) kontribuzzjonijiet annwali, jew sussidji mħallsa mid-diversi membri tal-APFTE apparti dawn l-abbonamenti. Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi tal-APFTE ġejjin mill-kontribuzzjonijiet annwali tal-entitajiet pubbliċi li huma membri tagħha, kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Fil-prattika, l-abbonamenti tal-membri tal-APFTE ftit jikkontribwixxu għal dan id-dħul. Fil-fatt, dawn jammontaw għal EUR 50 jew EUR 100 għal kull membru u għal kull sena, u mill-2010 ’il hawn, dawn irrappreżentaw ammonti totali annwali li ma jaqbżux EUR 1 550.

Tabella 3

L-oriġini tad-dħul tal-APFTE bejn l-2010 u l-2019

Sena

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018 (34)

2019 (35)

l-2010 sal-2019

Is-sussidji tal-kollettivitajiet lokali u tas-CCIM f’euro (il-parti tal-kontribuzzjoni ta’ din l-entità)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Kunsill Reġjonali Languedoc-Roussillon (issa r-Reġjun ta’ Occitanie)

283 670

550 000

509 024

550 000

446 830

587 696

509 174

355 239

75 000

0

3 866 633

(30 %)

(27 %)

(25 %)

(23 %)

(28 %)

(36 %)

(32 %)

(32 %)

(34 %)

 

(29 %)

Il-Kunsill Dipartimentali ta’ Hérault

283 670

559 746

509 024

550 000

150 000

0

111 092

0

0

0

2 163 532

(30 %)

(27 %)

(25 %)

(23 %)

(10 %)

(0 %)

(7 %)

(0 %)

(0 %)

 

(16 %)

Il-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Montpellier (issa Montpellier Méditerranée Métropole) u l-Belt ta’ Montpellier

283 670

730 473

706 524

747 500

644 331

747 500

692 015

505 865

75 000

0

5 132 878

(30 %)

(36 %)

(35 %)

(31 %)

(41 %)

(46 %)

(44 %)

(45 %)

(34 %)

 

(38 %)

L-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Pays de l’Or

85 000

85 000

100 000

119 915

97 574

130 803

110 092

107 250

21 500

0

857 134

(9 %)

(4 %)

(5 %)

(5 %)

(6 %)

(8 %)

(7 %)

(10 %)

(10 %)

 

(6 %)

CCIM (issa l-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Hérault)

0 (36)

125 000

212 000

440 000

232 500

150 000

150 000

150 000

51 000

0

1 510 500

(0 %)

(6 %)

(10 %)

(18 %)

(15 %)

(9 %)

(10 %)

(13 %)

(23 %)

 

(11 %)

L-abbonamenti tad-diversi membri tal-APFTE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Abbonamenti minn EUR 50 sa EUR 100

1 100

50

1 550

1 500

0

600

0

0

0

0

4 800

(0,117 %)

(0,002 %)

(0,076 %)

(0,062 %)

(0 %)

(0,037 %)

(0 %)

(0 %)

(0 %)

(0 %)

(0,035 %)

(Il-parti tal-abbonamenti mill-baġit totali tal-APFTE)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sussidji tal-kollettivitajiet lokali u tas-CCIM f’euro (il-parti tal-kontribuzzjoni ta’ din l-entità)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-baġit totali tal-APFTE f’euro  (37) (is-sussidji flimkien mal-abbonamenti)

937 110

2 050 269

2 038 112

2 408 915

1 571 235

1 616 599

1 572 373

1 118 354

222 500

0

13 535 477

Sors:

informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi

(46)

Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi riċevuti mill-APFTE ntużaw essenzjalment biex isiru pagamenti fil-qafas tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn l-APFTE u xi linji tal-ajru, li l-biċċa l-kbira tagħhom – madwar EUR 8,5 miljun, jiġifieri [60-70] % tal-baġit totali tal-APFTE mill-2010 sal-2019 (38) – għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair jew AMS (39), il-kumpanija sussidjarja tagħha.

(47)

Barra minn hekk, l-analiżi tad-deliberazzjonijiet differenti adottati minn dawn l-entitajiet pubbliċi biex japprovaw is-sussidji tagħhom għall-baġit tal-APFTE jindikaw li dawn l-entitajiet jiddeterminaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom abbażi ta’ “programm proviżorju ta’ promozzjoni” tal-APFTE, definit mill-membri pubbliċi finanzjaturi (40) u approvat sussegwentement mill-Assemblea Ġenerali tagħha, li jinkludi indikazzjonijiet preċiżi dwar kif inhu previst li jintużaw ir-riżorsi tal-APFTE. Dawn il-programm jagħmlu referenza, b’mod partikolari, għad-destinazzjonijiet ikkonċernati mill-attivitajiet ta’ promozzjoni. (41)

(48)

Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi tħallsu fl-għamla ta’ sussidji lill-APFTE abbażi ta’ konvenzjonijiet bilaterali konklużi bejn l-APFTE u l-entitajiet pubbliċi rispettivi. L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-konvenzjonijiet lill-Kummissjoni, mingħajr iżda l-annessi tagħhom. (42)

(49)

Mid-dokumenti dwar il-funzjonament tal-APFTE ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li l-entitajiet pubbliċi ħallsu b’mod sistematiku l-kontribuzzjonijiet finanzjarju tagħhom għas-snin baġitarji msemmija fit-Tabella 3 fi żmien meta l-programm promozzjonali kien diġà ġie deċiż (bis-sehem tagħhom) u l-estensjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair/AMS – deskritti fil-premessi 53 u dawk sussegwenti – kienet ġiet iffirmata ma’ Ryanair/AMS. B’hekk:

(a)

Il-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS (li kellu durata mill-1 ta’ Lulju 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011) ġie vvutat fl-Assemblea Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2010 u ffirmat fl-istess jum mill-APFTE. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2010 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss fl-2011 u dawk għas-sena baġitarja 2011 ġew iffirmati biss bejn Ġunju u Novembru 2011. (43)

(b)

Il-klawżola addizzjonali tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS li jirrigwarda r-rotta ta’ Birmingham ġie vvutat fl-Assemblea Ġenerali tal-20 ta’ April 2011, u ffirmat fil-11 ta’ April 2011 mill-APFTE. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2011 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn Ġunju u Novembru 2011. (44)

(c)

L-estensjoni tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS għas-sena 2012 ġiet deċiża fil-Kumitat ta’ Governanza fit-23 ta’ Settembru 2011 u l-Assemblea Ġenerali ġiet infurmata matul il-laqgħa tad-19 ta’ Ottubru 2011 (45) (iżda mill-minuti ta’ din il-laqgħa ma jirriżultax li l-Assemblea Ġenerali kienet ivvutat dwar dan is-suġġett). L-ittra ta’ estensjoni indirizzata lil AMS ġiet iffirmata fid-29 ta’ Settembru 2011 mill-President tal-APFTE. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2012 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn April u Ottubru 2012. (46)

(d)

L-estensjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS għas-sena 2013 ġiet iffirmata fit-23 ta’ Frar 2013 mill-APFTE. Il-baġit tal-2013 u l-programm ta’ azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni inklużi l-pagamenti lil Ryanair fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt ġew adottati fl-assemblea ġenerali tal-APFTE fl-4 ta’ Lulju 2013. (47) Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2013 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn April u Novembru 2013. (48)

(e)

Għas-sena 2014, l-Assemblea Ġenerali tat l-awtorizzazzjoni lill-President tal-APFTE biex jiffirma l-kuntratti l-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair wara s-sejħa għall-offerti tal-2013 fis-27 ta’ Jannar 2014. Dawn il-kuntratti diġà kienu ġew konklużi mill-President tal-APFTE fit-22 ta’ Novembru 2013. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2014 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn Frar u Ottubru 2014. (49)

(f)

L-estensjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 ma’ Ryanair għas-sena 2015 ġiet ivvutata fl-Assemblea Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014, u ffirmata fid-19 ta’ Diċembru 2014 mill-APFTE. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2015 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn Ġunju u Diċembru 2015. (50)

(g)

L-estensjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 ma’ Ryanair għas-sena 2016 ġiet ivvutata fl-Assemblea Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2016, u ffirmata fit-22 ta’ April 2016 mill-APFTE. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2016 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn Lulju u Diċembru 2016. (51)

(h)

Il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġodda tal-2017 ma’ Ryanair ġew konklużi mill-APFTE fid-19 ta’ Mejju 2017, u ttieħed vot dwarhom fl-Assemblea Ġenerali tal-APFTE fil-25 ta’ April 2017. Il-konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-sena baġitarja 2017 mal-kollettivitajiet territorjali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ġew iffirmati biss bejn Ġunju u Settembru 2017. (52)

(i)

Għall-2018, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha dwar id-data tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2017 ma’ Ryanair, iżda l-unika konvenzjoni ta’ allokazzjoni baġitarja għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri dik konkluża bejn l-APFTE u l-Communauté d’agglomération du Pays de l’Or, konkluża f’Marzu 2018, tirreferi għall-promozzjoni ta’ Montpellier f’Walloon, Rheinland-Pfalz u Yorkshire, destinazzjonijiet tat-titjiriet ta’ Ryanair. (53) Jidher li l-baġit għall-2018 kien ġie approvat mill-Assemblea Ġenerali tal-APFTE fl-20 ta’ Diċembru 2017 għall-aħħar darba sabiex jiġu rrispettati l-impenji eżistenti tal-APFTE, u li jinkludu l-impenji fil-konfront ta’ Ryanair, qabel ma r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn is-CCIM, il-kollettivitajiet territorjali u l-linji tal-ajru kienu soġġetti għal qafas ġuridiku ġdid. (54)

(50)

Fi kliem ieħor, il-minuti tal-Assemblea Ġenerali tal-APFTE jindikaw li qabel l-ewwel pagament tas-sussidji lill-APFTE, il-kollettivitajiet saħqu li xtaqu li jkollhom influwenza fuq ir-rotot ikkonċernati mill-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellhom jiġu ffinanzjati minnhom, li sa dak iż-żmien kienu ddeterminati minn AMN, l-operatur tal-ajruport. (55) B’dan il-mod, inħoloq dan il-Kumitat ta’ Governanza tal-APFTE qabel ma l-kollettivitajiet taw is-sussidji lill-APFTE għall-ewwel darba.

(51)

Barra minn hekk, l-analiżi tal-konvenzjonijiet ta’ finanzjament tindika li l-kollettivitajiet territorjali kellhom il-possibbiltà li jirċievu rimborż tal-fondi taħt ċerti kundizzjonijiet (pereżempju, ċerti kollettivitajiet kienu jirriżervaw id-dritt li jieħdu lura l-fondi, dritt ta’ pagament pro rata skont it-twettiq tal-programm ta’ promozzjoni jew dritt ta’ terminazzjoni tal-konvenzjoni ta’ finanzjament f’każ ta’ li l-APFTE ma tirrispettax l-obbligi kuntrattwali tagħha, jiġifieri t-twettiq tal-programm ta’ promozzjoni vvutat fl-Assemblea Ġenerali.). B’mod partikolari:

(a)

Il-konvenzjonijiet konklużi mar-Reġjun jipprevedu d-dritt tar-Reġjun li jeżiġi l-ħlas lura tas-sussidju jekk l-APFTE ma tużahx għall-finijiet maqbula u jipprevedu l-possibbiltà ta’ terminazzjoni tal-konvenzjoni.

(b)

Il-konvenzjonijiet konklużi mad-Dipartiment jipprevedu dritt ta’ ħlas lura tas-sussidju għad-Dipartiment jekk l-APFTE tuża s-sussidju għal finijiet mhux konformi mal-iskop tal-konvenzjoni. Fid-deskrizzjoni tal-iskop tal-konvenzjonijiet tal-2010, l-2011 u l-2012, li jiġu konklużi kuntratti ma’ AMS tissemma b’mod espliċitu. Barra minn hekk, il-konvenzjonijiet fihom klawżola li tagħti l-possibbiltà lid-Dipartiment li jittermina l-konvenzjoni f’każ li l-obbligi kuntrattwali ma jiġux irrispettati mill-APFTE.

(c)

Il-konvenzjonijiet konklużi mal-Communauté d’agglomération de Montpellier jipprevedu li s-sussidju jitħallas pro rata skont l-għadd ta’ xhur li matulhom jitwettqu l-azzjonijiet fil-programm tad-destinazzjoni u bil-kundizzjoni li jiġu ppreżentati l-fatturi korrispondenti. Apparti minn hekk, il-konvenzjonijiet jiddeterminaw l-involviment finanzjarju tal-Communauté fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali tal-APFTE u jipprevedu l-possibbiltà ta’ terminazzjoni tal-konvenzjoni.

(d)

Il-konvenzjonijiet konklużi mal-Communauté d’agglomération du Pays de l’Or jiddeterminaw l-involviment tal-kollettivitajiet fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali tal-APFTE (il-kuntratti ffirmati ma’ AMS/Ryanair jissemmew ċar u tond fihom), jippreċedu d-dritt tal-kollettivitajiet li teżiġi l-ħlas lura tas-sussidju u d-dritt ta’ terminazzjoni tal-konvenzjoni f’każ li l-APFTE ma tirrispettax l-obbligi kuntrattwali tagħha.

(e)

Il-konvenzjonijiet konklużi mal-belt ta’ Montpellier jipprevedu li l-APFTE tippreżenta rapport dwar l-attività lill-kollettività u tenfasizza l-istat ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippreżentati mill-APFTE fil-waqt meta jiġi ppreżentat id-dossier tat-talba għas-sussidju. L-awtoritajiet Franċiżi ma ppreżentawx dawn it-talbiet għas-sussidju iżda l-Kummissjoni, miċ-ċirkostanzi tal-każ, tikkonkludi li dawn it-talbiet jinkludu l-programm ta’ promozzjoni għas-sena baġitarja inkwistjoni. Barra minn hekk, il-kollettività tirriżerva d-dritt li tittermina l-konvenzjoni f’każ li l-APFTE ma tirrispettax l-obbligi kuntrattwali tagħha.

4.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

4.1.   Miżuri

(52)

Il-miżuri soġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali huma l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati bejn l-APFTE u Ryanair jew AMS, il-kumpanija sussidjarja tagħha. Bejn l-2010 u l-2018, Ryanair/AMS u l-APFTE kkonkludew tliet ġabriet ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni.

4.2.   Il-kuntratt tas-16 ta’ Settembru 2010, il-ftehim supplimentari tiegħu u l-ftehim ta’ tiġdid tiegħu

(53)

Fis-16 ta’ Settembru 2010, anqas minn tliet xhur wara li nħolqot, l-APFTE kkonkludiet kuntratt ma’ AMS (“il-kuntratt tal-2010”), iffirmat mill-President tal-APFTE, fin-nuqqas tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti prerekwiżita.

(54)

Il-kuntratt ġie konkluż għal perjodu inizjali mill-1 ta’ Lulju 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(55)

Skont it-termini ta’ dan il-kuntratt, AMS tieħu impenn li tipprovdi lill-APFTE ġabra ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bażi fuq is-sit web ta’ Ryanair. Apparti minn hekk, skont it-termini tagħha stess “dan il-Kuntratt jissejjes fuq l-impenn ta’ Ryanair li taċċerta li topera r-rotot fit-territorju ta’ Montpellier bejn”:

Frankfurt-Hahn u Montpellier permezz ta’ rotta bl-ajru bi frekwenza ta’ minn tal-anqas erba’ titjiriet fil-ġimgħa fis-sajf u żewġ titjiriet fil-ġimgħa fix-xitwa;

Bruxelles Sud-Charleroi u Montpellier permezz ta’ rotta bl-ajru bi frekwenza ta’ minn tal-anqas tliet titjiriet fil-ġimgħa matul is-sena kollha;

Leeds-Bradford u Montpellier permezz ta’ rotta bl-ajru bi frekwenza ta’ minn tal-anqas żewġ titjiriet fil-ġimgħa fis-sajf. ” (56)

(56)

Il-kuntratt jagħti dettalji tal-offerta annwali tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni miġbura flimkien li AMS timpenja ruħha li tipprovdi lill-APFTE, miġbura fil-qosor fil-punti (a) u (b).

(a)

Għall-2010, din l-offerta kienet tinkludi ħames paragrafi ta’ 150 kelma l-wieħed imfassla mill-APFTE u li kienu jinsabu fit-taqsima “Top five Things to Do” fil-paġna “Destination Montpellier” tas-sit web ta’ Ryanair, il-preżenza ta’ żewġ ħolqiet li jieħdu lil dak li jkun fis-sit web maħluq mill-APFTE u li kienu jinsabu fit-taqsima “Top Five Things to Do” fil-paġna “Destination Montpellier” imsemmija hawn fuq, u l-preżenza ta’ ħolqa li twassal għas-sit web maħluq mill-APFTE fil-paġna ewlenija tas-siti web bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, u għall-Belġju (bil-Franċiż u bl-Olandiż) ta’ www.ryanair.com għal 55 jum. Il-prezz stabbilit ta’ dawn is-servizzi huwa EUR […].

(b)

Għall-2011, l-offerta kienet tinkludi s-servizzi kollha previsti għall-2010, u magħhom żdiedet “ħolqa f’għamla ta’ banner grafiku li tista’ tagħfas fuqu (200x110px)” fil-paġna “Discover Europe” tas-sit web ta’ Ryanair, u għal 12-il xahar, ippreżentata mill-APFTE bħala d-“Destinazzjoni tal-Jum (kitba, stampi u ħolqa maħluqa mill-APFTE)” fil-paġna ewlenija tas-siti web bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, u għall-Belġju (bil-Franċiż u bl-Olandiż) ta’ www.ryanair.com għal perjodu sħiħ ta’ ġimagħtejn. Il-prezz stabbilit ta’ dawn is-servizzi huwa EUR […].

(57)

Barra minn hekk, il-kuntratt jipprevedi ċar u tond li l-ammonti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni offerti minn AMS “huma marbuta mal-impenn ta’ Ryanair li taċċerta li topera r-rotot fit-territorju ta’ Montpellier minn Frankfurt-Hahn, Bruxelles Charleroi u Leeds-Bradford […]” u jistipula li “f’każ li dan l-impenn ma jiġix irrispettat, il-prezz jiġi rivedut u jkun soġġett għal klawżola addizzjonali.” (57)

4.3.   Il-klawżola addizzjonali tal-20 ta’ April 2011

(58)

Il-kuntratt tas-16 ta’ Settembru 2010 ġie mmodifikat bi klawżola addizzjonali tal-20 ta’ April 2011, li l-għan tagħha kien li żżid rotta ġdida lejn Birmingham mat-tliet rotot diġà msemmija fil-kuntratt.

(59)

Skont it-termini tagħha stess, il-klawżola addizzjonali “tissejjes fuq l-impenn ta’ Ryanair li taċċerta li topera r-rotot fit-territorju ta’ Montpellier bejn Birmingham u Montpellier permezz ta’ rotta bl-ajru bi frekwenza ta’ żewġ titjiriet fil-ġimgħa fis-sajf”. Apparti minn hekk din tipprevedi l-akkwist mingħand AMS tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li ġejjin, min-naħa tal-APFTE:

Il-preżenza ta’ ħolqa għas-sit web maħluq mill-APFTE u li tidher fit-taqsima “Ajruporti u Turiżmu” fuq il-paġna ewlenija tas-sit web bl-Ingliż ta’ www.ryanair.com 14-il jum fis-sena;

Il-preżenza bħala “Destinazzjoni tal-Jum” (kitba, stampi u ħolqa maħluqa mill-APFTE) fuq il-paġna ewlenija tas-sit web bl-Ingliż ta’ www.ryanair.com għal durata sħiħa ta’ ġimgħa fis-sena.

(60)

Il-prezz stabbilit ta’ dawn is-servizzi kien EUR […]. Kien previst li l-APFTE tħallas dan l-ammont f’pagamenti ta’ EUR […] fix-xahar malli tirċievi l-fatturi ta’ AMS, kull xahar minn April sa Ottubru ta’ kull sena tul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din il-klawżola addizzjonali.

4.4.   L-ewwel ittra ta’ impenn ta’ tiġdid tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010

(61)

L-APFTE bagħtet ittra ta’ impenn ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-2010 lil AMS fid-29 ta’ Settembru 2011. L-għan tal-ittra kien li l-kuntratt tal-2010 jiġġedded b’perjodu supplimentari ta’ sena, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2012. Skont it-termini tagħha stess, l-APFTE timpenja ruħha li ġġedded il-kuntratt tal-2010 abbażi tar-rotot bl-ajru operati minn Ryanair li ġejjin: Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn u Leeds-Bradford.

4.5.   It-tieni ittra ta’ impenn ta’ tiġdid tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010

(62)

Fil-25 ta’ Frar 2013, intbagħtet it-tieni ittra ta’ impenn ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-2010 lil AMS. L-għan ta’ din l-ittra kien li l-kuntratt tal-2010 jiġġedded b’perjodu supplimentari ta’ sena, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2013, “abbażi tar-rotot bl-ajru operati mill-kumpanija Ryanair li ġejjin: Bruxelles Sud-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford u Birmingham.”. (58)

4.6.   Il-kuntratti tat-22 ta’ Novembru 2013

(63)

Fid-dawl tal-iskadenza tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmat ma’ AMS fl-2010 u estiż ulterjorment sa tmiem Diċembru 2013, l-APFTE kienet obbligata li tiftaħ sejħa għall-offerti għall-kuntratt il-ġdid, “għal kull destinazzjoni” sabiex tikkonforma mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. (59)

(64)

Fit-2 ta’ Ottubru 2013, l-APFTE ħejjiet sejħa għall-offerti fid-dawl tal-akkwist ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-għan li ssir promozzjoni tal-flussi turistiċi u ekonomiċi f’Montpellier għas-sena 2014.

(65)

Is-sejħa għall-offerti tindika li l-kumpaniji jridu jipproponu li “jiżguraw il-promozzjoni tal-flussi turistiċi u ekonomiċi lejn Montpellier permezz tal-mezzi kollha eżistenti fis-suq.” F’dan l-ambitu, jingħataw l-eżempji tal-mezzi li ġejjin: kampanji radjofoniċi; kampanji televiżivi; “il-komunikazzjoni fuq in-netwerking soċjali (Facebook, Twitter, Youtube, …); il-parteċipazzjoni f’espożizzjonijiet, fieri; l-isponsorjar ta’ avvenimenti li jġibu magħhom notorjetà u viżibilità tad-destinazzjoni ta’ Montpellier; vjaġġi ta’ taħriġ għall-professjonisti, vjaġġi tal-istampa flimkien mal-ġurnalisti” kif ukoll il-komunikazzjoni diġitali. Skont is-sejħa għall-offerti, “fil-każijiet kollha, il-kumpaniji kellhom jiżguraw ħolqa li twassal lil dak li jkun fis-sit web tal-APFTE (go to Montpellier) fuq is-sit web tagħhom.” Dan il-kriterju tal-aħħar kien l-uniku kriterju li kellu jiġi ssodisfat bilfors mill-fornitur tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(66)

Is-sejħa għall-offerti taqsam ukoll il-kuntratt f’ħames “lottijiet”, jiġifieri “Bruxelles-Charleroi”, “Frankfurt-Hahn”, “Leeds”, “Birmingham” u “[…]”. Għal kull lott, is-sejħa għall-offerti tindika l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ offerta tat-trasport bl-ajru: l-offerta annwali minima ta’ sits disponibbli fis-suq, il-volum annwali minimu ta’ passiġġieri li jaslu, l-istaġjonalità rrakkomandata għas-suq (operat annwali jew staġjonali), l-għadd minimu ta’ frekwenzi fil-ġimgħa u d-data ta’ meta r-rotta se tibda topera.

(67)

Evidentement, is-sejħa għall-offerti kellha għalhekk l-għan li tagħżel mhux kwalunkwe fornitur tas-servizzi ta’ marketing online, iżda linji tal-ajru li jipproponu tali servizzi apparti l-attivitajiet tagħhom tat-trasport bl-ajru u li barra minn hekk jieħdu impenn li joperaw servizzi tat-trasport bl-ajru bejn l-ajruport ta’ Montpellier u d-destinazzjonijiet tal-“lottijiet” differenti, bil-kundizzjonijiet imsemmija fis-sejħa għall-offerti fir-rigward tal-istaġjonalità, il-frekwenza, l-għadd minimu ta’ passiġġieri li jaslu, u d-data ta’ meta jibdew joperaw ir-rotot.

(68)

Il-lottijiet imsejħa “Bruxelles-Charleroi”, “Frankfurt-Hahn”, “Leeds”, u “Birmingham” u l-ammont minimu ta’ frekwenzi msemmija fir-rigward tagħhom fis-sejħa għall-offerti kienu jikkorrispondu eżatt għall-erba’ destinazzjonijiet li diġà kienu jiġu operati minn Ryanair mill-ajruport ta’ Montpellier fil-mument meta tnediet is-sejħa għall-offerti.

(69)

Kien biss il-lott “[…]” li ma kienx jikkorrispondi għal rotta diġà operata minn Ryanair, iżda minn linja tal-ajru oħra li topera fl-ajruport ta’ Montpellier li magħha l-APFTE kienet ukoll iffirmat kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel. Il-valur massimu ta’ dan il-lott, stmat ta’ massimu ta’ EUR […] mingħajr it-taxxa fis-sena, kien ferm inqas mill-valur massimu tal-erba’ lottijiet ta’ qabel (bejn EUR […] mingħajr it-taxxa u EUR […] mingħajr it-taxxa fis-sena u għal kull lott). (60)

(70)

Ryanair kienet l-unika kumpanija li ssottomettiet offerta għal-lottijiet “Bruxelles-Charleroi”, “Frankfurt-Hahn”, “Leeds”, u “Birmingham”.

(71)

B’segwitu għas-sejħa għall-offerti, erba’ lottijiet ġew allokati lil Ryanair, li ffirmat kuntratti mal-APFTE fit-22 ta’ Novembru 2013 (“il-kuntratti tal-2013”) għall-ewwel tliet lottijiet, b’valur totali ta’ madwar EUR […] fis-sena (“Bruxelles-Charleroi” għall-ammont fiss ta’ EUR […]; “Frankfurt-Hahn”għall-ammont fiss ta’ EUR […]; u “Leeds-Bradford” għall-ammont fiss ta’ EUR […]).

(72)

Min-naħa l-oħra, l-ebda kuntratt ma kien ġie ffirmat għar-raba’ lott “Birmingham”, uffiċjalment “fin-nuqqas ta’ finanzjament biex dan il-lott jiġi kkonkretizzat.” (61) F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li Ryanair kienet waqfet topera r-rotta bejn Montpellier u Birmingham f’Novembru 2013.

(73)

Il-kuntratti tal-2013 iffirmati ma’ Ryanair għal-lottijiet “Bruxelles-Charleroi”, “Frankfurt-Hahn” u “Leeds” ġew estiżi darbtejn, sal-aħħar tas-sena 2016, għal valur ta’ madwar EUR […] kull sena:

Fid-19 ta’ Diċembru 2014, permezz ta’ tliet ittri ffirmati mill-President tal-APFTE, l-APFTE, għas-sena 2015 ġeddet, ma’ Ryanair, l-offerta ta’ servizzi ta’ promozzjoni għal kull waħda mit-tliet destinazzjonijiet (Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford) li jammontaw għal EUR […] għal Bruxelles-Charleroi, EUR […] għal Frankfurt-Hahn u EUR […] għal Leeds-Bradford;

Fit-22 ta’ April 2016 permezz ta’ tliet ittri ffirmati mill-President tal-APFTE, l-APFTE kkonkludiet it-tieni perjodu ta’ tiġdid tal-offerta ta’ servizz ta’ promozzjoni għas-sena 2016, għal kull waħda mit-tliet destinazzjonijiet li jammontaw għal EUR […] għal Bruxelles-Charleroi, EUR […] għal Frankfurt-Hahn u EUR […] għal Leeds-Bradford.

4.7.   Il-kuntratti tad-19 ta’ Mejju 2017

(74)

Fit-13 ta’ Marzu 2017, l-APFTE nediet sejħa ġdida għall-offerti għall-akkwist ta' servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-għan li tingħata promozzjoni “lill-flussi tat-turistiċi u tan-negozju” lejn Montpellier għal sena, b’possibbiltà ta’ estensjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jaqsmu l-kuntratt f’“lottijiet” differenti u kull “lott” jirreferi għal reġjun Ewropew. Il-“lottijiet” jirreferu għar-reġjuni li l-abitanti tagħhom għandhom ikunu fil-mira tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni.

(75)

Kuntrarjament għas-sejħa għall-offerti tal-2013, l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din is-sejħa l-ġdida għall-offerti ma tirreferix b’mod speċifiku għal attivitajiet tat-trasport bl-ajru jew għall-ajruporti speċifiċi, iżda tirreferi għal seba’ lottijiet differenti, intitolati “Walloon”, “Rheinland-Pfalz”, “Yorkshire”, “[…]”, “[…]”, “[…]” u “[…]”. Il-Kummissjoni tosserva li l-lottijiet intitolati “Walloon”, “Rheinland-Pfalz” u “Yorkshire” jikkorrispondu għar-reġjuni fejn jinsabu t-tliet ajruporti li Ryanair kienet topera lejhom minn Montpellier meta tnediet is-sejħa għall-offerti. (62)

(76)

Is-sejħa għall-offerti tindika b’mod ċar li l-kriterji tal-għażla kienu se jitqiesu b’dan il-mod: 40 % għall-prezz tal-forniment tas-servizzi u 60 % għall-valur tekniku.

(77)

Kien hemm żewġ offerti għal kull wieħed mil-lottijiet “Walloon”, “Rheinland-Pfalz” u “Yorkshire”. Ryanair issottomettiet offerti għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet. Għal kull lott, kien hemm offerta kompetittriċi minn intrapriża ta’ kummerċjalizzazzjoni online (li mhijiex linja tal-ajru), […]. L-offerti sottomessi għal kull lott kienu kif ġej:

il-lott “Walloon”: Ryanair EUR […], […] EUR […];

il-lott “Rheinland-Pfalz”: Ryanair EUR […], […] EUR […];

il-lott “Yorkshire”: Ryanair EUR […], […] EUR […];

(78)

It-tliet lottijiet ingħataw kollha lil Ryanair b’offerta ta’ preċiżament EUR […] irħas minn dik ta’ […] għal kull offerta. L-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew l-ebda informazzjoni li tindika li l-APFTE rrealizzat u poġġiet f’dubju din id-differenza kostanti fil-prezz bejn iż-żewġ offerti kompetituri.

(79)

L-APFTE kkonkludiet għalhekk kuntratti ma’ Ryanair fid-19 ta’ Mejju 2017 għal ammont indikattiv ta’ EUR […] (għall-kuntratti ta’ Walloon, Rheinland-Pfalz u Yorkshire, li jammontaw għal EUR […] mingħajr it-taxxi, EUR […] mingħajr it-taxxi u EUR […] mingħajr it-taxxi rispettivament).

(80)

B’mod konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-offerta, dawn kienu kuntratti f’għamla ta’ ordnijiet ta’ akkwist li kienu jipprevedu l-forniment u l-pagament tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni meta biss l-APFTE kienet toħroġ dawn l-ordnijiet ta’ akkwist. L-ordnijiet ta’ akkwist maħruġa mill-APFTE juru li l-pagament skont ir-reġjun fil-mira (Walloon, Rheinland-Pfalz, Yorkshire) saru f’żewġ fażijiet: pagament għall-perjodu “rebbiegħa/sajf” u pagament ieħor għall-perjodu “ħarifa/xitwa”. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-perjodi jikkorrispondu għaż-żewġ staġuni tal-iskeda tal-avjazzjoni ċivili (minn April sa Settembru u minn Ottubru sa Marzu) definiti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA).

(81)

Il-kuntratti konklużi ma’ Ryanair huma l-uniċi kuntratti li għamlet l-APFTE abbażi ta’ din is-sejħa għall-offerti.

(a)

Għal-lottijiet […] u […], l-intrapriża magħżula kienet […] li aġġudikat bi […] (offerta identika f’termini ta’ prezz, iżda differenti f’termini ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni). Il-kuntratt konkluż mal-APFTE u […] kien kuntratt b’ordnijiet ta’ akkwist. L-offerta kienet tammonta għal EUR […] għaż-żewġ lottijiet f’daqqa. Madankollu, mill-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li l-APFTE qatt ma ħarġet ordnijiet ta’ akkwist abbażi ta’ dan il-kuntratt.

(b)

Għal-lottijiet […] u […], kienet biss il-kumpanija […] li ssottomettiet offerta (b’total ta’ EUR […]). L-APFTE kkunsidrat dawn il-lottijiet bħala ineffikaċi għaliex l-offerta ta’ […] kienet ġiet iddikjarata irregolari minħabba li ma kinitx akkumpanjata mit-tariffi tal-prezzijiet unitarji.

4.8.   Il-baġit (l-oriġini tar-riżorsi użati għall-finanzjament tal-għajnuna)

(82)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-APFTE trasferiet l-ammonti segwenti mil-baġit tagħha lil Ryanair/AMS.

Tabella 4

Pagamenti tal-APFTE lil Ryanair/AMS wara l-2010

 

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

l-2010 sal-2019

Pagamenti lil Ryanair/AMS għas-sena baġitarja

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2010 u l-2011)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2011 u l-2012)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2012 u l-2013)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2013 u l-2014)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2014 u l-2015)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2015 u l-2016)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2016 u l-2017)

[…]

(il-pagamenti effettivi saru bejn l-2018 u Frar tal-2019)

[…]  (63)

[…]

856 089 904

Il-baġit tal-APFTE f’euro (ara wkoll it-Tabella 3)

937 110

2 050 269

2 038 112

2 408 915

1 571 235

1 616 599

1 572 373

1 118 354

222 500

0

13 535 477

Sors:

informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi.

(83)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-APFTE ma baqgħetx tgħaddi aktar pagamenti lil Ryanair għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni wara April 2019.

