|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1693 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Ġunju 2018, jistabbilixxi qafas regolatorju ġdid għall-produzzjoni organika. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-qafas regolatorju l-qadim għal dak ġdid, dak ir-Regolament jipprevedi data tal-applikazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(2) |
Fit-30 ta’ Jannar 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala “emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali” u, fil-11 ta’ Marzu 2020, ikkaratterizzata bħala pandemija. Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal ċirkostanzi straordinarji li jeħtieġu sforzi sostanzjali mis-settur organiku li ma setgħux jiġu raġonevolment antiċipati fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(3) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi relatata tas-saħħa pubblika jippreżentaw sfida bla preċedent għall-Istati Membri u jitfgħu piż kbir fuq l-operaturi organiċi (“l-operaturi”). L-operaturi għalhekk jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq iż-żamma tal-produzzjoni organika u fuq il-flussi kummerċjali, u ma jistgħux fl-istess ħin iħejju ruħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ qafas regolatorju ġdid skont ir-Regolament (UE) 2018/848. Għalhekk, huwa ferm probabbli li l-Istati Membri u l-operaturi mhumiex se jkunu f’pożizzjoni li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2021, kif previst oriġinarjament. |
|
(4) |
Għalhekk, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-settur organiku, biex tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt, u biex jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tiġi differita, flimkien ma’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament li huma derivati minn dik id-data. |
|
(5) |
Meta jitqiesu l-iskala tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata magħha, l-iżvilupp epidemjoloġiku tagħha, kif ukoll ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa mill-Istati Membri u mill-operaturi, jixraq li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tiġi differita b’sena. |
|
(6) |
Diversi dati marbuta ma’ derogi, rapporti jew setgħat mogħtija lill-Kummissjoni għat-terminazzjoni jew l-estensjoni ta’ derogi huma derivati direttament mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. Għalhekk, huwa xieraq dawk id-dati jiġu differiti ukoll b’sena. Id-dati rispettivi ġew stabbiliti filwaqt li tqies iż-żmien meħtieġ biex l-operaturi jadattaw għat-terminazzjoni tad-derogi, jew biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ ċerti inputs li għalihom ingħataw derogi, jew biex il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u biex tħejji proposta leġiżlattiva jew atti delegati. |
|
(7) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi relatata tas-saħħa pubblika jippreżentaw ukoll sfida bla preċedent għall-pajjiżi terzi u għall-operaturi bbażati f’pajjiżi terzi. Konsegwentement, għal pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3), huwa xieraq li d-data ta’ skadenza tar-rikonoxximent tagħhom tiġi estiża b’sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2026, sabiex pajjiżi terzi bħal dawn ikollhom biżżejjed żmien biex jibdlu l-istatus tagħhom, billi jikkonkludu ftehim kummerċjali mal-Unjoni jew permezz ta’ konformità sħiħa mill-operaturi tagħhom mar-Regolament (UE) 2018/848, mingħajr ma jinħoloq xkiel żejjed fil-kummerċ tal-prodotti organiċi. |
|
(8) |
Bl-istess mod, id-data ta’ skadenza tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll f’pajjiżi terzi mogħtija skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jenħtieġ li tiġi estiża b’sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2024, biex dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll u l-operaturi ċertifikati tagħhom f’pajjiżi terzi jingħataw żmien suffiċjenti biex jegħlbu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u biex iħejju ruħhom għall-qafas regolatorju ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(9) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-settur organiku, li tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt u li jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(10) |
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li wasslet għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fir-rigward tal-produzzjoni organika li jeħtieġu azzjoni immedjata, huwa kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(11) |
Minħabba l-ħtieġa prevalenti li tiġi żgurata ċertezza tad-dritt b’effett immedjat għas-settur organiku fiċ-ċirkostanzi attwali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 29(4), id-data “31 ta’ Diċembru 2024” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2025”; |
|
(2) |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(1), id-data “31 ta’ Diċembru 2025” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2026”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 49, id-data “31 ta’ Diċembru 2021” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2022”; |
|
(4) |
l-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 57(1), id-data “31 ta’ Diċembru 2023” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2024”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 60, id-data “1 ta’ Jannar 2021” hija sostitwita bi “1 ta’ Jannar 2022”; |
|
(7) |
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 ”; |
|
(8) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2020.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/4 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1694 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi dwar vetturi ta’ tmiem is-serje tal-kategorija L b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Il-kriżi tal-COVID-19 ikkawżat tfixkil fil-katina tal-provvista ta’ partijiet u komponenti kritiċi ta’ vetturi tal-kategorija L u tnaqqis sostanzjali fid-domanda għal dawk il-vetturi. Dan wassal għal dewmien sinifikanti għall-manifatturi biex ibiegħu l-istokk tagħhom ta’ vetturi Euro 4 li, skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jeħtieġ li jiġu rreġistrati qabel l-applikazzjoni tal-istadju ambjentali Euro 5 fl-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(2) |
Ir-regoli dwar tmiem is-serje stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jippermettu lill-manifatturi jkomplu jqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, jirreġistraw jew idaħħlu fis-servizz parti limitata ta’ stokk ta’ vetturi tal-kategorija L li ma jistgħux jitqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, jew li ma jistgħux jibqgħu jitqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ rekwiżiti tekniċi ġodda li minħabba fihom dawk il-vetturi ma ġewx approvati. |
|
(3) |
Meta jitqies it-tfixkil ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19, jidher li r-regoli dwar tmiem is-serje fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ma jikkostitwixxux mekkaniżmu xieraq biex jiġi indirizzat l-ammont ta’ vetturi Euro 4 tal-kategorija L li l-manifatturi se jkollhom fl-istokk tagħhom wara l-applikazzjoni tal-istadju ambjentali Euro 5. |
|
(4) |
Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19, u biex jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 sabiex jinkludi miżuri speċifiċi dwar vetturi ta’ tmiem is-serje b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri speċifiċi dwar tmiem is-serje tkun ristretta għal vetturi li kienu parti mill-istokk fi żmien il-lockdowns nazzjonali, jenħtieġ li l-ammont ta’ vetturi li jibbenefikaw minn dawn il-miżuri speċifiċi ta’ tmiem is-serje ma jaqbiżx l-għadd ta’ vetturi Euro 4 tal-kategorija L li kienu parti mill-istokk fil-15 ta’ Marzu 2020. |
|
(6) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jemenda r-regoli dwar tmiem is-serje, applikabbli għas-sena 2021, tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(7) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19, jitqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 44a
Miżuri speċifiċi dwar vetturi ta’ tmiem is-serje b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19
1. B’deroga mill-Artikolu 44, u soġġett għall-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, vetturi li jikkonformaw ma’ tip ta’ vettura li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha mhux ser tibqa’ valida fl-1 ta’ Jannar 2021 skont l-Artikolu 37(2), punt (a), jistgħu jitqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz bħala vetturi ta’ tmiem is-serje sal-31 ta’ Diċembru 2021.
