ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 346

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
20 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1518 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1519 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1520 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1521 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1522 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtarju l-bandier tal-Belġju

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1523 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 8a u 8b minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1524 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1525 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 7008)  ( 1 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1518

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-lingwata komuni li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żoni 7h, 7j u 7k, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-lingwata komuni fiż-żoni 7h, 7j u 7k imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

18/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/7HJK.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

7h, 7j u 7k

Data tal-għeluq

25.9.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1519

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-barbun tat-tbajja’ li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żoni 7h, 7j u 7k, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

19/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

7h, 7j u 7k

Data tal-għeluq

25.9.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1520

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-barbun tat-tbajja’ li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żoni 7h, 7j u 7k, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għal Franza għall-istokk tal-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7h, 7j u 7k msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

28/TQ123

Stat Membru

Franza

Stokk

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

7h, 7j u 7k

Data tal-għeluq

29.9.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1521

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-pollakkju li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-pollakkju fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

25/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

POL/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-POL/07.)

Speċi

Pollakkju (Pollachius pollachius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

1.10.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1522

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtarju l-bandier tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-merluzz li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-merluzz fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

22/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

HKE/8ABDE. inkluż il-kondizzjoni speċjali għall-HKE/*57-14

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

1.10.2020

 

Nru

23/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

HKE/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-HKE/571214)

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

1.10.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1523

tal-15 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 8a u 8b minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-lingwata komuni li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żoni 8a u 8b, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-lingwata komuni fiż-żoni 8a u 8b msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

20/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

8a u 8b

Data tal-għeluq

1.10.2020


20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1524

tad-19 ta’ Ottubru 2020

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerta karta termali tqila (“HWTP” jew “il-prodott ikkonċernat”) li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. In-Notifika ta’ Bidu (“NoI”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment li ġie ppreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Termali (l-ilmentatur) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali ta’ HWTP fl-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali riżultanti li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Billi l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku ma kinux issodisfati, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma ġewx soġġetti għar-reġistrazzjoni. L-ebda parti ma kkummentat dwar dan il-punt.

1.3.   Miżuri provviżorji

(4)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-6 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. Waslu kummenti mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produttur esportatur li kkoopera.

(5)

Fis-27 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ HWTP li toriġina mill-Korea permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/705 (3) (“ir-Regolament proviżorju”).

1.4.   Proċedura sussegwenti

(6)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (id-“divulgazzjoni provviżorja”), l-ilmentatur u l-produttur esportatur li kkoopera għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li fihom esprimew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji.

(7)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti mal-ilmentatur u mal-produttur esportatur li kkoopera. Barra minn hekk, wara t-talba tal-produttur esportatur li kkoopera, saret seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Smigħ li saru matul din is-seduta ta’ smigħ huma riflessi f’dan ir-Regolament. Tul ix-xahar ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni bagħtet tliet divulgazzjonijiet addizzjonali lill-produttur esportatur li kien fihom aktar dettalji dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bi prezz imwaqqa’.

(8)

Meta waslet għall-konklużjonijiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha fejn kien xieraq.

(9)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. Il-Kummissjoni kkontroverifikat it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-uniku importatur mhux relatat li kkoopera, Ritrama SpA, f’telefonata mal-kumpanija.

(10)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerta karta termali tqila (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Waslu kummenti kemm mill-produtturi esportaturi li jikkooperaw kif ukoll mill-ilmentatur.

(11)

Wara l-kummenti tal-produttur esportatur, il-Kummissjoni pprovdiet lil Hansol b’divulgazzjoni addizzjonali dwar il-kalkolu tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari, li għalihom Hansol ippreżenta kummenti.

(12)

Il-produttur esportatur ingħata smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni.

(13)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u ġew ikkunsidrati fejn xieraq f’dan ir-Regolament.

