|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
26.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1555
tat-22 ta’ Ottubru 2020
li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mir-Repubblika tal-Latvja,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2020. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (2). Siġġu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għar-Repubblika tal-Latvja kien baqa’ vakanti u kien jeħtieġ li jimtela’ b’deċiżjoni ta’ ħatra sussegwenti, li tapplika b’mod retroattiv mill-21 ta’ Settembru 2020. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Settembru 2020, ir-Repubblika tal-Latvja kkonfermat in-nomina tas-Sa Katrīna LEITĀNE għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodumill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, sabiex tikkompleta l-lista tal-membri tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Katrīna LEITĀNE, Representative of the National Youth Council of Latvia, hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2020.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
|
26.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1556
tat-23 ta’ Ottubru 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2021. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2021. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SCHULZE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).