2. L-għadd ta’ vetturi ta’ tmiem is-serje msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ vetturi b’approvazzjoni tat-tip tal-UE li mhux ser tibqa’ valida mill-1 ta’ Jannar 2021 skont l-Artikolu 37(2), punt (a) u li kienu parti mill-istokk fil-15 ta’ Marzu 2020.
3. Manifattur li jixtieq jibbenefika mid-deroga msemmija fil-paragrafu 1 għandu jressaq talba lill-awtorità nazzjonali ta’ kull Stat Membru fejn il-vetturi inkwistjoni jkunu se jitqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz, filwaqt li jindika l-għadd ta’ vetturi ta’ tmiem is-serje li għalihom tintalab id-deroga msemmija fil-paragrafu 1.
L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba, jekk għandhiex tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ dawk il-vetturi ta’ tmiem is-serje fit-territorju tagħha, u għal kemm minnhom.
4. Entrata speċjali li tikkwalifika l-vetturi bħala ‘2021 ta’ tmiem is-serje’ għandha ssir fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vetturi li jitqiegħdu fis-servizz skont il-paragrafu 1.
5. Sal-1 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ vetturi li għalihom ikun ingħata l-istatus ta’ tmiem is-serje skont dan l-Artikolu.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) L-opinjoni tad-29 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2020.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1695
tat-12 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/847 (2). |
|
(3) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-490/18 (3), jenħtieġ li Neda Industrial Group jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1).
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020, Neda Industrial Group vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-490/18, ECLI:EU:T:2020:318.
ANNESS
Fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, Anness IX, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“47. |
Neda Industrial Group”. |
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1696
tat-12 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063. |
|
(2) |
Fil-11 ta' Novembru 2019, il-Kunsill, wara li qies il-kriżi politika, ekonomika, soċjali u umanitarja li għaddejja bħalissa fil-Venezwela u l-azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1893 (2) li ġeddet il-miżuri restrittivi fis-seħħ sal-14 ta' Novembru 2020, inklużi d-deżinjazzjonijiet kollha tal-persuni li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Fl-istess jum il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1891 (3), li emenda l-informazzjoni relatata ma' tmien persuni elenkati. |
|
(3) |
Fil-21 ta' Diċembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li semmiet li d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Venezwela u tal-Assemblea Kostitwenti mhux rikonoxxuta li titneħħa l-immunità parlamentari mogħtija kostituzzjonalment lil erba' membri tal-Assemblea Nazzjonali kienet ksur serju tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, tal-istat tad-dritt u tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setgħat. Dik id-dikjarazzjoni għamlitha ċara li l-Unjoni ser tkompli ssegwi s-sitwazzjoni u indikat li l-Unjoni tinsab lesta li tuża l-istrumenti disponibbli tagħha biex tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi miżuri mmirati li ma jagħmlux ħsara lill-poplu Venezwelan. |
|
(4) |
Fid-9 ta' Jannar 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li qalet li l-atti reċenti kontra l-uniku korp elett demokratikament fil-Venezwela, l-Assemblea Nazzjonali, u ħafna mill-Membri tagħha, inkluż il-President tal-Assemblea Nazzjonali, komplew jintensifikaw il-kriżi tal-Venezwela u li t-tentattivi biex jiġi mblukkat bil-forza proċess elettorali leġittimu għall-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 u l-użu tal-forza kontra l-President tagħha u diversi leġiżlaturi biex jiġi impedut l-aċċess tagħhom għall-Assemblea Nazzjonali kienu kompletament inaċċettabbli. Dik id-dikjarazzjoni indikat ukoll li s-sessjoni ta' votazzjoni li wasslet għall-hekk imsejħa elezzjoni ta' Luis Parra ma kinitx leġittima għaliex ma rrispettatx il-proċeduri legali, u lanqas il-prinċipji kostituzzjonali demokratiċi, u li l-Membri tal-Assemblea Nazzjonali jridu jkunu jistgħu jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom kif ingħatalhom mill-poplu Venezwelan mingħajr ebda intimidazzjoni jew tpattija. Barra minn hekk, fid-dawl ta' dawn l-atti u deċiżjonijiet serji li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, dik id-dikjarazzjoni ssottolinjat l-impenn tal-Unjoni li tibda l-ħidma biex tapplika miżuri mmirati kontra individwi involuti fil-ksur ta' dawk il-prinċipji u drittijiet. |
|
(5) |
Fl-4 ta' Ġunju 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela, inkluża d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Venezwela tas‐26 ta' Mejju 2020 li rratifikat lil Luis Parra bħala President tal-Assemblea Nazzjonali. Dik id-dikjarazzjoni ssottolinjat li l-Unjoni tqis li s-sessjoni tal-votazzjoni li wasslet għall-hekk imsejħa elezzjoni ta' Luis Parra ma kinitx leġittima, għaliex la rrispettat il-proċeduri legali u lanqas il-prinċipji kostituzzjonali demokratiċi. Hija qalet ukoll li l-aħħar żviluppi komplew aggravaw il-kriżi istituzzjonali u politika li ilha sejra fil-Venezwela u naqqsu l-ispazju demokratiku u kostituzzjonali fil-pajjiż. Dik id-dikjarazzjoni tenniet il-pożizzjoni tal-Unjoni li soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi tal-Venezwela tista' tinkiseb biss permezz ta' proċess politiku ġenwin u inklużiv, u ssottolinjat li l-Unjoni tirrifjuta kull tip ta' vjolenza, inkluża kwalunkwe inkursjoni militari jew vjolenti fil-pajjiż. F'dan il-kuntest, l-Unjoni nnotat li l-ftehim reċenti bejn atturi nazzjonali dwar l-assistenza umanitarja huwa pass pożittiv u enfasizzat il-ħtieġa li n-naħat kollha jaħdmu flimkien u b'mod kostruttiv biex tittaffa t-tbatija drammatika tal-poplu Venezwelan li qed tiġi aggravata mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(6) |
Fis-16 ta' Ġunju 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li ssottolinjat li elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali ħielsa u ġusti li jirrispettaw l-istandards internazzjonali huma kruċjali biex tingħeleb il-kriżi fil-Venezwela u li Kunsill Elettorali (CNE) indipendenti u bbilanċjat kif ukoll kundizzjonijiet ekwi li jippermettu l-parteċipazzjoni ta' partiti u kandidati politiċi huma s-sisien għal proċess elettorali kredibbli. Barra minn hekk, l-UE appellat lill-Gvern u lill-oppożizzjoni biex jidħlu f'negozjati sinifikattivi u inklużivi dwar il-kostituzzjoni tas-CNE u t-tneħħija tal-projbizzjonijiet fuq il-partiti tal-oppożizzjoni. |
|
(7) |
Fid-29 ta' Ġunju 2020, fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa fil-Venezwela, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/897 (4), li assoġġettat ħdax-il persuna għal miżuri restrittivi. |
|
(8) |
F'dan il-kuntest, f'konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063, il-Kunsill irrieżamina l-lista li tinsab fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 u kkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni kollha fil-lista li tinsab fih għandhom jinżammu. |
|
(9) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fir-rigward ta' erbatax-il persuna jenħtieġ li tiġi aġġornata u jenħtieġ li jiġu kapitalizzati l-kunjomijiet tal-persuni elenkati kollha. |
|
(10) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 tal-11 ta' Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 42).