1.5.   Kampjunar

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi minn (7) sa (13) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

1.6.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu li qed jiġi kkunsidrat

(15)

Kif iddikjarat fil-premessa (19) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”) u l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(16)

Il-produttur esportatur li kkoopera allega li l-Kummissjoni kienet iddevjat mill-prattika stabbilita tagħha u ddikjara li l-perjodu ta’ investigazzjoni jenħtieġ li jintemm fit-30 ta’ Settembru 2019, jiġifieri data eqreb lejn id-data tal-bidu. Skont il-produttur esportatur li kkoopera, il-PI magħżul mill-Kummissjoni ma ppermettiex li jitqiesu żviluppi reċenti bħall-fużjoni ta’ żewġ produtturi tal-UE fil-kampjun f’Marzu 2019, it-tnaqqis allegat fil-kostijiet tal-materja prima minn nofs l-2019 u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni qalbet għall-HWTP ħielsa mill-BPA biss f’nofs l-2019. Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. Il-Kummissjoni tgawdi d-diskrezzjoni f’din l-għażla, sakemm tkun konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku li jistabbilixxi li perjodu ta’ investigazzjoni għandu, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċedimenti, li huwa l-każ f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, Hansol ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li dawn l-iżviluppi kien se jkollhom impatt fuq l-analiżi tad-dannu jew tal-kawżalità u fi kwalunkwe każ, kemm il-kost tal-materja prima kif ukoll il-kwistjoni tal-provvisti ħielsa mill-BPA ġew ikkunsidrati fir-regolament proviżorju taħt il-premessi minn (103) sa (110) u minn (111) sa (115) rispettivament.

(17)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn rigward il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa (19) tar-Regolament proviżorju kienet ikkonfermata.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(18)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (20) sa (22) tar-Regolament proviżorju.

2.2.   Prodott simili

(19)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-prodott simili, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (23) sa (24) tar-Regolament proviżorju.

3.   DUMPING

3.1.   Valur normali

(20)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-valur normali, il-premessi minn (25) sa (35) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(21)

Id-dettalji għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni huma stabbiliti fil-premessi minn (36) sa (39) tar-Regolament proviżorju.

(22)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment fir-rigward tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni fil-każ tal-bejgħ dirett minn Hansol lil klijenti indipendenti. Il-prezz tal-esportazzjoni għal dak il-bejgħ, stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, huwa għalhekk ikkonfermat.

(23)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Hansol ikkontestat żewġ elementi fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat minn Hansol lill-Unjoni permezz ta’ Hansol Europe B.V., li aġixxiet bħala importatur. Skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, dawn il-prezzijiet ġew stabbiliti abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti, aġġustat lura għal prezz mill-fabbrika bit-tnaqqis, fost oħrajn, tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u dawk amministrattivi (“SG&A”) rilevanti tal-parti relatata u ammont raġonevoli ta’ profitt.

(24)

L-ewwel nett, Hansol sostniet li l-Kummissjoni kellha talloka ċerti elementi ta’ kost SG&A ta’ Hansol Europe BV b’mod differenti lill-prodott ikkonċernat. Wara d-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni reġgħet eżaminat l-informazzjoni verifikata f’dan ir-rigward u aċċettat id-dikjarazzjoni, u biddlet il-metodu ta’ allokazzjoni.

(25)

Barra minn hekk, Hansol iddikjarat li l-marġni ta’ profitt użat mill-Kummissjoni ma kienx dak ta’ importatur tal-prodott ikkonċernat iżda ta’ utent, u li għalhekk ma kienx xieraq li jintuża għal dan l-iskop. Hansol sostniet li l-Kummissjoni, minflok, jenħtieġ li tmur lura għar-rata ta’ profitt tal-importatur mhux relatat li ntużat fl-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea (4). Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-kumpanija kkonċernata biex tanalizza d-dikjarazzjoni ta’ Hansol. Il-kumpanija kkonċernata, li kienet l-unika parti li kienet ikkompletat il-kwestjonarju tal-importaturi f’din l-investigazzjoni, ikkonfermat li kienet tabilħaqq pjuttost utent, li kien qed jikkonverti l-HWTP fi prodott downstream, aktar milli importatur tal-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ta’ Hansol ġiet aċċettata. Għalhekk fin-nuqqas ta’ data alternattiva fil-fajl, il-Kummissjoni ssostitwiet il-marġni ta’ profitt użat b’mod proviżorju bil-marġni ta’ profitt użat fil-każ tal-karta termali ħafifa msemmija qabel.