4.9.   Deskrizzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bidu tal-proċedura

(84)

Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fl-4 ta’ Lulju 2018 għaliex ma setgħetx teskludi li l-miżuri deskritti fil-premessi 52 u dawk sussegwenti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Ryanair u AMS, il-kumpanija sussidjarja tagħha.

5.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   Il-kwerelant

(85)

L-ilmentatur isostni l-argumenti miġjuba fl-ilment tiegħu, jiġifieri li l-APFTE kienet veikolu għat-trasferiment tal-għajnuna mill-Istat lil Ryanair/AMS.

5.2.   Ryanair

(86)

Ryanair tikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni. Skont Ryanair, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS u Ryanair kellhom prezz tas-suq u kienu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-APFTE. L-APFTE kellha l-interess li tikkonkludi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni wkoll sabiex tattira turisti barranin, b’kapaċità tal-akkwist konsiderevoli u li kapaċi jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-attivitajiet turistiċi fir-reġjun. Skont Ryanair, l-infiq ta’ kummerċjalizzazzjoni li jista’ jsir mill-kumpanija nnifisha ma jistax ikun mmirat speċifikament għat-turisti barranin, dment li l-infiq turistiku ma jiġġarabx minn Ryanair. Għalhekk, jista’ jagħti l-każ li l-APFTE kellha interess fl-infiq għall-kummerċjalizzazzjoni mmirat lejn it-turisti barranin, filwaqt li Ryanair, kieku nefqet għall-kummerċjalizzazzjoni, ukoll kellha interess fil-passiġġieri kollha li jibdew il-vjaġġ tagħhom f’Montpellier u residenti fir-reġjun. Ryanair indikat ukoll li r-rata li biha timla t-titjiriet tagħha kienet fil-biċċa l-kbira tagħha assigurata bis-saħħa tal-ġestjoni tar-rendiment (yield management) ta’ Ryanair. (64)

(87)

Barra minn hekk, Ryanair tikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija orjentata lejn is-suq ta’ dan it-tip, id-determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna, is-selettività tal-għajnuna kif ukoll l-imputabilità tagħha għall-Istat.

(88)

AMS ma ressqet ebda osservazzjoni.

5.3.   L-APFTE

(89)

L-APFTE tiċħad li tat kwalunkwe vantaġġ lil Ryanair. Tikkwalifika l-ammonti kkontestati bħala remunerazzjonijiet konformi mal-prezz tas-suq li jikkorrispondi għall-pagament korrispettiv ta’ servizz mogħti. L-APFTE tiċċara li hi tintervjeni bħala akkwirent pubbliku tas-servizzi u li l-azzjonijiet ta’ promozzjoni mwettqa jagħmlu parti minn strateġija globali tal-kummerċjalizzazzjoni territorjali ta’ Montpellier u tal-madwar tagħha.

(90)

L-APFTE tfakkar li r-reġjuni fil-mira tas-sejħiet għall-offerti huma s-suġġett ta’ diskussjonijiet u għażliet strateġiċi fl-Assemblea Ġenerali u fil-Bord tat-Tmexxija. Tikkonkludi li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Assoċjazzjoni rigward il-mod ta’ kif taħdem l-APFTE kif deskritt fl-istatuti tagħha mhumiex imputabbli għall-Istat.

(91)

Barra minn hekk, f’każ improbabbli li l-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-interventi pubbliċi tal-APFTE favur Ryanair, l-APFTE tikkonkludi li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-Linji Gwida tal-2005 (65) dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu mill-Istat lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali.

(92)

B’mod għalkollox sussidjarju, f’każ improbabbli li l-Kummissjoni tikkonkludi li teżisti għajnuna favur Ryanair u AMS, l-APFTE tikkunsidra li Ryanair u AMS għandhom iħallsu lura biss id-differenza bejn il-prezz imħallas għar-remunerazzjoni ta’ dawn is-servizzi u l-prezz tas-suq, peress li fil-fehma tagħha, dawn is-servizzi huma parti mill-missjoni ta’ politika pubblika tal-APFTE, u li minnhom l-Assoċjazzjoni kisbet redditu evidenti.

5.4.   Ir-reġjun ta’ Occitanie

(93)

Ir-reġjun ta’ Occitanie jikkontesta l-bażi li fuqha jissejjes l-ilment, u jallega li l-azzjoni tal-APFTE tiġġenera effetti għat-turiżmu u għall-ekonomija u li minnhom jibbenefikaw l-atturi kollha fil-livell lokali u reġjonali. Fil-fatt, skont ir-reġjun ta’ Occitanie, l-APFTE taħdem biex tiżviluppa klijentela aktar internazzjonali u bis-saħħa tagħha l-intrapriżi tas-settur ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bl-attività tagħhom għal perjodu itwal ta’ żmien.

(94)

Ir-reġjun jiċċara li fl-APFTE, id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-għan li tiġi żviluppata l-attrattività turistika jittieħdu prinċipalment mill-Assemblea Ġenerali, kull membru għandu vot wieħed u d-deċiżjonijiet jittieħdu ġeneralment b’maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi.

(95)

Ir-reġjun ta’ Occitanie jżid li l-azzjoni tal-APFTE ssir f’għamla ta’ sejħiet għall-offerti għal servizzi li għandhom l-għan li jżidu l-viżibilità u l-attrazzjoni tat-territorju inkwistjoni. Dawn il-konsultazzjonijiet kienu miftuħa għall-intrapriżi kollha b’kapaċità li jissottomettu offerta li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet, inkluż l-ilmentatur.

5.5.   Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Hérault (“CCI Hérault”, ex CCIM)

(96)

Is-CCI Hérault hija tal-fehma li l-azzjonijiet imwettqa mill-APFTE sabiex tippromwovi r-reġjun ta’ Montpellier fost in-nies tal-Belġju, tan-Netherlands, tal-Ġermanja, tal-Ingilterra u ta’ […] jakkwiżixxu importanza ekonomika għat-territorju grazzi għall-benefiċċji ekonomiċi li jiġġeneraw. Iżżid ukoll li bis-saħħa tal-akkomunament tar-riżorsi tal-membri tagħha, l-APFTE twieġeb għall-bżonn ta’ żvilupp ekonomiku u turistiku tat-territorju, li hija għalkollox kompetenza tal-APFTE u tas-CCI Hérault.

5.6.   Montpellier Méditerranée Métropole

(97)

Montpellier Méditerranée Métropole hija tal-fehma li hemm bżonn ta’ strateġija aggressiva ta’ attrattività sabiex jiġi żviluppat it-territorju tagħha, jingħata sostenn lill-ekonomija u jiġi miġġieled il-qgħad. Tiċċara li l-APFTE hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ bejn sħab pubbliċi u privati li għandhom l-objettiv komuni li jwettqu azzjonijiet bl-għan li jiżguraw il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu, u minn dan jibbenefikaw ukoll l-interessi pubbliċi tal-iżvilupp tat-territorji u l-interessi privati tal-iżvilupp tal-attività.

(98)

Montpellier Méditerranée Métropole tqis li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ordnati mill-APFTE jissodisfaw il-ħtiġijiet effettivi u l-iskop tagħha, kif ukoll li dawn is-servizzi kienu soġġetti għall-proċeduri prerekwiżiti ta’ akkwist pubbliku kompetittiv, u li għalhekk dan ma jagħtix lok għall-konklużjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ selettività (f’dan ir-rigward Ryanair aġġudikat uħud mis-sejħiet għall-offerti maħruġa mill-APFTE). Apparti minn hekk, Montpellier Méditerranée Métropole tqis li dawn is-servizzi ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna: minn naħa minħabba li ma jeżistix vantaġġ, għaliex ir-remunerazzjoni li rċeviet Ryanair ma taqbiżx il-prezz tas-suq, min-naħa l-oħra minħabba li ma hemmx imputabilità lill-Istat, għaliex id-deċiżjonijiet tal-APFTE jieħdu inkunsiderazzjoni l-istrutturi privati, li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-membri tagħha u għandhom setgħa deċiżjonali konsiderevoli.

5.7.   […]

(99)

Il-[…], membru tal-APFTE, tqis li din l-assoċjazzjoni tippermetti li jsir skambju ta’ fehmiet ma’ dawk fil-privat inkarigati minn setturi ta’ diversi attivitajiet kif ukoll mar-rappreżentanti tal-kollettivitajiet. Iżżid li d-deċiżjonijiet meħuda fi ħdanha huma orjentati lejn l-interess kollettiv tal-atturi ekonomiċi u l-abitanti kollha tar-reġjun. Tikkonkludi li dan l-akkomunament tar-riżorsi bejn is-settur pubbliku u s-settur privat jagħmilha possibbli li jintlaħqu l-objettivi mixtieqa f’termini ta’ viżibilità u żvilupp tal-belt ta’ Montpellier u tal-madwar tagħha.

5.8.   Il-Communauté d’Agglomération de Pays de l’Or

(100)

Il-Communauté d’Agglomération du Pays de l’Or tqis li l-azzjonijiet ta’ reklamar li saru mill-APFTE bl-għan li ssir promozzjoni tar-reġjun ta’ Montpellier fost in-nies tal-Belġju, tan-Netherlands, tal-Ġermanja u tal-Ingilterra huma pertinenti għat-territorju, grazzi għall-benefiċċji ekonomiċi li jiġġeneraw u li fil-mira tagħhom għandhom żoni b’potenzjal qawwi ekonomiku u turistiku għat-territorju ta’ Montpellier.

6.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA

(101)

Franza hija tal-fehma li l-pagamenti inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Meta wieħed iqis l-istruttura u l-funzjonament tal-APFTE kif stabbiliti fl-istatuti tiegħu, dawn il-miżuri mhumiex imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, l-objettiv tal-kuntratti konklużi ma’ Ryanair/AMS kien effettivament il-promozzjoni ta’ reġjun territorjali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-akkwist ta’ reklamar mill-APFTE, li sar bil-prezz tas-suq, kienet miżura leġittima li kkontribwiet għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali, u ma vvantaġġjat bl-ebda mod lil Ryanair u ma kinitx selettiva.

7.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

7.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(102)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, u li tkun tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti tkun, sal-punt li tkun tolqot lill-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkumpatibbli mas-suq intern.

(103)

Għalhekk, biex miżura nazzjonali tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: 1) il-benefiċjarju/i tal-miżura jkun(u) impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, 2) il-miżura inkwistjoni tkun iffinanzjata b’riżorsi tal-Istat u tkun imputabbli lill-Istat, 3) il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju/i tagħha, 4) il-vantaġġ ikun selettiv u 5) il-miżura inkwistjoni twassal għal distorsjoni jew thedded li ġġib distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.   Il-kunċett ta’ impriża u attività ekonomika

(104)

Skont ġurisprudenza stabbilita (66), stipulata fil-punt 27 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (67) tal-2014 (“il-Linji Gwida tal-2014”), l-attività tal-linji tal-ajru, li tikkonsisti mill-forniment ta’ servizzi tat-trasport lill-passiġġieri jew lill-intrapriżi, tikkostitwixxi attività ekonomika.

(105)

Billi l-benefiċjarji tal-miżuri huma linja tal-ajru u waħda mill-kumpaniji sussidjarji tagħha, ikkontrollata 100 % li tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet tagħhom huma ta’ natura ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.2.   Imputabbiltà lill-Istat u riżorsi tal-Istat

(106)

Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 107(1) TFUE jkopri kull għajnuna mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istat, irrispettivament minn jekk l-għajnuna tingħatax mill-Istat jew minn korpi pubbliċi jew privati li huwa jistabbilixxi jew jagħżel biex jamministra l-għajnuna. Miżura ffinanzjata minn tali korp hija għalhekk imputabbli lill-Istat fejn il-miżura inkwistjoni hija stabbilita mill-Istat u l-Istat jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-użu, tal-ġestjoni jew tat-tqassim ta’ dawn ir-riżorsi. (68) Il-karattru tal-Istat tal-għajnuna jidher b’mod iktar ċar meta l-intermedjarju jkun ikklassifikat bħala għodda ta’ politika speċjali għal reġjun, li twaqqaf biex jaġixxi fil-kontinwità tal-politika definita minn dik il-politika u li d-deċiżjonijiet għall-għoti ta’ vantaġġ ekonomiku huma marbuta direttament mar-reġjun inkwistjoni. (69)

7.1.2.1.   Imputabbiltà lill-Istat

(107)

Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-investigazzjoni formali li l-miżuri huma wkoll imputabbli lill-Istat. Il-ftehimiet dwar is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi bejn, minn naħa, Ryanair jew is-sussidjarja tagħha AMS u, min-naħa l-oħra, l-APFTE bħala parti mit-twettiq tal-objettiv tal-APFTE li tippromwovi flussi turistiċi ġġenerati minn Ryanair għal Montpellier u t-territorju tagħha.

(108)

Ryanair tikkontesta l-imputabbiltà tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-APFTE lill-Istat, minħabba li hija assoċjazzjoni privata li l-maġġoranza tal-membri tagħha ġejjin mis-settur privat.

(109)

Għall-kuntrarju, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ppermettiet lill-Kummissjoni tiġbor diversi elementi ta’ fatt – mir-rapporti u mill-minuti ta’ APFTE u mill-membri pubbliċi tagħha, kif ukoll mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-APFTE – li juru b’mod ċar li, minkejja l-istatus tagħha ta’ assoċjazzjoni privata, komposta prinċipalment minn membri tas-settur privat u deliberata minn maġġoranza taż-żewġ terzi fil-laqgħa ġenerali skont l-istatuti tagħha, l-APFTE kienet fil-fatt għodda tal-awtoritajiet lokali li huma membri fil-APFTE u fis-CCIM sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-għanijiet tal-politika ta’ żvilupp reġjonali tagħhom.

(110)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (70), il-Kummissjoni kkonkludiet l-imputabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-APFTE lill-Istat Franċiż (permezz tas-CCIM u tal-awtoritajiet lokali involuti) fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE ta’ ġabra ta’ provi li juru li, fir-rigward tal-iffirmar tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-assoċjazzjoni ma għandhiex awtonomija sħiħa, iżda taġixxi taħt il-kontroll u l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi. Dawn il-provi jinkludu s-segwenti:

Disinn tal-APFTE bħala strument ta’ fondi pubbliċi mis-CCIM u mill-awtoritajiet lokali;

L-insegwiment ta’ objettiv ta’ politika pubblika tal-APFTE;

Ir-rabtiet mill-qrib tal-APFTE mas-CCIM (kif ukoll l-awtoritajiet lokali);

Determinazzjoni tal-għażliet strateġiċi mill-membri pubbliċi tal-APFTE;

Il-finanzjament tal-APFTE mill-membri pubbliċi u l-kontroll tal-membri pubbliċi tal-użu tal-baġit tal-APFTE.

(a)   Disinn tal-APFTE bħala strument ta’ fondi pubbliċi mis-CCIM u mill-awtoritajiet lokali

(111)

Kif deskritt fil-premessi 28 et seq., l-APFTE tfasslet minn entitajiet pubbliċi bħala struttura legali għall-ħlas ta’ fondi pubbliċi lil Ryanair u lil linji tal-ajru oħra bi prezz baxx.

(112)

Sa minn meta ġiet stabbilita fuq l-inizjattiva tas-CCIM, l-għan reali tal-APFTE - li jidher f’diversi dokumenti pprovduti minn Franza u dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-APFTE (71) - kien li tinħoloq struttura legali li tippermetti li s-sussidji pubbliċi jiġu mgħoddija lill-kumpaniji tal-ajru magħżula, b’mod partikolari Ryanair.

(113)

Mid-dokumenti msemmija iktar ’il fuq jirriżulta li l-ħolqien tal-APFTE huwa l-konsegwenza diretta tat-telf tal-kwalità tal-amministratur tal-ajruport ta’ Montpellier mis-CCIM, kif deskritt fil-premessi 26 et seq. Is-CCIM xtaqet li ssib mod kif tkompli l-ħlasijiet ta’ fondi lil-linji tal-ajru permezz tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li s-CCIM ikkonkludiet bħala ġestjonarja tal-ajruport.

(114)

Is-CCIM kienet għalhekk attiva ħafna fil-ħolqien tal-APFTE, sabiex toħloq mezz legali sikur biex tkompli tħallas sussidji pubbliċi għall-finanzjament ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru. Dawn l-elementi huma indikati b’mod ċar fid-deliberazzjonijiet inizjali tal-APFTE u fid-deliberazzjonijiet inizjali tal-awtoritajiet lokali li japprovaw is-sussidji mħallsa lill-awtoritajiet u f’dawk tas-CCIM. (72)

(115)

Dan jidher b’mod eżemplari mill-minuti tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun ta’ Languedoc-Roussillon tal-20 ta’ Lulju 2012: “Fid-dawl tal-iżviluppi fil-ġestjoni tal-ajruport ta’ Montpellier, ġiet stabbilita assoċjazzjoni għall-promozzjoni tat-turiżmu u tal-flussi ekonomiċi (APFTE) sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet għall-promozzjoni tat-territorju żviluppati mal-kumpaniji li jservu l-ajruport ta’ Montpellier.” (73)

(116)

In-natura ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-punt sa fejn dawn il-kuntratti kienu intiżi li jippromwovu lil Montpellier u l-madwar ser ikunu s-suġġett ta’ analiżi ulterjuri fil-kuntest tal-kwistjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku mogħti lil Ryanair.

(b)   Insegwiment ta’ objettiv ta’ politika pubblika tal-APFTE

(117)

Mill-istatuti tal-APFTE (74) u mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi u mid-dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE jirriżulta li din tal-aħħar kellha l-kompitu li ssegwi għan ta’ politika pubblika, jiġifieri l-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu f’isem tal-awtoritajiet lokali u tas-CCIM. Barra minn hekk, mid-dokumenti relatati mal-ħolqien tal-APFTE jirriżulta li, minkejja l-istatus tagħha ta’ assoċjazzjoni privata, l-APFTE kienet għodda mfassla mill-membri pubbliċi tagħha sabiex timplimenta ċerti azzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar marbuta mal-iżvilupp turistiku. (75)

(118)

Konsegwentement, l-APFTE titqies bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” fl-ambitu tal-liġi Ewropea dwar l-akkwist pubbliku sa fejn l-APFTE kienet korp stabbilit għall-iskop speċifiku li jissodisfa ħtiġijiet fl-interess pubbliku, li m’għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali, b’personalità ġuridika u ffinanzjati fil-biċċa l-kbira minn awtoritajiet jew korpi pubbliċi. Minn dan isegwi li l-APFTE kienet awtorità kontraenti u kienet għalhekk soġġetta għal-liġi tal-akkwist pubbliku meta tagħti l-kuntratti tagħha. (76)

(119)

Il-Kummissjoni tosserva li l-APFTE kienet taf bl-obbligu tagħha li tikkonforma mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku għall-ipprolongar tal-kuntratti konklużi ma’ Ryanair fl-2013 u fl-2017.

(120)

Minn dan il-Kummissjoni tiddeduċi li, minkejja l-affermazzjonijiet tal-APFTE li jikkonċernaw l-imputabbiltà, b’mod partikolari billi tirreferi għas-setgħa deċiżjonali tal-istrutturi privati fi ħdan l-assoċjazzjoni, l-APFTE ma kinitx ikkunsidrata biss bħala assoċjazzjoni privata, iżda bħala korp fdat b’missjoni ta’ politika pubblika - jiġifieri l-iżvilupp tal-ekonomija lokali permezz tat-turiżmu - u li għandu josserva r-regoli fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni tqis dan l-aspett bħala indikazzjoni addizzjonali li l-APFTE kien biss arranġament legali mfassal biex jiffaċilita l-ħlas ta’ fondi pubbliċi lil-linji tal-ajru.

(c)   Rabtiet mill-qrib bejn l-APFTE u s-CCIM (jew l-awtoritajiet lokali)

(121)

Minbarra l-elementi relatati mal-ħolqien, iċ-ċessjoni, il-finanzjament u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-APFTE, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali identifikat rabtiet addizzjonali bejn l-APFTE u l-membri pubbliċi tagħha, b’mod partikolari s-CCIM, inkwantu din tal-aħħar taġixxi bħala uffiċjal pubbliku taħt ir-responsabbiltà tal-prefett tar-Reġjun ta’ Occitanie, li kien infurmat bl-attivitajiet u bl-iskop tal-APFTE skont id-dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi.

(122)

Fil-fatt, mid-dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li s-CCIM ipprovdiet appoġġ loġistiku lill-APFTE, b’mod partikolari billi awtorizzat lill-kumitati u lill-korpi tal-APFTE biex jorganizzaw il-laqgħat tagħhom fil-bini tas-CCIM u billi għamlet is-sit web użat fl-attivitajiet ta’ promozzjoni tagħha disponibbli għall-APFTE. (77)

(123)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa 39, mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali jirriżulta li l-pożizzjoni ta’ president tal-APFTE dejjem ġiet assenjata lil persuni li wettqu wkoll funzjoni fil-kuntest tas-CCIM jew ta’ awtorità lokali involuta fl-APFTE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet li l-għażla tal-President kienet essenzjalment iddeterminata mill-membri pubbliċi tal-APFTE u mhux mill-membri kollha tal-APFTE li ħadu sehem fil-Bord Amministrattiv kif stabbilit fl-istatuti tal-APFTE. (78) Għalhekk, mis-sommarju tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Finanzjaturi tal-15 ta’ Ottubru 2012 jirriżulta li l-President tal-APFTE – assenti għal raġunijiet ta’ saħħa u li jrid jirriżenja – “jixtieq […], li l-eks president tal-Assoċjazzjoni, jissostitwixxih f’dawn il-funzjonijiet, u dan jispjega għaliex il-Bord tad-Diretturi u l-Assemblea Ġenerali se jkollhom jaħtruh bħala Viċi President f’konformità mal-istatuti sabiex jippresjedi l-korpi tal-assoċjazzjoni.”

(124)

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat ukoll li mill-inqas matul it-trasferiment tas-setgħa bejn iż-żewġ presidenti tal-APFTE, fil-11 ta’ Diċembru 2012, is-CCIM kellha rwol attiv. Għalhekk, it-trasferiment tas-setgħa bejn il-President uxxenti u l-president il-ġdid tal-APFTE kien organizzat mill-President tas-CCIM fl-Assemblea Ġenerali tal-APFTE tal-11 ta’ Diċembru 2012. (79)

(125)

Din hija karatteristika tar-rabta mill-qrib bejn l-APFTE u l-membri pubbliċi tagħha, peress li skont l-operat fattwali tal-APFTE, il-president u l-uffiċċju għandhom rwol fundamentali fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet baġitarji tal-APFTE (flimkien mal-Kumitat tal-Finanzjaturi magħmul mis-CCIM u mil-awtoritajiet lokali) li mbagħad jiġu ppreżentati fl-assemblea ġenerali. Barra minn hekk, skont l-istatuti tal-APFTE, huwa l-President li huwa awtorizzat li jimpenja lill-APFTE legalment lejn partijiet terzi, li jagħtih is-setgħa li jiffirma u għalhekk jikkonkludi l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru kif ukoll l-ftehimiet ta’ sussidji mal-awtoritajiet lokali.

(126)

Il-Kummissjoni tqis dawn l-elementi bħala indikazzjoni addizzjonali li turi l-influwenza deċiżiva tal-membri pubbliċi tal-APFTE fuq l-assoċjazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħatra tal-President tal-APFTE. Din l-influwenza ppermettiet lill-APFTE tkompli tidħol f’kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpaniji tal-linji tal-ajru, mibdija mis-CCIM.

(d)   Determinazzjoni tal-għażliet strateġiċi mill-membri pubbliċi tal-APFTE

(127)

Mill-bidu u minkejja l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet deskritt fl-istatuti tal-APFTE, huma s-CCIM u l-awtoritajiet lokali li ggwidaw l-għażliet magħmula mill-assoċjazzjoni. Il-membri privati, minkejja l-maġġoranza ta’ żewġ terzi fl-assemblea ġenerali, għalhekk ma kellhom l-ebda possibbiltà li joġġezzjonaw għall-prijoritajiet strateġiċi magħżula mill-entitajiet pubbliċi jew li jimponu l-għażliet strateġiċi tagħhom fuq l-entitajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni abbażi tal-indizji li ġejjin:

(128)

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat li, fl-aħħar mill-aħħar, l-għażliet strateġiċi tal-APFTE, jiġifieri l-għażla tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konkreti li kellhom jiġu konklużi mal-kumpaniji tal-linji tal-ajru, ġew iddeterminati minn qabel mis-CCIM u mill-membri pubbliċi l-oħra tal-APFTE qabel is-sottomissjoni tal-programm ta’ promozzjoni lill-Bord tad-Diretturi jew lill-Assemblea Ġenerali. (80) Fil-fatt, il-membri privati kellhom biss l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, iżda mhux li jiddeterminaw l-għażliet strateġiċi tal-assoċjazzjoni mingħajr mhuwa meħtieġ li l-membri pubbliċi jkunu jaqblu magħhom. (81)

(129)

Il-korpi u l-kumitati tal-APFTE, li jiddeterminaw minn qabel l-għażla tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu approvati mill-assemblea ġenerali – jiġifieri l-Bureau, il-Kumitat ta’ Governanza u l-Kumitat tal-Finanzjaturi (82) – huma magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u tas-CCIM. Jirriżulta miċ-ċirkustanzi tal-ħolqien tiegħu li l-Kumitat ta’ Governanza (li aktar tard sar il-Kumitat tal-Finanzjaturi) kellu jifformalizza l-prattika li kienet ġiet applikata sa mit-twaqqif tal-APFTE, jiġifieri d-determinazzjoni ta’ għażliet ta’ prijorità mill-awtoritajiet lokali u mis-CCIM.

(130)

Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi ma ddeċidewx dwar l-eżistenza jew ir-rwol tal-Kumitat dwar il-Governanza u l-Kumitat tal-Finanzjaturi.

(131)

Mill-minuti tal-laqgħa ġenerali kostituttiva tal-APFTE, imsemmija fil-premessa 33, jidher li l-preżenza ta’ membri privati fl-APFTE hija parzjalment spjegata mit-tħassib biex jitħaffef il-ħolqien tal-APFTE.

(132)

Mill-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE jirriżulta wkoll li, qabel il-ħolqien tal-APFTE, is-CCIM u l-konsulent legali tagħha kif ukoll l-awtoritajiet lokali kkonċernati fittxew arranġament legalment stabbli biex jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni tal-pagamenti lill-kumpaniji tal-linji tal-ajru wara l-2009, meta kienu jafu li dawn il-pagamenti kienu diffiċli biex jiġu ġġustifikati. (83) Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi minn dan li l-istruttura tal-APFTE b’maġġoranza ta’ membri privati – li, skont l-istatuti tal-assoċjazzjoni, kellhom l-opportunità li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet tal-assoċjazzjoni (84) – kienet ġiet magħżula apposta mill-korpi pubbliċi kkonċernati sabiex jaħbu l-influwenza reali tas-CCIM u tal-awtoritajiet lokali fuq il-ħlasijiet ta’ fondi lill-kumpaniji tal-linji tal-ajru. Mill-perspettiva ta’ impriżi privati, il-parteċipazzjoni fl-APFTE ma kellha l-ebda żvantaġġ: il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom kienet simbolika u l-finanzjament tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-membri pubbliċi tal-APFTE kellu jikkontribwixxi biex jiżdied l-impatt fuq l-ekonomija lokali.

(133)

Skont dawn il-minuti, ir-rappreżentant tas-CCIM (li se jiġi elett president tal-APFTE f’dik il-laqgħa) spjega l-għan tal-APFTE lill-membri privati tal-APFTE preżenti fil-laqgħa tal-assemblea ġenerali tal-APFTE, jiġifieri t-tkomplija tal-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpaniji tal-linji tal-ajru. F’dan il-kuntest, dan ir-rappreżentant tas-CCIM semma li kien essenzjali li “l-impriżi jkunu kapaċi jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-pjan ta’ azzjoni magħżul”. L-espressjoni “jesprimu l-fehmiet tagħhom” tirreferi għar-rwol reali li s-CCIM kienet ipprevediet għall-membri privati minkejja l-maġġoranza tagħhom fl-assemblea ġenerali, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ kwalunkwe setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet reali fir-rigward tal-orjentazzjonijiet strateġiċi u baġitarji tal-assoċjazzjoni li tkun iddeterminata mill-membri pubbliċi. Dan ifisser li l-membri privati tal-APFTE li kienu preżenti kienu konxji mill-fatt li l-għażliet strateġiċi jsiru mis-CCIM u mill-awtoritajiet lokali, għalkemm dawn tal-aħħar jistgħu jieħdu kont tal-opinjonijiet espressi mill-membri privati.

(134)

L-analiżi tar-rapporti u tal-minuti tal-APFTE tikkonferma din il-konklużjoni: jekk il-proposti mill-membri privati setgħu jiġu aċċettati, dan kien biss b’mod alternattiv, fil-każ li jibqgħu l-linji baġitarji wara l-finanzjament tal-linji magħżula mill-membri pubbliċi, u b’hekk b’mod partikolari l-linji operati minn Ryanair. (85)

(135)

Fil-fatt, il-fondi tal-APFTE minn dejjem ġew allokati b’tali mod li l-proġetti ddefiniti mill-membri pubbliċi kienu ffinanzjati l-ewwel filwaqt li l-proposti tal-membri privati nżammu biss b’mod sussidjarju.

(136)

Anke fi ħdan il-Kumitat tal-Finanzjaturi, il-proġetti approvati unanimament biss kienu maħsuba biex jirċievu fondi, minħabba l-fatt li l-finanzjaturi ddeterminaw l-ammont eżatt tal-għotjiet tagħhom għal sena partikolari fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni magħżula. Dan jintwera fid-diskussjoni fil-Kumitat tal-Finanzjaturi, fid-29 ta’ Jannar 2013, dwar il-finanzjament ta’ “flussi ta’ turisti” lejn u minn […] (żgurati minn linja tal-ajru Taljana) u […] (żgurati minn linja tal-ajru Norveġiża). Għall-bidu, il-finanzjament ta’ dawn il-“flussi”, li kien ġie propost mill-membri privati tal-APFTE fl-assemblea ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 u li sussegwentement ġie appoġġat minn xi membri pubbliċi, ġie miċħud mit-tliet finanzjaturi ewlenin (Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon, Kunsill Ġenerali ta’ Hérault, Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier) biex ma tiżdiedx il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom għall-inklużjoni ta’ dawn iż-żewġ “flussi” fil-baġit tal-2013. Is-CCIM, li dak iż-żmien kienet interessat fl-iżvilupp ta’ dawn il- “flussi”, għalhekk b’mod unilaterali żiedet is-sussidju tagħha għal dik is-sena b’mod eċċezzjonali sabiex tkun tista’ tappoġġa dawn iż-żewġ “flussi”. (86)

(137)

Id-deliberazzjonijiet u l-minuti relatati mal-APFTE ma jirreferux għall-arranġamenti jew għall-implimentazzjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ AMS u ma’ Ryanair. Dawn il-kuntratti bbenefikaw b’mod konsistenti mill-finanzjamenti pubbliċi, minkejja l-fatt li l-baġits annwali mhumiex konsistenti. Dawn il-finanzjamenti qatt ma ġew ikkontestati fid-diskussjonijiet fl-APFTE, mingħajr madankollu ma titressaq ġustifikazzjoni mill-membri pubbliċi għaż-żamma ta’ dawn il-finanzjamenti. Il-membri pubbliċi sempliċiment ġeddew il-kuntratti kull sena, billi ddeskrivewhom bħala “assi” jew “destinazzjonijiet storiċi” f’ċerti dokumenti relatati mal-operat tal-APFTE, mingħajr ma pprovdew aktar spjegazzjonijiet.

(138)

Il-vot fl-Assemblea Ġenerali kien b’hekk biss formalità li tiġġustifika l-funzjonament tajjeb tal-APFTE. Dan huwa partikolarment evidenti għas-snin baġitarji 2012, 2013 u 2014, li għalihom l-impenn ta’ APFTE lejn Ryanair/AMS sar saħansitra qabel l-awtorizzazzjoni tal-għażliet strateġiċi fl-assemblea ġenerali:

(a)

Fir-rigward tal-baġit tal-2012, l-ittra ta’ tiġdid indirizzata lil AMS ġiet iffirmata fid-29 ta’ Settembru 2011 mill-President tal-APFTE. It-tiġdid tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS għall-2012 kien diġà ġie deċiż fil-Kumitat ta’ Governanza fit-23 ta’ Settembru 2011. Madankollu, l-assemblea ġenerali ġiet infurmata b’dan biss fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Ottubru 2011 (87) (mingħajr ma dan ġie żvelat fil-minuti ta’ dik il-laqgħa li l-assemblea ġenerali kienet ivvotat fiha dwar il-kwistjoni).

(b)

Fir-rigward tal-baġit tal-2013, it-tiġdid tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma’ AMS għall-2013 ġie ffirmat fit-23 ta’ Frar 2013 mill-APFTE. Il-baġit tal-2013 u l-programm ta’ azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni inklużi l-pagamenti lil Ryanair fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt ġew adottati fl-assemblea ġenerali tal-APFTE fl-4 ta’ Lulju 2013 (88).

(c)

Fir-rigward tal-baġit tal-2014, il-President tal-APFTE kien iffirma l-kuntratti ma’ Ryanair wara s-sejħa għal offerti tal-2013 fit-22 ta’ Novembru 2013. Madankollu, l-assemblea ġenerali awtorizzat lill-president tal-APFTE biex jiffirma l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġodda ma’ Ryanair biss fis-27 ta’ Jannar 2014.