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891 tal-11 ta' Novembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 13).
(4) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/897 tad-29 ta' Ġunju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 205I, 29.6.2020, p. 1).
ANNESS
L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"ANNESS IV
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(3)
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Néstor Luis REVEROL TORRES |
Data tat-twelid:28 ta' Ottubru 1964 Sess: raġel |
Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f'April 2019. Eks Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, ġie promoss għal Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana f'Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża t-tortura ta' priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inklużi l-projbizzjoni u r-repressjoni ta' dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu. |
22.1.2018 |
|
2. |
Gustavo Enrique GONZÁLEZ LÓPEZ |
Data tat-twelid:2 ta' Novembru 1960 Sess: raġel |
Maħtur mill-ġdid Kap tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta' April 2019. Eks Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence għall-Uffiċċju tal-President mit-8 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' April 2019 u Kap tas-SEBIN sa Ottubru 2018. Bħala Kap tas-SEBIN, kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem (inklużi detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura) u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
|
3. |
Tibisay LUCENA RAMÍREZ |
Data tat-twelid:26 ta' April 1959 Sess: mara |
President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral jew CNE) minn April 2006 sa Ġunju 2020. L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa' istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b'hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta' Nicolás Maduro f'Mejju 2018 permezz ta' elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti. |
22.1.2018 |
|
4. |
Antonio José BENAVIDES TORRES |
Data tat-twelid:13 ta' Ġunju 1961 Sess: raġel |
Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta' Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta' dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
|
5. |
Maikel José MORENO PÉREZ |
Data tat-twelid:12 ta' Diċembru 1965 Sess: raġel |
President, u eks Viċi President, tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia). F'dawn ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali, inklużi l-ħatra tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni tal-bordijiet tat-tmexxija ta' tliet partiti tal-oppożizzjoni f'Ġunju u Lulju 2020. |
22.1.2018 |
|
6. |
Tarek William SAAB HALABI |
Data tat-twelid:10 ta' Settembru 1963 Post tat-twelid:El Tigre, Stat ta' Anzoátegui, Venezwela Sess: raġel |
Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F'dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta' kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali. |
22.1.2018 |
|
7. |
Diosdado CABELLO RONDÓN |
Data tat-twelid:15 ta' April 1963 Sess: raġel |
President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili. |
22.1.2018 |
|
8. |
Tareck Zaidan EL-AISSAMI MADDAH |
Data tat-twelid:12 ta' Novembru 1974 Sess: raġel |
Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Enerġija Popolari taż-Żejt kif ukoll l-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks Viċi President tal-Venezwela b'sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), El-Aissami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inklużi detenzjonijiet arbitrarji, investigazzjonijiet motivati politikament, trattament inuman u degradanti, u tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluża l-projbizzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-"kmand anti-coup" tal-President Maduro li kellu fil-mira s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
25.6.2018 |
|
9. |
Sergio José RIVERO MARCANO |
Data tat-twelid:8 ta' Novembru 1964 Sess: raġel |
Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB), Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta' Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta' membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
25.6.2018 |
|
10. |
Jesús Rafael SUÁREZ CHOURIO |
Data tat-twelid:19 ta' Lulju 1962 Sess: raġel |
Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Kap Kmandant, eks Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta' Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inklużi l-użu ta' forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta' qrati militari għall-proċessi ta' dimostranti ċivili. |
25.6.2018 |
|
11. |
Iván HERNÁNDEZ DALA |
Data tat-twelid:18 ta' Mejju 1966 Sess: raġel |
Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inklużi l-użu ta' forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. |
25.6.2018 |
|
12. |
Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ |
Data tat-twelid:18 ta' Mejju 1969 Sess: mara |
Viċi President tal-Venezwela, eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inklużi l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku. |
25.6.2018 |
|
13. |
Elías José JAUA MILANO |
Data tat-twelid:16 ta' Diċembru 1969 Sess: raġel |
Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu ta' tmexxija fl-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima. |
25.6.2018 |
|
14. |
Sandra OBLITAS RUZZA |
Data tat-twelid:7 ta' Ġunju 1969 Sess: mara |
Rettur tal-Universidad Bolivariana de Venezuela. Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u eks President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
15. |
Freddy Alirio BERNAL ROSALES |
Data tat-twelid:16 ta' Ġunju 1962 Post tat-twelid:San Cristóbal, stat ta' Táchira, Venezwela Sess: raġel |
Kap taċ-Ċentru ta' Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta' Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta' Táchira jista' jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista' jinfluwenza l-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta' SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta' SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja. |
25.6.2018 |
|
16. |
Katherine Nayarith HARRINGTON PADRÓN |
Data tat-twelid:5 ta' Diċembru 1971 Sess: mara |
Viċi Prosekutur Ġenerali (titolu tradott wkoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli li dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta' Maduro. |
25.6.2018 |
|
17. |
Socorro Elizabeth HERNÁNDEZ HERNÁNDEZ |
Data tat-twelid:11 ta' Marzu 1952 Sess: mara |
Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) sat-12 ta' Ġunju 2020 u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b'rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta' postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017. |
25.6.2018 |
|
18. |
Xavier Antonio MORENO REYES |
Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F'dan ir-rwol responsabbli li approva d-deċiżjonijiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
19. |
Néstor Neptali BLANCO HURTADO |
Data tat-twelid:26 ta' Settembru 1982 Numru tal-identità:V‐15222057 Sess: raġel |
Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma' uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM. |
27.9.2019 |
|
20. |
Rafael Ramón BLANCO MARRERO |
Data tat-twelid:28 ta' Frar 1968 Numru tal-identità:V-6250588 Sess: raġel |
Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2018 'l hawn u Ġeneral ta' Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Venezwelana Bolivarjana mill-5 ta' Lulju 2019 'l hawn. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Marbut mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
21. |