3.3.   Tqabbil

(26)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi (40) u (41) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(27)

Kif spjegat fil-premessi minn (22) sa (24) hawn fuq, wara dikjarazzjonijiet li ġew aċċettati mill-Kummissjoni, ċerti elementi tal-prezz tal-esportazzjoni ġew riveduti.

(28)

Għaldaqstant, il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Hansol Paper Co., Ltd

15,8 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

15,8 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(29)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-Taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (47) u (48) tar-Regolament proviżorju.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(30)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (49) sa (51) tar-Regolament proviżorju.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(31)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-produttur esportatur għamel għadd ta’ kummenti dwar is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni relatati mal-analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet, u b’mod aktar speċifiku dwar it-tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-UE u l-prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping.

(32)

L-ewwel nett, Hansol ikkontestat il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tiżgura tqabbil ġust bejn it-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni u t-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kienet identifikat karatteristiċi bażiċi differenti, li ġew komunikati lill-partijiet interessati fil-kwestjonarji ppubblikati fuq is-sit web tad-DĠ TRADE fid-data tal-bidu. Fost l-elementi differenti, il-Kummissjoni identifikat l-“hekk imsejjaħ” piż superfiċjali tal-prodott, espress fi grammi (sħaħ) għal kull metru kwadru (“il-grammatura”), bħala wieħed minn dawn il-karatteristiċi bażiċi.

(33)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, kull tip ta’ prodott imbagħad ġie attribwit Numru ta’ Kontroll tal-Prodott speċifiku (Product Control Number, “PCN”) skont il-karatteristiċi bażiċi speċifiċi tiegħu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat livell rappreżentattiv ta’ tqabbil bejn l-HWTP esportata u l-HWTP mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni aġġustat l-istruttura oriġinali tal-PCN billi għaqdet flimkien grammaturi f’diversi meded. Dawn il-meded setgħu jvarjaw, pereżempju, minn 66 għal 68 gramma, jew minn 73 għal 76 gramma.

(34)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-produttur esportatur li kkoopera oppona għal dan l-approċċ għal tliet raġunijiet:

Il-produtturi jiddefinixxu l-mudelli tal-HWTP fuq bażi ta’ gramma bi gramma u kwalunkwe differenza fil-grammatura tista’ taffettwa l-prezz;

il-metodu ta’ tqabbil użat jikser l-obbligi tad-WTO (5), biex jitqabblu prodotti simili għat-tqabbil tal-prezzijiet;

il-Kummissjoni tkun marbuta li ssegwi struttura ta’ PCN definita fi stadju tal-bidu ta’ investigazzjoni anti-dumping. Barra minn hekk, ir-raggruppamenti ma ġewx spjegati b’mod adegwat u ma kinux iġġustifikati. It-tolleranza fil-piż superfiċjali użata mill-Kummissjoni għar-raggruppament tal-PCNs ma kinitx f’lokha u kienet irrelevanti minħabba li normalment il-fatturi tal-bejgħ jispeċifikaw il-grammatura.

(35)

Dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux. Fil-każ attwali, il-prezzijiet għal kull unità nħadmu skont il-piż (tunnellati), u għalhekk l-effett tal-grammatura fuq il-prezzijiet u fuq il-kostijiet kien diġà tqies bil-metodu ta’ kalkolu magħżul mill-Kummissjoni.

(36)

Barra minn hekk, kemm l-Artikolu 2 u b’mod partikolari l-Artikolu 2.6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping u l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku jeħtieġu t-tqabbil ta’ prodotti simili, iżda ma jiddefinixxux metodoloġija speċifika għal dan it-tqabbil. F’investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ hija prattika stabbilita tal-Kummissjoni li tuża l-PCNs sabiex tidentifika karatteristiċi bażiċi differenti fil-bidu ta’ investigazzjoni, iżda l-Kummissjoni mhijiex marbuta bihom u tista’ tiddeċiedi li timmodifika l-istruttura tal-PCN matul l-investigazzjoni sakemm din tiżgura tqabbil ġust. F’dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni qieset li r-raggruppament tal-PCNs kien neċessarju biex ikun hemm livell rappreżentattiv ta’ tqabbil bejn l-HWTP esportata u l-HWTP mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni u b’hekk jiġi żgurat tqabbil ġust, u li r-raggruppament huwa adegwat peress li l-industrija nnifisha – kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-Korea – topera b’ċerti tolleranzi, jiġifieri devjazzjoni ta’ bejn 5 u 10 grammi mill-grammatura standard. Fid-dawl ta’ dan, ir-raggruppamenti applikati mill-Kummissjoni, kif spjegat fil-premessa (31), għalhekk segwew approċċ konservattiv.