(139)

Id-dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni juru li, fi ħdan l-assoċjazzjoni, il-vot dejjem ittieħed b’mod unanimu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, fil-kuntest tal-Bord tad-Diretturi u l-Assemblea Ġenerali, il-membri privati ħarġu għadd ta’ opinjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni ta’ studji tas-suq, sabiex jiġi żgurat li l-linji tal-ajru ffinanzjati kellhom benefiċċji ekonomiċi għar-reġjun. Madankollu, fid-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali jew fil-Bord tad-Diretturi, il-membri privati qatt ma opponew l-għażliet proposti mill-Bureau, il-Kumitat ta’ Governanza jew il-Kumitat tal-Finanzjaturi b’votazzjoni sfavorevoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-parteċipazzjoni ta’ membri privati fl-Assemblei Ġenerali naqset b’mod sinifikanti minn sena għal oħra, meta mqabbla ma’ preżenza pjuttost kostanti ta’ rappreżentanti ta’ membri pubbliċi. (89). Il-membri privati mbagħad appoġġaw konsistentement l-attivitajiet tal-membri pubbliċi, anki jekk il-proposti tagħhom stess ma kinux ġew aċċettati. Dan huwa b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri privati kienet simbolika, filwaqt li l-benefiċċji ekonomiċi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffinanzjati mill-APFTE kienu fl-aħjar tagħhom pożittivi u fl-agħar tagħhom żero. Għalhekk, il-membri privati ma kellhomx interess li jidħlu f’kunflitt mal-membri pubbliċi tal-APFTE, li ffinanzjawhom.

(140)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 46 et seq., il-membri pubbliċi eżerċitaw kontroll fuq l-għażliet strateġiċi tal-APFTE permezz tal-kontroll tal-pagamenti tagħhom lill-APFTE: għal kull membru tal-APFTE kien ċar li kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni mhux prijoritarju f’għajnejn il-membri pubbliċi ma jirċevix finanzjament mingħandhom. (90).

(e)   Finanzjament tal-APFTE mill-membri pubbliċi u l-kontroll tal-membri pubbliċi tal-użu tal-baġit tal-APFTE

(141)

Kif deskritt fil-premessi 45 et seq. kif ukoll fil-premessi 107 et seq., fir-rigward tan-natura tar-riżorsi finanzjarji tal-APFTE, il-membri pubbliċi tal-APFTE, huma l-membri pubbliċi tal-APFTE - l-awtoritajiet lokali u s-CCIM - li ddeterminaw l-għażliet baġitarji upstream tal-APFTE billi jiddefinixxu l-programm ta’ promozzjoni tal-APFTE li kien fih l-għażla eżatta ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u li eżerċitaw kontroll mill-qrib fuq l-użu tas-sussidji tagħhom mill-APFTE downstream billi għamlu s-sussidji tagħhom kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta’ promozzjoni mill-APFTE.

7.1.2.2.   Riżorsi tal-Istat

(142)

Il-pagamenti li saru mill-APFTE lil Ryanair u lil AMS skont id-diversi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni deskritti fil-premessi 52 et seq. saru bl-użu ta’ riżorsi mill-baġit ġenerali tal-APFTE. Kif indikat fil-premessi 45 et seq., mill-ħolqien tagħha, l-APFTE ġiet iffinanzjata kważi kompletament ([95–100]%) permezz ta’ sussidji mogħtija minn korpi pubbliċi reġjonali u lokali, b’mod partikolari r-Reġjun ta’ Occitanie / il-Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon, id-dipartiment ta’ Hérault, Montpellier Méditerranée Métropole, l-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier, l-Agglomerazzjoni Urbana tal-Pays de l’Or, il-Belt ta’ Montpellier u s-CCIM / il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Hérault (91).

(143)

Dawn l-entitajiet pubbliċi eżerċitaw kontroll mill-qrib fuq l-użu tal-fondi tagħhom mill-APFTE permezz ta’ diversi mezzi:

(a)

Kif ġie deskritt fil-premessi 49 et seq., l-analiżi tal-voti fl-assemblea ġenerali, id-dati tal-iffirmar tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u tal-pagamenti ta’ għotjiet annwali mill-awtoritajiet lokali juru li l-APFTE qatt ma kellha baġit li kien disponibbli għaliha ex ante, li l-assoċjazzjoni setgħet timmaniġġja fuq id-diskrezzjoni tagħha stess. Il-pagamenti tas-sussidji mill-awtoritajiet lokali għal sena baġitarja partikolari jkunu dejjem saru wara d-determinazzjoni u l-firma attwali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellhom jiġu ffinanzjati minn dawn is-sussidji. L-awtoritajiet lokali għalhekk dejjem setgħu jqassmu l-fondi tagħhom billi jafu l-użu attwali ta’ dawn il-fondi (92). Dan ifisser li huma setgħu rrifjutaw li jiffirmaw il-ftehimiet ta’ finanzjament mal-APFTE jekk ma qablux mal-għażla li saret mill-assoċjazzjoni. Dan ifisser, madankollu, li l-APFTE, bħala assoċjazzjoni, ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-ebda baġit, iżda kienet obbligata titlob il-ħlas tas-sussidji mill-membri pubbliċi wara l-għażliet baġitarji speċifiċi – determinati mill-membri pubbliċi nfushom permezz tal-proposti tal-Kumitat tal-Finanzjaturi – kienu ġew stabbiliti. Il-Kummissjoni tikkonkludi li din il-prattika kellha tal-inqas l-effett (jekk mhux l-iskop) li tiskoraġġixxi lill-membri privati tal-APFTE milli jivvutaw għal għażliet baġitarji fl-assemblea ġenerali li ma kinux adatti għall-membri pubbliċi tal-APFTE. Għaldaqstant, din il-prattika ppermettiet lill-membri pubbliċi li jikkontrollaw l-użu tal-baġit tal-APFTE b’mod effettiv.

(b)

Barra minn hekk, l-analiżi tal-ftehimiet ta’ finanzjament fil-premessa 51 turi li l-membri pubbliċi tal-APFTE permezz ta’ għadd ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali differenti żguraw li s-sussidji tagħhom intużaw għall-għażliet strateġiċi tagħhom, approvati fil-programm ta’ promozzjoni tal-APFTE għal kull sena tal-baġit li fiha huma ddeterminaw il-kontenut tiegħu (93), li waqqaf lill-membri privati milli jiddeċiedu dwar l-għażliet baġitarji b’mod indipendenti.

(c)

Fl-aħħar nett, peress li l-presidenti tal-APFTE mogħtija s-setgħa li jiffirmaw kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair/AMS u l-ftehimiet ta’ finanzjament mal-membri finanzjarji kienu kollha marbuta ma’ dawk il-membri finanzjarji (jiġifieri s-CCIM jew ir-Reġjun ta’ Occitanie) (94), il-membri pubbliċi tal-APFTE żammew kontroll addizzjonali fuq l-impenn finanzjarju tal-APFTE kif ukoll il-ħlas tas-sussidji lill-APFTE.

(144)

Għalhekk, il-membri pubbliċi finanzjarji tal-APFTE kellhom kontroll mill-qrib fuq il-fondi allokati lill-APFTE sakemm kienu trażmessi lid-destinatarji finali tagħhom. Għalhekk, il-fondi inkwistjoni jżommu n-natura tagħhom ta’ riżorsi tal-Istat meta dawn jiġu trażmessi mill-APFTE lil Ryanair jew lil AMS.

(145)

Kif ġie żviluppat aktar f’aktar dettall fil-kapitolu preċedenti dwar l-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat, il-Kummissjoni tqis l-APFTE bħala entità tal-liġi privata maħluqa mill-entitajiet pubbliċi rilevanti għall-fini tal-għoti u l-ġestjoni ta’ pagamenti ta’ fondi pubbliċi lil linji tal-ajru. (95)

(146)

Fir-rigward tas-sehem tal-baġit tal-APFTE magħmul minn kontribuzzjonijiet minn membri privati (anqas minn [0-5] % mill-baġit APFTE kif deskritt fit-Tabella 3), dawn il-kontribuzzjonijiet kienu parti mill-istess flussi tal-flus bħall-pagamenti tal-membri pubbliċi lill-APFTE. Wara li ġew inklużi fil-baġit tal-APFTE, li l-użu tagħhom kien kompletament ikkontrollat mill-Istat (jiġifieri l-membri pubbliċi tal-APFTE), kif deskritt f’dan il-kapitolu kif ukoll fil-kapitolu li ġej, dawn il-kontribuzzjonijiet jitqiesu wkoll bħala riżorsi tal-Istat mill-Kummissjoni. (96)

7.1.2.3.   Konklużjoni

(147)

Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li, mill-bidu tal-eżistenza tagħha, l-APFTE ġiet iddisinjata u użata mis-CCIM u l-awtoritajiet lokali kkonċernati bħala sempliċi vettura biex tħallas fondi pubbliċi lil Ryanair, mingħajr ebda lok għal diskrezzjoni tal-istess assoċjazzjoni jew tal-membri privati tagħha. L-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-APFTE huma għalhekk imputabbli lill-Istat.

(148)

Dawn l-osservazzjonijiet jikkorroboraw id-dikjarazzjonijiet li saru mix-Chambre Régionale des Comptes ta’ Languedoc-Roussillon imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ (97), li, f’uħud mir-rapporti tagħha, kienet indikat li l-APFTE fil-fatt kienet sempliċiment vettura għall-ġbir ta’ fondi pubbliċi maħsuba biex jiffinanzjaw il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(149)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri huma imputabbli lill-Istat u huma mogħtija minn Franza permezz ta’ riżorsi tal-Istat fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.3.   Vantaġġ ekonomiku

(150)

Biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jenħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq. (98)

(151)

Huwa meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq huwiex applikabbli għall-kuntratti inkwistjoni, u jekk ikun il-każ, jekk dawn il-kuntratti humiex konformi ma’ dan il-prinċipju.

7.1.3.1.   Valutazzjoni konġunta ta’ vantaġġ ekonomiku mogħti lil Ryanair u lil AMS

(152)

Fir-rigward tal-kuntratti li ġew konklużi bejn, minn naħa, l-APFTE u, min-naħa l-oħra, AMS jew Ryanair, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistaqsi lilha nfisha jekk, għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ vantaġġ ekonomiku li kienu jibbenefikaw minnu, Ryanair u s-sussidjarja tagħha AMS għandhomx jiġu kkunsidrati b’mod individwali jew b’mod konġunt.

(153)

Il-Kummissjoni tinnota li AMS hija sussidjarja 100 % ta’ Ryanair. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li AMS fil-fatt inħolqot bl-iskop uniku li tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web ta’ Ryanair u li ma twettaq l-ebda attività oħra. (99)

(154)

Barra minn hekk, Ryanair tidher li hija sostitwibbli ma’ AMS fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha mal-APFTE. Fil-fatt, l-APFTE inizjalment kienet ikkonkludiet kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS (il-kuntratt tal-2010). Sussegwentement, il-kuntratti tal-2013 u tal-2017 ġew konklużi direttament bejn l-APFTE u Ryanair.

(155)

Barra minn hekk, il-kuntratt ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konkluż mal-kumpannija AMS jipprovdi, b’mod partikolari, li huwa “marbut mal-kumpanija Ryanair li tiżgura r-rotta fit-territorju ta’ Montpellier” (100).

(156)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra b’mod konġunt lil Ryanair u AMS bħala l-uniku benefiċjarju tal-miżuri inkwistjoni. (101)

7.1.3.2.   Valutazzjoni individwali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni

(157)

Skont Franza, l-APFTE aġixxiet bħala xerrej pubbliku ta’ servizzi li jippermettilha twettaq il-kompiti ta’ politika pubblika mogħtija lilha. Skont Franza, il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni għalhekk ma kienu bl-ebda mod marbuta ma’ kuntratti ta’ ajruporti, u kienu maħsuba biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun billi jiġbdu lit-turisti.

(158)

Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li d-deċiżjoni li jiġu konklużi kuntratti dwar servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ttieħdet fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet ekonomiċi konkreti sabiex tiġi ddeterminata l-profittabbiltà futura tal-konklużjoni ta’ dawn il-kuntratti ma’ Ryanair/AMS jew il-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw minnhom – la għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni biss u lanqas għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni flimkien mal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruporti.

(159)

Ryanair ma ħaditx pożizzjoni ċara fuq il-valutazzjoni konġunta jew separata tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati mal-APFTE u l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruporti ffirmati ma’ AMM, li tallega li fiż-żewġ każijiet Ryanair/AMS m’għandhiex titqies bħala benefiċjarja tal-għajnuna.

(160)

F’dan il-każ, għall-kuntrarju ta’ ħafna każijiet reċenti oħra li kienu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat li jikkonċernaw lil Ryanair, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li hemm rabta bejn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-kuntratti dwar is-servizzi ta’ ajruport għar-raġunijiet li ġejjin.

(161)

L-ewwel nett, iż-żewġ tipi ta’ kuntratti ġew konklużi minn żewġ persuni ġuridiċi distinti, li jwettqu kompiti differenti, jiġifieri l-AMM u l-APFTE (102), u ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala entità ekonomika waħda.

(162)

Filwaqt li mhuwiex eskluż li ż-żewġ tipi ta’ kuntratti kienu relatati billi s-CCIM kienet għadha l-konċessjonarja tal-ajruport u kkonkludiet ż-żewġ tipi ta’ kuntratti ma’ Ryanair/AMS, din ir-rabta possibbli waqfet milli teżisti bit-tkomplija tal-ġestjoni tal-ajruport minn AMM fl-2009. Kif intqal fil-premessa 28, mill-minuti tal-laqgħa ġenerali tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010 jirriżulta li l-ħolqien u l-finanzjament tal-APFTE kienu nbdew mis-CCIM u ġew appoġġati mill-awtoritajiet lokali kkonċernati sabiex tkun tista’ titkompla l-prattika li jiġu konklużi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ linji tal-ajru bi prezz baxx wara li s-CCIM tilfet l-istatus tagħha bħala konċessjonarja tal-ajruport f’Montpellier. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-CCIM ma riditx tieħu aktar riskji finanzjarji u legali marbuta mal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u talbet lill-awtoritajiet lokali kkonċernati sabiex jipparteċipaw direttament fil-ħlasijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni lil-linji tal-ajru (sa issa ffinanzjati direttament mis-CCIM, peress li l-ftehimiet bilaterali ta’ finanzjament mad-diversi awtoritajiet huma ffinalizzati biss aktar tard). (103)

(163)

Għalkemm il-membri pubbliċi tal-APFTE huma wkoll azzjonisti tal-ajruport, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-finanzjament tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha ebda ekwivalenza għall-ishma tagħhom fl-ajruport. (104) B’mod partikolari, filwaqt li l-Istat Franċiż għandu 60 % tal-kapital ta’ AMM, l-Istat Franċiż mhuwiex membru tal-APFTE u ma jikkontribwixxix għall-baġit tagħha. Is-CCIM, li għandha 25 % mill-kapital ta’ AMM, ikkontribwixxiet biss għal [10–20] % tal-baġit totali tal-APFTE mill-2010 sal-2019. Il-bqija tas-sussidji mħallsa lill-APFTE bejn l-2010 u l-2019 – jiġifieri [80–90]% – ġejja minn komunitajiet li flimkien jikkontrollaw biss 15 % mill-kapital ta’ AMM.

Tabella 5

Paragun tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-membri pubbliċi tal-APFTE għas-sehem tagħhom fis-sjieda kapitali ta’ AMM

 

Il-Kunsill Reġjonali Languedoc-Roussillon (issa r-Reġjun ta’ Occitanie)

Il-Kunsill Dipartimentali ta’ Hérault

L-Agglomerazzjoni ta’ Montpellier (issa Montpellier Méditerranée Métropole) u l-Belt ta’ Montpellier

L-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Pays de l’Or

CCIM (issa l-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Hérault)

L-Istat Franċiż (fil-livell nazzjonali)

Sehem fil-finanzjament tal-APFTE (mill-2010 sal-2019) (%)

[20-30]

[10-20]

[30-40]

[0-10]

[10-20]

 

Sjieda kapitali f’AMM (%)

6,5

7

0,5 (105)

1

25

60

(164)

Minn dawn id-diversi elementi jirriżulta li l-finanzjament tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-membri pubbliċi tal-APFTE mhuwiex marbut mas-sehem tagħhom fil-kapital ta’ AMM. Fil-każ li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jżidu d-dħul assoċjat mal-kuntratt ta’ ajruport, il-membri pubbliċi tal-APFTE jistgħu jibbenefikaw biss minn 40 % ta’ dak id-dħul addizzjonali, filwaqt li huma kkontribwew għal [95-100]% tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni. Is-sitwazzjoni individwali ta’ kull wieħed mill-membri pubbliċi tal-APFTE hija wkoll differenti ħafna u saħansitra aktar sfavorevoli għat-tliet finanzjaturi ewlenin tal-APFTE - ir-reġjun (6,5 % tal-kapital ta’ AMM), id-dipartiment (7% tal-kapital ta’ AMM) u Montpellier Méditerranée Métropole (0,5% tal-kapital ta’ AMM), li flimkien iffinanzjaw [80-90]% (106) tal-baġit tal-APFTE. (107)

(165)

Barra minn hekk, mill-minuti msemmija iktar ’il fuq tal-24 ta’ Ġunju 2010, jirriżulta li fil-konklużjoni tal-kuntatti ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-APFTE u l-membri tagħha kienu qed jaġixxu fi spirtu ta’ promozzjoni tal-ekonomija reġjonali, fid-dawl tal-effetti ekonomiċi possibbli tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tar-reġjun u tad-diversi impriżi lokali, u mhux fil-loġika ta’ operatur ta’ ajruport (anki minoritarju) jew ta’ impriżi oħra li jibbenefikaw direttament mill-effetti ekonomiċi tal-kuntratti.

(166)

Madankollu, il-kunsiderazzjonijiet ta’ politika reġjonali ma jitqisux fl-analiżi dwar jekk entità pubblika taġixxix bħala operatur f’ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma żvelat l-ebda evidenza li l-kontribuzzjoni tal-membri pubbliċi tal-APFTE għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kienet maħsuba biex iżżid id-dħul mill-ajruport tal-membri pubbliċi tal-APFTE, b’mod partikolari bil-ħlas ta’ dividend jew ta’ sussidju ieħor min-naħa tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni biex jitqies l-effett pożittiv possibbli tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq id-dħul tal-ajruport.

(167)

Abbażi tal-indizji ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rabtiet bejn il-kuntratti dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport konklużi minn AMM u l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni minn APFTE mhumiex biżżejjed biex jiġġustifikaw analiżi konġunta ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet analiżi iżolata tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(168)

Konsegwentement, u peress li l-APFTE ma tistax titqies bħala operatur ta’ ajruport, il-metodu ta’ profittabbiltà inkrementali previst fil-linji gwida tal-2014 fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ ftehim bejn l-ajruporti u r-rotot tal-ajru ma jistax (108), fi kwalunkwe każ, japplika għall-kuntratti kontenzjużi.

7.1.3.3.   Applikabbiltà tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq

(169)

Biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jenħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq. (109)

(170)

Skont Franza, l-APFTE tqis li l-pagamenti inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, peress li l-APFTE kienet tħallas ir-remunerazzjoni lil Ryanair/AMS li tikkorrispondi mal-prezz tas-suq tas-servizzi mixtrija wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Skont l-APFTE, is-servizzi mixtrija wkoll issodisfaw ir-rekwiżiti tal-APFTE u l-kompiti tal-politika pubblika tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tat-turiżmu jew saħansitra l-iżvilupp ekonomiku reġjonali. Għalhekk, l-APFTE aġixxiet bħala xerrej pubbliku, li kien qed jaġixxi fil-qafas tal-għan tal-politika pubblika tiegħu. L-APFTE targumenta li, f’dan il-kuntest, ma hemmx bżonn li ssir analiżi tal-profittabbiltà fil-livell tal-APFTE. Għalhekk, skont l-APFTE, il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma taw l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Ryanair jew AMS.

(171)

Ryanair tressaq l-istess argumenti.

(172)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-applikabilità tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, għandu jitfakkar li ma hijiex kwistjoni li wieħed ipoġġi lilu nnifsu fil-post ta’ operatur f’ekonomija tas-suq iżda ta’ operatur f’ekonomija tas-suq fis-sitwazzjoni ta’ APFTE.

(173)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġi analizzat l-ambitu tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-APFTE.

(174)

Skont il-premessa 77 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“il-Komunikazzjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat”) (110): “[…], għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol tal-Istat bħala operatur ekonomiku, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika”, li jeskludi, b’mod partikolari, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ interess ġenerali bħall-iżvilupp reġjonali.

(175)

Skont l-istatuti tagħha, l-APFTE għandha bħala għan “il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu, inkluż in-negozju, fit-territorju permezz ta’ kuntratti ta’ promozzjoni, ix-xiri ta’ reklamar fuq l-Internet u l-kummerċjalizzazzjoni jew materjal ta’ reklamar ieħor bħall-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, sabiex jiġu attirati klijenti internazzjonali.” Mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-membri tal-uffiċċju tal-APFTE u mill-minuti tiegħu u minn dokumenti oħra relatati mal-operazzjoni tiegħu msemmija iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li l-APFTE għandha l-intenzjoni li ssegwi għan politiku reġjonali. (111)

(176)

Mir-rapporti, mill-minuti u minn dokumenti oħra relatati mal-APFTE li ġew ippreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li l-APFTE aġixxiet biss bħala awtorità pubblika – b’mod partikolari sabiex tiżviluppa l-ekonomija reġjonali – billi kkonkludiet il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair/AMS.

(177)

Il-benefiċċji tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni relatati mal-iżvilupp tat-turiżmu reġjonali, jiġifieri l-introjtu potenzjali ġġenerat mit-turiżmu għar-reġjun, ma jistgħux jitqiesu f’valutazzjoni possibbli tal-konformità mal-kriterji tal-operatur tal-ekonomija tas-suq.

(178)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda evidenza li, permezz tal-iffirmar tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-APFTE jew il-membri pubbliċi finanzjaturi tagħha kellhom l-intenzjoni li jibbenefikaw minn qligħ finanzjarju f’loġika ta’ operatur f’ekonomija tas-suq – inkluż redditu fuq l-investiment – bl-esklużjoni tal-iżvilupp turistiku tar-reġjun, billi dan ir-rwol huwa kompletament dovut għar-rwol tagħha bħala awtorità pubblika (u dak tal-membri pubbliċi finanzjaturi).

(179)

L-APFTE ma tibbenefika minn ebda żieda fid-dħul tal-operatur tal-ajruport ta’ Montpellier li hija marbuta ma’ żieda fit-traffiku. L-APFTE ma toperax l-ajruport ta’ Montpellier, u l-membri li jiffinanzjaw lill-APFTE huma azzjonisti minoritarji fl-ajruport ta’ Montpellier (sa’ massimu ta’ 40 %). L-awtoritajiet Franċiżi ma enfasizzaw l-ebda benefiċċju potenzjali marbut maż-żieda fid-dħul mill-ajruport li minnu jistgħu jibbenefikaw il-membri tal-AFIPTE, li huma wkoll azzjonisti fl-ajruport ta’ Montpellier. L-ebda pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ma ġie żviluppat biex jivvaluta tali benefiċċji potenzjali qabel id-deċiżjonijiet li jiġu ffirmati kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair. Jekk il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom l-objettiv u/jew l-effett li jiżdied it-traffiku tal-passiġġieri, ma kien ikun jagħmel ebda sens għall-azzjonisti minoritarji, li jikkontrollaw 40 % tal-ajruport, biex jiffinanzjaw [95-100]% tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, kull azzjonist minoritarju tal-ajruport jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ diversi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni skont proporzjonijiet differenti tal-kontribuzzjoni azzjonarja tiegħu fl-ajruport (112), li jippermetti li jintwera li d-deċiżjonijiet biex jiġu ffirmati l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandhom ebda rabta ekonomika mal-pożizzjoni ta’ azzjonist ta’ uħud mill-membri tal-APFTE. Bħala konklużjoni, l-iffirmar ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair mill-APFTE sar esklużivament f’objettiv ta’ politika pubblika mill-perspettiva tal-APFTE u tal-membri pubbliċi tagħha, li ma għamlu l-ebda profitt bħala operaturi ekonomiċi.

(180)

Barra minn hekk, kif muri fid-dettall fit-taqsima 7.1.3.4(a), il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-APFTE ma kienx jissodisfa ħtieġa reali iżda fil-fatt kien maħsub biex jissussidja t-titjiriet ta’ Ryanair minn u lejn l-ajruport ta’ Montpellier. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq mhuwiex applikabbli (113). Barra minn hekk, kif indikat fit-taqsima 7.1.3.4(b), il-prezzijiet imħallsa mill-APFTE lil Ryanair/AMS għax-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, anki jekk il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq kien applikabbli, dan ma jkunx issodisfatt.

(181)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li intervent jitqies li ma jikkostitwixxix vantaġġ meta intervent mill-Istat jirrappreżenta kumpens għas-servizzi mogħtija minn impriżi inkarigati b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, meta dawn l-impriżi, fir-realtà, ma jibbenefikawx minn vantaġġ finanzjarju u meta dan l-intervent ma jkollux l-effett li jqiegħed lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri (114). Madankollu, f’dan il-każ, ma hemm l-ebda indikazzjoni li Ryanair kienet suġġetta għal obbligi ta’ servizz pubbliku.

7.1.3.4.   Determinazzjoni tal-vantaġġ mogħti lil Ryanair/AMS mill-APFTE

(182)

Mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali jirriżulta li l-ħlasijiet magħmula fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni huma tal-istess natura bħas-sussidji mogħtija minn awtorità pubblika lil linja tal-ajru biex tiġi żgurata l-provvista ta’ servizzi tal-ajru lil ajruport. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pagamenti li saru mill-APFTE lil Ryanair u lil AMS huma sempliċiment sussidji biex jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba minn Ryanair għat-tħaddim tar-rotot skedati b’mod regolari lejn Montpellier, u b’hekk jagħtu vantaġġ ekonomiku lil Ryanair.

(183)

Sabiex tiddetermina jekk kienx hemm vantaġġ għal Ryanair/AMS, il-Kummissjoni eżaminat iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ, skont il-Komunikazzjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. Bħala eżempju, iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li x-xiri ta’ oġġetti jew ta’ servizzi minn awtorità pubblika, anke bi prezzijiet tas-suq, ma jitqiesx li huwa konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, b’mod partikolari meta x-xiri tas-servizz inkwistjoni ma jissodisfax il-ħtiġijiet reali tal-awtoritajiet pubbliċi (115).

(184)

Fuq il-bażi ta’ sensiela ta’ indizji li dehru matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni minn Ryanair ma kienx jikkorrispondi għal bżonn reali tal-APFTE. Dan huwa biżżejjed biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ favur Ryanair permezz tal-miżuri li huma s-suġġett ta’ din l-investigazzjoni.

(185)

Barra minn hekk, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma setgħetx tikkonferma l-allegazzjoni ta’ Ryanair/AMS u tal-awtoritajiet Franċiżi li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu nxtraw bi prezz tas-suq.

(a)   Ebda ħtieġa reali għal APFTE biex tixtri servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni minn Ryanair/AMS

(186)

Franza, APFTE, is-CCIM, l-awtoritajiet lokali li ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u Ryanair ressqu l-argument li l-APFTE kienet assoċjazzjoni għall-promozzjoni tat-turiżmu lokali, li kienet xtrat servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni minn Ryanair bi prezz tas-suq.

(187)

Il-kwistjoni fil-qalba tal-analiżi tal-Kummissjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ għal Ryanair hija jekk l-APFTE kellhiex bżonn reali għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mingħand Ryanair/AMS sabiex tissodisfa l-objettiv ta’ politika pubblika tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tal-belt ta’ Montpellier u l-inħawi ta’ madwarha. (116)

(188)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni minn Ryanair/AMS ma kienx jikkorrispondi għal bżonn reali tal-APFTE abbażi tal-indiċijiet li ġejjin:

Ix-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni serva biss biex jiġġustifika l-ħlas lil Ryanair biex din tal-aħħar tinżamm fl-ajruport ta’ Montpellier; anke jekk is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom xi effett ta’ kummerċjalizzazzjoni (quod non), ma kinitx l-intenzjoni ewlenija tal-kuntratti, li jiġu analizzati pjuttost bħala sussidji pjuttost moħbija:

Ebda intenzjoni reali tal-APFTE li tħallas għal reklamar reġjonali;

L-immirar tal-operazzjonijiet ta’ titjiriet ta’ Ryanair minflok is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni;

L-immirar ta’ Ryanair/AMS minflok kwalunkwe fornitur ta’ kummerċjalizzazzjoni online;

Ma hemm l-ebda evidenza ta’ interess tal-APFTE għas-suċċess reali tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ffinanzjati mill-baġit tagħha;

It-tmiem tal-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkoinċidi mat-terminazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ titjiriet ta’ Ryanair;

Investigazzjonijiet oħra mill-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat juru li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jintużaw minn Ryanair biex taħbi l-ħlas ta’ għajnuna mill-Istat.

Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS mhumiex kapaċi jippromwovu l-belt ta’ Montpellier u l-inħawi tal-madwar b’mod effettiv:

L-għażla ta’ Ryanair mill-APFTE twassal għal ġustifikazzjonijiet ekonomiċi insuffiċjenti;

Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair ma għandhomx l-effett allegat.

Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jibbenefikaw prinċipalment lil Ryanair f’każ li jidħlu fis-seħħ, peress li Ryanair - kumpanija privata, li tħaddan skop ta’ profittabbiltà - trid timplimenta azzjonijiet ta’ “prezz” u ta’ “kummerċjalizzazzjoni” biex timla l-inġenji tal-ajru tagħha.

(i)   Ix-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni serva biss biex jiġġustifika l-ħlas lil Ryanair biex din tal-aħħar tinżamm fl-ajruport ta’ Montpellier

(189)

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat li anke jekk is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mill-APFTE kellhom xi effett ta’ kummerċjalizzazzjoni (117), ma kinitx l-intenzjoni ewlenija tal-kuntratti, li kellhom pjuttost sussidji moħbija.

(190)

Minkejja l-għan definit fl-istatuti tal-APFTE, aktar milli x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-ambitu xieraq tat-terminu (jiġifieri r-reklamar) sabiex jiġi promoss it-territorju ta’ Montpellier, l-APFTE fittxet, permezz tal-kuntratti inkwistjoni, li tappoġġa s-servizzi tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair għal Montpellier, billi rremuneratha għall-provvista ta’ dawn is-servizzi u billi ssussidjatha bil-promozzjoni ta’ dawk l-istess servizzi tat-trasport bl-ajru. Il-kummerċjalizzazzjoni fis-sens proprju tat-terminu ma kinitx aktar minn effett sekondarju tal-għan reali tal-APFTE, li ġie ddefinit mis-CCIM mal-awtoritajiet lokali kkonċernati. (118)

(191)

Il-preżentazzjoni bħala kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni mbagħad kienet għodda biex tiġġustifika l-pagamenti li saru lil Ryanair. Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni abbażi tal-indizji li ġejjin:

(1)   Ebda intenzjoni reali tal-APFTE li tħallas għal reklamar reġjonali

(192)

Il-Kummissjoni ġabret numru ta’ indizji rilevanti li juru li l-APFTE ma għandha l-ebda intenzjoni reali li tagħmel reklamar reġjonali. Min-naħa l-oħra, il-“promozzjoni” tat-territorju kopert mill-korpi pubbliċi wara l-APFTE kienet iż-żamma ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier, bit-tama li l-ekonomija lokali tgawdi mill-benefiċċji ekonomiċi hekk maħluqa.

(a)   Nuqqas ta’ intenzjoni reali tal-APFTE li toħloq reklamar reġjonali abbażi taċ-ċirkostanzi tal-ħolqien tiegħu

(193)

L-analiżi tad-deliberazzjonijiet, ir-rapporti u l-minuti tal-APFTE u tal-membri pubbliċi tagħha turi b’mod ċar li l-għan reali tal-APFTE kien li tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-appoġġ għal-linji tal-ajru b’mod partikolari “bi prezz baxx (low cost)”, b’mod partikolari Ryanair, wara l-bidla tal-ġestjonarju tal-ajruport fl-ajruport ta’ Montpellier. (119) Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-indizji inklużi fid-dokument relatat mat-tħaddim tal-APFTE li l-għan tas-CCIM u tal-awtoritajiet lokali assoċjati, permezz tax-xiri online ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni online, kien li tingħata għajnuna għall-bidu estiż, sabiex tiġi appoġġjata l-provvista ta’ servizzi lill-ajruport ta’ Montpellier mil-linji tal-ajru kkonċernati. Il-fondi pubbliċi għalhekk mhumiex maħsuba biex jippromwovu l-belt ta’ Montpellier jew it-territorju tagħha, iżda biex jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ linja tal-ajru speċifika sabiex jappoġġjawha u jiżguraw li din tinżamm mil-linja tal-ajru. (120)

(194)

Mill-minuti tal-APFTE jirriżulta li, fil-każ tal-assoċjazzjoni, it-terminu “flussi turistiċi” ifisser il-fluss ta’ passiġġieri ajrunawtiċi ta’ linji tal-ajru speċifiċi u mhux kwalunkwe fluss turistiku jew flussi ta’ passiġġieri ajrunawtiċi b’mod ġenerali. (121) B’hekk, b’mod partikolari, il-minuti dwar l-ewwel laqgħat tal-APFTE jużaw termini li jirreferu b’mod ċar għall-operazzjonijiet tal-ajru, bħal “triq”, “linja” jew “rotta”. (122) Barra minn hekk, anki l-istudju mressaq mill-awtoritajiet Franċiżi biex juru li l-benefiċċji ekonomiċi tal-azzjonijiet tal-APFTE kienu s-suġġett ta’ analiżi ekonomika min-naħa tal-awtoritajiet lokali (123), juri li l-awtoritajiet lokali jiffokaw esklużivament fuq il-klijentela miġjuba fir-reġjun mil-linji tal-ajru.

(195)

Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni l-oħra kollha konklużi u implimentati mill-APFTE (124) (u preċedentement mis-CCIM) – għalkemm b’ammonti ħafna inqas minn dawk imħallsa lil Ryanair/AMS – li l-Kummissjoni kienet taf bihom fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni ġew konklużi mal-linji tal-ajru u mhux ma’ aġenziji ta’ kummerċjalizzazzjoni online “tradizzjonali”.