Carlos Alberto CALDERÓN CHIRINOS |
Numru tal-identità:V‐10352300 Sess: raġel |
Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B'mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta' tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f'El Helicoide, ħabs tas-SEBIN. |
27.9.2019 |
|
22. |
Alexis Enrique ESCALONA MARRERO |
Data tat-twelid:12 ta' Ottubru 1962 Sess: raġel |
Kap responsabbli għall-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Finanzjament ta' Terroristi (ONDOFT) minn Jannar 2018 sa Mejju 2019. Kmandant Nazzjonali tal-Kmand Nazzjonali ta' Kontra l-Estorsjoni u s-Sekwestru (Comando Nacional Antiextorsión y Secuestro (CONAS) bejn l-2014 u l-2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. |
27.9.2019 |
|
23. |
Rafael Antonio FRANCO QUINTERO |
Data tat-twelid:14 ta' Ottubru 1973 Numru tal-identità:V-11311672 Sess: raġel |
Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Kap tas-Sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta' Maiquetía. Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn l-2017 u Diċembru 2018. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
24. |
Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA |
Data tat-twelid:25 ta' Marzu 1981 Numru tal-identità:V-14970215 Sess: raġel |
Kap (Direttur) tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Speċjali (DAE) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Promoss għall-grad ta' logutenent kurunell tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana fl-1 ta' Lulju 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva li kkaġuna mewt u dannu, u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minnu stess u minn uffiċjali taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, u kien ukoll involut direttament f'din ir-repressjoni. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
25. |
Hannover Esteban GUERRERO MIJARES |
Data tat-twelid:14 ta' Jannar 1971 Sess: raġel |
Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn April 2019 u Awwissu 2019. Bħala Kap tal-Investigazzjonijiet huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f'Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b'mod partikolari f'Boleita. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
26. |
José Adelino ORNELAS FERREIRA Psewdonimu: José Adelino Ornella FERREIRA / José Adelino ORNELLAS FERREIRA |
Data tat-twelid:14 ta' Diċembru 1964 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-7087964 Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tad-Difiża mis-26 ta' Lulju 2019 u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant minn Settembru 2020. Eks kmandant tar-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali Nazzjonali (REDI Capital), eks Kap tal-Persunal u eks Viċi Kmandant tal-Kmand Operattiv u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (CEOFANB). F'dawn ir-rwoli huwa appoġġa u ffaċilita azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Venezwela li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż billi ostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja u bl-użu ta' forza eċċessiva minn uffiċjali tal-Forzi Armati Bolivarjani (FANB), u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu inkluż r-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali (REDI), iż-Żona ta' Operazzjonijiet tad-Difiża Integrali (ZODI) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
29.6.2020 |
|
27. |
Gladys del Valle REQUENA |
Data tat-twelid:9 ta' Novembru 1952 Post tat-twelid:Puerto Santo, Sucre, il-Venezwela Numru tal-identità:V-4114842 Sess: mara |
Membru u, mis-26 ta' Ottubru 2018, it-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta' mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta, hija dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz tal-iffirmar ta' digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
|
28. |
Tania Valentina DÍAZ GONZÁLEZ |
Data tat-twelid:18 ta' Ġunju 1963 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-6432672 Sess: mara |
Membru u, mill-4 ta' Jannar 2018, l-Ewwel Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta' mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta hi dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
|
29. |
Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO |
Data tat-twelid:4 ta' Awwissu 1963 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-7659695 Sess: raġel |
Kontrollur Ġenerali, mit-23 ta' Ottubru 2018, u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bit-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-"liġi kontra l-mibegħda", li tiġġustifika t-tneħħija ta' gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta' Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika. |
29.6.2020 |
|
30. |
Juan José MENDOZA JOVER |
Data tat-twelid:11 ta' Marzu 1969 Post tat-twelid:Trujillo, il-Venezwela Indirizz:Arnoldo Gabaldón, Candelaria, Edo. Trujillo Numru tal-identità:V-9499372 Sess: raġel |
It-Tieni Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) u President tal-Kamra Kostituzzjonali tat-TSJ mill-24 ta' Frar 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz ta' għadd ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji f'dawn l-aħħar sentejn li limitaw jew dgħajfu s-setgħat kostituzzjonali tal-korp leġiżlattiv elett demokratikament, l-Assemblea Nazzjonali. |
29.6.2020 |
|
31. |
Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE |
Data tat-twelid:20 ta' Frar 1971 Post tat-twelid:Caracas, Il-Venezwela Numru tal-identità:V-8714253 Sess: raġel |
Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (CONATEL) mis-7 ta' Awwissu 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi llimita serjament id-drittijiet tal-poplu Venezwelan għal-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. Huwa uża s-setgħat speċjali tal-CONATEL biex isikket il-kritika u d-dissidenti lejn ir-reġim billi mblokka, iffiltra u ostakola s-siti web tal-Internet u billi rrevoka l-liċenzji eżistenti għall-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u r-rifjut li jingħataw tali liċenzji ġodda. |
29.6.2020 |
|
32. |
Farik Karin MORA SALCEDO |
Numru tal-identità:V-8608523 Sess: raġel |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim'Istanza Speċjali tal-Venezwela b'uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta' Maduro. |
29.6.2020 |
|
33. |
Dinorah Yoselin BUSTAMANTE PUERTA |
Data tat-twelid:14 ta' Jannar 1975 Numru tal-identità:V-10002096 Sess: mara |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim'Istanza Speċjali tal-Venezwela, b'uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta' Maduro. |
29.6.2020 |
|
34. |
Luis Eduardo PARRA RIVERO |
Data tat-twelid:7 ta' Lulju 1978 Numru tal-identità:V-14211633 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Parra, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), Parra ntlaqa' minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
|
35. |
Franklyn Leonardo DUARTE |
Data tat-twelid:15 ta' Mejju 1977 Numru tal-identità:V-3304045 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Duarte, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
|
36. |
José Gregorio NORIEGA FIGUEROA |
Data tat-twelid:21 ta' Frar 1969 Numru tal-identità:V-8348784 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Maħtur b'mod illeġittimu bħala direttur tal-bord ad hoc tal-partit politiku Voluntad Popular. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Noriega, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. F'Lulju 2020, Noriega, megħjun mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)), ħa f'idejh b'mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit politiku Voluntad Popular, u b'hekk kompla jdgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela. |