(37)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol talbet kjarifika dwar jekk il-bejgħ li ntuża għad-determinazzjoni tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz kienx jinkludi l-prodott miksi minn fuq ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(38)

Għall-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni qabblet il-bejgħ fl-Unjoni tal-produttur esportatur mal-bejgħ tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, kif żvelat lill-Hansol u lill-ilmentatur. F’dan il-kalkolu, il-Kummissjoni ma għamlitx differenzjazzjoni bejn it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tabilħaqq, peress li t-taħlita ta’ prodotti mibjugħa minn dawn it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun hija differenti, ċerti tipi ta’ prodotti mibjugħa minn Hansol ma setgħux jiġu mqabbla mat-tliet kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-Kummissjoni ma tistax tispeċifika aktar liema produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biegħu liema tipi ta’ prodotti. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkonfermat li qabblet l-esportazzjonijiet ta’ Hansol ta’ tipi ta’ prodotti miksija minn fuq ma’ tipi ta’ prodotti miksija minn fuq mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni.

(39)

It-tieni, il-produttur esportatur ikkontesta l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Fil-kalkoli tagħha, il-Kummissjoni aġġustat il-valuri tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol fejn xieraq, għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni u għad-dazju doganali. 1 % tal-valur CIF tqies raġonevoli biex ikopri l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, jiġifieri l-kost għall-maniġġ, il-ħlasijiet portwali u t-tariffi għall-iżdoganar tal-merkanzija. Hansol ma qablitx ma’ dan u argumentat li l-Kummissjoni ma kkalkulatx il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni bħala 1 % tal-valur CIF ta’ Hansol, iżda bħala 1 % tal-“Valur CIF tal-Esportazzjoni fil-fruntiera tal-UE” ta’ Hansol. Hansol talbet li l-Kummissjoni tikkalkula l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni bħala 1 % tal-valur CIF tagħha.

(40)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni. Il-“Valur CIF tal-Esportazzjoni fil-fruntiera tal-UE” ta’ Hansol huwa bbażat fuq il-prezz tal-esportazzjoni ta’ Hansol li jinkludi l-aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ permezz tan-negozjant relatat tagħha. Il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni jridu jiżdiedu jew jiġu applikati ma’ dan il-prezz biex wieħed jasal għal prezz tal-esportazzjoni “wara l-iżbark” fil-fruntiera tal-UE li huwa komparabbli mal-prezz tal-industrija tal-UE u l-prezz fil-mira. Dan it-tqabbil imbagħad jiġi espress bħala perċentwal tal-valur CIF iddikjarat minn Hansol fil-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz minħabba li kwalunkwe dazju anti-dumping sussegwenti jiġi applikat ukoll fuq tali valuri CIF effettivi fil-fruntiera tal-Unjoni.

(41)

Madankollu, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni abbażi tad-data effettiva ta’ Hansol minflok ma użat il-1 %. Fuq din il-bażi, il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni laħqu livell ta’ madwar [3-6] EUR/tunnellata. Peress li dan l-ammont huwa bbażat fuq għadd limitat ta’ fatturi, il-Kummissjoni reġgħet ikkontroverifikat dan l-ammont mas-sejbiet użati fl-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea. Peress li ż-żewġ ammonti huma fl-istess medda, il-Kummissjoni qieset li l-użu tad-data ta’ Hansol għal din l-investigazzjoni kien xieraq.

(42)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol sostniet li l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, kif ikkalkulati mill-Kummissjoni, kienu sottovalutati u kellhom jinkludu mhux biss il-kostijiet għall-iżdoganar, iżda wkoll il-kostijiet għall-immaniġġar, il-ħżin u l-ispejjeż dokumentarji mġarrba fil-port tad-dħul. Hija pprovdiet kalkolu alternattiv, li rriżulta f’kost ta’ wara l-importazzjoni li jtvarja bejn 10 u 40 EUR għal kull tunnellata.

