|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
III Atti oħrajn |
Paġna |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 103/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1607]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/949 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni għall-bhejjem tal-fart u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 141 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004):
|
|
2. |
Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 153 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1843):
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/949 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 104/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1608]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2173 tal-20 ta’ Novembru 2017 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-programm ta’ kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky għar-reġjun tal-Lombardia fl-Italja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32017 D 2173: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2173 tal-20 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 26).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2173 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 306, 22.11.2017, p. 26.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 105/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1609]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1972 tat-30 ta’ Ottubru 2017 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' programm ta' sorveljanza għall-mard ta' tnewwin kroniku fiċ-ċervidi fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja u fl-Iżvezja u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE (1) (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 14). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1972 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE (2) li hi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:
|
|
(2) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fit-test tal-adattament mal-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:
|
|
(3) |
It-test tal-punt 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE) fil-Parti 7.2 jitħassar; |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1972 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 281, 31.10.2017, p. 14.
(2) ĠU L 84, 24.3.2007, p. 373.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 106/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1610]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/128 tal-25 ta’ Jannar 2018 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/504 li jimplimenta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40d (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504) tal-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32018 R 0128: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/128 tal-25 ta’ Jannar 2018 (ĠU L 22, 26.1.2018, p. 16).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/128 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 22, 26.1.2018, p. 16.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 107/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1611]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/133 tal-24 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 15zl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32018 D 0133: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/133 tal-24 ta’ Jannar 2018 (ĠU L 22, 26.1.2018, p. 36), kif ikkoreġut minn ĠU L 38, 10.2.2017, p. 42.” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2018/133, kif ikkoreġut mill-ĠU L 38, 10.2.2018, p. 42, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 22, 26.1.2018, p. 36.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 108/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1612]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-8 ta' Marzu 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glisofat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
|
(2) |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzzzk (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2091):
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 333, 15.12.2017, p. 10.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 109/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1613]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/214 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward iż-żieda tat-trab tal-aluminju mal-lista ta’ prekursuri tal-isplużivi fl-Anness II (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/215 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward iż-żieda tan-nitrat tal-manjeżju eżaidratta mal-lista ta’ prekursuri tal-isplużivi fl-Anness II (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/216 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward iż-żieda tat-trab tal-manjeżju mal-lista ta’ prekursuri tal-isplużivi fl-Anness II (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zzq (ir-Regolament (KE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV: “, kif emendata bi:
|
|
(2) |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6 (ir-Regolament (KE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIX: “, kif emendata bi:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2017/214, (UE) 2017/215 u (UE) 2017/216 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 110/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1614]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/773 tal-15 ta’ Mejju 2018 dwar id-disinn, il-kostruzzjoni u l-prestazzjoni u l-istandards tal-ittestjar għat-tagħmir tal-baħar u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/306 tas-6 ta’ Frar 2017 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/773 iħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/306 li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 3 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/306) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ 32018 R 0773: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/773 tal-15 ta’ Mejju 2018 dwar id-disinn, il-kostruzzjoni u l-prestazzjoni u l-istandards tal-ittestjar għat-tagħmir tal-baħar u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/306 tas-6 ta’ Frar 2019 (ĠU L 133, 30.5.2018, p. 1).”
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/773 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 133, 30.5.2018, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 111/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1615]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/165 tal-31 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2017 sat-30 ta’ Marzu 2018 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (1) għandu jiġu inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1x (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1976) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“1y. |
32018 R 0165: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/165 tal-31 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b'dati ta' referenza mill-31 ta' Diċembru 2017 sat-30 ta' Marzu 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (ĠU L 31, 3.2.2017, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/165 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 114/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1616]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni UE 2016/1106 tas-7 ta’ Lulju 2016 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32016 L 1106: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/1106 tas-7 ta’ Lulju 2016 (ĠU L 183, 8.7.2015, p. 59).” |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva (UE) 2016/1106 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 183, 8.7.2016, p. 59.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1617]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/837 tas-17 ta' Mejju 2017 li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-lingwa Pollakka u dik Svediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32017 R 0837: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/837 tas-17 ta' Mejju 2017 (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/837 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 3.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 116/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1618]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394 tat-13 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ operazzjonijiet bl-ajru għall-blalen tal-arja (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66nj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2018/394 u (UE) 2018/395 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(2) ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 117/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1619]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401 tal-14 ta’ Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-runways (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 66nh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendata bi:
|
— |
32018 R 0401: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401 tal-14 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2018/401 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 118/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1620]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/835 tat-12 ta' Mejju 2017 li jikkoreġi l-verżjonijiet tal-lingwa Slovena u tal-lingwa Żvediża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 ( (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66wk (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32017 R 0835: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/835 tat-12 ta’ Mejju 2017 (ĠU L 124, 17.5.2019, p. 35).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/835 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, ladarba jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 124, 17.5.2017, p. 35).
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 119/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1621]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ġiet estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 208/2017 biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża li hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Istati tal-EFTA jkomplu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2017” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2017 u 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 120/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1622]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafi 5 u 13 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “u 2017” jiġi sostitwit bil-kliem “, 2017 u 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 121/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2020/1623]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji. |
|
(2) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 7(11) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “u 2017” huma sostitwiti bil-kliem “, 2017 u 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
5.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 368/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 122/2018
tal-31 ta’ Mejju 2018
li temenda l-Protokoll 47 (dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2020/1624]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2281 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2017 f'ċerti reġjuni tal-vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni kollha tal-vitikultura tad-Danimarka, in-Netherlands u l-Isvezja (1), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll Nru 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Il-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 15 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2147) tal-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“16. |
32017 R 2281: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2281 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2017 f'ċerti reġjuni tal-vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni kollha tal-vitikultura kollha tad-Danimarka, in-Netherlands u l-Isvezja (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 17).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2281 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 328, 12.12.2017, p. 17.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.