29.6.2020 |
DEĊIŻJONIJIET
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1697
tat-12 ta’ Ottubru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza taħt il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, rigward id-Deċiżjoni Nru 0010 li tadotta l-Anness 3 għall-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (1) (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/719/UE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011. |
|
(2) |
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ftehim huwa li tittejjeb ir-relazzjoni ta’ kooperazzjoni li ilha teżisti bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili mad-dinja kollha u sabiex jitnaqqsu l-piżijiet ekonomiċi fuq l-industrija tal-avjazzjoni u l-operaturi tagħha minħabba sorveljanza regolatorja bla bżonn. |
|
(3) |
L-Emenda 1 (3) għall-Ftehim testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2.B tal-Ftehim biex jinkludi, fost affarijiet oħra, l-għoti tal-liċenzji u t-taħriġ tal-persunal, u ġie applikat proviżorjament sa mit-13 ta’ Diċembru 2017 f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/61 (4). |
|
(4) |
L-Artikolu 5 tal-Ftehim, kif emendat, jipprevedi l-iżvilupp ta’ Annessi ġodda għall-Ftehim dwar kwistjonijiet li huma parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Iż-żewġ Aġenti Tekniċi, fit-tifsira tal-Artikolu 1.F. tal-Ftehim, jiġifieri l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għall-Unjoni Ewropea (UE) u l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) għall-Istati Uniti tal-Amerika (Stati Uniti), ipproponew li l-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza jadotta Deċiżjoni biex jiġi żviluppat Anness 3 ġdid għall-Ftehim sabiex ikopri l-aċċettazzjoni reċiproka tas-sejbiet tal-konformità u tad-dokumentazzjoni, u l-forniment ta’ assistenza teknika rigward l-għoti tal-liċenzji u l-monitoraġġ tal-konformità tal-bdoti privati. |
|
(6) |
Permezz tal-konverżjoni ssimplifikata tal-liċenzji tal-bdoti privati u ta’ ċerti klassifikazzjonijiet tal-bdoti jkun hemm il-qafas biex jiġi żgurat li l-bdoti b’residenza fl-Unjoni jtajru l-inġenji tal-ajru abbażi tal-liċenzji/tal-klassifikazzjonijiet maħruġa skont ir-Regolamenti tal-UE li jkunu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE u li jżommu u jiżviluppaw il-kwalifiki tagħhom f’organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-UE. Barra minn hekk, din ser iġġib magħha benefiċċji prattiċi sinifikanti għal għadd kbir ta’ bdoti, b’residenza fl-Unjoni u fl-Istati Uniti, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sigurtà. |
|
(7) |
L-Artikolu 19.C tal-Ftehim jipprevedi li jidħlu fis-seħħ Annessi individwali permezz ta’ deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 3 tiegħu. |
|
(8) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2011/719/UE fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 0010 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza li tadotta l-Anness 3 dwar l-għoti ta’ liċenzji tal-Bdoti għall-Ftehim skont l-Artikoli 3.C.7 u l-Artikolu 19.C tiegħu. |
|
(9) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 0010 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza u fuq id-Dikjarazzjoni Konġunta, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza, skont l-Artikoli 3 u 19 tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (“il-Ftehim”) fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza li tadotta l-Anness 3 tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni Nru 0010 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza, u tad-Dikjarazzjoni Konġunta. (5)
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 291, 9.11.2011, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/719/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 291, 9.11.2011, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/61 tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ emenda għall-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 11, 16.1.2018, p. 1).
(5) Ara d-dokument ST 11004/19 fuq http://register.consilium.europa.eu.
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1698
tat-12 ta’ Ottubru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza taħt il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, rigward id-Deċiżjoni Nru 0011 li tadotta l-Anness 4 għall-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (1) (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/719/UE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011. |
|
(2) |
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Ftehim huwa li tittejjeb ir-relazzjoni ta’ kooperazzjoni li ilha teżisti bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili mad-dinja kollha u sabiex jitnaqqsu l-piżijiet ekonomiċi fuq l-industrija tal-avjazzjoni u l-operaturi tagħha minħabba sorveljanza regolatorja bla bżonn. |
|
(3) |
L-Emenda 1 (3) għall-Ftehim testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2.B tal-Ftehim biex jinkludi, fost affarijiet oħra, l-għoti tal-liċenzji u t-taħriġ tal-persunal, u ġie applikat proviżorjament sa mit-13 ta’ Diċembru 2017 f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/61 (4). |
|
(4) |
L-Artikolu 5 tal-Ftehim, kif emendat, jipprevedi l-iżvilupp ta’ Annessi ġodda għall-Ftehim dwar kwistjonijiet li huma parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Iż-żewġ Aġenti Tekniċi fit-tifsira tal-Artikolu 1.F. tal-Ftehim, jiġifieri l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għall-Unjoni Ewropea (UE) u l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) għall-Istati Uniti, ipproponew li l-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza jadotta Deċiżjoni biex jiġi żviluppat Anness 4 ġdid għall-Ftehim sabiex ikopri l-aċċettazzjoni reċiproka tas-sejbiet tal-konformità u tad-dokumentazzjoni għall-Apparati ta’ Taħriġ ta’ Simulazzjoni tat-Titjir (“FSTD”). |
|
(6) |
Bl-iżvilupp tal-Anness il-ġdid ser jiġi ġġenerat iffrankar għaż-żewġ Aġenti Tekniċi u, fl-istess ħin, ser jitnaqqsu l-ispejjeż għall-industrija (l-operaturi tal-FSTDs), u sussegwentement, it-trasportaturi bl-ajru ser igawdu minn aċċess ikbar għall-FSTDs għall-bdoti tagħhom. |
|
(7) |
L-Artikolu 19.C tal-Ftehim jipprevedi li jidħlu fis-seħħ Annessi li jkunu għadhom kemm ġew żviluppati permezz ta’ deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 3 tiegħu. |
|
(8) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2011/719/UE fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 0011 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza li tadotta l-Anness 4 dwar apparati ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir għall-Ftehim skont l-Artikolu 3.C.7 u 19.C tiegħu. |
|
(9) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 0011 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza u fuq id-Dikjarazzjoni Konġunta, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza, skont l-Artikoli 3 u 19 tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (“il-Ftehim”), fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza li tadotta l-Anness 4 għall-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni Nru 0011 tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza, u fuq il-firma tad-Dikjarazzjoni Konġunta. (5)
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Sorveljanza għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 291, 9.11.2011, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/719/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 291, 9.11.2011, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/61 tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ emenda għall-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 11, 16.1.2018, p. 1).