(b)   Ebda intenzjoni reali tal-APFTE li tara’ li r-reklamar reġjonali jkun rifless fl-istat inizjali tas-sit web tagħha, uffiċjalment fiċ-ċentru tal-kampanji ta’ promozzjoni

(196)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, is-sit elettroniku tal-internet inizjalment użat mill-APFTE kien www.flights-montpellier-mediterranean.com, maħluq fl-2006 u li jappartjeni lis-CCIM. F’Mejju 2013, dan is-sit elettroniku ġie sostitwit mis-sit elettroniku goto-montpellier.com, li jappartjeni wkoll lis-CCIM.

(197)

Mis-sommarju tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Finanzjaturi tal-APFTE tal-15 ta’ Ottubru 2012, jidher li s-sit elettroniku tal-APFTE, li ġie ppreżentat uffiċjalment bħala għodda ta’ kummerċjalizzazzjoni reġjonali (u bl-iskop tal-ħoloq mis-sit elettroniku ta’ Ryanair fil-kuntest tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni (125)), inizjalment ma kellu l-ebda funzjoni reali ta’ kummerċjalizzazzjoni, iżda kien parti mill-istrateġija tal-APFTE biex jiġġustifika l-pagamenti li saru lil-linji tal-ajru. B’hekk, il-president tal-APFTE jiddikjara li “dan is-sit elettroniku tal-Internet huwa meħtieġ biex jiġġustifika l-ispejjeż tal-komunikazzjoni mġarrba għal kontribuzzjoni sinifikanti ta’ bażi ta’ klijenti Ewropej fit-territorju tal-Gran Montpellier. Qed jiġi propost li dan is-sit web jittejjeb u jsir sit reali għall-promozzjoni tat-territorju.

(c)   Ma hemm l-ebda intenzjoni reali tal-APFTE li tagħmel ir-reklamar reġjonali rifless fid-disinn tal-arranġament ġuridiku li ssostitwixxa lill-APFTE

(198)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, wara t-tmiem tal-attivitajiet tal-APFTE fl-2018, jirriżulta mid-dokumenti relatati mal-ħidma tal-APFTE sottomessi minn Franza għas-snin 2017 u 2018 li s-CCIM u l-awtoritajiet lokali fasslu, jew saħansitra implimentaw, estensjoni legali ġdida tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, li skonthom ix-xiri ta’ kummerċjalizzazzjoni se jsir permezz ta’ “grupp ta’ ordnijiet, magħmul mill-awtoritajiet lokali u s-CCI [ta’ Hérault], li [saret] responsabbli mix-xiri mhux aktar ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni iżda tal-linji tal-ajru” (126). Dan ma għadux marbut mal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair/AMS, peress li Ryanair ma għadhiex isservi l-ajruport ta’ Montpellier, iżda hija indikazzjoni oħra li l-għan attwali tal-kuntratti konklużi mill-APFTE kien li jsostni r-rotot tal-ajru.

(d)   Konklużjoni dwar in-nuqqas ta’ intenzjoni reali tal-APFTE li tħallas għal reklamar reġjonali

(199)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-APFTE ma fittxitx li twettaq kummerċjalizzazzjoni fis-sens proprju, iżda li tagħmel pagamenti biex tinkoraġġixxi l-linji tal-ajru jallokaw il-kapaċità tagħhom għall-ajruport ta’ Montpellier.

(200)

L-intenzjoni tal-APFTE li tħeġġeġ lil Ryanair biex iżżomm ir-rotot tagħha minn Montpellier hija ġustifikata mill-possibbiltà għal Ryanair li tissostitwixxi l-ajruporti reġjonali. (127) Għalhekk mhuwiex sorprendenti li l-ajruporti reġjonali qed jikkompetu sabiex jattiraw lil Ryanair. F’dan il-kuntest, għandu jissemma li fil-kawża SA.33961 (2012/C), li tikkonċerna l-ajruport ta’ Nîmes (ajruport li jinsab fiż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ Montpellier), il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni finali tagħha (128) li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Istat konklużi mill-Istat ma’ Ryanair/AMS bejn l-2005 u l-2010 kienu parti minn għadd ta’ miżuri kklassifikati bħala għajnuna illegali mill-Istat favur Ryanair/AMS. (129)

(201)

L-intenzjoni tal-APFTE meta tikkonkludi l-kuntratti ma’ Ryanair/AMS għalhekk ma kinitx li tippromwovi Montpellier u l-viċinati tagħha permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni fis-sens proprju tat-terminu, iżda li tħeġġeġ lil Ryanair biex iżżomm l-operazzjonijiet tagħha fl-ajruport ta’ Montpellier.

(2)   Immirar tal-operazzjonijiet ta’ titjiriet ta’ Ryanair minflok is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni

(202)

Fir-rigward ta’ Ryanair/AMS, l-APFTE kienet determinata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010, tal-2013 u tal-2017 ma’ Ryanair/AMS sabiex iżżomm lil Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier. Dan joħroġ b’mod eżemplari mill-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011 (p. 5): Dan il-baġit jippermettilna […] li nsostnu l-linji ta’ Frankfurt Hahn, Bruxelles Charleroi, Leeds Bradford (130) u mill-estratt tar-reġistru tad-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali tas-CCIM tal-31 ta’ Jannar 2010: “Il-Kumitat Provviżorju […] ta opinjoni favorevoli għal ammont addizzjonali ta’ […] biex jiżgura l-finanzjament tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni online li jippermetti ż-żamma tar-rotta ma’ Birmingham .”

(203)

L-analiżi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-2010 sal-2017 kif ukoll tas-sejħiet għall-offerti tal-2013 u tal-2017 tikkonferma li l-kuntratti u s-sejħiet għall-offerti jimmiraw speċifikament għar-rotot tal-ajru operati minn Ryanair.

(204)

Il-kuntratti u l-offerti tal-APFTE gradwalment ġew adattati biex jaħbu r-rabta bejn is-servizzi tal-ajru u x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-ewwel kuntratti ġew iffirmati mingħajr sejħa għall-offerti u kienu bbażati fuq impenji ċari minn Ryanair biex topera ċerti rotot. Għall-kuntrarju, l-aħħar kuntratti kienu s-suġġett ta’ sejħa għall-offerti u rreferew għall-operazzjonijiet ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier b’mod anqas dirett, iżda madankollu espliċitament biżżejjed biex tingħażel Ryanair. It-tħassib li l-attivitajiet ta’ Ryanair jiġu sostnuti permezz tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa viżibbli permezz tal-klawżoli tad-diversi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni li jirreferu direttament jew indirettament għall-operazzjonijiet ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier sa fejn huma kkonċernati r-rotot eżistenti.

(a)   Kuntratti tal-2010 u tal-2013

(205)

Tabilħaqq, il-kuntratt tal-2010 u l-annessi u l-ftehimiet suċċessivi addizzjonali ta’ tiġdid tiegħu, kif ukoll il-kuntratti tal-2013 u l-ftehimiet suċċessivi addizzjonali ta’ tiġdid tiegħu, huma bbażati fuq impenji speċifiċi minn Ryanair biex topera rotot tal-ajru lejn l-ajruport ta’ Montpellier u jimponu obbligi ċari fuq Ryanair f’dak ir-rigward. Il-kuntratt tal-2010 jirreferi b’mod espliċitu għal dawn l-impenji u jagħmel il-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni tagħhom.

(206)

Mill-minuti tal-uffiċċju tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013 jirriżulta li l-APFTE ħasset li kienet obbligata tagħti segwitu għas-sejħa għall-offerti tal-2013 meta ġie fi tmiemu l-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 konkluż ma’ AMS, u li l-APFTE sussegwentement xtaqet iżżomm il-flussi turistiċi koperti minn dan il-kuntratt, jiġifieri r-rotot operati minn Ryanair. (131)

(207)

L-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti tal-2013, li sussegwentement iwasslu għal obbligi kuntrattwali, fihom rekwiżiti preċiżi ħafna li għandhom jiġu ssodisfati minn Ryanair fil-qasam tat-trasport bl-ajru minn Montpellier għal Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn u Leeds-Bradford, filwaqt li huma ġenerali ħafna, tabilħaqq vagi, għal dak li jirrigwarda n-natura tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li għandhom jiġu pprovduti. Barra minn hekk, huwa ċar li fl-aħħar mill-aħħar ma ġie konkluż ebda kuntratt għal-lott “Birmingham”, rotta li Ryanair kienet temmet fiż-żmien bejn il-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti tal-2013 u l-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan l-aħħar punt huwa eżempju perfett tar-rabta eżistenti bejn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati mill-APFTE u l-operat tar-rotot tal-ajru minn Ryanair.

(b)   Il-kuntratti tal-2017

(208)

Barra minn hekk, anke jekk il-kuntratt tal-2017 ma jsemmix l-ajruporti li jiġu użati minn Ryanair minn Montpellier u ma jinkludix obbligu espliċitu rigward it-trasport bl-ajru lejn dan l-ajruport, huwa jidentifika b’mod ċar bħala mira tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni l-abitanti tar-reġjuni fejn jinsabu l-ajruporti li jiġu użati minn Ryanair minn Montpellier. (132) Il-“lottijiet” iddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jikkorrispondu għar-reġjuni fejn kienu jinsabu t-tliet ajruporti servuti minn Ryanair minn Montpellier: Bruxelles-Charleroi (il-lott “Walloon”), Frankfurt-Hahn (il-lott “Rheinland-Pfalz”) u Leeds-Bradford (il-lott “Yorkshire”) ta’ dak iż-żmien.

(209)

Madankollu, il-Kummissjoni ma identifikatx raġuni speċifika għall-għażla tat-tliet reġjuni kkonċernati (Rheinland-Pfalz, Walloon u Yorkshire) bħala mira għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, apparti l-fatt li huma l-uniċi tliet reġjuni moqdija minn titjiriet diretti operati minn Ryanair mill-ajruport ta’ Montpellier. Kieku l-APFTE kienet xprunata minn tħassib ta’ kummerċjalizzazzjoni reġjonali u għalhekk kellha fil-mira għadd kbir ta’ turisti potenzjali, hija kienet tagħżel reġjuni aktar adatti skont in-numru ta’ turisti potenzjali jew kampjun aktar vast ta’ reġjuni. Pereżempju, l-għażla tal-Walloon (madwar 3,5 miljun abitant), mingħajr l-inklużjoni tal-ġar fi Flanders (madwar 6,5 miljun abitant), li jinsab fiż-żona ta’ kummerċ tal-ajruport ta’ Bruxelles-Charleroi, mhijiex ċara. Huwa wkoll impressjonanti li s-sejħa għall-offerti tagħżel ir-Rheinland-Pfalz (madwar erba’ miljun abitanti) u mhux il-Lands li huma ġirien jew tal-anqas qrib ħafna taż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, b’mod partikolari Hessen (madwar sitt miljun abitant, bl-ibliet ewlenin tagħha bħal Wiesbaden (90 km mill-ajruport ta’ Frankfurt Hahn) jew Frankfurt am Main (120 km mill-ajruport ta’ Frankfurt Hahn), Nordrhein-Westfalen (kważi 18-il miljun abitant) u Saarland (kważi miljun abitant) jew saħansitra agglomerazzjonijiet kbar bħal Berlin (marbuta ma’ Montpellier b’titjira diretta operata mil-linja tal-ajru easyJet) jew Düsseldorf (fl-istess żona ta’ kummerċ bħall-belt ta’ Cologne, li hija marbuta ma’ Montpellier permezz ta’ titjira diretta operata mil-linja tal-ajru Eurowings). Għal Gran Brittanja, minbarra Yorkshire (madwar 5,2 miljun abitanti), għadd akbar ta’ turisti setgħu kienu fil-mira bl-inklużjoni tar-reġjun urban fl-inħawi ta’ Greater Manchester (madwar 2,7 miljun abitant anqas minn 100 km bogħod mill-ajruport ta’ Leeds-Bradford) jew tar-reġjun urban ta’ Londra (madwar 8,8 miljun abitant, l-ajruporti tiegħu ta’ Gatwick, Heathrow u Luton, li huma konnessi ma’ Montpellier permezz ta’ titjiriet diretti operati minn easyJet u British Airways).

(210)

Fid-dawl tal-iżvilupp tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE ma’ AMS/Ryanair bejn l-2010 u l-2017, il-Kummissjoni tinnota li bejn il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 u l-2017, il-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjonijiet li jiftħu l-proċeduri ta’ investigazzjoni formali, li jikkonċernaw, inter alia, l-ajruporti ta’ Nîmes, Pau u ta’ Angoulême, li kienu wkoll immirati lejn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi minn Ryanair/AMS u kienet sussegwentement adottat id-deċiżjonijiet finali f’dawn il-każijiet. (133) L-intenzjoni tal-Kummissjoni li tanalizza l-konformità ta’ tali kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienet għalhekk trasparenti u magħrufa mill-partijiet fil-kuntratti.

(211)

Fil-kuntest ġenerali tar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-APFTE u ta’ Ryanair sa mill-2010, jidher li l-kuntratt tal-2017 kellu l-għan u l-effett imfittex, bħall-kuntratti preċedenti, li jsostni l-attivitajiet eżistenti tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair lejn Montpellier. Fil-fatt, mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-14 ta’ Settembru 2016, jirriżulta li t-tfassil tas-sejħa għall-offerti tal-2017 kien ibbażat fuq il-preokkupazzjoni għal “risposta għal problemi legali” u ppreveda li l-entitajiet involuti fl-iżvilupp ekonomiku u turistiku tar-reġjun jagħżlu “minn qabel, fid-dawl tal-prijoritajiet strateġiċi li huma jixtiequ jiżviluppaw, iż-żona li fiha għandu jsir il-promozzjoni tar-reġjun”. It-terminu “rotta” kien intuża qabel biex jiġu indikati r-rotot tal-ajru. (134) Wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li dan huwa kuntratt b’kopji tal-ordnijiet. Fil-fatt, l-APFTE tista’ tikkundizzjona l-ħruġ ta’ kopji tal-ordnijiet, u b’hekk il-pagamenti lil Ryanair, għaż-żamma tal-frekwenzi tas-servizzi tat-trasport bl-ajru ta’ din tal-aħħar lejn Bruxelles-Charleroi, Leeds u Frankfurt-Hahn.

(212)

Il-Kummissjoni tikkwalifika l-inklużjoni tal-obbligi ta’ Ryanair bħala indikatur importanti tal-objettiv reali tal-kuntratti konklużi bejn l-APFTE u Ryanair, jiġifieri r-remunerazzjoni ta’ Ryanair għaż-żamma tal-operazzjonijiet tagħha fl-ajruport ta’ Montpellier.

(3)   L-immirar ta’ Ryanair/AMS minflok kwalunkwe fornitur ta’ kummerċjalizzazzjoni online;

(213)

Barra minn hekk, il-kriterji tas-sejħa għall-offerti ta’ 2013 u 2017 huma stabbiliti biex jiffavorixxu l-offerti ta’ Ryanair meta mqabbla mas-servizzi ta’ fornitur ta’ kummerċjalizzazzjoni tradizzjonali.

(214)

L-analiżi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u tas-sejħiet għall-offerti rilevanti turi li l-kriterji deċiżi mill-APFTE u aċċettati fis-sejħiet għall-offerti jibbenefikaw lil AMS fir-rigward ta’ fornituri ta’ kummerċjalizzazzjoni “tradizzjonali”, b’mod partikolari bl-introduzzjoni tal-kriterju tal-forniment ta’ servizzi għar-rotot tal-ajru u l-ħtieġa li jiġi offrut sit web speċifiku għall-fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni li għandu biżżejjed traffiku biex joffri r-reklamar online.

(215)

Għalkemm l-APFTE kkonkludiet xi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ diversi linji tal-ajru, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma żvelat l-ebda evidenza li tistabbilixxi li, qabel ma kkonkludiet il-kuntratti tal-2010, tal-2013 u tal-2017 li huma soġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-APFTE ġenwinament ippruvat tikkonkludi xi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ operatur ieħor għajr AMS/Ryanair. Billi dan huwa element importanti fl-ambitu tal-analiżi tas-selettività, il-Kummissjoni tqis li l-gwida tal-għażla tal-fornitur għal AMS għandha titqies ukoll bħala indikatur għan-nuqqas ta’ objettiv tal-operatur f’ekonomija tas-suq minn naħa ta’ APFTE. Kif muri fil-premessi 326 et seq., sabiex tintwera s-selettività tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sejħiet għall-offerti tal-2013 u l-2017 tfasslu b’tali mod li AMS tirbaħ il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni.

(216)

Il-Kummissjoni nnutat għadd ta’ elementi li jikkonfermaw li l-APFTE ffavorixxiet lis-servizzi ta’ Ryanair abbażi tal-kriterji ta’ dawn is-sejħiet għall-offerti għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 u tal-2017 li huma s-suġġett tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(217)

Il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 – deskritta fil-premessi 63 sa 73 – kienet is-suġġett ta’ sejħiet għall-offerti preliminari għal erba’ “lottijiet” differenti. Dawn il-“lottijiet”, intitolati “Bruxelles-Charleroi”, “Frankfurt-Hahn”, “Leeds” u “Birmingham”, kif ukoll il-frekwenzi minimi msemmija fir-rigward tagħhom fis-sejħa għall-offerti, kienu jikkorrispondu eżattament għas-servizzi tat-trasport bl-ajru operati minn Ryanair bejn minn naħa Montpellier u minn naħa l-oħra Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford u Birmingham meta tnediet is-sejħa għall-offerti. Din is-sejħa għall-offerti b’hekk kienet immirata b’mod ċar lejn il-linji tal-ajru li joffru servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, minbarra l-attivitajiet tagħhom tat-trasport bl-ajru. F’dak iż-żmien, għal kull destinazzjoni, Ryanair kienet l-unika linja tal-ajru li topera dawn ir-rotot u diġà kienet topera dawn ir-rotot għal xi żmien (Birmingham mill-2011, id-destinazzjonijiet l-oħra mill-inqas mill-2010). (135) Għalhekk huwa ċar li s-sejħa għall-offerti kienet imfassla, mid-disinn tagħha stess, biex tagħżel lil Ryanair/AMS u mhux fornitur ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online magħżul abbażi tal-kwalità tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni offruti u tal-prezz mitlub.

(218)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kuntratti tal-2013, għalkemm is-sejħa għall-offerti għar-rotot 1 sa 4 li taw lok għaliha ssemmi numru ta’ kategoriji, iddefiniti b’mod wiesa’ ħafna, ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jistgħu jiġu offruti mill-offerenti, mit-termini ta’ din is-sejħa għall-offerti jirriżulta li l-uniku servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni li kellu jiġi pprovdut b’mod obbligatorju kienet il-provvista ta’ ħolqa għas-sit elettroniku tal-Internet tal-APFTE fuq is-sit elettroniku tal-Internet tal-fornitur tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. (136) Bl-istess mod, l-uniku kriterju ta’ kummerċjalizzazzjoni obbligatorju li kellu jintlaħaq kien li tiġi żgurata “ħolqa għas-sit web tal-APFTE (go to Montpellier) fuq is-sit elettroniku tal-Internet tagħhom”. Dan jikkorrispondi eżattament mal-mudell kummerċjali ta’ AMS, li joffri spazji għar-reklamar fuq is-sit web ta’ Ryanair. Dan il-kriterju jeskludi għadd kbir ta’ fornituri tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online b’mod effiċjenti iżda li ma għandhomx sit web tagħhom li fuqu hemm daqshekk traffiku lejh bħal dak ta’ Ryanair. Is-sejħa għall-offerti għal-lottijiet 1 sa 4 tfasslet għalhekk b’tali mod li ebda linja tal-ajru ma setgħet tissodisfa aħjar il-kriterji tal-għażla għajr Ryanair/AMS.

(219)

Bl-istess mod, is-sejħa għall-offerti tat-13 ta’ Mejju 2017 u l-kuntratt tal-2017 huma ġenerali ħafna, saħansitra ambigwi, f’dak li għandu x’jaqsam man-natura tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti mill-fornitur eżistenti. Kif spjegat fil-premessi 208 u dawk sussegwenti, jidher li s-sejħa għall-offerti kienet maħluqa biex tagħżel lir-Ryanair, u mhux fornitur kwalunkwe magħżul skont in-natura tas-servizzi proposti u tal-prezz mitlub.

(220)

Barra minn hekk, is-sejħa għall-offerti tħalli libertà kbira lill-offerent f’dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni proposti, kienet tippermetti lil Ryanair/AMS li tagħżel is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni proposti b’mod li tippromwovi qabel kollox is-servizzi proprji tagħha tat-trasport bl-ajru lejn Montpellier fuq is-sit web tagħha, mingħajr ma tiġi ppenalizzata din l-għażla fl-evalwazzjoni tal-għoti tas-sejħa għall-offerti, billi Ryanair kienet kapaċi tissodisfa l-unika kondizzjoni mandatorja, jiġifieri li tassigura rabta mas-sit tal-APFTE (Assoċjazzjoni għall-Promozzjoni tal-Flussi Turistiċi u Ekonomiċi) mis-sit ta’ Ryanair.

(221)

Rigward il-kuntratt tal-2017, ta’ min wieħed ifakkar li Ryanair kienet l-unika linja tal-ajru li toffri titjiriet lil dawn it-tliet reġjuni msemmija fl-ewwel tliet lottijiet tas-sejħa għall-offerti. Minbarra l-indirizzar tal-operazzjonijiet ta’ Ryanair, li l-plawżibbiltà tagħha tidher ukoll fil-premessi 189 u dawk sussegwenti, il-Kummissjoni mhijiex fil-pożizzjoni li tipprovdi raġunijiet oħra għal għażla ta’ reġjuni daqstant preċiżi. Min-naħa l-oħra, l-analiżi tal-offerti li saret mill-APFTE turi li l-possibbiltà tal-fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni li jimmira l-pubbliku reġjonali b’mod preċiż ma kinitx deċiżiva fl-għażla tal-offerta. Pereżempju, l-APFTE hija msejsa fuq l-għadd ta’ żjarat lis-sit web ta’ Ryanair fil-Ġermanja kollha u mhux fuq l-għadd ta’ żjarat lis-sit Ġermaniż ta’ Ryanair minn persuni li joqogħdu fir-Reġjun ta’ Rheinland-Pfalz. Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dettalji fis-sejħa għall-offerti fir-rigward tar-reġjuni kkonċernati servew biss biex jagħtu vantaġġ lil AMS fil-konfront ta’ fornituri oħra ta’ servizzi.

(222)

Il-ponderazzjoni tal-kriterji tas-sejħa għall-offerti tal-2017 (l-ipprezzar ta’ servizzi 40% u l-valur tekniku 60%) kienet tippermetti l-għażla ta’ Ryanair, anki f’każijiet ta’ offerta kompetittiva bi prezz aktar baxx. Fis-sejħa għall-offerti tal-2013, il-ponderazzjoni tal-kriterji tal-għażla kienet għadha tagħti prijorità lill-prezz (il-prezz tas-servizzi 85%, il-valur tekniku permezz ta’ memorja teknika 15%).

(223)

Barra minn hekk, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-APFTE finalment xtrat mingħand Ryanair huma limitati għas-servizzi offruti fuq is-sit ta’ Ryanair, anki jekk is-sejħa għall-offerti tal-2017 kienet miftuħa għal servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġenerali ħafna (lil hinn mis-servizzi esklużivament proposti fuq is-siti tal-kumpaniji tal-ajru).

(224)

Fl-aħħar mill-aħħar, ta’ min jinnota li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn kollha konklużi u implimentati mill-APFTE (137) (u qabel mis-CCIM) – madankollu b’ammonti aktar baxxi minn dawk imħallsa minn Ryanair/AMS – li l-Kummissjoni saret taf bihom fil-qafas tal-eżami preżenti, ġew konklużi ma’ linji tal-ajru u mhux ma’ aġenziji tal-kummerċjalizzazzjoni online “klassiċi”.

(225)

Entità li tixtieq biss tikseb servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni biex tippromwovi territorju partikolari ma jkollha normalment l-ebda interess ieħor li tinkludi obbligi marbuta mal-użu tas-servizzi tat-trasport bl-ajru fil-kuntratti konklużi mal-fornituri ta’ dawn is-servizzi. Lanqas ma kellha l-interess li tinkludi tali obbligi fis-sejħiet għall-offerti li twettqu bil-ħsieb li jinkisbu s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(226)

L-inklużjoni ta’ obbligi bħal dawn, fid-dettall, f’kuntratt ta’ xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tirriżulta f’appoġġ finanzjarju għall-fornitur tas-servizzi tal-ajru permezz tar-remunerazzjoni tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan jeskludi a priori l-fornituri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li, minkejja l-kapaċità tagħhom li jippromwovu l-belt ta’ Montpellier permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni b’mod effikaċi, ma joffrux servizzi ta’ trasport bl-ajru.

(227)

Ryanair min-naħa tagħha tallega li s-servizz ta’ titjiriet għad-destinazzjoni (jiġifieri Montpellier) kopert mill-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni jirrifletti l-effikaċja tal-kummerċjalizzazzjoni. Ikun inqas attraenti għall-klijenti ta’ AMS/Ryanair bħall-APFTE li jixtru servizz fuq is-sit web ta’ Ryanair mingħajr ma jkun hemm rotot tal-ajru għal Montpellier operati minn Ryanair. L-APFTE għalhekk tikkonċentra fuq il-promozzjoni tal-fluss turistiku li jista’ jiżviluppa bis-saħħa tar-rotot tal-ajru eżistenti.

(228)

Madankollu, minkejja li dan l-argument jagħmel sens għal xi klijenti ta’ AMS/Ryanair bħal pereżempju l-intrapriżi tat-turiżmu lokali (il-lukandi, l-attrazzjonijiet turistiċi, ir-restoranti, il-kumpaniji tal-kiri ta’ karozzi) li effettivament ifittxu li jippromwovu l-prodotti u s-servizzi disponibbli fir-rigward tad-destinazzjonijiet ta’ Ryanair għall-passiġġieri tagħha, l-argument ta’ Ryanair, f’dan il-każ partikolari, jibqa’ wieħed ċirkolari. L-argument ta’ Ryanair jitlaq mill-prinċipju li l-APFTE kienet tassew fittxet li tippromwovi r-reġjun ta’ Montpellier permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni online bl-aktar mod effiċjenti. Fil-verità, kif muri hawn fuq (138), l-APFTE fittxet l-ewwel u qabel kollox li tappoġġja lil Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier b’pagamenti addizzjonali ġustifikati bħall-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni għal ċerti linji tal-ajru, bl-għan li tkun tista’ tibbenefika b’mod effettiv mill-impatt ekonomiku marbut mal-preżenza ta’ Ryanair fir-reġjun. Il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu għalhekk iservu ta’ qafas ġuridiku għal dawn il-pagamenti.

(229)

Il-Kummissjoni tosserva n-nuqqas ta’ elementi kwantitattivi jew kwalitattivi mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi jew minn Ryanair għall-ġustifikazzjoni tal-għażla tal-linja tal-ajru ta’ Ryanair bħala l-għodda ta’ kummerċjalizzazzjoni l-aktar adattata meta mqabbla ma mezzi oħra ta’ riklamar, iżda wkoll meta mqabbla ma’ linji tal-ajru oħra li joffru servizz għall-ajruport ta’ Montpellier.

(4)   Nuqqas ta’ interess min-naħa tal-APFTE f’dak li jirrigwarda s-suċċess konkret tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni

(230)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li turi li l-APFTE pproċediet għal xi valutazzjoni tal-impatt potenzjali tal-baġit tagħha, la ex ante, u lanqas ex post, biex tevalwa l-impatt tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq reġjuni differenti fl-Ewropa ta’ Fuq, jew biex tevalwa l-fornituri differenti, l-impatt tas-servizzi differenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew biex tagħmel analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair/AMS. L’APFTE ma fittxitx li tikkonkludi kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni għal reġjuni/destinazzjonijiet koperti minn Ryanair ma’ xi operaturi oħra għajr Ryanair/AMS jew li tnaqqas l-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni tagħha. Dawn l-elementi differenti jappoġġjaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet tal-APFTE li tappoġġja lil Ryanair permezz ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ttieħdu mingħajr ma saret analiżi ekonomika rilevanti.

(231)

Għall-APFTE, l-appoġġ li ngħata lil Ryanair permezz tal-baġit allokat kien jidher bħala wieħed mingħajr alternattiva. Dan jispjega wkoll in-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-APFTE rigward ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti tal-2017 f’dak li jirrigwarda l-prezz tal-offerta kompetittiv, b’mod konsistenti EUR […] ogħla mill-prezzijiet ta’ Ryanair għal-lottijiet differenti kkonċernati. (139)

(232)

Mid-dokumenti marbuta mad-diskussjonijiet tal-APFTE jirriżulta li fl-allokazzjoni tal-baġit ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha, l-APFTE tat vantaġġ sistematiku fil-pagamenti previsti għal Ryanair u ssubordinat il-finanzjament tal-promozzjoni ta’ destinazzjonijiet ġodda proposti mill-membri privati tal-APFTE għad-disponibbiltà ta’ fondi li kien fadal wara l-pagamenti dovuti lil Ryanair/AMS mingħajr ma kkontestat jew evalwat mill-ġdid il-kontribut ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(233)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda indikazzjoni li kienet turi li l-APFTE kienet verament interessata li tifhem l-impatt konkret tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ffinanzjati b’aktar minn [60-70]% mill-baġit tagħha.

(234)

L-istudju dwar l-impatt ekonomiku tat-trasport bl-ajru msemmi hawn fuq jikkunsidra biss l-għadd ta’ turisti li jidħlu, mingħajr ma jiddetermina l-oriġini tad-deċiżjoni tagħhom li jivvjaġġaw fir-reġjun, b’mod partikolari l-impatt reali tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mingħand Ryanair/AMS. Dan l-istudju tabilħaqq ma janalizzax x’jista’ jkun l-għadd ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw lejn ir-reġjun attirati mis-sempliċi fatt li Ryanair joffri rotta bejn l-ajruport tal-oriġini u Montpellier (fin-nuqqas ta’ kull promozzjoni oħra fuq is-sit ta’ Ryanair). (140)

(235)

Bl-istess mod, l-APFTE ma tidhirx li qed tistaqsi dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mingħand Ryanair/AMS, pereżempju l-għadd ta’ clicks fuq is-sit web tal-APFTE jew l-għadd ta’ biljetti tal-ajru mixtrija matul il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li Ryanair allegat verbalment f’laqgħa tat-12 ta’ Frar 2019, fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-awtoritajiet Franċiżi, li AMS ma kinitx toffri statistika lill-klijenti tagħha fil-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal dawk konklużi mill-APFTE, li kienet tkun tista’ tkejjel il-prestazzjoni tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha u għalhekk tevalwa l-effikaċja tagħha. Huwa sorprendenti, peress li wieħed mill-vantaġġi tat-tqegħid fis-suq online huwa li jkun jista’ jitkejjel l-impatt tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni b’mod aktar faċli. Barra minn hekk, Ryanair tuża dak l-argument f’rapporti sottomessi lill-Kummissjoni sabiex turi l-valur tas-sit web tagħha bħala bażi għal spazju ta’ reklamar online.

(236)

B’żieda ma’ dan, jirriżulta minn kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni oħra konklużi bejn Ryanair/AMS u xi kumpaniji privati li huwa possibbli li jiddaħħlu klawżoli kuntrattwali li jorbtu l-prezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-għadd effettiv ta’ klijenti magħżula abbażi tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(237)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li minkejja t-tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier wara l-2012 (141) – li jindika nuqqas ta’ effett tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk dan l-effett tabilħaqq intlaħaq – ma jidhirx mid-dokumenti marbuta mat-tħaddim tal-APFTE jew mid-dokumenti tal-membri pubbliċi tagħha li l-effett tal-kuntratti tal-kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair/AMS ġie kkontestat mill-membri tal-APFTE.

(5)   Il-koinċidenza tal-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni mad-durata tal-operazzjonijiet ta’ titjiriet ta’ Ryanair

(a)   Il-koinċidenza tat-tmiem tal-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-waqfien tas-servizz ta’ titjiriet ta’ Ryanair lejn l-ajruport

(238)

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li, mill-istaġun tas-sajf tal-2019, Ryanair ma baqgħetx topera servizzi ta’ titjiriet għall-ajruport ta’ Montpellier, iżda qed topera rotta għal Bruxelles-Charleroi mill-ajruport ta’ Béziers, li jinsab 70km l-bogħod minn Montpellier.

(239)

Tabilħaqq, it-tmiem ta’ dan is-servizz ta’ titjiriet ta’ Ryanair lejn l-ajruport ta’ Montpellier jikkorrispondi mat-tmiem ta’ pagamenti lil Ryanair/AMS mill-APFTE. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-aħħar pagament lil Ryanair/AMS sar fi Frar 2019.

(240)

Madankollu, jkun possibbli għal AMS li toffri r-reklamar għal Montpellier fuq is-sit web ta’ Ryanair. Dan jagħmel sens anki fil-loġika tal-kummerċjalizzazzjoni ppreżentata minn Ryanair (142) (anki jekk irrifjutata mill-Kummissjoni) billi l-ajruporti ta’ Nîmes u ta’ Béziers – li gawdew fl-istaġun tas-sajf tal-2019 mill-bosta titjiriet ta’ Ryanair mill-Ewropa ta’ Fuq inkluż mill-Ġermanja (Düsseldorf-Weeze), mill-Belġju (Bruxelles-Charleroi) u mir-Renju Unit (Bristol, Edinburgh, London-Luton, London-Stansted, Manchester) (143) – jinsabu fil-viċinanzi tal-belt ta’ Montpellier u skont ir-raġunament ippreżentat minn Ryanair ir-reġjun ta’ Montpellier għalhekk kien se jgawdi miż-żieda fl-għadd ta’ turisti internazzjonali/mill-Ewropa ta’ Fuq.

(241)

Madankollu, l-APFTE jew il-qafas ġuridiku li ssostitwiha tilfu l-interess li jippromwovu lil Montpellier u r-reġjun tagħha permezz ta’ Ryanair/AMS.