(43)

Il-kalkolu pprovdut minn Hansol wara d-divulgazzjoni finali kien jinkludi kostijiet oħra għajr dawk li l-Kummissjoni kienet użat, bħal ħżin, ħażna doganali, u kostijiet amministrattivi. Id-dikjarazzjoni ta’ Hansol li dawn il-kostijiet addizzjonali jenħtieġ li jaqgħu taħt il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-proċess ta’ bejgħ tagħha, u mhux taħt servizzi standard ipprovduti wara l-importazzjoni tal-merkanzija, mhijiex sostanzjata b’evidenza fil-fajl u ma tistax tiġi verifikata fid-dawl tal-istadju tard tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tilqax din il-pretensjoni.

(44)

Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur ikkontesta li l-aġġustament li sar skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni jista’ jintuża għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz (u tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu), billi bbaża ruħu fuq is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-383/17 (6).

(45)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni. L-ewwel nett, din is-Sentenza qiegħda taħt appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. (7) Għalhekk, il-konklużjonijiet tas-Sentenza dwar il-kwistjoni soġġetta għall-allegazzjoni magħmula minn Hansol mhumiex finali.

(46)

It-tieni, f’dak li għandu x’jaqsam mat-twaqqigħ tal-prezz, ir-Regolament bażiku ma jipprovdix metodoloġija speċifika għal dawn il-kalkoli. Il-Kummissjoni għalhekk tgawdi minn marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni fil-valutazzjoni ta’ dan il-fattur ta’ dannu. Dik id-diskrezzjoni hija limitata mill-ħtieġa li l-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza pożittiva u li jsir eżami oġġettiv, kif mitlub mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista’ sseħħ) il-kompetizzjoni ma’ produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex fil-prinċipju dik il-kumpanija għandha l-għażla li tixtri mill-industrija tal-Unjoni jew minn klijenti barranin. Tabilħaqq, ladarba l-produttur esportatur ikun stabbilixxa s-sistema tiegħu ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni, ikun diġà ddeċieda li s-sors tal-merkanzija tiegħu se jkun minn barra l-pajjiż. Għalhekk, il-punt ta’ tqabbil jenħtieġ li jkun eżatt wara li l-oġġett jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereżempju meta jinbiegħ lill-utent finali tal-prodott. Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f’każijiet li fihom produttur esportatur ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk ikun importatur kif ukoll jekk ikun utent finali) minħabba li, bħala regola, f’dan ix-xenarju ma jintużawx il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid. Approċċ differenti jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi bbażata biss fuq il-kanal tal-bejgħ li jużaw.

(48)

F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni għal ċertu bejgħ b’esportazzjoni ma jistax jitqies b’valur nominali minħabba li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit prezz tal-importazzjoni affidabbli fuq bażi distakkata, dan il-prezz irid jinbena bl-użu tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti bħala l-punt ta’ tluq. Sabiex issir din ir-rikostruzzjoni, ir-regoli dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku huma pertinenti, u huma applikati b’analoġija, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għall-finijiet ta’ dumping. L-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li huwa kompletament komparabbli mal-prezz li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ li jsir lil klijenti mhux relatati u komparabbli wkoll mal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(49)

Għalhekk, sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust, hemm bżonn li l-kostijiet SG&A u l-profitt jitnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati magħmula mill-importatur relatat sabiex wieħed jasal għal prezz affidabbli.

(50)

Il-Kummissjoni nnotat wkoll li f’dan il-każ partikolari l-maġġoranza tal-bejgħ kemm min-naħa tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll min-naħa tal-produtturi esportaturi jsir direttament (jiġifieri mingħajr negozjanti jew importaturi). Dan il-bejgħ dirett kien jirrappreżenta aktar minn 96 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u kważi 70 % tal-bejgħ tal-produttur esportatur.