(5) Ara d-dokument ST 11009/19 fuq http://register.consilium.europa.eu.
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1699
tat-12 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/849 (2). |
|
(3) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-490/18 (3), Neda Industrial Group għandu jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 8).
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020, Neda Industrial Group vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-490/18, ECLI:EU:T:2020:318.
ANNESS
Fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK, Anness II, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“47. |
Neda Industrial Group”. |
|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1700
tat-12 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill, wara li qies il-kriżi politika, ekonomika, soċjali u umanitarja li għaddejja bħalissa fil-Venezwela u l-azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1893 (2) li ġeddet il-miżuri restrittivi fis-seħħ sal-14 ta’ Novembru 2020, inklużi d-deżinjazzjonijiet kollha. |
|
(3) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li semmiet li d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Venezwela u tal-Assemblea Kostitwenti mhux rikonoxxuta li titneħħa l-immunità parlamentari mogħtija kostituzzjonalment lil erba’ membri tal-Assemblea Nazzjonali kienet ksur serju tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, tal-istat tad-dritt u tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setgħat. Dik id-dikjarazzjoni għamlitha ċara li l-Unjoni ser tkompli ssegwi s-sitwazzjoni u indikat li l-Unjoni tinsab lesta li tuża l-istrumenti disponibbli tagħha biex tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi miżuri mmirati li ma jagħmlux ħsara lill-poplu Venezwelan. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Jannar 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li qalet li l-atti reċenti kontra l-uniku korp elett demokratikament fil-Venezwela, l-Assemblea Nazzjonali, u ħafna mill-Membri tagħha, inkluż il-President tal-Assemblea Nazzjonali, komplew jintensifikaw il-kriżi tal-Venezwela u li t-tentattivi biex jiġi mblukkat bil-forza proċess elettorali leġittimu għall-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020 u l-użu tal-forza kontra l-President tagħha u diversi leġiżlaturi biex jiġi impedut l-aċċess tagħhom għall-Assemblea Nazzjonali kienu kompletament inaċċettabbli. Dik id-dikjarazzjoni indikat ukoll li s-sessjoni ta’ votazzjoni li wasslet għall-hekk imsejħa elezzjoni ta’ Luis Parra ma kinitx leġittima għaliex ma rrispettatx il-proċeduri legali, u lanqas il-prinċipji kostituzzjonali demokratiċi, u li l-Membri tal-Assemblea Nazzjonali jridu jkunu jistgħu jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom kif ingħatalhom mill-poplu Venezwelan mingħajr ebda intimidazzjoni jew tpattija. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dawn l-atti u deċiżjonijiet serji li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, dik id-dikjarazzjoni ssottolinjat l-impenn tal-Unjoni li tibda l-ħidma biex tapplika miżuri mmirati kontra individwi involuti fil-ksur ta’ dawk il-prinċipji u drittijiet. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela, inkluża d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Venezwela tas-26 ta’ Mejju 2020 li rratifikat lil Luis Parra bħala President tal-Assemblea Nazzjonali. Dik id-dikjarazzjoni ssottolinjat li l-Unjoni tqis li s-sessjoni tal-votazzjoni li wasslet għall-hekk imsejħa elezzjoni ta’ Luis Parra ma kinitx leġittima, għaliex la rrispettat il-proċeduri legali u lanqas il-prinċipji kostituzzjonali demokratiċi. Hija qalet ukoll li l-aħħar żviluppi komplew aggravaw il-kriżi istituzzjonali u politika li ilha sejra fil-Venezwela u naqqsu l-ispazju demokratiku u kostituzzjonali fil-pajjiż. Dik id-dikjarazzjoni tenniet il-pożizzjoni tal-Unjoni li soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi tal-Venezwela tista’ tinkiseb biss permezz ta’ proċess politiku ġenwin u inklużiv, u ssottolinjat li l-Unjoni tirrifjuta kull tip ta’ vjolenza, inkluża kwalunkwe inkursjoni militari jew vjolenti fil-pajjiż. F’dan il-kuntest, l-Unjoni nnotat li l-ftehim reċenti bejn atturi nazzjonali dwar l-assistenza umanitarja huwa pass pożittiv u enfasizzat il-ħtieġa li n-naħat kollha jaħdmu flimkien u b’mod kostruttiv biex tittaffa t-tbatija drammatika tal-poplu Venezwelan li qed tiġi aggravata mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(6) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li ssottolinjat li elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali ħielsa u ġusti li jirrispettaw l-istandards internazzjonali huma kruċjali biex tingħeleb il-kriżi fil-Venezwela u li Kunsill Elettorali (CNE) indipendenti u bbilanċjat kif ukoll kundizzjonijiet ekwi li jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ partiti u kandidati politiċi huma s-sisien għal proċess elettorali kredibbli. Barra minn hekk, l-UE appellat lill-Gvern u lill-oppożizzjoni biex jidħlu f’negozjati sinifikattivi u inklużivi dwar il-kostituzzjoni tas-CNE u t-tneħħija tal-projbizzjonijiet fuq il-partiti tal-oppożizzjoni. |
|
(7) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2020, fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa fil-Venezwela, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/898 (3) li assoġġettat ħdax-il persuna għal miżuri restrittivi. |
|
(8) |
F’dan il-kuntest, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi fis-seħħ u kkonkluda li l-miżuri restrittivi, inklużi d-deżinjazzjonijiet kollha, jenħtieġ li jiġġeddu sal-14 ta’ Novembru 2021. Dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-popolazzjoni ġenerali u jistgħu jitreġġgħu lura fid-dawl tal-progress li jkun sar lejn ir-restawr tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. |
|
(9) |
Id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 ġew rieżaminati u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fir-rigward ta’ erbatax-il persuna jenħtieġ li tiġi aġġornata u jenħtieġ li jiġu kapitalizzati l-kunjomijiet tal-persuni elenkati kollha. |
|
(10) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta’ Novembru 2021.”; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 42).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/898 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 205I, 29.6.2020, p. 6).