(242)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom tabilħaqq l-effett mistqarr li jżidu l-fluss tat-turisti internazzjonali għall-benefiċċju ta’ Montpellier u r-reġjun tagħha, l-APFTE jew l-organizzazzjoni li qed tissostitwiha kien ikollhom l-interess li jżommu l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair/AMS bil-ħsieb li tingħata spinta lill-fluss ta’ passiġġieri internazzjonali li jaslu fir-reġjun mill-ajruporti ta’ Béziers u ta’ Nîmes.

(b)   Koinċidenza tad-durata tal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Birmingham mad-durata tar-rotta Montpellier-Birmingham

(243)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li r-relazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonċernaw lil Birmingham – bażi ta’ pagamenti supplimentari lil Ryanair/AMS imsejsa fuq il-klawżola addizzjonali tal-20 ta’ April 2011 tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010 – inbdew fix-xahar li fih Ryanair kienet bdiet topera servizzi ta’ titjiriet mill-ajruport ta’ Birmingham għal Montpellier.

(244)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis bħala indikazzjoni supplementari tal-intenzjoni tal-APFTE li tiffinanzja xi operazzjonijiet ta’ Ryanair minflok li tinvesti fil-kummerċjalizzazzjoni fil-veru sens tal-kelma - il-fatt li l-ebda kuntratt ma ġie konkluż għal-lott “Birmingham” fis-sejħa għall-offerti tal-2013, rotta li Ryanair kienet topera mill-2011, iżda li waqfet topera bejn il-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-sejħa għall-offerti u l-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. (144)

(6)   Il-prattika ta’ Ryanair osservata f’każijiet oħra

(245)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-użu tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni bħala ġustifikazzjoni tal-pagamenti lil Ryanair biex iżżomm is-servizzi ta’ Ryanair f’ajruport reġjonali partikolari mhuwiex mingħajr preċedent: mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni fil-Każ Sa.33961 li jirrigwarda l-ajruport ta’ Nîmes f’sitwazzjoni li fiha r-rata ta’ tagħbija ta’ rotta kkonċernata tbaxxiet b’mod konsiderevoli, jirriżulta li Ryanair poġġiet pressjoni fuq l-entitajiet pubbliċi kkonċernati għax-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni supplimentari, li kienet thedded li twaqqaf milli din topera rotta fin-nuqqas ta’ żieda ta’ darba tal-kontribuzzjoni finanzjarja. (145) Rigward l-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni fil-Każ SA.26500 (146) kienet żvelat li wara li l-operatur tal-ajruport kien irrifjuta li jħallas somma mitluba minn Ryanair bħala tariffa tal-kummerċjalizzazzjoni għall-iskeda tas-sajf tal-2011, Ryanair kienet temmet l-attivitajiet ta’ servizzi tagħha lejn l-ajruport f’Marzu 2011. (147)

(ii)   Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS ma jistgħux jippromwovu lil Montpellier u l-inħawi b’mod effikaċi

(246)

Anki jekk wieħed jassumi l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom l-effetti allegati, kif indikati minn Ryanair/AMS u l-APFTE, fuq il-fluss tal-passiġġieri internazzjonali, il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet għall-allokazzjoni ta’ aktar minn [60-70]% tal-baġit tal-APFTE lil Ryanair/AMS u lit-turisti li jiġu mill-ajruporti ta’ Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford u Birmingham, iwieġbu għal konsiderazzjonijiet ekonomiċi insuffiċjenti.

(247)

Kif spjegat fil-kapitolu li jsegwi, la l-impatt reali u lanqas l-impatt massimu potenzjali indikat minn Ryanair tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mill-APFTE mingħand Ryanair/AMS ma jiġġustifikaw il-prezz imħallas mill-APFTE fil-loġika ta’ xerrej f’ekonomija tas-suq.

(1)   L-għażla ta’ Ryanair/AMS bħala fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-APFTE twieġeb għal ġustifikazzjonijiet ekonomiċi insuffiċjenti

(a)   Il-kampanji tal-kummerċjalizzazzjoni huma limitati għas-siti web u għall-klijenti ta’ Ryanair.

(248)

Il-kuntratt tal-2010 u l-klawżola addizzjonali tiegħu jipprevedu b’mod ċar il-forniment ta’ servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq l-uniku sit web ta’ Ryanair kif ukoll l-obbligu ta’ Ryanair li tassigura s-servizz ta’ titjiriet lejn Montpellier minn Frankfurt-Hahn, Bruxelles-Charleroi u Leeds-Bradford. (148) F’dak li jirrigwarda s-sejħa għall-offerti tal-2013, l-uniku kriterju li kellu jiġi ssodisfat b’mod obbligatorju kien li l-fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni jkun jista’ jiżgura konnessjoni mis-sit web tiegħu għas-sit web tal-APFTE kif ukoll l-operazzjoni ta’ ċerta frekwenza ta’ titjiriet. (149) Barra minn hekk, għalkemm is-sejħa għall-offerti tal-2017 kienet miftuħa għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenerali ħafna (lil hinn mis-servizzi esklużivament proposti fuq is-siti tal-kumpaniji tal-ajru), is-servizzi li fl-aħħar mill-aħħar ġew miżmuma mill-APFTE kienu esklużivament għaż-żjarat fuq is-sit web ta’ Ryanair.

(249)

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għal fatt li Ryanair qatt ma ttrasportat aktar minn 137 030 passiġġier fis-sena lejn l-ajruport ta’ Montpellier filwaqt li r-reġjun ta’ Montpellier jattira ħames (5) miljun turisti fis-sena (ċifri tal-2017) skont l-istatistika ppubblikata minn Montpellier Tourisme. (150)

(250)

Dan huwa partikolarment impressjonanti billi s-servizzi offruti minn AMS/Ryanair u mixtrijin mill-APFTE għal aktar minn [60-70]% tal-baġit totali tagħha jkopru biss il-promozzjoni tad-destinazzjoni ta’ Montpellier b’rabta mas-servizz ta’ titjiriet ta’ Ryanair, fil-mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ Ryanair biss.

(b)   Il-klijentela ta’ Ryanair mhijiex il-parti tas-suq l-aktar interessanti f’dak kollu li jirrigwarda d-dħul ekonomiku għar-reġjun.

(251)

Skont Ryanair (151), il-kontribut tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun notevolment li jbiddel l-ekwilibriju bejn il-passiġġieri residenti f’Montpellier u t-turisti internazzjonali li jżuru Montpellier, fost l-għadd totali ta’ passiġġieri predeterminat mill-“ġestjoni ta’ rendiment” (152) ta’ Ryanair.

(252)

Madankollu, l-input potenzjali massimu ta’ turisti li jivvjaġġaw bl-ajru ma’ Ryanair huwa wieħed minimu ħafna. Għandu jiġi stabbilit li s-sehem mis-suq ta’ Ryanair qatt ma qabeż l-[10-20]% tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Montpellier u qiegħed dejjem jonqos mill-2012 ’l hawn. Fost dawn il-passiġġieri, il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair – anki jekk jitqies li kien ikollhom l-effett indikat minn Ryanair – ma kienx jirnexxielhom iżidu l-proporzjon ta’ turisti internazzjonali għal parti żgħira tal-passiġġieri tal-ajruport.

(253)

Barra minn hekk, mill-istudju tal-awtoritajiet Franċiżi biex juri li l-impatti ekonomiċi tal-azzjonijiet tal-APFTE kienu soġġetti għal analiżi ekonomika min-naħa tal-awtoritajiet lokali (153) jirriżulta li fost il-passiġġieri tal-ajru li jaslu Languedoc-Roussillon, il-passiġġieri ta’ Ryanair ma għandhomx l-ogħla effett ta’ ingranaġġ fuq l-infiq fir-reġjun. (154)

(254)

L-awtoritajiet Franċiżi lanqas ma ppreżentaw informazzjoni li turi li l-passiġġieri ta’ Ryanair kienu s-suq fil-mira l-aktar interessanti f’dak li jirrigwarda l-potenzjal ta’ tkabbir fil-ġejjieni.

(255)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li f’dak li jirrigwarda t-turiżmu u l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ negozju, il-parti l-kbira tal-klijentela ta’ Montpellier u l-inħawi kienet klijentela nazzjonali mhux internazzjonali. Mir-rapport dwar l-attività tal-2017 tal-Office de Tourisme et des Congrès de Montpellier Méditerranée Métropole (155) (l-Uffiċċju tat-Turiżmu u tal-Kungress ta’ Montpellier Méditerranée Métropole), jirriżulta li l-parti l-kbira tal-impatt ekonomiku għal Montpellier Méditerranée Métropole ġejja minn turisti nazzjonali: fuq 1 552 245 soġġorn ta’ akkomodazzjoni f’lukandi, ir-rata għall-akkomodazzjonijiet barranin kienet biss ta’ 23 %; fuq 682 528 soġġorn ta’ akkomodazzjoni f’residenzi, ir-rata għall-akkomodazzjonijiet barranin kienet biss ta’ 10 %.

(c)   Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair għandhom impatt limitat ħafna għall-APFTE

(256)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li anki fost is-servizzi li tista’ toffri Ryanair/AMS, l-għażliet magħmula mill-APFTE fix-xiri ta’ servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha ma jistgħux jiġu spjegati mil-lat ta’ loġika ta’ promozzjoni għar-reġjun.

(257)

Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online mislufa mingħand Ryanair/AMS abbażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mal-APFTE jikkonsistu essenzjalment f’li jiddaħħlu l-messaġġi u l-links fuq il-paġna korrispondenti tad-destinazzjoni ta’ Montpellier tas-sit web ta’ Ryanair, u li tiddaħħal link għas-sit web imfassal mill-APFTE għal fuq il-paġna ewlenija bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bin-Netherlandiż u bil-Belġjan (bil-Franċiż u bin-Netherlandiż)

(258)

Madankollu, il-paġna li tikkorrispondi għad-destinazzjoni ta’ Montpellier fis-sit web ta’ Ryanair tindirizza essenzjalment lill-persuni li diġà ddeċidew jew li x’aktarx qegħdin jaħsbu li jużaw is-servizzi ta’ trasport ta’ Ryanair lejn Montpellier. Fi kliem oħra, l-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-kwistjoni ta’ Montpellier fuq is-sit web ta’ Ryanair x aktarx li ma tantx tattira lil klijenti ġodda.

(259)

Għal dan l-għan, ta’ min jinnota li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ppreżentati minn Ryanair u konklużi bejn l-intrapriżi privati barra mill-ajruport u AMS jisiltu l-valur ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom mill-possibbiltà li jbigħu prodotti jew servizzi turistiċi lill-passiġġieri li jkunu se jivvjaġġaw ma’ Ryanair. Dawn il-vjaġġaturi potenzjali huma identifikati bħala li x’aktarx jivvjaġġaw lejn ajruport ta’ destinazzjoni partikolari, wara li jikkonsultaw is-sit web ta’ Ryanair (xiri ta’ biljetti, konsultazzjoni ta’ titjiriet disponibbli, eċċ.), u għalhekk huma fil-mira tal-messaġġi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jinċentivawhom biex jixtru prodott jew servizz fl-ajruport ta’ destinazzjoni tagħhom.

(260)

Il-valur tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair għalhekk għandu fil-mira l-klijenti ta’ Ryanair li diġà jkunu għażlu l-ajruport ta’ destinazzjoni tagħhom jew li l-frekwentazzjoni tagħhom fuq is-sit web ta’ Ryanair tkun tindika li x’aktarx jagħżlu ajruport ta’ destinazzjoni partikolari, bl-għan li dawn jiġu inċentivati jixtru prestazzjoni turistika fid-destinazzjoni finali tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma teskludix li l-kummerċjalizzazzjoni offruta minn AMS fuq is-sib web ta’ Ryanair jkollha valur għal ċerti intrapriżi interessati li jbigħu servizzi jew prodotti lill-klijenti ta’ Ryanair, bħal pereżempju intrapriżi ta’ kiri ta’ karozzi jew intrapriżi reġjonali li jorganizzaw mixjiet twal. Madankollu, din mhijiex sitwazzjoni li fiha wieħed isib awtorità reġjonali li l-ewwel ikollha tiżgura li hemm turisti potenzjali li jinteressaw ruħhom fir-reġjun. Għall-APFTE, il-gwadann ta’ kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal din huwa wieħed dgħajjef ħafna, saħansitra ineżistenti.

(d)   Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni magħżula fil-prattika mill-APFTE fost il-prestazzjonijiet potenzjali ta’ Ryanair għandhom impatt aktar limitat.

(261)

Barra minn hekk, huma biss il-paġni ta’ merħba bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bin-Netherlandiż u bil-Belġjan (Franċiż u Netherlandiż) tas-sit web ta’ Ryanair li huma koperti mill-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Din hija indikazzjoni supplimentari li turi li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma essenzjalment imfassla biex jassiguraw il-promozzjoni ta’ servizzi ta’ Ryanair bejn Montpellier u d-destinazzjonijiet li għalihom Ryanair ħadet l-impenn li toffri servizzi ta’ titjiriet, destinazzjonijiet mgħammra b’żona ta’ lħuq li tinsab fil-Ġermanja, fil-Belġju, fin-Netherlands u fir-Renju Unit.

(262)

Madankollu, l-għażla konkreta tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS/Ryanair ma tispjega ruħha permezz ta’ ebda konsiderazzjoni ta’ żvilupp reġjonali – ħlief l-intenzjoni li tissussidja t-titjiriet ta’ Ryanair.

(263)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-istatuti tagħha, l-APFTE għandha bħala għan “il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu, inkluż in-negozju, fit-territorju permezz ta’ kuntratti ta’ promozzjoni, ix-xiri ta’ reklamar fuq l-Internet u l-kummerċjalizzazzjoni jew materjal ta’ reklamar ieħor bħall-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, sabiex jiġu attirati klijenti internazzjonali”. (156)

(264)

Madankollu, la mill-istatuti tal-APFTE u lanqas mill-analiżijiet fornuti mill-awtoritajiet Franċiżi jew minn Ryanair ma jidher li l-APFTE kellha fil-mira tagħha l-passiġġieri mir-reġjuni tal-Ewropa ta’ Fuq speċifikati b’mod ċar (bħalma huma Walloon, Rheinland-Pfalz, Yorkshire u l-Midlands) bħala prijorità waqt li twarrab swieq oħra simili, bħar-reġjuni tal-viċinat imsemmija fil-premessa 209.

(265)

F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li Ryanair tallega li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-kostruzzjoni tal-marka “Montpellier” (“brand building”). Kieku l-kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair kellha effett fuq il-“brand building” tar-reġjun ta’ Montpellier lil hinn mis-sit ta’ Ryanair mat-turisti potenzjali, l-APFTE kienet tkun tista’ tuża l-kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit ta’ Ryanair b’mod aktar effikaċi.

(266)

B’mod partikolari, jekk is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kienu maħsuba biex ikopru lil Montpellier u r-reġjun tagħha mat-turisti kollha kif ukoll ma’ persuni ta’ negozju li jistgħu jkunu interessati fir-reġjun, barra mill-possibbiltà miftuħa għalihom li jaslu Montpellier permezz tat-titjiriet ta’ Ryanair biss, hemm probabbiltà kbira li l-APFTE kienet talbet li l-link għal sit tal-għażla tagħha tkun disponibbli bil-lingwi kollha jew tal-anqas b’bosta lingwi fil-paġna ewlenija tas-sit ta’ Ryanair, u mhux biss fl-erba’ verżjonijiet lingwistiċi msemmija hawn fuq, li jikkorrispondu għad-destinazzjonijiet moqdija bit-titjiriet ta’ Ryanair minn Montpellier. Fil-fatt, hemm aktar minn 20 verżjoni lingwistika disponibbli fil-paġna ta’ merħba tas-sit ta’ Ryanair. Pereżempju, kienet tkun possibbli l-inklużjoni tal-verżjonijiet bit-Taljan, bil-Kastiljan u bil-Katalan tas-sit web ta’ Ryanair biex jintlaħqu t-turisti potenzjali li jivvjaġġaw mill-Italja jew minn Spanja (il-fruntiera Spanjola tinsab sagħtejn il-bogħod minn Montpellier u jeżistu titjiriet diretti bejn Montpellier u dawn iż-żewġ pajjiżi, offruti minn linji tal-ajru oħra) jew l-inklużjoni tal-verżjonijiet Skandinavi tas-sit ta’ Ryanair (biex jintlaħqu t-turisti tal-pajjiżi Skandinavi li huma konnessi mal-ajruport ta’ Montpellier b’titjiriet diretti offruti minn linji tal-ajru oħrajn). It-turisti Spanjoli jew Taljani huma tabilħaqq klijenti potenzjali interessanti; skont l-istatistika ppubblikata minn Montpellier Tourisme għall-2017, Spanja kienet l-ewwel pajjiż f’dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni ta’ klijenti barranin f’lukandi u t-tieni pajjiż f’dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni ta’ klijenti barranin f’residenzi. F’din l-aħħar kategorija, it-Taljani jokkupaw ir-raba’ post. (157)

(267)

Madankollu, f’dan il-każ, l-għażla tal-mezzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tiżgura li s-servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ Ryanair lejn Montpellier biss jibbenefikaw mill-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ffinanzjati mill-APFTE. Din l-evidenza twassal lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li, kuntrarjament għal dak li ssostni Ryanair/AMS, il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ Ryanair ma jikkontribwixxux għall-iżvilupp tat-tikketta “Montpellier”.

(e)   Il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jkoprux lit-turisti li mhumiex fil-mira mill-operazzjonijiet bl-ajru ta’ Ryanair.

(268)

Kif muri fil-kapitolu ta’ qabel, il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija minn Ryanair ma jistgħux jilħqu b’mod suffiċjenti l-klijenti kollha ta’ Ryanair. Barra minn hekk, mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, notevolment mill-informazzjoni pprovduta minn Ryanair, jirriżulta li l-provvista tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS hija llimitata għal Ryanair biss u għalhekk tattira essenzjalment klijenti potenzjali ta’ Ryanair mingħajr ma tilħaq turisti potenzjali oħra li ma jikkorrispondux mal-profil ta’ Ryanair, f’dak li jirrigwarda l-pajjiż ta’ provenjenza, l-għażla tal-mezz ta’ trasport tagħhom jew l-imġiba tal-konsum tagħhom.

(269)

Mill-perspettiva tal-mira ġeografika, il-Kummissjoni tosserva li f’dak li jirrigwarda t-turiżmu u l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ negozju, il-parti l-kbira tal-klijentela ta’ Montpellier u l-inħawi tagħha hija nazzjonali mhux internazzjonali. (158) Barra minn hekk, il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair/AMS u li jikkonċernaw aktar minn [60-70]% tal-baġit tal-APFTE, ma jkoprux it-turisti barranin li ma jkunux ġejjin mill-Ġermanja, mill-Belġju jew mill-Gran Brittanja. Pereżempju, il-ftehimiet ma jkoprux lit-turisti minn Spanja, mill-Italja jew mill-Istati Uniti, li, mill-istatistika msemmija hawn fuq, jagħtu kontribut importanti lill-impatt ekonomiku għal Montpellier Méditerranée Métropole. (159) Barra minn hekk, fost il-klijenti potenzjali mill-Ġermanja, mill-Gran Brittanja jew mill-Belġju, il-fatt li ċerti reġjuni bħalma huma Walloon, Rheinland-Pfalz, Yorkshire jew Birmingham huma fil-mira, filwaqt li reġjuni oħra tal-Ġermanja, tal-Gran Brittanja jew tal-Belġju b’għadd kbir ta’ abitanti jitħallew barra, (160) ma jistax jiġi spjegat fil-kuntest tal-iżvilupp tat-turiżmu.

(270)

Barra minn hekk, il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair ma għandhomx fil-mira turisti potenzjali – nazzjonali jew internazzjonali – li jagħżlu kumpaniji tal-ajru oħra jew mezzi oħra tat-trasport bħall-ferrovija (Montpellier għandha konnessjoni ferrovjarja bit-TGV, jeżistu konnessjonijiet bil-ferrovija diretti lejn Pariġi, Brussell jew Spanja), ix-xarabank jew il-karozza. Hija Ryanair innifisha li ġġib magħha bosta indikaturi f’dan ir-rigward, li jindika notevolment li ħafna mill-klijenti jmorru mill-ewwel fis-sit ta’ Ryanair mingħajr ma jikkonsultaw magna tat-tiftix. Barra minn hekk, Ryanair issemmi r-rata ta’ rikorrenza baxxa fuq is-sit ta’ Ryanair, li jfisser li l-persuni li jżuru l-paġna ewlenija tas-sit ta’ Ryanair x’aktarx li jibqgħu fuq l-istess sit u jfittxu fuq paġni oħra minflok ma jħallu s-sit direttament. Dan jimplika li l-parti kbira ta’ persuni li jżuru s-sit ta’ Ryanair jużaw dan is-sit biex jixtru t-titjiriet ta’ Ryanair b’mod determinat u mhux biex ifittxu dwar destinazzjonijiet possibbli oħra.

(271)

Barra minn hekk, Ryanair tattira l-ewwel u qabel kollox passiġġieri li huma interessati fil-prezz baxx, fatt li ma jikkunsidrax il-parti kbira tat-turiżmu lussuż.

(2)   Il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni m’għandhomx l-effett li Ryanair qed tallega li għandhom

(272)

Skont l-APFTE, il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS iservu biex jippromwovu lil Montpellier u l-inħawi bl-iskop li jiżdied l-impatt ekonomiku tar-reġjun.

(273)

Ryanair/AMS min-naħa tagħha tallega li l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandhomx impatt prinċipali fuq ir-rata ta’ tagħbija, iżda fuq il-proporzjon ta’ passiġġieri viżitaturi fost il-passiġġieri ta’ Ryanair. Madankollu, il-Kummissjoni ma kinitx konvinta dwar dan l-effett li jirrigwarda l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, għar-raġunijiet imsemmija aktar ’il fuq.

(274)

Il-Kummissjoni tfakkar li Ryanair tispjega l-input tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-mod segwenti: l-interess li jiġi konkluż kuntratt bħal dan ma’ ajruport jew ma’ reġjun, jinsab, min-naħa l-waħda, fit-titjib fid-dehra tal-ajruport u l-valur tal-marka tiegħu (“brand building” fit-termini ta’ Ryanair) u min-naħa l-oħra, b’mod aktar konkret, fiż-żieda tal-proporzjon ta’ passiġġieri viżitaturi jew entranti ġodda li jkunu ġejjin minn barra (turisti jew vjaġġaturi fuq negozju mqabbla ma’ passiġġieri lokali li jirrisjedu fir-reġjun ta’ Montpellier), billi l-impatt ekonomiku tagħhom għar-reġjun ikun iktar interessanti.

(275)

F'dan il-kuntest ta’ żieda fil-proporzjon tal-passiġġieri viżitaturi, Ryanair tispjega li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu inqas għar-rata ta’ tagħbija (“load factor”) ta’ titjira partikolari, determinata l-ewwel u qabel kollox mill-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair infisha. Min-naħa l-oħra, il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu l-ewwel u qabel kollox għaż-żieda tal-proporzjon ta’ passiġġieri viżitaturi fost l-għadd ta’ passiġġieri predeterminati mill-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair. Dwar l-impatt ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-kompożizzjoni tal-passiġġieri, Ryanair tallega li, fil-proċedura prestabbilita, il-proporzjon ta’ passiġġieri lokali u ta’ passiġġieri viżitaturi huwa bejn wieħed u ieħor ugwali għal kull titjira mingħajr kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-input ta’ kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ajruport jew reġjun fuq is-sit ta’ Ryanair għalhekk ikun li jiżdied dan il-proporzjon ta’ passiġġieri viżitaturi.

(276)

Il-Kummissjoni madankollu tfakkar li l-eżistenza ta’ indikaturi msemmija aktar ’il fuq turi li l-għan tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mal-APFTE ma kienx il-promozzjoni tad-destinazzjoni ta’ Montpellier permezz tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni, iżda – kif indikat fil-premessa 189 u l-premessi sussegwenti – iż-żamma ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier. Dan jimplika li l-effett reali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni f’dak li jirrigwarda l-pubbliċità ftit li xejn kien rilevanti għall-partijiet kontraenti, u dan jispjega li l-għażla ta’ Ryanair/AMS kienet effettwata mill-APFTE minkejja li din irrispettat il-ġustifikazzjonijiet ekonomiċi dgħajfa kif jidher mill-premessi 248 u minn dawk sussegwenti.

(277)

Anki jekk dawn il-kriterji kienu diġà biżżejjed biex jikkonkludu l-assenza ta’ ħtieġa reali tal-APFTE jew tal-membri pubbliċi tagħha għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS (161), il-Kummissjoni tixtieq madankollu ssemmi l-kriterji li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat f’dak kollu li jirrigwarda l-effetti konkreti tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, billi Ryanair kellha xi osservazzjonijiet dwar din il-kwistjoni.

(278)

Tabilħaqq, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat bosta kriterji, deskritti fil-kapitoli li jsegwu, li juru li l-effett pubbliċitarju reali tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa wieħed dgħajjef.

(a)   L-input konkret tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni għar-reġjun jibqa’ wieħed inċert

(279)

F’dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni, kuntrarjament għal dak li ssostni Ryanair u l-APFTE, l-ewwel u qabel kollox tikkonkludi li l-input tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni jibqa’ wieħed inċert.

(280)

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kkonfermatx li l-klijenti li tabilħaqq ifittxu b’mezzi ta’ reklamar li jippromwovu reġjun partikolari mingħajr konnessjoni mal-ajruport reġjonali kkonċernat, kienu jaraw xi interess fis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti b’mod konkret minn Ryanair/AMS bil-prezz li tħallas mill-APFTE.

(281)

Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mill-APFTE, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqas ta’ kriterji kwantitattivi għall-input konkret tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-preżenza ta’ kriterji prima facie ta’ nuqqas ta’ impatt f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE dwar il-proporzjon ta’ turisti viżitaturi jew dwar il-“brand building”.

(b)   Nuqqas ta’ kriterji kwantitattivi għall-input konkret tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni

(282)

Kif imsemmi fil-premessa 229, il-Kummissjoni tinnota n-nuqqas ta’ elementi li jistgħu juru b’mod kwantitattiv l-effett mistqarr tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE ma’ AMS/Ryanair.

(283)

Ryanair tinsisti li l-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kien ikollhom effett pożittiv fuq ir-reġjun ta’ Montpellier, tal-inqas fuq l-ajruport tagħha, minħabba l-effett tagħhom li jżidu l-proporzjon ta’ turisti viżitaturi, kif ukoll fuq il-“brand-building” u d-deċiżjonijiet futuri ta’ passiġġieri potenzjali. Madankollu, Ryanair tallega li dawn l-effetti ma kinux ikunu jistgħu jitkejlu u għalhekk ma kinux ikunu jistgħu jidhru mill-istatistika.

(284)

F’dak li jirrigwarda l-effett prinċipali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni indikat minn Ryanair, jiġifieri ż-żieda tal-proporzjon ta’ turisti viżitaturi fl-ajruport ta’ Montpellier, Ryanair sempliċement tallega li dan l-effett kien ikun fenomenu magħruf sew f’dan in-negozju, saħansitra fenomenu evidenti. Minkejja l-affermazzjonijiet tagħha, Ryanair ma pprovdiet l-ebda element konkret li kien jippermetti li l-Kummissjoni tkejjel l-effett pożittiv tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha fl-ajruport ta’ Montpellier.

(285)

Fil-qosor, la Ryanair u lanqas l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew evidenza li tippermetti li tistabbilixxi li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE kien ikollhom l-effett li jżidu l-għadd ta’ turisti internazzjonali fuq ir-rotot li Ryanair kienet topera lejn Montpellier.

(286)

Il-Kummissjoni tinnota f’dan il-kuntest li anki jekk dan jirrigwarda l-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni online, Ryanair – anki wara li kienet mistiedna mill-Kummissjoni – ma kinitx f’pożizzjoni li tforni l-istatistika jew l-indikaturi tal-prestazzjoni li jippermettu li jkejlu l-effett tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mal-APFTE (pereżempju paragun tal-proporzjon ta’ turisti internazzjonali għal destinazzjonijiet Mediterranji b’kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni u mingħajr kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ta’ min ifakkar li skont Ryanair, AMS ma toffrix statistika lill-klijenti tagħha, li tippermettilhom li jkejlu l-prestazzjoni tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom online u għalhekk li jevalwaw l-effikaċja tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom. (162)

(c)   Il-preżenza ta’ kriterji prima facie fl-assenza tal-effett tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni

(287)

Barra minn hekk, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat bosta kriterji li juru prima facie li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE ma kellhomx impatt, la fuq il-proporzjon ta’ turisti viżitaturi u lanqas fuq il-“brand building”.

(288)

Ryanair tassumi li mingħajr kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-proporzjon ta’ passiġġieri li joriġinaw mir-reġjun ta’ Montpellier u l-passiġġieri viżitaturi kien ikun determinat b’mod arbitrarju permezz tal-“ġestjoni tar-rendiment” (163) min-naħa ta’ Ryanair, li ma jagħmilx distinzjoni bejn passiġġieri li jkunu deħlin jew dawk ħerġin. L-input tal-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun għalhekk iż-żieda tal-proporzjon ta’ turisti viżitaturi fost l-għadd totali ta’ passiġġieri determinat mill-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair.

(289)

Madankollu, l-argument imressaq minn Ryanair ma jikkunsidrax il-fatturi ta’ lokalità li jiddeterminaw l-attraenza turistika elevata tar-reġjun ta’ Montpellier meta mqabbel mar-reġjuni ta’ Rheinland-Pfalz, ta’ Walloon, ta’ Yorkshire jew tal-Midlands u l-influwenza tagħhom fuq il-fluss turistiku bejn Montpellier u l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford, Birmingham u Bruxelles-Charleroi. Montpellier tinsab f’reġjun li sa minn għexieren ta’ snin igawdi fama mondjali għall-vantaġġi turistiċi li għandu x’joffri, notevolment minħabba l-kosta Mediterranja (87 kilometru ta’ kosta b’għadd kbir ta’ xtajtiet ramlija), l-għoljiet, id-dwieli, il-patrimonju arkitettoniku u kulturali u l-infrastruttura turistika tiegħu kif ukoll il-klima moderata meta mqabbla ma’ dik tal-Ewropa ta’ Fuq. Anki qabel ma Ryanair bdiet topera t-titjiriet għall-ajruport ta’ Montpellier, it-turisti barranin li kienu jiffrekwentaw ir-reġjun ta’ Montpellier kif ukoll il-propjetarji barranin ta’ residenzi sekondarji f’Hérault kienu jkunu prinċipalment mill-Ewropa ta’ Fuq, l-aktar mill-Belġju, mill-Iżvizzera, mill-Ġermanja, min-Netherlands u mir-Renju Unit. (164) Barra minn hekk, l-attraenza turistika tar-reġjun ta’ Montpellier għall-passiġġieri li joriġinaw minn Rheinland-Pfalz, minn Walloon, minn Yorkshire jew mill-Midlands hija b’mod sinifikanti ogħla mill-attraenza ta’ dawn ir-reġjuni msemmija għall-passiġġieri li joriġinaw minn Montpellier, speċjalment fis-sajf. L-ebda wieħed minn dawn ir-reġjuni, li kollha jinsabu fl-Ewropa ta’ Fuq, ma joffri l-għadd u d-diversità ta’ siti turistiċi kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi simili għal dawk tar-reġjun ta’ Montpellier. Għalhekk il-fluss ta’ passiġġieri huwa b’mod naturali aktar orjentat lejn Montpellier mill-fluss minn Montpellier lejn reġjuni oħra. Dan il-fluss ta’ turisti lejn Montpellier jikkorrispondi għal domanda li diġà kienet teżisti qabel il-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan jindika li, fost il-passiġġieri tat-titjiriet bir-Ryanair fl-ajruport ta’ Montpellier, il-proporzjon ta’ turisti viżitaturi huwa naturalment ogħla mill-proporzjon ta’ passiġġieri li bdew il-vjaġġ tagħhom f’Montpellier u li qed jivvjaġġaw lejn Frankfurt-Hahn, Bruxelles-Charleroi, Leeds-Bradford jew Birmingham – speċjalment fis-sajf.

(290)

Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-effett fuq il-proporzjon ta’ turisti viżitaturi u fuq il-“brand building”, Ryanair tidher li tixtieq talloka l-preżenza tagħha bħala linja tal-ajru f’ajruport reġjonali bl-effetti allegati ta’ ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonċerna dan ir-reġjun, mingħajr ma tiddistingwi r-rabtiet konkreti ta’ kawżalità. Ryanair ippreżentat argumenti u dokumenti intiżi li juru l-influwenza pożittiva tal-preżenza tagħha f’ajruport fuq l-iżvilupp ekonomiku tal-istess ajruport u fuq il-“brand building” tiegħu. Madankollu, din l-informazzjoni tindika li żieda eventwali fl-għadd ta’ turistiċi viżitaturi tkun motivata sempliċement mis-servizz ta’ titjiriet ta’ Ryanair lejn ajruport reġjonali. Il-Kummissjoni tinnota li l-argumenti ppreżentati minn Ryanair f’dan il-kuntest huma marbuta biss mal-effetti tal-preżenza ta’ Ryanair f’ajruport partikolari. Dan ifisser li dawn l-argumenti mhumiex rilevanti f’dak li jirrigwarda l-kontribut reali tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni għar-reġjun. Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni mogħtija minn Ryanair dwar l-effett tal-preżenza tagħha f’ajruport reġjonali pjuttost tindika li ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jkollux impatt addizzjonali sinifikanti fuq il-proporzjon ta’ turisti viżitaturi attwali jew fuq il-“brand building”. Jidher għaldaqstant li l-għażla tad-destinazzjoni ta’ klijent ta’ Ryanair tiddependi primarjament mill-provvista ta’ rotot diretti minn Ryanair, billi Ryanair topera mudell ta’ negozju minn punt sa punt, abbażi ta’ rotot diretti biss. F’sitwazzjoni bħal din, kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni addizzjonali ma jkollux valur miżjud sinifikanti fuq il-fluss ta’ turisti viżitaturi.