(51)

Filwaqt li l-Kummissjoni tibqa’ ssostni r-raġunament deskritt hawn fuq, għall-fini ta’ kompletezza l-Kummissjoni qieset metodoloġiji alternattivi għall-kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(52)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset il-ħtieġa li jiġi kkalkulat marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tip ta’ klijent aħħari, sabiex tiġi riflessa kwalunkwe differenza fil-livell ta’ kummerċ bejn l-industrija tal-Unjoni u t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ Koreani. Madankollu, f’dan ir-rigward ġie stabbilit li kemm il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kif ukoll Hansol biegħu kważi esklussivament lil konvertituri (it-tnejn li huma madwar 98 % tal-bejgħ tagħhom). Għalhekk ġie konkluż li l-bejgħ ġeneralment sar fl-istess livell ta’ kummerċ u ma kienx hemm bżonn ta’ kalkolu addizzjonali tat-twaqqigħ tal-prezz f’dan ir-rigward.

(53)

It-tieni, il-Kummissjoni qieset il-possibbiltà li tikkalkula marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ibbażat biss fuq il-bejgħ dirett li sar mill-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi hawn fuq, kważi 97 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun sar lil klijenti mhux relatati. Għalhekk, anki jekk jitnaqqas il-kost tal-SG&A u l-profitt għall-għadd limitat ta’ tranżazzjonijiet li saru permezz ta’ kumpanija relatata, dan ftit li xejn se jbiddel il-livell tat-twaqqigħ tal-prezz.

(54)

Bħala konklużjoni, irrispettivament minn kif jiġu kkalkulati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz, l-esportazzjonijiet ta’ Hansol lejn l-Unjoni jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk din il-pretensjoni ma ntlagħetx.

(55)

Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat ukoll li, minbarra t-twaqqigħ tal-prezz stabbilit, li wara r-reviżjonijiet spjegati fil-premessi (35), (37) u (23) (8) kieku jlaħħaq 5,1 %, l-investigazzjoni wriet li, fi kwalunkwe każ, l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kien ukoll li jikkawża trażżin tal-prezz, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li, taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, kienu jkunu mistennija li jiżdiedu bi proporzjon komparabbli maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li żdied bi 23 %. Kif imsemmi fil-premessi (76) u (82) tar-Regolament proviżorju, u differenti mill-2016 meta l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma eżerċitawx pressjoni bħal din, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet skont il-kost tal-produzzjoni minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet li tirriżulta mill-volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Koreani oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni (+ 83 % matul il-perjodu kkunsidrat). Din is-sitwazzjoni kellha impatt qawwi ħafna fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, li waqgħet bi kważi 70 % matul il-perjodu kkunsidrat biex tintemm f’livelli baxxi ħafna matul il-PI.

(56)

Għalhekk, irrispettivament mis-sejbiet ta’ twaqqigħ tal-prezz f’dan il-każ, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping wasslu għal trażżin sinifikanti tal-prezzijiet minħabba li impedew żidiet fil-prezzijiet, meta l-kost tal-produzzjoni żdied b’disa’ (9) punti perċentwali aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(57)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol tenniet it-talba tagħha, iżda ma pprovdiet l-ebda element ieħor, li l-Kummissjoni kien messha kkalkulat il-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz u ta’ bejgħ taħt il-prezz li sar permezz tal-importatur relatat fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ medju ponderat lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni mitlub mill-importatur relatat. Hansol sostniet li billi ma għamlitx dan, il-Kummissjoni deliberatament injorat is-sejbiet tal-Qorti Ġenerali f’Jindal Saw (9) u fi Kazchrome (10), li rriżulta fi ksur tal-istat tad-dritt u l-prinċipju taċ-ċertezza legali.

(58)

Din il-pretenzjoni ma ntlaqgħetx għar-raġunijiet diġà spjegati fil-premessi minn (45) sa (49).

(59)

Barra minn hekk, Hansol sostniet ukoll li, peress li d-determinazzjoni tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet kienet fil-fehma tagħha żbaljata, hekk ukoll kienet r-riżultanza tal-Kummissjoni rigward it-trażżin tal-prezzijiet u għalhekk l-analiżi sħiħa tad-dannu u tal-kawżalità. Iddikjarat ukoll li żball fid-determinazzjoni tat-twaqqigħ u tat-trażżin tal-prezzijiet iwassal għad-determinazzjoni ta’ dazju anti-dumping ogħla minn dak li huwa biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku.