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 6(1) u 7(1)
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Néstor Luis REVEROL TORRES |
Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964 Sess: raġel |
Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f’April 2019. Eks Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, ġie promoss għal Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana f’Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża t-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inklużi l-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu. |
22.1.2018 |
|
2. |
Gustavo Enrique GONZÁLEZ LÓPEZ |
Data tat-twelid: 2 ta’ Novembru 1960 Sess: raġel |
Maħtur mill-ġdid Kap tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta’ April 2019. Eks Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence għall-Uffiċċju tal-President mit-8 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ April 2019 u Kap tas-SEBIN sa Ottubru 2018. Bħala Kap tas-SEBIN, kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem (inklużi detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura) u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
|
3. |
Tibisay LUCENA RAMÍREZ |
Data tat-twelid: 26 ta’ April 1959 Sess: mara |
President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral jew CNE) minn April 2006 sa Ġunju 2020. L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa’ istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b’hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Nicolás Maduro f’Mejju 2018 permezz ta’ elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti. |
22.1.2018 |
|
4. |
Antonio José BENAVIDES TORRES |
Data tat-twelid: 13 ta’ Ġunju 1961 Sess: raġel |
Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta’ Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta’ dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
|
5. |
Maikel José MORENO PÉREZ |
Data tat-twelid: 12 ta’ Diċembru 1965 Sess: raġel |
President, u eks Viċi President, tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia). F’dawn ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali, inklużi l-ħatra tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni tal-bordijiet tat-tmexxija ta’ tliet partiti tal-oppożizzjoni f’Ġunju u Lulju 2020. |
22.1.2018 |
|
6. |
Tarek William SAAB HALABI |
Data tat-twelid: 10 ta’ Settembru 1963 Post tat-twelid: El Tigre, Stat ta’ Anzoátegui, Venezwela Sess: raġel |
Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F’dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta’ kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali. |
22.1.2018 |
|
7. |
Diosdado CABELLO RONDÓN |
Data tat-twelid: 15 ta’ April 1963 Sess: raġel |
President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili. |
22.1.2018 |
|
8. |
Tareck Zaidan EL-AISSAMI MADDAH |
Data tat-twelid: 12 ta’ Novembru 1974 Sess: raġel |
Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Enerġija Popolari taż-Żejt kif ukoll l-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks Viċi President tal-Venezwela b’sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), El-Aissami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inklużi detenzjonijiet arbitrarji, investigazzjonijiet motivati politikament, trattament inuman u degradanti, u tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluża l-projbizzjoni ta’ dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-“kmand anti-coup” tal-President Maduro li kellu fil-mira s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
25.6.2018 |
|
9. |
Sergio José RIVERO MARCANO |
Data tat-twelid: 8 ta’ Novembru 1964 Sess: raġel |
Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB), Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta’ Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta’ membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
25.6.2018 |
|
10. |
Jesús Rafael SUÁREZ CHOURIO |
Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962 Sess: raġel |
Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Kap Kmandant, eks Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inklużi l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili. |
25.6.2018 |
|
11. |
Iván HERNÁNDEZ DALA |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1966 Sess: raġel |
Kap tad-Direttorat Ġenerali ta’ Kontrospjunaġġ Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inklużi l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. |
25.6.2018 |
|
12. |
Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1969 Sess: mara |
Viċi President tal-Venezwela, eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inklużi l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku. |
25.6.2018 |
|
13. |
Elías José JAUA MILANO |
Data tat-twelid: 16 ta’ Diċembru 1969 Sess: raġel |
Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu ta’ tmexxija fl-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima. |
25.6.2018 |
|
14. |
Sandra OBLITAS RUZZA |
Data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1969 Sess: mara |
Rettur tal-Universidad Bolivariana de Venezuela. Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u eks President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
15. |
Freddy Alirio BERNAL ROSALES |
Data tat-twelid: 16 ta’ Ġunju 1962 Post tat-twelid: San Cristóbal, stat ta’ Táchira, Venezwela Sess: raġel |
Kap taċ-Ċentru ta’ Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta’ Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta’ Táchira jista’ jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista’ jinfluwenza l-ħatra ta’ mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta’ SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta’ SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja. |
25.6.2018 |
|
16. |
Katherine Nayarith HARRINGTON PADRÓN |
Data tat-twelid: 5 ta’ Diċembru 1971 Sess: mara |
Viċi Prosekutur Ġenerali (titolu tradott wkoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli li dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta’ Maduro. |
25.6.2018 |
|
17. |
Socorro Elizabeth HERNÁNDEZ HERNÁNDEZ |
Data tat-twelid: 11 ta’ Marzu 1952 Sess: mara |
Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) sat-12 ta’ Ġunju 2020 u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b’rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta’ postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017. |
25.6.2018 |
|
18. |
Xavier Antonio MORENO REYES |
Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F’dan ir-rwol responsabbli li approva d-deċiżjonijiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
19. |
Néstor Neptali BLANCO HURTADO |
Data tat-twelid: 26 ta’ Settembru 1982 Numru tal-identità: V‐15222057 Sess: raġel |
Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM. |
27.9.2019 |
|
20. |
Rafael Ramón BLANCO MARRERO |
Data tat-twelid: 28 ta’ Frar 1968 Numru tal-identità: V-6250588 Sess: raġel |
Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2018 ’l hawn u Ġeneral ta’ Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Venezwelana Bolivarjana mill-5 ta’ Lulju 2019 ’l hawn. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Marbut mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
21. |
Carlos Alberto CALDERÓN CHIRINOS |
Numru tal-identità: V‐10352300 Sess: raġel |
Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B’mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta’ tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f’El Helicoide, ħabs tas-SEBIN. |
27.9.2019 |
|
22. |
Alexis Enrique ESCALONA MARRERO |
Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1962 Sess: raġel |