(iii)   Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huma ta’ benefiċċju għal Ryanair l-ewwel u qabel kollox, jekk b’mod ipotetiku jħallu effett

(291)

Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni għandha dubji dwar l-effett pożittiv tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ Ryanair għall-APFTE u l-finanzjaturi pubbliċi tagħha. Fil-każ li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jkollhom effett, tkun Ryanair li tikseb il-benefiċċju prinċipali. Jekk wieħed jassumi li dawk il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni jinċentivaw lill-klijenti ta’ Ryanair jixtru biljetti tal-ajru għal Montpellier, l-ewwel entità li tibbenifika minn dan l-effett tkun il-linja tal-ajru Ryanair u dan ikun jikkorrispondi għal sforz ta’ promozzjoni tas-servizzi tagħha li trid tassumi hi stess.

(292)

Għalkemm il-Kummissjoni għandha dubji dwar l-effett konkret tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati ma’ Ryanair, l-effett potenzjali tagħhom jista’ jkun doppju. L-ewwel nett, azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni tista’ tagħmilha eħfef biex jimtlew l-inġenji tal-ajru, u t-tieni, azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni tista’ tikkontribwixxi biex tbiddel il-bilanċ bejn il-passiġġieri li jżuru Montpellier u l-passiġġieri li jgħixu fir-reġjun ta’ Montpellier.

(293)

F’dak li jirrigwarda t-titjib tar-rata ta’ tagħbija tal-inġenji tal-ajru, il-Kummissjoni tinnota li mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ Ryanair jirriżulta li l-kumpanija ssegwi strateġija aggressiva ta’ pprezzar biex tikkonkwista s-suq. (165) Permezz tal-politika tal-ipprezzar tagħha (“ġestjoni tar-rendiment”) (166), Ryanair tista’ tilħaq l-objettivi ta’ tagħbija tal-inġenji tagħha.

(294)

Il-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair għandha l-għan li tħeġġeġ lill-klijenti potenzjali ta’ Ryanair jagħżlu destinazzjoni speċifika bi prezz ideali għal Ryanair. Element ewlieni tal- “ġestjoni tar-rendiment” ta’ Ryanair huwa li jiġi ddeterminat il-prezz massimu li l-passiġġier ikun lest li jħallas għall-biljett tal-ajru tiegħu li jassigura li l-ajruplan jimtela bl-aħjar mod possibbli, bl-għan li jiġi mmassimizzat id-dħul ta’ Ryanair u li jikkonkwista s-suq Ewropew. (167) Għal Ryanair, wieħed josserva li hemm differenza kbira fil-prezzijiet tal-istaġun għoli u l-prezzijiet tal-istaġun baxx. Dan jimplika li l-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-istaġun għoli jrendu aktar qligħ lil Ryanair mill-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-istaġun baxx.

(295)

Għalhekk, speċjalment fis-sajf, meta l-flussi turistiċi jimxu b’mod naturali lejn in-Nofsinhar, speċjalment lejn destinazzjonijiet aktar sħan u xemxin ma’ xatt il-baħar, huwa fl-interess ta’ Ryanair li tirċievi l-akbar ammont ta’ passiġġieri possibbli li jkunu lesti jħallsu prezz staġjonali għoli. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li fil-perjodu bejn l-2010 u l-2019, għal kull destinazzjoni kkonċernata, l-għadd ta’ frekwenzi li tħaddmu fl-istaġun tas-sajf kien ogħla mill-għadd ta’ frekwenzi fl-istaġun tax-xitwa.

(296)

Jekk b’mod ipotetiku tkun teżisti kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta ma’ reġjun partikolari, moqdi bit-titjiriet ta’ Ryanair, il-promozzjoni ta’ destinazzjonijiet li tippermetti lil Ryanair tikseb prezz ta’ staġun għoli tkun għalhekk ukoll fl-interess ta’ Ryanair, li tkun qed tibbenefika direttament mill-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni jekk din ikollha impatt. U wkoll fl-assenza ta’ kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni, jkun fl-interess ta’ Ryanair li tittrasporta proporzjon akbar ta’ turisti li jixtiequ jżuru Montpellier u l-inħawi.

(297)

Barra minn hekk, l-attività kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni tista’ tgħin biex tattira passiġġieri oħra li ma kinux jiġu attirati biss mill-prezz, jew li ma kinux biħsiebhom jivvjaġġaw ma’ Ryanair lejn Montpellier li kieku ma kinux esposti għal attività ta’ kummerċjalizzazzjoni. B’dan il-mod, l-attrazzjoni ta’ passiġġieri permezz ta’ azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tnaqqas il-pressjoni fuq Ryanair biex tattira l-passiġġieri permezz tal-politika tal-ipprezzar tagħha biss biex tilħaq il-miri ta’ tagħbija tagħha.

(298)

Addizzjonalment, jekk is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mibjugħa lill-APFTE jkollhom effett, dan x’aktarx li jżid il-qligħ u l-profitti ta’ Ryanair, notevolment minħabba li Ryanair ma jkollhiex għalfejn tbaxxi l-prezzijiet tagħha b’ħafna biex timla l-inġenji tal-ajru tagħha, jew biex timla l-inġenji tal-ajru tagħha iktar.

(299)

Peress li s-sejħa għall-offerti tal-2013 u l-2017 ħallew libertà kbira lill-offerent f’dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni proposti, kienu jippermettu lil Ryanair/AMS li tagħżel is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni proposti b’mod li tippromwovi qabel kollox is-servizzi proprji tagħha tat-trasport bl-ajru lejn Montpellier fuq is-sit web tagħha, mingħajr ma tiġi ppenalizzata din l-għażla fl-evalwazzjoni tal-għoti tas-sejħa għall-offerti, billi Ryanair kienet kapaċi tissodisfa l-unika kondizzjoni mandatorja, jiġifieri li tassigura rabta mas-sit tal-APFTE mis-sit tagħha stess.

(300)

Abbażi ta’, fost l-oħrajn, rapporti annwali ta’ Ryanair, kif ukoll ta’ dokumenti pprovduti minn Ryanair, jirriżulta li waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Ryanair għandha nfiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni (168), li jippermettilha tattira l-passiġġieri u li jikkontribwixxi biex tkopri l-ispejjeż fissi tagħha.

(301)

F’dak li jirrigwarda l-impatt tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bilanċ bejn il-passiġġieri viżitaturi u r-residenti, Ryanair ma pprovdietx informazzjoni dwar il-profitti għal kull passiġġier skont din it-tipoloġija. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li tista’ żżid l-għadd ta’ turisti ma jkollha l-ebda effett pożittiv fuq ir-rata tat-tagħbija jew fuq il-prezz tal-biljetti, li f’tali każ, Ryanair ikollha vantaġġ f’termini tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru tagħha u l-profittabbiltà tar-rotta kkonċernata.

(302)

Fl-aħħar, mir-rapporti annwali ta’ Ryanair jirriżulta li l-intrapriża qiegħda dejjem tagħmel profitti ta’ “dħul addizzjonali”, barra l-bejgħ abbord jew is-servizzi supplimentari (assigurazzjonijiet, eċċ), li jinkludi d-dħul minn kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ partijiet terzi bħalma huma l-lukandi jew il-kiri ta’ karozzi.

(303)

Għalkemm Ryanair tallega li hija kapaċi tiżgura rata ta’ tagħbija kostanti, mir-rapporti annwali tagħha jirriżulta li għal destinazzjonijiet il-ġodda, ir-rata ta’ tagħbija ta’ sikwit hija inqas għolja (169), fattur li jispjega l-ħtieġa għall-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni supplimentari biex tikkumpensa għar-rata ta’ tagħbija baxxa.

(304)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li proċeduri formali oħra ta’ eżami fi kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat juru li Ryanair kienet għamlet pressjoni fuq l-ajruporti reġjonali f’każ ta’ rata ta’ tagħbija insuffiċjenti, li wasslet notevolment lill-amministraturi tal-ajruporti biex iżidu l-baġits ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom għaż-żieda tar-rata ta’ tagħbija jew bħala kumpens għat-telf assoċjat ma’ rata ta’ tagħbija dgħajfa wisq. (170)

(iv)   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa reali tal-APFTE għax-xiri tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS

(305)

Mill-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li la l-APFTE u lanqas il-membri pubbliċi tagħha ma kellhom ħtieġa reali għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija effettivament mingħand Ryanair/AMS, billi x-xiri ta’ dawn is-servizzi kien intiż li jiġġustifika l-pagamenti lil Ryanair għall-operazzjonijiet ta’ titjiriet tagħha u l-fatt li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija ma kinux ġenwinament adattati biex jissodisfaw l-objettivi ta’ politika pubblika tal-APFTE.

(b)   Nuqqas ta’ indikazzjoni li l-prezzijiet imħallsa mill-APFTE jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq

(306)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-istabbiliment ta’ nuqqas ta’ ħtieġa reali għall-APFTE biex jiġu konklużi l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa biżżejjed biex tiġi determinata l-eżistenza ta’ vantaġġ. F’dan il-każ individwali, mhuwiex rilevanti li jiġi ddeterminat jekk il-prezz imħallas għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kienx jikkorrispondi għal prezz tas-suq, billi s-servizzi mogħtija ma jirriflettux servizz ġenwin ta’ kummerċjalizzazzjoni, iżda pjuttost jikkorrispondu għas-sussidju ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru.

(307)

Fi kwalunkwe każ, billi Ryanair qajmet dawn l-argumenti fil-kuntest ta’ dawn l-osservazzjonijiet għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma żvelat l-ebda indikazzjoni li setgħet tikkonkludi li l-prezzijiet imħallsa mill-APFTE għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair/AMS kienu jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq.

(308)

Skont Ryanair, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS kellhom prezz tas-suq. Ryanair tressaq l-argumenti li ġejjin biex issostni l-pożizzjoni tagħha:

Il-konformità tal-akkwist pubbliku mar-regoli kienet tiggarantixxi l-konformità mal-prezz tas-suq.

Il-prezzijiet ta’ AMS kienu ġġustifikati permezz tal-popolarità tas-sit elettroniku ta’ Ryanair.

Il-prezzijiet ta’ AMS meta mqabbla ma’ dawk ta’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu favorevoli u s-servizzi ta’ AMS kienu ogħla mis-servizzi ta’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Il-prezzijiet mitluba minn Ryanair huma prezzijiet tas-suq, u dan huwa kkonfermat minn analiżi ekonomika kkummissjonata minn Ryanair minn kumpanija ta’ analiżi ekonomika, li tqabbel il-mappa tan-nollijiet ta’ Ryanair mal-prezzijiet ta’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(i)   Nuqqas ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, tqabbil ta’ prezzijiet, jew interess fit-tnaqqis tal-ispejjeż min-naħa tal-APFTE

(309)

Kif indikat fil-premessa 230, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda evidenza li turi li l-APFTE wettqet analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, tqabbil ta’ prezzijiet, jew uriet inċentiv biex tnaqqas l-ispejjeż għall-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mingħand Ryanair/AMS.

(310)

Il-Kummissjoni tinnota li saru sejħiet għall-offerti għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 u l-2017, filwaqt li l-kuntratt tal-2010 u l-klawżoli addizzjonali u l-ftehimiet ta’ tiġdid suċċessivi tiegħu ma ġewx konklużi wara sejħa għall-offerti. Għall-kuntratt tal-2010 b’mod partikolari, l-APFTE ma tidhirx li pprovat timminimizza l-ispejjeż tax-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mitluba.

(311)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 225, entità partikolari li xtaqet biss tikseb servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni biex tippromwovi territorju partikolari ma kellha l-ebda interess li tinkludi obbligi marbuta mat-tħaddim ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru, fil-kuntratti konklużi mal-fornitur ta’ dawn is-servizzi. Lanqas ma kellha l-interess li tinkludi tali obbligi fis-sejħiet għall-offerti li twettqu bil-ħsieb li jinkisbu s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-inklużjoni ta’ tali obbligi f’kuntratti u sejħiet għall-offerti jillimitaw b’mod konsiderevoli, mingħajr ebda raġuni oġġettiva, l-għadd ta’ intrapriżi li kapaċi jfornu s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mitluba. (171) L-obbligi addizzjonali relatati mas-servizzi tat-trasport bl-ajru x’aktarx li jżidu l-prezz tas-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni meta mqabbla ma’ kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni li ma jimponix obbligi bħal dawn.

(ii)   L-għoti ta’ sejħiet għall-offerti ma żgurax il-prezzijiet tas-suq

(312)

Kuntrarju għal dak li ssostni Ryanair, il-Kummissjoni tikkonkludi li fil-kundizzjonijiet ta’ dan il-każ, lanqas l-għoti ta’ sejħa għall-offerti ma żgura l-prezzijiet tas-suq.

(313)

L-ewwel nett, kif juru l-premessi 186 u dawk sussegwenti, is-sejħa għal offerti kienet fil-fatt tikkonċerna l-għoti ta’ fondi pubbliċi. Il-Kummissjoni tfakkar li f’sitwazzjoni bħal din, l-għoti ta’ sejħa għall-offerti ma jistax jeskludi vantaġġ. (172)

(314)

It-tieni, miċ-ċirkostanzi tal-istabbiliment u mill-għoti taż-żewġ sejħiet għall-offerti l-Kummissjoni tikkonkludi li dawn ma kinux f’pożizzjoni li jiggarantixxu prezz tas-suq, billi kienu mfassla b’tali mod li Ryanair/AMS kienet tkun il-kandidat ideali u kienet tista’ jieħdu preċedenza fuq kandidati oħra. (173) Tabilħaqq, għas-sejħa tal-offerti tal-2013 l-ebda kompetitur ma kien għamel offerta għal-lottijiet marbuta ma’ Ryanair. Fin-nuqqas ta’ offerta kompetittiva, huwa possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-offerta ta’ Ryanair/AMS kinitx tikkorrispondi għal prezz tas-suq. Rigward is-sejħa għall-offerti tal-2017, il-Kummissjoni tinnota li l-offerta li qed tikkompeti għall-lottijiet li jikkonċernaw lil Ryanair kienet preċiżament […] EUR aktar mill-offerta ta’ Ryanair għal kull wieħed mil-lottijiet, minkejja l-fatt li s-servizzi offruti minn Ryanair u mill-kompetitur tagħha kienu ta’ natura differenti ħafna. La s-sejħa għal offerti tal-2013 u lanqas is-sejħa għall-offerti tal-2017 ma huma intiżi biex isolvu l-kwistjoni tal-prezz tas-suq tas-servizzi pprovduti minn Ryanair/AMS lill-APFTE.

(315)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li fiż-żmien tas-sejħiet għal offerti tal-2013 u l-2017, il-Kummissjoni kienet diġà ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tindirizza l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi direttament bejn Ryanair/AMS u l-ajruporti reġjonali.

(316)

Finalment, Ryanair ma kinitx f’pożizzjoni li tinnomina każ li fih Ryanair/AMS kienet tkun rebħet sejħa għal offerti għal kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonċerna reġjun mingħajr l-attività tal-avjazzjoni ta’ Ryanair, li kien jippermetti li tinkiseb idea aktar konkreta tal-prezz xieraq għall-kummerċjalizzazzjoni reġjonali fis-sens proprju tat-terminu. (174)

(iii)   L-ebda konferma dwar l-eżistenza ta’ prezz tas-suq mill-“benchmarking” ipprovdut minn Ryanair

(317)

Barra minn hekk, Ryanair tallega li l-prezzijiet imħallsa mill-APFTE għas-servizzi ta’ Ryanair/AMS jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq għal dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(318)

Madankollu, mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argumenti mressqa minn Ryanair ma jurux l-eżistenza ta’ prezz tas-suq.

(319)

Biex issostni l-argument tagħha, Ryanair ippreżentat studju kkummissjonat minn kabinett ta’ analiżi ekonomika, li jikkonkludi li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AMS jipprevedu prezzijiet li jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq meta jitqabblu mal-prezzijiet mitluba minn fornituri oħra tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online.

(320)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx li din l-analiżi hija rilevanti biex tiddetermina jekk il-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni li saru mill-APFTE lil Ryanair/AMS jikkorrispondux għal prezz tas-suq. Tabilħaqq, l-istudju ppreżentat minn Ryanair iqabbel biss il-prezzijiet grossi inklużi fil-lista’ ta’ prezzijiet (“rate card”) ta’ bosta fornituri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, mingħajr ma jqis il-kontijiet applikati biex jiddeterminaw il-prezzijiet reali. Għaldaqstant, mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti ta’ skontijiet fuq il-prezzijiet grossi ppreżentati fil-listi tar-rati tal-prezzijiet hija prattika attwali tas-suq u l-iskontijiet applikati lill-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli minn kuntratt għall-ieħor – anki fir-rigward ta’ servizzi tal-istess intrapriża. Għalhekk l-iskontijiet huma fattur sinifikanti meta jitqabblu mal-prezzijiet ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-istudju ppreżentat minn Ryanair kellu jikkunsidra dan il-fattur.

(321)

Barra minn hekk, l-istudju ppreżentat minn Ryanair jindika li ma hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn sempliċement l-għadd ta’ viżitaturi fuq sit web u l-prezz ta’ riklam skont il-kost għal kull elf display (“CPM”) (175) fuq dan is-sit web. Il-Kummissjoni tfakkar li f’loġika ta’ ekonomija tas-suq, il-prezz li klijent huwa lest li jħallas għal servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddependi fuq ir-redditu tal-investiment mistenni. Il-fornituri mqabbla fl-istudju ppreżentat minn Ryanair u l-prezz tagħhom skont is-CPM ovvjament mhuwiex komparabbli mingħajr ma jitqiesu fatturi oħra – li madankollu qed jiġu injorati fl-istudju– bħad-dispożizzjoni għax-xiri tal-viżitaturi tas-sit web. L-istudju ppreżentat minn Ryanair madankollu ma jinkludi l-ebda element konkret li jqis dan il-fattur. Fil-fatt, l-istudju jqabbel siti web ta’ ammonti u ta’ traffiku differenti ħafna u li għandhom fil-mira klijenti ukoll differenti ħafna, li d-dispożizzjoni ta’ xiri tagħhom flimkien mal-intenzjoni li jixtru huma ftit jew wisq immarkati. Fost il-kampjuni magħżula, ċerti siti web għandhom fil-mira klijenti li jixtiequ jixtru biljetti tal-ajru direttament, filwaqt li siti oħra jimmiraw lejn konsumaturi li jkunu qed iħejju l-vjaġġ tagħhom li jmiss b’mod aktar ġenerali.

(322)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-kuntratti differenti l-oħra ppreżentati minn Ryanair wara talba tal-Kummissjoni – li l-kontenut eżatt tagħhom huwa kunfidenzjali — għandhom durati, firxiet u ammonti differenti ħafna bejniethom. Għalhekk ma hemm l-ebda trasparenza fil-prezzijiet f’dan is-suq.

(323)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi tal-offerti ppreżentati għal-lottijiet 4 u 5 tas-sejħa għall-offerti tal-2017 turi li r-reklamar għar-reġjun fuq siti komparabbli f’termini ta’ servizzi – bħall-kumpaniji ferrovjarji SNCF u RENFE – jista’ jinkiseb bi prezz ħafna inqas għoli.

(324)

Fl-aħħar mill-aħħar, anki jekk “benchmarking” kien possibbli fir-rigward ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mill-APFTE (li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali), dan il-“benchmarking” ma setax juri l-eżistenza ta’ prezz tas-suq imħallas mill-APFTE. Minħabba r-raġuni vera għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, murija fid-dettall fil-premessi 192 u f’dawk sussegwenti, il-“benchmarking” wassal biss biex juri li l-ammont ta’ għajnuna mħallsa lil Ryanair/AMS fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni kien biżżejjed biex jiżgura l-provvista ta’ servizzi għall-ajruport ta’ Montpellier minn Ryanair.

7.1.3.5.   Konklużjoni

(325)

Meta jitqiesu dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni jagħtu vantaġġ ekonomiku lil Ryanair.

7.1.4.   Selettività

(326)

Il-miżuri inkwistjoni huma ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-APFTE u Ryanair/AMS dwar kundizzjonijiet li mhumiex pubbliċi u mhumiex soġġetti għal kundizzjonijiet ta’ xiri standard tal-APFTE applikabbli għall-kompetituri ta’ Ryanair.

(327)

Franza ssostni li l-offerti kompetittivi għall-kuntratti tal-2013 u tal-2017 juru nuqqas ta’ selettività, billi s-sejħiet għall-offerti kienu miftuħa għall-kumpaniji kollha interessati.

(328)

Ryanair ma ressqet l-ebda argument dwar is-selettività esklużiva tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief fil-każ ta’ analiżi konġunta tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajruport. F’dan il-każ, Ryanair tilmenta li l-Kummissjoni naqset milli tinvestiga biex tiddetermina jekk linji tal-ajru oħra li jixtiequ joffru titjiriet lill-ajruport f’Montpellier setgħux ibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet.

(329)

Il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni huma miżuri individwali, billi ma ġewx iffirmati fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (176), jiġifieri “kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx konnessa ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit”.

(330)

Il-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 (flimkien mal-klawżola addizzjonali u l-estensjonijiet tiegħu) ġie konkluż direttament ma’ AMS mingħajr sejħa għal offerti preċedenti u mingħajr ma kien imsejjes fuq dispożizzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

(331)

Tabilħaqq, il-proċess verbali tal-laqgħa ġenerali kostitwenti tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010 jirrifletti l-intenzjoni ċara li jitkomplew l-arranġamenti preliminari ma’ AMS/Ryanair mingħajr ma wieħed ifittex fornitur alternattiv għal dawk id-destinazzjonijiet u għal dak il-baġit u fin-nuqqas ta’ reġim li jirregola dan it-tip ta’ pagamenti.

(332)

F’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2013 u l-2017, il-Kummissjoni ma tqisx li l-għoti tas-sejħiet għall-offerti kif sar mill-APFTE kien suffiċjenti biex is-suq jinfetaħ b’mod effettiv għal fornituri oħra.

(333)

Il-Kummissjoni tfakkar li bejn il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 u l-2013, il-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjonijiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali magħluqa permezz ta’ deċiżjonijiet finali negattivi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, l-ajruporti Franċiżi ta’ Nîmes, Pau u Angoulême li kellhom fil-mira wkoll il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi minn Ryanair/AMS. L-intenzjoni tal-Kummissjoni li tanalizza l-konformità ta’ tali kuntratti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-ħtieġa li l-atturi kkonċernati jieqfu jew tal-inqas jostru l-prattiki tagħhom kienet għalhekk evidenti.

(334)

Mill-minuti u r-rapporti verbatim tal-APFTE jirriżulta li din tal-aħħar kienet obbligata tippermetti l-kompetizzjoni għall-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010 wara l-iskadenza tagħhom fi tmiem l-2013 fid-dawl tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tas-swieq pubbliċi. L-APFTE riedet ukoll tiżgura li Ryanair iżżomm “il-flussi” – jiġifieri t-traffiku turistiku ġġenerat mir-rotot tal-ajru operati minn Ryanair għal Frankfurt-Hahn, Bruxelles-Charleroi, Leeds-Bradford u Birmingham - se jinżammu minn Ryanair. Dan jispjega għalfejn it-termini tas-sejħa għall-offerti kienu pjuttost orjentati lejn ir-rotot tal-ajru aktar milli lejn is-servizzi ta’ reklamar online. (177)

(335)

Kif intwera fil-premessi 63 u dawk sussegwenti u 202 u sussegwenti, is-sejħiet għall-offerti tal-2013 u l-2017 għalhekk kienu konklużi b’tali mod li jiffavorixxu s-servizzi offruti minn Ryanair/AMS, bl-għan li jkunu jistgħu jitkomplew il-pagamenti lil Ryanair u b’hekk din tkompli topera s-servizzi tagħha fl-ajruport ta’ Montpellier. Minħabba d-definizzjoni tal-obbligi tad-destinazzjonijiet u r-reġjuni kkonċernati kif ukoll is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni offruti b’mod obbligatorju, l-ebda fornitur ieħor għajr Ryanair – la intrapriża tal-kummerċjalizzazzjoni u lanqas linja tal-ajru – ma kien kapaċi jikkompeti ma’ Ryanair għall-dawn is-sejħiet għall-offerti.

(336)

Fil-fatt, fl-2013 Ryanair kienet l-unika kumpanija li ħarġet offerta għal-lottijiet 1 sa 4 tas-sejħa għall-offerti, li kienet tikkonċerna destinazzjonijiet diġà operati minn Ryanair. Madankollu, Ryanair, ma ppreżentatx offerta għal-lott 5 (li l-prezz fil-mira tagħha kien ħafna inqas mill-prezzijiet fil-mira għal-lottijiet minn 1 sa 4), li ma kienx jikkonċerna destinazzjoni operata minn Ryanair (linja tal-ajru oħra diġà kienet topera titjiriet lejn dik id-destinazzjoni minn Montpellier).

(337)

F’dak li jirrigwarda s-sejħa għall-offerti tal-2017, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li wara din is-sejħa għall-offerti, l-APFTE implimentat biss il-kuntratti ma’ Ryanair li kienu jikkonċernaw l-ewwel tliet lottijiet (li għalihom il-prezzijiet indikattivi kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet indikattivi għal-lottijiet minn 4 sa 7). Fid-dawl ta’ dan il-fatt, il-lottijiet addizzjonali jidhru bħala arranġament biex l-għażla ta’ Ryanair issir aktar kredibbli wara sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, l-offerta li tikkompeti ma’ dik ta’ Ryanair għal dawn it-tliet lottijiet – differenti ħafna f’dak li jirrigwarda s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – kienet preċiżament ta’ […] EUR aktar għal kull lott, mingħajr ma l-APFTE esprimiet dubji dwar din id-differenza kostanti fil-prezz. Barra minn hekk, l-APFTE bbażat id-deċiżjoni tagħha li tagħżel lil Ryanair fuq il-fatt li l-offerta ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha kienet immirata aktar lejn il-klijentela prevista, u li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni offruti minn Ryanair juru mmirar ġenwin ta’ wieħed mir-reġjuni msemmija fis-sejħa għall-offerti (Walloon, Yorkshire, Rheinland-Pfalz). Meta wieħed jara s-servizzi effettivament provduti minn Ryanair abbażi ta’ dan il-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-ispeċifiċità reġjonali hija limitata għall-inklużjoni ta’ reklamar fil-verżjonijiet lingwistiċi/nazzjonali speċifiċi tas-sit web ta’ Ryanair (siti bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bin-Netherlandiż, bil-Belġjan (bil-Franċiż u bin-Netherlandiż)), u dan juri orjentazzjoni nazzjonali aktar milli orjentazzjoni reġjonali.

(338)

Il-Kummissjoni tqis li, f’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sejħiet għal offerti tal-2013 u tal-2017 la kienu kapaċi u lanqas intiżi li jiggarantixxu kompetizzjoni ugwali bejn Ryanair u intrapriżi oħra.

(339)

Minn dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn is-sejħiet għal offerti għall-2013 u 2017 kienu jorjentaw a priori lejn Ryanair l-għażla tal-fornitur magħżul, u l-kriterji applikati għall-għażla tal-intrapriża magħżula għal-lottijiet minn 1 sa 3 tas-sejħa għal offerti kienu ddestinati li tintgħażel biss lil Ryanair.

(340)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010, l-2013 u l-2017 kif ukoll il-klawżoli addizzjonali u l-estensjonijiet tagħhom huma miżuri uniċi, konklużi individwalment bejn il-partijiet, jimponu obbligi kuntrattwali speċifiċi u li ma mhumiex konformi mat-tariffi pubbliċi jew predeterminati b’mod ieħor applikati mill-APFTE. Ryanair u AMS irċevew vantaġġ ekonomiku, abbażi ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, li f’kundizzjonijiet normali tas-suq ma kinux jirċievu. Skont ġurisprudenza stabbilita, għandu jiġi preżunt li l-miżuri individwali li abbażi tagħhom benefiċjarju jirċievi vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huma selettivi. (178)

(341)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġ ekonomiku mogħti lil Ryanair permezz tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010, 2013 u l-2017 u l-ftehimiet ta’ tiġdid jew ta’ estensjoni rispettivi tagħhom huwa wieħed selettiv.

7.1.5.   L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(342)

Meta l-għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ intrapriża meta mqabbla ma’ intrapriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dan il-kummerċ irid jitqies li huwa affettwat minn dik l-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza stabbilita (179), għal miżura li tfixkel il-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma' intrapriżi oħra fi swieq miftuħin għall-kompetizzjoni.

(343)

F’dan il-każ speċifiku, Ryanair qed tikkompeti ma’ linji tal-ajru oħrajn fis-suq tat-trasport bl-ajru intra-UE, suq li huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni intensiva bejn l-intrapriżi tal-ajru preżenti. Bid-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru li joperaw fis-suq intern, il-kuntratti inkwistjoni jirriskjaw ukoll li jgħawġu l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, mill-argumenti ppreżentati minn Ryanair fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ vantaġġ, jirriżulta li dawn l-ajruporti reġjonali fil-Gran Brittanja, fi Spanja, fi Franza jew fl-Italja, jinsabu f’kompetizzjoni biex jattiraw lil Ryanair filwaqt li mill-perspettiva ta’ Ryanair, dawn l-ajruporti huma sostitwibbli. (180) L-għoti ta’ għajnuna bl-iskop li Ryanair tinġibed lejn ajruport reġjonali speċifiku joħloq riskju li jikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn l-ajruporti fl-Unjoni Ewropea.

(344)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kuntratti inkwistjoni jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jgħawġu l-kompetizzjoni.

7.1.6.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna

(345)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għall-benefiċċju ta’ Ryanair.

7.2.   L-inkompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(346)

Franza ma pprovdietx analiżi ta’ kompatibbiltà mas-suq intern peress li tqis li l-pagamenti inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, ma għandhiex elementi li jippermettu li jindikaw li l-miżuri inkwistjoni jkunu kompatibbli mas-suq intern. L-unika bażi possibbli ta’ kompatibbiltà eventwali tkun l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, kif interpretat mil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-għajnuna tal-bidu mogħtija lil-linji tal-ajru (Taqsima 5.2).

(347)

F’dan il-kuntest, ta’ min wieħed jiftakar li l-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010, il-klawżola addizzjonali tiegħu, iż-żewġ ittri ta’ impenn għat-tiġdid tal-kuntratt tal-2010 kif ukoll il-kuntratti tal-22 ta’ Novembru 2013 ġew konklużi qabel il-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014. F’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 174 tal-Linji Gwida tal-2014 jirreferi għar-regoli applikabbli fil-mument li fih ingħatat l-għajnuna, jiġifieri l-Linji Gwida tal-Komunità tal-2005 (181) dwar il-finanzjament lill-ajruporti u l-għajnuniet tal-Istat mogħtija fil-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (“Il-Linji Gwida tal-2005”). Madankollu, huma l-Linji Gwida tal-2014 li japplikaw għall-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tad-19 ta’ Mejju 2017.

(348)

Il-Linji Gwida tal-2005 u l-Linji Gwida tal-2014 jiddefinixxu dawn il-prinċipji ta’ kompatibbiltà żviluppati fil-ġurisprudenza u fil-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni b’mod preċiż. Barra minn hekk, l-għajnuna operatorja mogħtija lil-linji tal-ajru tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mill-Kummissjoni meta hija tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ajruporti iżgħar permezz ta’ żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda, meta l-għajnuna tkun neċessarja, fis-sens li ma tingħatax għal rotta diġà operata mill-istess linja tal-ajru jew minn linja tal-ajru oħra, jew inkella fuq rotta simili (182), meta tkun limitata fiż-żmien u meta r-rotta li għaliha tingħata l-għajnuna x’aktarx issir profittabbli (183), meta l-ammont ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku u meta l-għajnuna tingħata b’mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni, kif ukoll meta ma tkunx ikkombinata ma’ tipi oħrajn ta’ għajnuna u meta l-ammonti mogħtija jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. (184)

(349)

Madankollu, f’dan il-każ, l-ebda wieħed mill-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni ma jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet.

(350)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat preżenti fil-kuntratti inkwistjoni hija inkompatibbli mas-suq intern.

7.3.   Illegalità tal-għajnuna

(351)

Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, “Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna. […]. L-Istat Membru interessat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura jkollha deċiżjoni finali.

(352)

Fil-każ preżenti, jidher li l-kuntratti rilevanti ġew imposti mingħajr ma ġiet notifikata l-Kummissjoni.

(353)

Madankollu, il-Kummissjoni ma identifikatx bażi ġuridika li teżenta lil Franza milli tinnotifika din l-għajnuna.

(354)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-pagamenti li saru lil Ryanair fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2010, l-2013 u l-2017 kif ukoll l-estensjonijiet u l-klawżoli addizzjonali tagħhom jikkostitwixxu għajnuna mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

8.   IRKUPRU

(355)

Skont it-TFUE, meta l-Kummissjoni ssib li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, hija tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna. (185) Skont il-ġurisprudenza stabbilita mill-Qrati tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta’ Stat Membru li jabolixxi għajnuna li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala mhux kompatibbli mas-suq intern, huwa maħsub sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel. (186)

(356)

F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni sabu li dan l-objettiv jintlaħaq meta l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti tal-għajnuna inkompatibbli. B’din ir-rifużjoni, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kien hemm qabel il-ħlas tal-għajnuna. (187)

(357)

F’konformità ma’ din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jipprevedi li “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

(358)

Għaldaqstant, peress li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u huma meqjusa bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, huma għandhom jiġu rkuprati għalkollox sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri l-perjodu minn meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tiegħu. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħaxijiet sal-mument tal-irkupru effettiv tagħhom.

(359)

Il-Kummissjoni tqis lill-intrapriżi Ryanair u AMS bħala entità ekonomika waħda. (188) Għalhekk, Ryanair u AMS huma responsabbli in solidum għar-rimborż tal-għajnuna mogħtija mill-APFTE lil kull waħda minnhom.