(60)

Din il-pretenzjoni ma ntlaqgħetx. It-twaqqigħ tal-preżż ġie ikkalkolat b’mod korrett kif spjegat fil-premessi minn (45) sa (49). Kif stabbilit fil-premessi (55) u (56), anki t-trażżin tal-prezzijiet ġie stabbilit kif suppost fuq il-bażi tad-data fit-Tabelli 2, 3, 7 u 10 tar-Regolament proviżorju. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat b’mod ċar fil-premessa (54) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li kien hemm twaqqigħ tal-prezz sinifikanti, irrispettivament mill-metodu użat biex jiġu kkalkulati dawn l-effetti fuq il-prezzijiet. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li t-twaqqigħ tal-prezz huwa biss wieħed mill-ħafna fatturi ta’ dannu analizzati mill-Kummissjoni, u l-konklużjonijiet dwar it-trażżin tal-prezzijiet, id-dannu u l-kawżalità jqisu dan il-fattur u l-fatturi rilevanti l-oħra kollha. Rigward id-determinazzjoni ta’ dazju anti-dumping finali fis-sens tar-regoli separati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fakkret li la d-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz u lanqas id-determinazzjoni ta’ trażżin tal-prezz ma kellhom xi impatt fuq dan. F’dan il-każ, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huwa bbażat fuq il-bejgħ taħt il-prezz (b’referenza għal prezz fil-mira maħdum skont l-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku) u mhux fuq il-livell tat-twaqqigħ jew it-trażżin tal-prezz.

(61)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (52) sa (59) tar-Regolament proviżorju.

4.4.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Osservazzjonijiet ġenerali

(62)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (60) sa (64) tar-Regolament proviżorju.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(63)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (65) sa (73) tar-Regolament proviżorju.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(64)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (74) sa (86) tar-Regolament proviżorju.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(65)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-konklużjoni dwar id-dannu, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (87) sa (90) tar-Regolament proviżorju.

5.   KAWŻALITÀ

(66)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (91) sa (120) tar-Regolament proviżorju.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(67)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (123) sa (126) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

6.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati u tal-utenti

(68)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess ta’ importaturi mhux relatati u tal-utenti, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (127) sa (134) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

6.3.   Interess ta’ partijiet interessati oħra

(69)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess ta’ partijiet interessati oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (135) sa (138) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(70)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (139) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(71)

Id-dikjarazzjonijiet li saru mill-produttur esportatur dwar il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, dwar il-komparabbiltà u l-aġġustamenti tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz japplikaw ukoll għall-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, iżda dawn ma ntlaqgħux mill-Kummissjoni fil-premessi minn (31) sa (60) hawn fuq.

(72)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-produttur esportatur għamel kummenti dwar il-profitt fil-mira użat provviżorjament għall-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu. Kif stabbilit fil-premessa (144) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni użat il-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2016 li kien f’livell ta’ bejn 8 u 11 %, minħabba li dan il-profitt kien sar qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet Koreani. Hansol ma qablitx li l-marġni ta’ profitt ta’ bejn 8 u 11 % tal-fatturat jista’ jitqies bħala livell ta’ profitabilità li wieħed jista’ jistenna taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Hansol argumentat li l-importazzjonijiet mill-Korea bdew jiżdiedu biss mill-2018. Fl-2017, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kienu fl-ogħla livell tagħhom b’importazzjonijiet mill-Korea u minn pajjiżi oħra fl-aktar livell baxx tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Fl-2017 l-importazzjonijiet Koreani kienu ta’ 31 % inqas milli fl-2016. B’riżultat ta’ dan, Hansol sostniet li l-livell ta’ profitt użat għall-kalkolu tal-prezz fil-mira ma għandux ikun ogħla mil-livell ta’ profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2017, jiġifieri f’livell ta’ bejn 5 u 8 %.