Kap responsabbli għall-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Finanzjament ta’ Terroristi (ONDOFT) minn Jannar 2018 sa Mejju 2019. Kmandant Nazzjonali tal-Kmand Nazzjonali ta’ Kontra l-Estorsjoni u s-Sekwestru (Comando Nacional Antiextorsión y Secuestro (CONAS) bejn l-2014 u l-2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. |
27.9.2019 |
|
23. |
Rafael Antonio FRANCO QUINTERO |
Data tat-twelid: 14 ta’ Ottubru 1973 Numru tal-identità: V-11311672 Sess: raġel |
Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Kap tas-Sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Maiquetía. Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn l-2017 u Diċembru 2018. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
24. |
Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA |
Data tat-twelid: 25 ta’ Marzu 1981 Numru tal-identità: V-14970215 Sess: raġel |
Kap (Direttur) tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Speċjali (DAE) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Promoss għall-grad ta’ logutenent kurunell tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana fl-1 ta’ Lulju 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva li kkaġuna mewt u dannu, u maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minnu stess u minn uffiċjali taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, u kien ukoll involut direttament f’din ir-repressjoni. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
25. |
Hannover Esteban GUERRERO MIJARES |
Data tat-twelid: 14 ta’ Jannar 1971 Sess: raġel |
Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn April 2019 u Awwissu 2019. Bħala Kap tal-Investigazzjonijiet huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f’Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari f’Boleita. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
26. |
José Adelino ORNELAS FERREIRA Psewdonimu: José Adelino Ornella FERREIRA/José Adelino ORNELLAS FERREIRA |
Data tat-twelid: 14 ta’ Diċembru 1964 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-7087964 Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tad-Difiża mis-26 ta’ Lulju 2019 u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant minn Settembru 2020. Eks kmandant tar-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali Nazzjonali (REDI Capital), eks Kap tal-Persunal u eks Viċi Kmandant tal-Kmand Operattiv u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (CEOFANB). F’dawn ir-rwoli huwa appoġġa u ffaċilita azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Venezwela li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż billi ostakola l-għoti ta’ għajnuna umanitarja u bl-użu ta’ forza eċċessiva minn uffiċjali tal-Forzi Armati Bolivarjani (FANB), u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu inkluż r-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali (REDI), iż-Żona ta’ Operazzjonijiet tad-Difiża Integrali (ZODI) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
29.6.2020 |
|
27. |
Gladys del Valle REQUENA |
Data tat-twelid: 9 ta’ Novembru 1952 Post tat-twelid: Puerto Santo, Sucre, il-Venezwela Numru tal-identità: V-4114842 Sess: mara |
Membru u, mis-26 ta’ Ottubru 2018, it-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta’ mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta, hija dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz tal-iffirmar ta’ digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
|
28. |
Tania Valentina DÍAZ GONZÁLEZ |
Data tat-twelid: 18 ta’ Ġunju 1963 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-6432672 Sess: mara |
Membru u, mill-4 ta’ Jannar 2018, l-Ewwel Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta’ mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta hi dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
|
29. |
Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO |
Data tat-twelid: 4 ta’ Awwissu 1963 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-7659695 Sess: raġel |
Kontrollur Ġenerali, mit-23 ta’ Ottubru 2018, u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bit-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-“liġi kontra l-mibegħda”, li tiġġustifika t-tneħħija ta’ gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta’ Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika. |
29.6.2020 |
|
30. |
Juan José MENDOZA JOVER |
Data tat-twelid: 11 ta’ Marzu 1969 Post tat-twelid: Trujillo, il-Venezwela Indirizz: Arnoldo Gabaldón, Candelaria, Edo. Trujillo Numru tal-identità: V-9499372 Sess: raġel |
It-Tieni Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) u President tal-Kamra Kostituzzjonali tat-TSJ mill-24 ta’ Frar 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji f’dawn l-aħħar sentejn li limitaw jew dgħajfu s-setgħat kostituzzjonali tal-korp leġiżlattiv elett demokratikament, l-Assemblea Nazzjonali. |
29.6.2020 |
|
31. |
Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE |
Data tat-twelid: 20 ta’ Frar 1971 Post tat-twelid: Caracas, Il-Venezwela Numru tal-identità: V-8714253 Sess: raġel |
Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (CONATEL) mis-7 ta’ Awwissu 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi llimita serjament id-drittijiet tal-poplu Venezwelan għal-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. Huwa uża s-setgħat speċjali tal-CONATEL biex isikket il-kritika u d-dissidenti lejn ir-reġim billi mblokka, iffiltra u ostakola s-siti web tal-Internet u billi rrevoka l-liċenzji eżistenti għall-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u r-rifjut li jingħataw tali liċenzji ġodda. |
29.6.2020 |
|
32. |
Farik Karin MORA SALCEDO |
Numru tal-identità: V-8608523 Sess: raġel |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza Speċjali tal-Venezwela b’uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta’ Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta’ Maduro. |
29.6.2020 |
|
33. |
Dinorah Yoselin BUSTAMANTE PUERTA |
Data tat-twelid: 14 ta’ Jannar 1975 Numru tal-identità: V-10002096 Sess: mara |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim’Istanza Speċjali tal-Venezwela, b’uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta’ Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta’ Maduro. |
29.6.2020 |
|
34. |
Luis Eduardo PARRA RIVERO |
Data tat-twelid: 7 ta’ Lulju 1978 Numru tal-identità: V-14211633 Sess: raġel |
Membru u elett b’mod illeġittimu President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-President tal-Assemblea Nazzjonali, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Parra, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), Parra ntlaqa’ minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
|
35. |
Franklyn Leonardo DUARTE |
Data tat-twelid: 15 ta’ Mejju 1977 Numru tal-identità: V-3304045 Sess: raġel |
Membru u elett b’mod illeġittimu l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Duarte, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
|
36. |
José Gregorio NORIEGA FIGUEROA |
Data tat-twelid: 21 ta’ Frar 1969 Numru tal-identità: V-8348784 Sess: raġel |
Membru u elett b’mod illeġittimu t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Maħtur b’mod illeġittimu bħala direttur tal-bord ad hoc tal-partit politiku Voluntad Popular. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Noriega, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. F’Lulju 2020, Noriega, megħjun mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)), ħa f’idejh b’mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit politiku Voluntad Popular, u b’hekk kompla jdgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela. |
29.6.2020 |