(360)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma dawk li l-APFTE effettivament ħallset lil Ryanair jew lis-sussidjarja tagħha AMS bejn l-2010 u l-2019 abbażi tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi matul dak il-perjodu, indikat fit-Tabella 4 (ara l-premessa 82)

9.   KONKLUŻJONIJIET

(361)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li Franza implimentat illegalment il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni ffirmati bejn l-APFTE u Ryanair/AMS bejn l-2010 u l-2018 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Billi l-ammonti mħallsa lil Ryanair/AMS fuq il-bażi ta’ dawn il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni huma għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, huma jridu jiġu rkuprati għalkollox sabiex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti fis-suq intern qabel ma ngħataw.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri implimentati minn Franza li rriżultaw mill-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn l-APFTE u Ryanair jew is-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services bejn l-2010 u l-2018 – jiġifieri l-kuntratt tas-16 ta’ Settembru 2010, il-kuntratti tat-22 ta’ Novembru 2013 u l-kuntratti tad-19 ta’ Mejju 2017 (kif ukoll il-klawżoli addizzjonali u l-ftehimiet ta’ tiġdid tagħhom) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mogħtija lil Ryanair u lis-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services.

Artikolu 2

1.   Franza għandha tipproċedi bl-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 li ngħatat lill-benefiċjarji.

2.   L-intrapriżi Ryanair u Airport Marketing Services huma kkunsidrati bħala entità ekonomika waħda u b’hekk huma responsabbli in solidum għall-ħlas lura tal-għajnuna mogħtija mill-APFTE lil kull waħda minnhom.

3.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet mid-data li fiha l-għajnuniet tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sakemm jiġu effettivament irkuprati.

4.   L-imgħax huwa kkalkulat fuq bażi komposta, f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

5.   Franza għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha sospiżi tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.

2.   Franza tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fix-xahrejn ta’ wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni, Franza tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jroddu lura l-għajnuna.

2.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tkun ġiet kompletament irkuprata. Huwa għandu jressaq minnufih, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex ikun konformi ma’ din id-deċiżjoni. Għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u mgħax diġà rkuprati mill-benefiċjarji.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 406, 9.11.2018, p. 17.

(2)  Dan l-ilment jikkomplementa l-ilment preċedenti mressaq fis-27 ta’ Novembru 2009 (il-Kawża SA.30328 (2010/CP)).

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1.

(4)  Passiġġieri li bdew jew spiċċaw il-vjaġġ tagħhom fl-ajruport ta’ Montpellier — meta mqabbla mal-passiġġieri fi tranżitu.

(5)  Air Algérie, Air Arabia, Air France, Air France Hop!, Aer Lingus, British Airways, Chalair Aviation, easyJet, Eurowings, KLM, Norwegian, Royal Air Maroc, SAS Scandinavian Airlines, Transavia, TUI fly, Ural Airlines, Volotea (sors https://www.montpellier.aeroport.fr/vols-destinations/compagnies-aeriennes-montpellier/, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019).

(6)  Ajruport li fih ikun ibbażat minn tal-anqas ajruplan wieħed ta’ Ryanair li jkun stazzjonat fih flimkien mal-ekwipaġġ tiegħu.

(7)  Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċifri pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi rigward l-għadd totali ta’ passiġġieri fl-ajruport huma daqsxejn differenti miċ-ċifri ppubblikati mill-ajruport ta’ Montpellier li jidhru fit-Tabella 1.

(8)  Il-Kummissjoni tosserva li l-għadd totali tal-passiġġieri ta’ Ryanair ipprovdut mill-awtoritajiet Franċiżi ma jikkorrispondix eżatt għall-għadd totali ta’ passiġġieri ta’ Ryanair għal kull rotta pprovdut mill-awtoritajiet Franċiżi.

(9)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-għadd ta’ passiġġieri ta’ Ryanair bejn l-2002 u 2009 żvolġa kif ġej : (is-sena 2002), […] (is-sena 2003), […] (is-sena 2004), […] (is-sena 2005), […] (is-sena 2006), […] (is-sena 2007), […] (is-sena 2008), […] (is-sena 2009).

(10)  F’Diċembru 2016, il-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Hérault (Béziers, Montpellier u Sète) amalgamaw f’“Kamra waħda tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Hérault” b’sede f’Montpellier u li hija magħmula minn żewġ delegazzjonijiet: f’Sète u f’Béziers.

(11)  Frott l-amalgamazzjoni tar-reġjuni ta’ Languedoc-Roussillon u l-Midi-Pyrénées fl-2014.

(12)  Li qabel kienet il-Communauté de Communes du Pays de l'Or.

(13)  Li qabel kienet il-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Montpellier.

(14)  Ara https://www.montpellier.aeroport.fr/societe-aeroport/aeroport-montpellier-mediterranee/presentation-aeroport-montpellier/ (li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019).

(15)  L-APFTE hija rregolata mil-liġi tal-1 ta’ Lulju 1901 dwar il-kuntratti ta’ assoċjazzjoni u mid-digriet ta’ applikazzjoni tagħha tas-16 ta’ Awwissu 1901.

(16)  L-Artikolu 3 tal-istatuti.

(17)  Dawn ir-raġunijiet jirriżultaw biċ-ċar minn diversi dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE, b’mod partikolari l-minuti tal-laqgħa kostituttiva tal-Assemblea Ġenerali tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010: “Mill-2001 ’il hawn, il-Kamra tal-Kummerċ tal-Industrija ta’ Montpellier tat spinta biex il-linji tal-ajru low cost jippożizzjonaw ruħhom fuq il-pjattaforma tal-Ajruport Montpellier Méditerranée. Din l-azzjoni wettqitha fil-qafas tal-iżvilupp tal-ajruport għaliex kienet konċessjonarju tal-pjattaforma. F’Lulju 2009, is-CCI saret sempliċi azzjonist f’minoranza ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata b’Bord Superviżorju u Eżekuttiv tal-Ajruport Montpellier Méditerranée, minħabba l-klassifikazzjoni nazzjonali tagħha. Fi kliem ieħor, billi s-CCI ma għadhiex aktar konċessjonarju tal-ajruport, ma għadhiex tikkwalifika aktar biex tikkuntratta mal-linji tal-ajru low cost. Għaldaqstant tajna bidu għal analiżi flimkien mal-Prefettura tar-Reġjun u mal-kollettivitajiet kollha biex tinħoloq struttura ġuridika li tkun tista’ tagħti lok biex il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jitpoġġew online.” Ara wkoll id-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tad-29 ta’ Marzu 2011: “L-Assoċjazzjoni għall-Promozzjoni tal-Flussi Turistiċi u Ekonomiċi (l-APFTE) għandha l-għan li tiżviluppa b’mod partikolari l-wasla tat-turisti permezz tal-ajruplani. L-assoċjazzjoni ħadet f’idejha l-kuntratti tas-CCI għall-promozzjoni li fil-mira tagħhom għandhom il-klijenti tal-linji tal-ajru li joperaw fl-ajruport. Bħalissa jeżistu żewġ kuntratti: l-ewwel wieħed ma’ AIRPORT MARKETING SERVICES għar-rotot operati minn RYANAIR u t-tieni ma’ […] għar-rotta lejn […].”

(18)  Ara wkoll il-premessa 195 għal kuntratt iffirmat ma’ intrapriża tal-kummerċjalizzazzjoni mingħajr rabta mat-trasport bl-ajru, li qatt ma ġie implimentat.

(19)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tas-26 ta’ Mejju 2010, p. 6: “Is-CCIM kienet l-unika parti kontraenti mid-diversi kumpanniji ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni turistika tat-territorju tagħna. Fl-istess ħin, is-CCI ffirmat konvenzjonijiet mal-Kollettivitajiet involuti fil-promozzjoni tal-flussi. L-[Uffiċċju għall-Awditjar Ġenerali Ekonomiku u Finanzjarju] kien tal-fehma li s-CCIM kienet tieħu riskji, kemm mil-lat ġuridiku kif ukoll minn dak finanzjarju, billi ma kinitx aktar konċessjonarju. Minkejja dan, l-importanza ta’ dan il-fluss għat-turiżmu lokali hija evidenti. Ix-xiri ta’ kummerċjalizzazzjoni jammonta għal EUR 1,8 miljun s’issa, iżda l-benefiċċji ekonomiċi huma ta’ madwar EUR 60 miljun. Is-CCIM u l-Kollettivitajiet jaqblu dwar il-fatt li din l-azzjoni trid titwettaq. Ara wkoll il-minuti tal-Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon tal-20 ta’ Lulju 2012, p. 1: “Fid-dawl tal-iżviluppi fil-ġestjoni tal-ajruport ta’ Montpellier, ġiet stabbilita assoċjazzjoni għall-promozzjoni tat-turiżmu u tal-flussi ekonomiċi (APFTE) sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet għall-promozzjoni tat-territorju żviluppati mal-kumpaniji li jservu l-ajruport ta’ Montpellier.”.

(20)  Dawn ir-raġunijiet jirriżultaw biċ-ċar minn diversi dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE, b’mod partikolari l-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010: “Ir-rappreżentant tas-CCIM (li se jkun elett President tal-APFTE matul din il-laqgħa) laqa’ lill-parteċipanti kollha billi rringrazzjahom talli wieġbu għall-istedina, minkejja li ġew innotifikati ftit biss qabel. Il-flussi tat-turisti, jiġifieri l-klijentela li tasal prinċipalment mit-Tramuntana tal-Ewropa, u li tasal fir-reġjun tagħna mil-linji tal-ajru low cost, hija ta’ importanza konsiderevoli għan-negozji kollha b'attività marbuta mat-turiżmu, iżda wkoll għas-settur tal-kummerċ u tal-proprjetà immobbli. Mill-2001 ’il hawn, il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Montpellier tat spinta biex il-linji tal-ajru low cost jippożizzjonaw ruħhom fuq il-pjattaforma tal-Ajruport Montpellier Méditerranée. Din l-azzjoni wettqitha fil-qafas tal-iżvilupp tal-ajruport għaliex kienet konċessjonarju tal-pjattaforma. F’Lulju 2009, is-CCI saret sempliċi azzjonist f’minoranza ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata b’Bord Superviżorju u Eżekuttiv tal-Ajruport Montpellier Méditerranée, minħabba l-klassifikazzjoni nazzjonali tagħha. Fi kliem ieħor, billi s-CCI ma għadhiex aktar konċessjonarju tal-ajruport, ma għadhiex tikkwalifika aktar biex tikkuntratta mal-linji tal-ajru low cost. Għaldaqstant tajna bidu għal analiżi flimkien mal-Prefettura tar-Reġjun u mal-kollettivitajiet kollha biex tinħoloq struttura ġuridika li tkun tista’ tagħti lok biex il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni jitpoġġew online. Din l-istruttura assoċjattiva għandha tikkonsisti minn tliet kulleġi sabiex twieġeb għall-esiġenzi ġuridiċi imposti miċ-Ċirkolari Ministerjali Fillon f’Jannar 2010 […].”

F’dak li jirrigwarda l-funzjonament tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi mal-linji tal-ajru, dawn il-minuti jippreċiżaw li: “Is-Sur/is-Sinjura […] intervjena fid-dibattitu u ddikjara li mill-2001 ’l hawn ħadem fuq il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-għan ta’ dawn il-kuntratti huwa prinċipalment li, fuq is-sit web ta’ dawn il-kumpaniji low cost differenti, jitpoġġew riklami għad-destinazzjoni ta’ Montpellier. Inkambju ta’ dan, u bħal kull forma ta’ reklamar, ikunu xi jkunu l-mezzi ta’ reklamar, jinħarġu fatturi għas-servizzi fornuti. Irrispettivament mid-diffikultajiet u mit-tariffi imposti mil-linji tal-ajru low cost, aħna napprezzaw ferm l-impatt benefiku tagħhom fuq in-negozji lokali. L-assoċjazzjoni, bħalissa, hija l-aktar struttura xierqa biex tissodisfa l-esiġenzi ġuridiċi u, bis-saħħa ta’ din id-dinamika tal-linji tal-ajru low cost, tixpruna l-iżvilupp tat-territorju. […].”

Ara wkoll id-dikjarazzjoni pubblika tal-President tal-APFTE, ikkwotata fl-artiklu ta’ La Tribune Occitanie-Montpellier tat-8 ta’ April 2015: “Peress li l-awtoritajiet lokali ma jistgħux jiffirmaw kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru, il-mezzi li kienu nstabu kienu jirriżultaw minn assoċjazzjoni, jiddefendi ruħu […], il-president tal-APFTE. Skont il-kollettivitajiet, din tikkwalifika għas-sussidji, u l-assoċjazzjoni tiffirma kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online. Ma narax kif il-kontribwent jista“ jiġi mqarraq! L-APFTE nħolqot mis-CCI bi ftehim mas-servizzi tal-Istat, u b’mod partikolari mal-prefett […]. Id-dossier ġie reċentement ippreżentat lis-servizzi tal-Metropoli.” (ara https://objectif-languedoc-roussillon.latribune.fr/entreprises/tourisme/2015-04-08/apres-le-gel-du-soutien-aux-compagnies-low-cost-a-montpellier-le-president-de-l-apfte-reagit.html, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019).”

Ara wkoll id-deliberazzjonijiet tal-Komunità tal-Agglomerazzjoni ta’ Pays de l’Or tat-23 ta’ Ġunju 2010 li jispjegaw l-impatt pożittiv tal-fluss tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru low cost fuq ir-reġjun, u fir-rigward ta’ dawn il-linji tal-ajru jiddikjaraw li: “L-operat ta’ dawn il-kumpanniji jinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet lokali fil-forma ta’ għajnuna għall-bidu għal rotot, mogħtija għal perjodu massimu ta’ tliet snin, imbagħad għajnuna għall-promozzjoni tar-rotta mwettqa permezz tax-xiri ta’ spazju promozzjonali fuq is-siti elettroniċi tal-Internet tal-kumpanniji.”

(21)  Ara l-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010: “Irrispettivament mid-diffikultajiet u mit-tariffi imposti mil-linji tal-ajru low cost, aħna nevalwaw ferm l-impatt tagħhom fuq in-negozji lokali.”

(22)  Ara l-minuti tal-laqgħa kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010: “Is-CCI ħadet id-deċiżjoni li għall-ewwel toħloq din l-assoċjazzjoni ma’ intrapriżi privati, għaliex il-Kollettivitajiet u l-entitajiet parastatali jridu jiddeliberaw biex jinnominaw lir-rappreżentant tagħhom, u dan jieħu ċertu ammont ta’ żmien”.

(23)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tad-29 ta’ Novembru 2017 (“Id-diversi investigazzjonijiet miftuħa fi Franza mill-Kummissjoni Ewropea u l-ilment mressqa minn Anticor kontra l-APFTE u diversi finanzjaturi tagħha, wasslu biex il-Prefett ta’ Hérault, mill-2016, talab lill-membri tal-APFTE biex jinstab metodu ieħor għall-finanzjament ta’ dawn il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni territorjali minflok l-APFTE. Din it-talba persistenti nbidlet f'eżiġenza għas-sena 2018”), il-minuti tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tal-24 ta’ Jannar 2018, il-minuti tal-Assemblea Ġenerali tal-Komunità ta’ Pays de l’Or tat-28 ta’ Ġunju 2017 u tat-22 ta’ Frar 2018 u l-minuti tal-Bord tat-Tmexxija tal-25 ta’ April 2017.

(24)  L-għadd preċiż tal-membri jvarja minn sena għall-oħra.

(25)  Skont dak li jirriżulta mill-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010.

(26)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tat-2 ta’ Frar 2011: “Din l-Assoċjazzjoni ġiet stabbilita biex twieġeb għall-prijoritajiet tas-CGEFI, li ma riditx aktar li s-CCIM, li saret azzjonista minoritarja fil-kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata Aéroport Montpellier Méditerranée, tkompli tidħol f'kuntratti mal-linji tal-ajru low cost. L-assoċjazzjoni ġiet stabbilita f’Lulju 2010 u s-CCI ħatret lis-Sur [il-President tal-APFTE minn Ġunju 2010 sa Marzu 2011] u lis-Sur […]. Jenħtieġ li dawn jiġu sostitwiti. Il-Bureau tas-27/01/11 jipproponi lill-Assemblea Ġenerali li taħtar bħala rappreżentanti tas-CCI fl-Assoċjazzjoni tal-Flussi tat-Turisti: [il-persuna li serviet bħala l-President tal-APFTE bejn April 2011 u Frar 2012] u […].”

(27)  Ara r-rapport tal-laqgħa teknika ta’ tħejjija tal-Kumitat ta’ Governanza tal-APFTE tat-28 ta’ Marzu 2011. Din il-laqgħa laqqgħet flimkien il-Bureau tal-APFTE, ir-rappreżentanti tal-kollettivitajiet kollha finanzjaturi tal-APFTE (jiġifieri rappreżentanti eletti tar-Reġjun, tad-Dipartiment, tal-Agglomerazzjoni ta’ Montpellier, tal-Komunità tal-agglomerazzjoni ta’ Pays de l'Or, tal-belt ta’ Montpellier) u tas-CCIM kif ukoll rappreżentant tal-Ajruport ta’ Montpellier. Fil-konklużjoni ta’ din il-laqgħa, jissemma li l-Kumitat ta’ Governanza “jrid jidħol f’diskussjoni rigward l-iżvilupp tal-flussi turistiċi u jagħmel ċertu għażliet strateġiċi li jirrigwardaw ir-rotot differenti proposti mill-Ajruport.”

(28)  Ara l-minuti tal-Kumitat ta’ Governanza tal-APFTE tat-8 ta’ April 2011.

(29)  Ara l-minuti tal-Bord tat-Tmexxija tal-APFTE tat-18 ta’ Marzu 2011: “Dan il-Kumitat se jagħżel id-destinazzjonijiet għall-promozzjoni tal-flussi turistiċi u ekonomiċi. L-Agglomerazzjoni ta’ Montpellier tirrifjuta li tiffinanzja pjanijiet ta’ azzjoni, għall-iżvilupp tat-territorju, li ma tkunx ivvalidat. Id-Dipartiment u r-Reġjun jaqblu dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit dan il-korp. L-entitajiet finanzjaturi jixtiequ li jipparteċipaw fi strateġija ġenwina għall-iżvilupp turistiku u ekonomiku tat-territorju tagħhom. Huma ma jridux li japprovaw biss l-għażliet li jkunu saru mill-Ajruport ta’ Montpellier.”

Ara wkoll il-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tat-18 ta’ Marzu 2011: “Il-kollettivitajiet huma l-entitajiet finanzjaturi u l-parteċipazzjoni u l-appoġġ tagħhom huma indispensabbli fir-rigward ta’ din l-azzjoni.”“Hemm bżonn ukoll, li bit-twaqqif ta’ korp ta’ governanza, il-finanzjaturi jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet rigward l-għażla tar-rotot li għandhom jinfetħu.”

(30)  Ara l-konklużjoni tar-rapport tal-laqgħa teknika ta’ tħejjija fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Governanza tat-28 ta’ Marzu 2011: “Il-Kumitat ta’ Governanza jrid jagħti bidu għal diskussjoni rigward l-iżvilupp tal-flussi turistiċi u jagħmel ċertu għażliet strateġiċi li jirrigwardaw ir-rotot differenti proposti mill-Ajruport.”

(31)  Ara l-premessa 40.

(32)  Ara r-rapport tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Governanza tat-8 ta’ April 2011: “Is-Sur […], l-Ewwel Viċi President tar-Reġjun ta’ Languedoc-Roussillon, ikkummenta li hu jirrifjuta li japprova l-għażliet magħmula mill-Kumpanija Ajruportwali mingħajr ma qabel issir diskussjoni dwarhom; u li jekk il-metodu użat sa dakinhar kellu jibqa’ jintuża, ir-Reġjun ma kinitx se tiffinanzja aktar.”“[…], il-President tas-CCIM ta’ Montpellier jixtieq li l-Kumitat jiddetermina l-linji strateġiċi tal-iżvilupp.”

(33)  Il-premessa 106 u l-premessi sussegwenti.

(34)  Ammonti stmati skont l-awtoritajiet Franċiżi.

(35)  Ammonti stmati skont l-awtoritajiet Franċiżi.

(36)  Madankollu, mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li s-CCIM – bejn Frar u Settembru 2010 – kienet ittrasferiet fondi li jammontaw għal EUR […] lil Ryanair/AMS qabel ma ġie konkluż l-ewwel kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010.

(37)  Ta’ min jinnota li għal ċertu snin, is-sussidji ġew biss approvati u trasferiti lill-APFTE mill-membri pubbliċi fis-sena ta’ wara, skont kif jirriżulta mid-deliberazzjonijiet ta’ dawn il-membri pubbliċi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Ara wkoll il-premessa 49.

(38)  Ara t-Tabella 4 fil-premessa 82.

(39)  Ara wkoll il-premessi 82, 107 u l-premessi sussegwenti.

(40)  Ara r-rapport tal-laqgħa teknika ta’ tħejjija tal-Kumitat ta’ Governanza tat-28 ta’ Marzu 2011: “Nhar it-8 ta’ April 2011, il-Kumitat ta’ Governanza se jwaqqaf il-pjan ta’ żvilupp għall-promozzjoni tal-flussi turistiċi.”

(41)  Ara, pereżempju, id-deliberazzjonijiet Nru 10397 (id-29 ta’ Settembru 2011) u Nru 11796 (il-25 ta’ Lulju 2013) tal-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier. Fid-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2011 li tapprova kontribuzzjoni ta’ EUR 550 000 għall-baġit tal-APFTE fir-rigward tal-2011, il-Kunsill tal-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier jgħid: “Il-kontribuzzjoni tal-Communauté d’Agglomération de Montpellier (CAM) għall-2011 tammonta għal massimu ta’ 25 % tal-ammont totali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online tas-sena 2011 li l-ammont proviżorju tagħhom huwa stmat li jammonta għal EUR 2 095 972; din il-kontribuzzjoni hija limitata għal massimu ta’ EUR 550 000 għall-programm proviżorju ta’ promozzjoni fir-rigward tad-destinazzjonijiet approvati mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta’ April 2011. Il-programm tad-destinazzjonijiet mehmuż mal-konvenzjoni jinkludi r-rotot ta’ […] Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford, […] u Birmingham. Din il-kontribuzzjoni se titħallas fuq bażi pro rata għall-għadd ta’ xhur li matulhom jitwettqu dawn l-azzjonijiet u bil-kundizzjoni li jiġu ppreżentati l-fatturi korrispondenti.”

(42)  Għar-Reġjun (il-Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon/ir-Reġjun ta’ Occitanie), il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati mal-APFTE għall-baġits mill-2011 sal-2017.

Għad-Dipartiment (Kunsill Ġenerali ta’ Hérault ), il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati mal-APFTE għall-baġits mill-2010 sal-2014.

Għall-Communauté d’agglomération de Montpellier/Montpellier Méditerranée Métropole, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati mal-APFTE għas-snin baġitarji mill-2010 sal-2016.

Għall-Communauté d’agglomération du Pays de l’Or, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati mal-APFTE għas-snin baġitarji mill-2010 sal-2018.

Għall-belt ta’ Montpellier, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament iffirmati mal-APFTE għas-snin baġitarji mill-2011 sal-2015.

Għas-CCIM, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew l-ebda konvenzjoni.

Minn informazzjoni oħra dwar il-funzjonament tal-APFTE għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, jirriżulta li n-nuqqas ta’ konvenzjoni fid-dossier tal-Kummissjoni ma jfissirx li għas-sena inkwistjoni l-entità statali ma ħallsitx sussidju (ara t-Tabella 3 għall-informazzjoni pprovduta mill- awtoritajiet Franċiżi dwar il-kontribuzzjonijiet tal-membri pubbliċi għall-baġit tal-APFTE).

(43)  Għall-2010, is-CCIM ma għamlitx kontribuzzjonijiet għall-baġit minn mindu nħolqot l-APFTE, iżda kienet ittrasferiet xi fondi lill-APFTE qabel ma l-kollettivitajiet kienu vvutaw dwar il-baġits tagħhom, b’mod partikolari biex jiżguraw li l-kuntratti konklużi ma’ AMS jiġu ffinanzjati u jinżammu.

(44)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2011 ġiet ivvutata fit-18 ta’ Lulju 2011.

(45)  Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011: “Għas-sena 2012, il-President jiddikjara lill-assemblea li l-finanzjaturi li ltaqgħu fil-kunsill ta’ governanza fit-23 ta’ Settembru 2011 […] iddeċidew li l-ammont tal-parteċipazzjoni tagħhom kien se jsir fuq il-bażi tar-regola ta’ erba’ trimestri, għalhekk l-Assoċjazzjoni jkollha baġit ta’ EUR […] li jinkludi t-taxxi kollha li jippermetti biss li jinżammu l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpanija AMS, jiġifieri d-destinazzjonijiet storiċi ta’ Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn u Leeds Bradford.”

(46)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2012 ġiet ivvutata fil-31 ta’ Jannar 2012.

(47)  Ara l-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013: “Il-baġit u l-programm ta’ azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni online huma mwaqqfa. Il-programm ta’ azzjoni huwa ċċentrat fuq: - RYANAIR: Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn, Leeds Bradford, Birmingham.”

(48)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2013 ġiet ivvutata fl-4 ta’ Frar 2013.

(49)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2014 ġiet ivvutata fl-20 ta’ Ġunju 2014.

(50)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2015 ġiet ivvutata fit-28 ta’ Jannar 2015.

(51)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2016 ġiet ivvutata fit-23 ta’ Ġunju 2016.

(52)  Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha konvenzjonijiet ta’ finanzjament għas-CCIM, iżda mid-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM jirriżulta li l-kontribuzzjoni tas-CCIM għall-baġit tal-APFTE tal-2017 ġiet ivvutata fit-28 ta’ Ġunju 2017.

(53)  Ara l-premessi 74 u dawk sussegwenti għad-deskrizzjoni tal-kuntratti inkwistjoni ffirmati ma’ Ryanair fl-2017.

(54)  Dan jirriżulta mid-deliberazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tas-CCIM tat-18 ta’ Jannar 2018.

(55)  Ara l-minuti tal-Bord tat-Tmexxija tal-APFTE tat-18 ta’ Marzu 2011: “Dan il-Kumitat se jagħżel id-destinazzjonijiet għall-promozzjoni tal-flussi turistiċi u ekonomiċi. L-Agglomerazzjoni ta’ Montpellier tirrifjuta li tiffinanzja pjanijiet ta’ azzjoni, għall-iżvilupp tat-territorju, li ma tkunx ivvalidat. Id-Dipartiment u r-Reġjun jaqblu dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit dan il-korp. L-entitajiet finanzjaturi jixtiequ li jipparteċipaw fi strateġija ġenwina għall-iżvilupp turistiku u ekonomiku tat-territorju tagħhom. Huma ma jridux li japprovaw biss l-għażliet li jkunu saru mill-Ajruport ta’ Montpellier.”

(56)  Il-klawżola 1.3 tal-kuntratt.

(57)  Il-klawżola 5.3 tal-kuntratt.

(58)  L-emenda tal-25 ta’ Frar 2013.

(59)  Ara pereżempju r-rapport tal-Bureau tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013, p. 1: “[Il-President tal-APFTE] jiddikjara li l-assoċjazzjoni hija obbligata li tagħmel sejħa għall-offerti għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online, meta l-kuntratt tal-Airport Marketing Services konkluż fl-2010 jkun wasal fi tmiemu” u p. 2: “il-kuntratt mal-impriża Airport Marketing Services wasal fi tmiemu, u l-flussi kkonċernati minn dan il-kuntratt biss jitqiegħdu f’kompetizzjoni, abbażi ta’ kull destinazzjoni.”. Ara wkoll il-minuti tal-Assemblea Ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013.

(60)  B'segwitu għas-sejħa għall-offerti, dan il-lott “[…]” kien ġie allokat lill-istess linja tal-ajru li magħha l-APFTE kienet qabel iffirmat il-kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dik id-destinazzjoni.

(61)  Ara r-rapport tal-Bord tat-Tmexxija tal-APFTE tal-24 ta’ Frar 2014, p. 1.

(62)  Ara l-premessa 16.

(63)  Fl-2017, is-CCIM u l-membri pubbliċi l-oħra ddeċidew li l-APFTE kienet se tittermina l-attivitajiet tagħha mill-2018 ’il quddiem, mingħajr iżda ma ttemm l-eżistenza tagħha, minħabba dubji li jirrigwardaw il-legalità tagħha li tqajmu minn tilwimiet u investigazzjonijiet fil-livell nazzjonali u Ewropew (ara l-premessa 34).

(64)  L-għan tal-ġestjoni tar-rendiment huwa li jħajjar lill-klijenti potenzjali ta’ Ryanair biex jagħżlu destinazzjoni speċifika bi prezz ideali għal Ryanair. Element prinċipali tal-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair jikkonsisti mid-determinazzjoni tal-prezz massimu li l-passiġġier ikun lest li jħallas għall-biljett tal-ajru tiegħu filwaqt li jkun żgurat li l-ajruplan jimtela kemm jista’ jkun bl-għan li jiġi mmassimizzat id-dħul ta’ Ryanair u jiġi kkonkwistat is-suq Ewropew. Ara r-rapport annwali ta’ Ryanair tal-2011: “Ryanair tistabbilixxi t-tariffi tat-titjiriet abbażi tad-domanda għal titjiriet partikolari u skont il-perjodu li jkun fadal sad-data tat-tluq tat-titjira, b’tariffi tat-titjiriet ogħla għal titjiriet b’domanda aktar qawwija u għal riżervazzjonijiet li jsiru f’perjodi viċin id-data tat-tluq.” Apparti minn hekk Ryanair tagħmel kampanji ta’ tariffi promozzjonali kull tant żmien.” (https://www.ryanair.com/doc/investor/2011/Annual_Report_2011_Final.pdf, li nżar fl-1 ta’ Lulju 2019)

(65)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna mill-Istat tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12. 2005, p. 1).

(66)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, kif ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2002, C-82/01, ECLI:EU:C:2002:617, il-punti minn 75 sa 79; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2011:117, il-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, il-punti 93 u 94.

(67)  ĠU L 99, 4.4.2014, p. 3.

(68)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 1977, Steinike & Weinlig, C-78/76, ECLI:UE:C:1977:52, il-punt 21 et seq., u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV, Kawżi Magħquda C-67/85, C-68/85, C-70/85, ECLI:UE:C:1988:38, il-punti 35-36.

(69)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 1999, Forges de Clabecq SA vs. Il-Kummissjoni, T-37/97, ECLI:UE:T:1999:66, il-paragrafu 69.

(70)  Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs. Il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, ECLI:UE:C:2002:294, il-punti 55 u 56.

(71)  Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna Nru 14 et seq.

(72)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 17.

(73)  Ara wkoll id-dikjarazzjoni pubblika tal-president tal-APFTE ta’ dak iż-żmien, ikkwotata f’artiklu ppubblikat online fuq is-sit web tal-gazzetta reġjonali La Tribune Occitanie-Montpellier tat-8 ta’ April 2015: “Peress li l-awtoritajiet lokali ma jistgħux jiffirmaw kuntratt ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru, il-mezzi li kienu nstabu kienu jirriżultaw minn assoċjazzjoni, jiddefendi ruħu […], il-president tal-APFTE. Skont il-kollettivitajiet, din tikkwalifika għas-sussidji, u l-assoċjazzjoni tiffirma kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online. Ma narax kif il-kontribwent jista’ jiġi mqarraq! L-APFTE nħolqot mis-CCI bi ftehim mas-servizzi tal-Istat, u b’mod partikolari mal-prefett […]. Id-dossier ġie reċentement ippreżentat lis-servizzi tal-Metropoli.” (https://objectif-languedoc-roussillon.latribune.fr/entreprises/tourisme/2015-04-08/apres-le-gel-du-soutien-aux-compagnies-low-cost-a-montpellier-le-president-de-l-apfte-reagit.html, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019).

(74)  Ara l-premessa 27.

(75)  Ara l-premessi 26 u dawk sussegwenti.

(76)  Ara l-Artikolu 2(1), il-punti (1) u (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u qabel l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(77)  Ara wkoll il-premessa 197.

(78)  L-Artikolu 6 tal-istatuti tal-APFTE.

(79)  Jirriżulta minn artikolu li t-trasferiment tas-setgħa bejn il-President uxxenti u l-president il-ġdid tal-APFTE kien ġie organizzat mill-President taċ-CCIM fil-preżenza tar-rappreżentanti eletti u tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali fil-11 ta’ Diċembru 2012. (ara https://heraultjuridique.com/entreprises/recherche/presidence-apfte-aeroport-de-montpellier-jean-yves-labattut-succede-a-gerard-maurice/, ippubblikata fil-Hérault Juridique online fl-10 ta’ Diċembru 2012, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019). Jirriżulta mill-istess artikolu li ż-żewġ Presidenti tal-APFTE ġew eletti wkoll bħala membri tas-CCIM.

(80)  Ara l-minuti tal-laqgħa teknika preparatorja għall-Kumitat ta’ Governanza tal-APFTE tat-28 ta’ Marzu 2011: Il-Kumitat ta’ Governanza “għandu l-għan li jġib flimkien l-awtoritajiet lokali, il-finanzjaturi tal-[APFTE]. L-għan ta’ dan il-Kumitat huwa li jiggwida u jivvalida l-għażliet strateġiċi għall-iżvilupp tal-linji baġitarji u l-baġit relatat.”

(81)  Ara pereżempju d-diskussjonijiet dwar il-flussi turistiċi […] u […], kif deskritt fil-premessa 136.

(82)  Ara wkoll il-premessa 40 għal dawn l-aħħar żewġ kumitati.

(83)  Ara l-premessa 31.

(84)  Ara l-premessa 41 għad-deskrizzjoni tal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet segwita fl-APFTE dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni skont l-istatuti tal-assoċjazzjoni u l-awtoritajiet Franċiżi.

(85)  Ara pereżempju l-minuti tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011: “Għas-sena 2012, il-President jiddikjara lill-assemblea li l-finanzjaturi li ltaqgħu fil-kunsill ta’ governanza fit-23 ta’ Settembru 2011 […] iddeċidew li l-ammont tal-parteċipazzjoni tagħhom kien se jsir fuq il-bażi tar-regola ta’ erba’ trimestri, għalhekk l-Assoċjazzjoni jkollha baġit ta’ EUR […] li jinkludi t-taxxi kollha li jippermetti biss li jinżammu l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpanija AMS, jiġifieri d-destinazzjonijiet storiċi ta’ Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn u Leeds Bradford.” Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tad-29 ta’ Jannar 2013: “L-awtoritajiet lokali, fuq il-bażi ta’ dan il-baġit, għażlu li jżommu l-flussi tat-turisti minn Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn, Leeds Bradford u Birmingham […]. Ġew proposti linji għal […] u […]. Il-flussi li ġew imfittxija mill-impriżi tat-turiżmu li jqisu dawn id-destinazzjonijiet turistiċi bħala popolazzjoni turistika attraenti. Il-baġit mhuwiex biżżejjed biex jinżammu dawn iż-żewġ flussi […].”

(86)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali tas-CCIM tal-15 ta’ April 2013.

(87)  Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011: “Għas-sena 2012, il-President jiddikjara lill-assemblea li l-finanzjaturi li ltaqgħu fil-kunsill ta’ governanza fit-23 ta’ Settembru 2011 […] iddeċidew li l-ammont tal-parteċipazzjoni tagħhom kien se jsir fuq il-bażi tar-regola ta’ erba’ trimestri, għalhekk l-Assoċjazzjoni jkollha baġit ta’ EUR […] li jinkludi t-taxxi kollha li jippermetti biss li jinżammu l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpanija AMS, jiġifieri d-destinazzjonijiet storiċi ta’ Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn u Leeds Bradford.”

(88)  Ara l-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013: “Il-baġit u l-programm ta’ azzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni online huma mwaqqfa. Il-programm ta’ azzjoni huwa ċċentrat fuq: - RYANAIR: Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn, Leeds Bradford, Birmingham.”

(89)  Id-dokumenti relatati mal-funzjonament tal-APFTE juru li filwaqt li 21 membru privat baqgħu jipparteċipaw fl-assemblea ġenerali tal-APFTE fl-2011, in-numru tagħhom kien biss minn 4 sa 9 mill-2013 ’il quddiem

(90)  Ara pereżempju l-minuti tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011: “Għas-sena 2012, il-President jiddikjara lill-assemblea li l-finanzjaturi li ltaqgħu fil-kunsill ta’ governanza fit-23 ta’ Settembru 2011 […] iddeċidew li l-ammont tal-parteċipazzjoni tagħhom kien se jsir fuq il-bażi tar-regola ta’ erba’ trimestri, għalhekk l-Assoċjazzjoni jkollha baġit ta’ EUR […] li jinkludi t-taxxi kollha li jippermetti biss li jinżammu l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-kumpanija AMS, jiġifieri d-destinazzjonijiet storiċi ta’ Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn u Leeds Bradford.” Ara wkoll il-minuti tal-Assemblea Ġenerali tal-APFTE tad-29 ta’ Jannar 2013: “L-awtoritajiet lokali, fuq il-bażi ta’ dan il-baġit, għażlu li jżommu l-flussi tat-turisti minn Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn, Leeds Bradford u Birmingham […]. Ġew proposti linji għal […] u […]. Il-flussi li ġew imfittxija mill-impriżi tat-turiżmu li jqisu dawn id-destinazzjonijiet turistiċi bħala popolazzjoni turistika attraenti. Il-baġit mhuwiex biżżejjed biex jinżammu dawn iż-żewġ flussi […]”

(91)  Fil-kuntest tal-impenn tagħha favur l-APFTE, is-CCIM kienet qed taġixxi fi ħdan il-qafas tal-mandat tal-politika pubblika tagħha u taħt ir-responsabbiltà tal-prefett, kif muri mid-dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi. Is-CCIM hija għalhekk ikkunsidrata bħala korp pubbliku mill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-eżami. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u Airport Marketing Services vs. Il-Kummissjoni, T-53/16, ECLI:UE:T:2018:943, il-punti 81 et seq..

(92)  Ara, pereżempju, id-deliberazzjonijiet Nru 10397 (id-29 ta’ Settembru 2011) u Nru 11796 (il-25 ta’ Lulju 2013) tal-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier. Fid-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2011 li tapprova kontribuzzjoni ta’ EUR 550 000 għall-baġit tal-APFTE fir-rigward tal-2011, il-Kunsill tal-Agglomerazzjoni Urbana ta’ Montpellier jgħid: “Il-kontribuzzjoni tal-Communauté d’Agglomération de Montpellier (CAM) għall-2011 tammonta għal massimu ta’ 25 % tal-ammont totali tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online tas-sena 2011 li l-ammont proviżorju tagħhom huwa stmat li jammonta għal EUR 2 095 972; din il-kontribuzzjoni hija limitata għal massimu ta’ EUR 550 000 għall-programm proviżorju ta’ promozzjoni fir-rigward tad-destinazzjonijiet approvati mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta’ April 2011. Il-programm tad-destinazzjonijiet mehmuż mal-konvenzjoni jinkludi r-rotot ta’ […] Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford, […] u Birmingham. Din il-kontribuzzjoni se titħallas fuq bażi pro rata għall-għadd ta’ xhur li matulhom jitwettqu dawn l-azzjonijiet u bil-kundizzjoni li jiġu ppreżentati l-fatturi korrispondenti.”

(93)  Ara wkoll il-premessi 107 et seq. dwar l-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat.

(94)  Ara l-premessa 38.

(95)  Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2017, ENEA/Prezes Urzędu Regulacji Energetyki, C-329/15, ECLI:UE:C:2017:671, il-punt 23, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 1977, Steinike & Weinlig, C-78/76, ECLI:EU:C:1977:52, il-paragrafu 21, u s-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, ECLI:UE:C:2001:160, il-punt 58.

(96)  Skont il-premessi 57 et seq. tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C/2016/2946), (ĠU C 262, 19.07.2016, p. 1).

(97)  Ara l-premessa 59 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(98)  Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:UE:C:1999:210, il-punt 41.

(99)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes – Uzès – Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-punti 314 sa 315.

(100)  L-Artikoli 1 u 5.3 tal-kuntratt tal-2010.

(101)  Il-Kummissjoni sejra għalhekk tuża “Ryanair/AMS” fil-bqija tal-valutazzjoni sabiex tirreferi għall-benefiċjarju tal-miżuri inkwistjoni.

(102)  Dan ġie kkonfermat b’mod ċar mill-APFTE.

(103)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali tas-CCI ta’ Montpellier tas-26 ta’ Mejju 2010, p. 6: “Is-CCIM kienet l-unika parti kontraenti mid-diversi kumpanniji ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni turistika tat-territorju tagħna. B’mod parallel, is-CCIM iffirmat xi ftehimiet mal-awtoritajiet lokali involuti fil-promozzjoni tal-flussi. Is-CGEFI kienet tal-fehma li s-CCIM kien qed tieħu r-riskji, kemm mil-lat legali kif ukoll minn dak finanzjarju, meta ma kinitx aktar konċessjonarja. Madankollu, m'hemmx għalfejn aktar li tintwera l-importanza ta’ dawn il-flussi għat-turiżmu lokali. Ix-xiri ta’ kummerċjalizzazzjoni jammonta għal EUR 1,8 miljun s’issa, iżda l-benefiċċji ekonomiċi huma ta’ madwar EUR 60 miljun. Is-CCIM u l-awtoritajiet lokali jaqblu li din l-azzjoni għandha titkompla.”

(104)  B’hekk, is-sitwazzjoni fl-ajruport ta’ Montpellier hija differenti mis-sitwazzjoni tal-ajruport ta’ Charleroi fil-Kawża T-196/04, Ryanair vs. Il-Kummissjoni ECLI:UE:T:2008:585, punti 53 sa 61, li fiha fis-sentenza tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2008, il-Qorti tal-Prim’ Istanza qieset lir-Reġjun ta’ Walloon u lill-operatur tal-ajruport BSCA bħala l-istess entità unika għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, billi s-sjieda kapitali ta’ BSCA rriflettiet l-influwenza dominanti tar-Reġjun ta’ Walloon.

(105)  Sehem ta’ Montpellier Méditerranée Métropole. Il-belt ta’ Montpellier ma tagħmilx parti mis-sjieda kapitali ta’ MM.

(106)  Din iċ-ċifra fiha wkoll il-kontribuzzjoni tal-belt ta’ Montpellier lill-APFTE. Il-belt ta’ Montpellier ma tagħmilx parti mis-sjieda kapitali ta’ AMM. L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew biss informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet akkumulati tal-belt ta’ Montpellier u Montpellier Méditerranée Métropole.

(107)  Ara l-premessi 23 u 45.

(108)  Ara t-Taqsima 3.5 tal-Linji Gwida tal-2014.

(109)  Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:UE:C:1999:210, il-punt 41.

(110)  C/2016/2946 (ĠU C 262, 19.07.2016, p. 1).

(111)  Ara wkoll il-premessa 117.

(112)  Ara l-premessi 164, 24 kif ukoll il-premessi 45 et seq.

(113)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Marzu 2017, SNCM vs Il-Kummissjoni, T-454/13, EU:T:2017:134, punti 232 u 233.

(114)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post AG, C-399/08, ECLI:EU:C:2010:481, il-paragrafu 41 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2011, Comitato “Venezia vuole vivere” et al./vs Il-Kummissjoni, C-71/09 P, ECLI:EU:C:2011:368, il-paragrafu 92.

(115)  Ara l-premessa 82 tal-Komunikazzjoni dwar il-kunċett tal-għajnuna mill-Istat u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.

(116)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2003, P&O, T-116/01, ECLI:UE:T:2003:217, il-paragrafi 116 u 117.

(117)  Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat numru ta’ indizji li juru li l-effett ta’ reklamar attwali tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni baqa’ baxx, ara l-premessi 272 et seq.

(118)  Bħala eżempju, mill-minuti tal-Kumitat tal-Finanzjaturi tal-APFTE tal-15 ta’ Ottubru 2012, jirriżulta li s-sit ta’ APFTE li huwa uffiċjalment intiż li jippromwovi lil Montpellier u lill-viċinati kien ġie ddisinjat mis-[CCIM] mingħajr funzjoni ġenwina ta’ kummerċjalizzazzjoni, iżda sabiex jiġu ġġustifikati uffiċjalment l-ispejjeż ta’ “kummerċjalizzazzjoni” tal-APFTE: “[Il-President tal-APFTE] jindirizza s-suġġett tas-sit elettroniku tal-Internet u tal-manutenzjoni tiegħu. Dan is-sit elettroniku tal-Internet huwa meħtieġ biex jiġġustifika l-ispejjeż tal-komunikazzjoni mġarrba għal kontribuzzjoni sinifikanti ta’ bażi ta’ klijenti Ewropej fit-territorju tal-Gran Montpellier. Qed jiġi propost li dan is-sit web jittejjeb u jsir sit reali għall-promozzjoni tat-territorju.”

(119)  Ara, pereżempju, id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun ta’ Languedoc-Roussillon tal-20 ta’ Lulju 2012, p. 1: “Fid-dawl tal-iżviluppi fil-ġestjoni tal-ajruport ta’ Montpellier, ġiet stabbilita assoċjazzjoni għall-promozzjoni tat-turiżmu u tal-flussi ekonomiċi (APFTE) sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet għall-promozzjoni tat-territorju żviluppati mal-kumpaniji li jservu l-ajruport ta’ Montpellier.” u p. 2 “[i]l-linji tal-ajru li permezz tagħhom tiġi żgurata l-promozzjoni huma Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn, Leeds-Bradford, Birmingham, […].” Ara wkoll il-premessa 28.

(120)  Ara pereżempju d-deliberazzjoni tal-Kunsill ta’ Agglomerazzjoni ta’ Pays de l’Or tat-23 ta’ Ġunju 2010; dan id-dokument jispjega l-kontribut tat-traffiku “bi prezz baxx/ low cost” għar-reġjun u jsemmi: “L-operat ta’ dawn il-kumpanniji jinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet lokali fil-forma ta’ għajnuna għall-bidu għal rotot, mogħtija għal perjodu massimu ta’ tliet snin, imbagħad għajnuna għall-promozzjoni tar-rotta mwettqa permezz tax-xiri ta’ spazju promozzjonali fuq is-siti elettroniċi tal-Internet tal-kumpanniji.” Ara wkoll id-dikjarazzjoni tal-eks President tal-APFTE f’artikolu tal-gazzetta “20 minuti” intitolat “Kummerċjalizzazzjoni biex tattira l-klijentela”, ippubblikat online fit-23 ta’ Novembru 2011: [Il-President tal-APFTE] jirribatti l-akkużi ta’ “rikatt” u ta’ “sussidji moħbija”. Huwa jiġġustifika dan b’li ġej: “Jekk ma nwettqux dawn il-kampanji ta’ promozzjoni, xi kumpanniji jibqgħu iżda oħrajn mhux se jkunu interessati aktar f’Montpellier, peress li r-rotot ma jibqgħux aktar attraenti.” (ara https://www.20minutes.fr/montpellier/828538-20111123-marketing-attirer-clientele, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019). Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010: “Huma x’inhuma d-diffikultajiet u t-tariffi imposti mill-kumpanniji bi prezz baxx, nirċievu ħafna benefiċċji għan-negozji lokali. L-assoċjazzjoni issa hija l-aktar struttura xierqa biex tissodisfa r-rekwiżiti legali u biex tippromwovi l-iżvilupp tat-territorju f’din id-dinamika ta’ pajjiżi bi prezzijiet baxxi.”

(121)  Ara, pereżempju, id-deliberazzjoni tal-Kunsill tal-Agglomerazzjoni tal-Pays de l’Or tat-28 ta’ Ġunju 2013, li fir-rigward tal-“infiq għas-sostenn tal-flussi ekonomiċi u turistiċi (tbassir 2013)” tirreferi ċarament għar-“rotot tar-Ryanair (Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford, Birmingham)”. Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali kostituttiva tal-APFTE tal-24 ta’ Ġunju 2010 (“Il-flussi tat-turiżmu, jiġifieri, il-klijentela li prinċipalment ġejja mill-Ewropa tat-Tramuntana lejn ir-reġjun tagħna mil-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi, huma ta’ importanza konsiderevoli għan-negozji kollha li l-attività tagħhom hija marbuta mat-turiżmu, iżda wkoll għall-kummerċ u għall-proprjetà immobbli.)”

(122)  Ara, pereżempju, il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tat-18 ta’ Marzu 2011 (“Huwa meħtieġ ukoll, permezz tal-istabbiliment ta’ korp ta’ governanza, li l-finanzjaturi jitħallew jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet tal-għażla tar-rotot li għandhom jinfetħu”), id-deliberazzjoni tal-Kunsill tal-Agglomerazzjoni tal-Pays de l’Or tat-28 ta’ Ġunju 2013 (li fir-rigward ta’ “nefqa għas-sostenn tal flussi ekonomiċi u turistiċi (previżjoni 2013)” tirreferi b’mod ċar għar-“rotot ta’ Ryanair (Bruxelles-Charleroi, Frankfurt-Hahn, Leeds-Bradford, Birmingham)”) u għall-minuti tal-laqgħa teknika preparatorja għall-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Governanza tat-28 ta’ Marzu 2011 (“Il-Kumitat ta’ Governanza se jkollu jibda diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-flussi turistiċi u jagħmel għażliet strateġiċi dwar ir-rotot differenti proposti mill-Ajruport.”).

(123)  BIPE, “Etude des retombées socio-économiques du transport aérien en région Languedoc-Roussillon” (Studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tat-trasport bl-ajru fir-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon), l-4 ta’ April 2013 (ara http://montpellier.cci.fr/fichier/retombeesecoaeroportlr2012pdf/download, li nżaret fl-1 ta’ Lulju 2019).

(124)  Il-Kummissjoni tfakkar li l-kuntratt iffirmat mal-kumpanija […] fl-2017 ma kienx implimentat fin-nuqqas tal-kopji tal-ordnijiet mill-APFTE, ara l-premessa 81.

(125)  Ara l-premessi 56, 59, 65.

(126)  Ara d-deliberazzjonijiet tal-assemblea ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Hérault tal-24 ta’ Jannar 2018.

(127)  Fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE, fil-kuntest tal-argument tagħha li s-sitwazzjoni fl-ajruport ta’ Montpellier hija komparabbli ma’ dik ta’ ajruporti oħra għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, Ryanair tiddikjara li għandha għażla wiesgħa ta’ ajruporti fl-Ewropa (ir-Renju Unit, Spanja, Franza, […]), li jikkompetu bejniethom għar-rotot u għall-kapaċità ta’ Ryanair u li huma sostitwibbli mill-perspettiva ta’ Ryanair.

(128)  Ara l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32).

(129)  Id-Deċiżjoni ġiet ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u AMS v. Il-Kummissjoni, T-53/16, ECLI:UE:T:2018:943.

(130)  Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tad-19 ta’ Ottubru 2011, p. 6: “Għall-2012 […] l-Assoċjazzjoni għandha baġit ta’ EUR […] li jinkludi t-taxxi kollha, li jippermetti biss iż-żamma tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mal-impriża AMS, jiġifieri d-destinazzjonijiet storiċi ta’ Bruxelles Charleroi, Frankfurt Hahn u Leeds Bradford” jew il-minuti tal-uffiċċju tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013, p. 1: “[Il-President tal-APFTE] jiddikjara li l-assoċjazzjoni hija obbligata li tagħmel sejħa għall-offerti għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online, meta l-kuntratt tal-Airport Marketing Services konkluż fl-2010 jkun wasal fi tmiemu” u p. 2: “il-kuntratt mal-impriża Airport Marketing Services wasal fi tmiemu, u l-flussi kkonċernati minn dan il-kuntratt biss jitqiegħdu f’kompetizzjoni, abbażi ta’ kull destinazzjoni.”

(131)  Ara p. 1 tal-minuti: “[Il-President tal-APFTE] jiddikjara li l-assoċjazzjoni hija obbligata li tagħmel sejħa għall-offerti għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online, billi l-kuntratt tal-Airport Marketing Services konkluż fl-2010 wasal fi tmiemu” u p. 2 billi “l-kuntratt mal-impriża Airport Marketing Services wasal fi tmiemu, il-flussi koperti minn dan il-kuntratt biss se jitpoġġew f’kompetizzjoni, abbażi ta’ kull destinazzjoni. Ara wkoll il-minuti tal-assemblea ġenerali tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013, p. 3: “Il-kuntratt mal-impriża Airport Marketing Services wasal fi tmiemu, u l-flussi kkonċernati minn dan il-kuntratt biss jitqiegħdu f’kompetizzjoni, abbażi ta’ kull destinazzjoni. Il-President għandu jintrabat mal-membri tal-Assemblea Ġenerali biex jipprovdi dokument standard tal-offerta, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-awtoritajiet lokali kollha kif mitlub mill-Kunsill Reġjonali.”.

(132)  Ara l-premessi 16 u 74.

(133)  Ara b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 (C-53/07) implimentata minn Franza affavur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109); deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (eks 2012/NN) implimentata minn Franza affavur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes – Uzès – Le Vigan, ta’ Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32); deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23098 (C 37/07) (eks NN 36/07 implimentata mill-Italja affavur is-Società di Gestione dell’Aeroporto di Alghero So.Ge.A.AL S.p.A. u diversi trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Alghero (ĠU L 250, 25.09.2015, p. 38); Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33983 (2013/C) (eks 2012/NN) (ex 2011/N) kumpens mogħti lil ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU L 268, 18.10.2017, p. 1).

(134)  Ara l-premessa 137.

(135)  Ta’ min jinnota li r-rotta lejn Birmingham kienet ġiet magħluqa f’Novembru 2013 meta ġew allokati r-rotot.

(136)  Ara l-premessi 63 et seq., b’mod partikolari: “(f)il-każijiet kollha, l-impriżi (kellhom) jipprovdu ħolqa għas-sit elettroniku tal-Internet tal-APFTE (go to Montpellier) fuq is-sit elettroniku tal-Internet tagħhom.”

(137)  Il-Kummissjoni tfakkar li l-kuntratt iffirmat mal-kumpanija […] fl-2017 ma kienx implimentat fin-nuqqas tal-kopji tal-ordnijiet mill-APFTE, ara l-premessa 81.

(138)  Ara l-premessi 26 u dawk sussegwenti kif ukoll 192 u dawk sussegwenti.

(139)  Ara l-premessi 77 u dawk sussegwenti.

(140)  BIPE, “Etude des retombées socio-économiques du transport aérien en région Languedoc-Roussillon” (Studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tat-trasport bl-ajru fir-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon), l-4 ta’ April 2013 (ara http://montpellier.cci.fr/fichier/retombeesecoaeroportlr2012pdf/download, li nżar fl-1 ta’ Lulju 2019). Ara wkoll il-premessa 290.

(141)  Ara t-Tabella 2.

(142)  Ara l-premessi 86 u 274.

(143)  Ryanair topera titjiriet minn Béziers lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin fl-Ewropa ta’ Fuq: Düsseldorf-Weeze, Bruxelles-Charleroi, Bristol, London-Luton, London-Stansted, Manchester, Edinburgh, Stockholm-Skavsta u Paris-Beauvais. Id-destinazzjonijiet tal-Ewropa ta’ Fuq moqdija bit-titjiriet li toffri Ryanair mill-ajruport ta’ Nîmes huma Bruxelles-Charleroi, London-Stansted u London-Luton.

(144)  Ara l-premessa 207.

(145)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Nîmes – Uzès – Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-premessi 102, 547 u 548.

(146)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 (2012/C) (ex 2011/NN, ex CP 227/2008) mogħtija mill-Ġermanja lil Flughafen Altenburg-Nobitz GmbH u Ryanair Ltd. (ĠU L 59, 4.3.2016, p. 22).

(147)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u AMS vs il-Kummissjoni, T-165/16, ECLI:EU:T:2018:952, il-punt 258.

(148)  Ara l-premessi 56, 59 u 60.

(149)  Ara l-premessi 65 u dawk sussegwenti.

(150)  Ara https://www.montpellier-tourisme.fr/Preparer-Reserver/Pro-Presse/Chiffres-cles-Observatoire, ikkonsultat fl-1 ta’ Lulju 2019.

(151)  Ara l-premessi 273 u dawk sussegwenti.

(152)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 56.

(153)  BIPE, “Etude des retombées socio-économiques du transport aérien en région Languedoc-Roussillon”, (Studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tat-trasport bl-ajru fir-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon), l-4 ta’ April 2013 (ara http://montpellier.cci.fr/fichier/retombeesecoaeroportlr2012pdf/download, li nżar fl-1 ta’ Lulju 2019).

(154)  Skont il-paġna 32 tal-istudju, fuq nefqa ta’ EUR 261 miljun ta’ vjaġġaturi bl-ajru, il-passiġġieri ta’ titjiriet ta’ Ryanair flimkien iġġeneraw infiq ta’ 28 miljun (infiq ta’ EUR 12-il miljun għall-passiġġieri minn Bruxelles-Charleroi, EUR 7 miljun għall-passiġġieri minn Frankfurt-Hahn, EUR 5 miljun għall-passiġġieri minn Birmingham, u EUR 4 miljun għall-passiġġieri minn Leeds-Bradford), kontra s-somma notevoli ta’ EUR 80 miljun ta’ nfiq għall-passiġġieri minn Paris-Orly, EUR 63 miljun għall-passiġġieri minn Paris-Roissy, u EUR 25 miljun għall-passiġġieri minn London-Gatwick (kif ukoll EUR 7 miljun għall-passiġġieri minn London-Luton).

(155)  Ara l-paġni 42 u 43 tar-rapport imsemmi, imsejjes fuq l-istatistika tal-INSEE https://www.montpellier-tourisme.fr/Media/Files/Observatoire/Rapport-d-activite-2017 (ikkonsultat fl-1 ta’ Lulju 2019).

(156)  L-Artikolu 3 tal-istatuti.

(157)  Ara l-istatistika ppubblikata fuq is-sit https://www.montpellier-tourisme.fr/Preparer-Reserver/Pro-Presse/Chiffres-cles-Observatoire (ikkonsultat fl-1 ta’ Lulju 2019).

(158)  Ara l-premessa 255.

(159)  Skont ir-rapport, l-ewwel ħames pajjiżi fl-għadd ta’ akkomodazzjonijiet għal turisti barranin f’lukandi huma: 1. Spanja, 2. il-Gran Brittanja, 3. il-Ġermanja, 4. l-Istati Uniti u 5. il-Belġju, u l-ewwel ħamsa fl-għadd ta’ akkomodazzjonijiet għal turisti barranin f’residenzi huma: 1. il-Belġju, 2. Spanja, 3. il-Ġermanja, 4. l-Italja, u 5. il-Gran Brittanja.

(160)  Ara wkoll il-premessa 209.

(161)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2018, Ryanair u AMS vs il-Kummissjoni, T-165/16, ECLI:EU:T:2018:952, il-punt 258.

(162)  Ara wkoll il-premessa 235.

(163)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru56.

(164)  Mill-artiklu ta’ Jean Rieaucau “La Grande-Motte, une ville-station touristique” (La Grande-Motte, belt/destinazzjoni turistika) (Norois, 2000, Poitiers, t. 47, No 187, p 341 – 352) jirriżulta li t-turisti barranin li kienu jiffrekwentaw iċ-ċentru turistiku ta’ La Grand-Motte qrib Montpellier bejn l-1996 u l-1999 kienu prinċipalment Belġjani, Żvizzeri, Ġermaniżi, Olandiżi u Brittaniċi. Fl-2006, madwar 60 % tar-residenzi sekondarji f’Hérault li jappartjenu lil proprjetarji residenti barra l-pajjiż kellhom sidien Belġjani, Ġermaniżi jew Brittaniċi, ċifra totali ta’ bejn wieħed u ieħor 5 500 residenza sekondarja (Geneviéve Prady “Résidences secondaires: 30 000 propriétaires habitent à l’étranger” (Residenzi sekondarji: 30 000 proprjetarju jgħixu barra minn pajjiżhom), les cahiers Transport Aménagement en Languedoc-Roussillon (L-ispeċifikazzjonijiet Trasport/Ġestjoni f’Languedoc-Roussillon), No 32, Diċembru 2006).

(165)  Ara pereżempju r-rapport Annwali tal-2011 ta’ Ryanair, p. 44: “Meta Ryanair tibda rotot ġodda, il-fatturi ta’ tagħbija inizjalment tagħha għandhom it-tendenza li jkunu inqas minn dawk fuq ir-rotot stabbiliti tagħha u r-reklamar u spejjeż promozzjonali oħra tagħha għandhom it-tendenza li jkunu ogħla, li jista’ jirriżulta f’telf inizjali li jista’ jkollu impatt negattiv materjali fuq ir-riżultati ta’ operazzjonijiet tal-Kumpanija kif ukoll teħtieġ ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Barra minn hekk, ma jistax ikun hemm assigurazzjoni li s-servizz ta’ tariffi baxxi ta’ Ryanair se jiġi aċċettat fuq rotot ġodda. Ryanair perjodikament tmexxi kampanji speċjali ta’ nollijiet promozzjonali, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ftuħ ta’ rotot ġodda. In-nollijiet promozzjonali jista’ jkollhom l-effett li jżidu l-fatturi ta’ tagħbija u jnaqqsu r-rendiment ta’ Ryanair u d-dħul tal-passiġġieri fuq rotot bħal dawn matul il-perjodi li jkunu fis-seħħ. Ara “Punt 4. Informazzjoni dwar is-Sistema tar-Rotta tal-Kumpanija, Skedar u Biljetti.” Ryanair tistenna li jkollha ħtiġijiet sostanzjali oħra ta’ flus kontanti, inkluż fir-rigward tal-flus meħtieġa biex jiġu ffinanzjati x-xiri ta’ inġenji tal-ajru jew id-depożiti tal-inġenji tal-ajru relatati mal-akkwist ta’ Boeing 737–800s addizzjonali. Ma jista’ jkun hemm l-ebda assigurazzjoni li l-Kumpanija se jkollha biżżejjed flus biex tagħmel tali nefqiet u investimenti, u sakemm Ryanair ma tkunx tista’ tespandi s-sistema tar-rotta tagħha b’suċċess, id-dħul u t-tkabbir tal-qligħ futuri tagħha se jkunu limitati.” (https://www.ryanair.com/doc/investor/2011/Annual_Report_2011_Final.pdf, li nżar fl-1 ta’ Lulju 2019). Ara wkoll ir-rapport Annwali tal-2000, p. 7.

(166)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 56.

(167)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 56.

(168)  Ara pereżempju r-rapport annwali tal-2000 ta’ Ryanair, p. 8 jew ir-rapport annwali tal-2011, p. 44.

(169)  Ara pereżempju r-rapport Annwali tal-2011 ta’ Ryanair, p. 44: “Meta Ryanair tibda rotot ġodda, il-fatturi ta’ tagħbija inizjalment tagħha għandhom it-tendenza li jkunu inqas minn dawk fuq ir-rotot stabbiliti tagħha u r-reklamar u spejjeż promozzjonali oħra tagħha għandhom it-tendenza li jkunu ogħla, li jista’ jirriżulta f’telf inizjali li jista’ jkollu impatt negattiv materjali fuq ir-riżultati ta’ operazzjonijiet tal-Kumpanija kif ukoll teħtieġ ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Barra minn hekk, ma jistax ikun hemm assigurazzjoni li s-servizz ta’ tariffi baxxi ta’ Ryanair se jiġi aċċettat fuq rotot ġodda. Ryanair perjodikament tmexxi kampanji speċjali ta’ nollijiet promozzjonali, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ftuħ ta’ rotot ġodda. In-nollijiet promozzjonali jista’ jkollhom l-effett li jżidu l-fatturi ta’ tagħbija u jnaqqsu r-rendiment ta’ Ryanair u d-dħul tal-passiġġieri fuq rotot bħal dawn matul il-perjodi li jkunu fis-seħħ. Ara “Punt 4. Informazzjoni dwar is-Sistema tar-Rotta tal-Kumpanija, Skedar u Biljetti. Ryanair tistenna li jkollha ħtiġijiet sostanzjali oħra ta’ flus kontanti, inkluż fir-rigward tal-flus meħtieġa biex jiġu ffinanzjati x-xiri ta’ inġenji tal-ajru jew id-depożiti tal-inġenji tal-ajru relatati mal-akkwist ta’ Boeing 737–800s addizzjonali. Ma jista’ jkun hemm l-ebda assigurazzjoni li l-Kumpanija se jkollha biżżejjed flus biex tagħmel tali nefqiet u investimenti, u sakemm Ryanair ma tkunx tista’ tespandi s-sistema tar-rotta tagħha b’suċċess, id-dħul u t-tkabbir tal-qligħ futuri tagħha se jkunu limitati. ” (https://www.ryanair.com/doc/investor/2011/Annual_Report_2011_Final.pdf, ikkonsultat fl-1 ta’ Lulju 2019).” Ara wkoll ir-rapport Annwali tal-2000, p. 9.

(170)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Nîmes – Uzès – Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-premessi 102, 547 u 548.

(171)  Ara wkoll il-premessa 96 tal-Komunikazzjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

(172)  Ara wkoll il-premessa 89 tal-Komunikazzjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

(173)  Ara l-premessa 150 u dawk sussegwenti.

(174)  L-eżempju pprovdut minn Ryanair ma kienx rikonoxxut mill-Kummissjoni billi kien jikkonċerna offerta ta’ kummerċjalizzazzjoni f’reġjun li fih Ryanair kienet tabilħaqq preżenti f’żewġ ajruporti.

(175)  Skont Ryanair, il-prezzijiet tal-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web ta’ Ryanair huma bbażati fuq is-CPM.

(176)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-TFUE (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(177)  Ara l-minuti tal-Bureau tal-APFTE tal-4 ta’ Lulju 2013, p. 1: “[Il-President tal-APFTE] jiddikjara li l-assoċjazzjoni hija obbligata li tagħmel sejħa għall-offerti għal kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni online, meta l-kuntratt tal-Airport Marketing Services konkluż fl-2010 jkun wasal fi tmiemu” u p. 2: “il-kuntratt mal-impriża Airport Marketing Services wasal fi tmiemu, u l-flussi kkonċernati minn dan il-kuntratt biss jitqiegħdu f’kompetizzjoni, abbażi ta’ kull destinazzjoni.”

(178)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punti 60 u sussegwenti. Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2016, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-270/15P, ECLI:EU:C:2016:489, il-punt 49. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni, T-53/16, ECLI:EU:T:2018:943, il-punti 165 u sussegwenti u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni, T-165/15, ECLI:EU:T:2018:953, il-punti 402 u sussegwenti.

(179)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest (Reġjun Fjamming) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.

(180)  Ara l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet ta’ Ryanair tal-15 ta’ Jannar 2019: “ Ryanair għandha għażla wiesgħa ta’ ajruporti fl-Ewropa. L-ajruporti fir-Renju Unit, fi Spanja, fi Franza jew fl-Italja jikkompetu għar-rotot u l-kapaċità ta’ Ryanair, u huma sostitwinnli mill-perspettiva ta’ Ryanair. Is-similaritajiet bejn l-Ajruport u dawn l-ajruporti l-oħra huma sinifikanti biżżejjed biex irendihom kumparabbli għall-iskop ta’ test ta’ MEO”.

(181)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna mill-Istat tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12. 2005, p. 1).

(182)  Ara l-punti minn 71 sa 75, u l-punt 79(b) u (c) tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punti 139, 140, 141, 151 tal-Linji Gwida tal-2014.

(183)  Ara l-punti 79(b), (d) u (i) tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punt 147 tal-Linji Gwida tal-2014.

(184)  Ara l-punti 79(g), (h) u 80 tal-Linji Gwida tal-2005, u l-punti 101, 150, 152 u 153 tal-Linji Gwida tal-2014.

(185)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 1973, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, punt 13.

(186)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 1990, il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, punt 66.

(187)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ġunju 1999, il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, punti 64 u 65.

(188)  Ara l-premessa 156.