(73)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni. Il-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2017 kien diġà affettwat mill-importazzjonijiet Koreani. Fil-fatt, kif stabbilit fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju, bejn l-2016 u l-2017 il-prezzijiet tal-esportazzjoni Koreani naqsu b’5 %, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni mġarrab mill-industrija tal-Unjoni żdied b’5 % bejn l-2016 u l-2017 u l-prezzijiet tagħha żdiedu biss b’1 %, kif muri fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju. Diġà fl-2017, minħabba l-pressjoni kkawżata minn prezzijiet Koreani aktar baxxi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet kompletament fuq il-prezzijiet, bl-impatt konsegwenti fuq il-profitabbiltà tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li jekk tibbaża l-profitt fil-mira fuq il-livell ta’ profitt tal-2017 dan ma jkunx qed iqis il-livell ta’ profitabbiltà li huwa mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(74)

L-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni kellha tagħmel aġġustamenti għal investimenti mitlufa skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku għal tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(75)

Kif stabbilit fil-premessa (145) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretenzjonijiet billi dawn ma kinux sostanzjati biżżejjed. Il-Kummissjoni rrevediet id-dikjarazzjonijiet wara d-divulgazzjoni provviżorja u kkonfermat il-konklużjoni provviżorja tagħha. L-informazzjoni pprovduta semmiet xi proġetti ta’ investiment u anki l-produtturi tal-Unjoni pprovdew xi offerti ta’ xiri. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni ma spjegawx eventwalment x’ġara minn dawk il-proġetti, l-offerti ta’ xiri ma setgħux jiġu relatati mal-proġetti ta’ investiment, u ċ-ċifri mogħtija fit-tweġibiet għall-kwestjonarju ma kinux jaqblu mad-dokumenti ppreżentati. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi jekk dawn l-investimenti kinux ġenwinament ippjanati.

(76)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur iddikjara li l-oneru tal-provi meħtieġ mill-Kummissjoni, li juri li l-investimenti kienu ntilfu bħala riżultat tal-pożizzjoni finanzjarja deterjoranti tal-industrija tal-Unjoni li mbagħad kienet ikkawżata minn importazzjonijiet inġusti, kien għoli wisq. Żied ukoll li l-kumpaniji kkonċernati taw spjegazzjoni ċara għar-raġunijiet għalfejn il-proġetti ta’ investiment ma kinux implimentati u li d-dokumentazzjoni kienet taqbel mat-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-kumpaniji kkonċernati u pprovda xi spjegazzjoni ulterjuri tal-kalkoli magħmula miż-żewġ kumpaniji.

(77)

Bl-ispjegazzjoni tal-ilmentatur, il-Kummissjoni setgħet tirrikonċilja ċ-ċifri pprovduti fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u d-dokumentazzjoni pprovduta. Peress li dawn iċ-ċifri kienu sostanzjati biss b’evidenza aktar dettaljata li wriet li dawn l-investimenti kienu ġenwinament ippjanati u mitlufa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal waħda miż-żewġ kumpaniji, il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta t-talba għal din il-kumpanija u żiedet il-profitt fil-mira kif xieraq.

(78)

Il-produttur esportatur ikkontesta wkoll iż-żieda min-naħa tal-Kummissjoni ta’ kostijiet ambjentali futuri mal-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku u argumenta li, bħall-Unjoni, il-Korea għandha l-ETS (Emissions Trading System) proprja tagħha msejħa l-Iskema tal-Korea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li twaqqfet fl-2015. Peress li Hansol, l-istess bħall-produtturi tal-Unjoni, se jkollha tixtri kwoti tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fil-futur, u l-prezz ta’ tali kwoti huwa mistenni jiżdied, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol se jiġu affettwati mill-mekkaniżmi tal-ETS bl-istess mod bħall-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, billi żiedet il-prezz fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni b’ammont ta’ kostijiet futuri li jirriżultaw mill-ETS filwaqt li ma żiditx ammont simili għall-prezz tal-esportazzjoni ta’ Hansol sabiex jiġu riflessi l-kostijiet futuri ta’ Hansol biex jikkonformaw mal-Iskema tal-Korea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, il-Kummissjoni ma qabblitx prezzijiet li huma komparabbli.

(79)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni. Il-fatt li l-Korea tapplika l-ETS proprja tagħha mhuwiex rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, li skontu, biex jiġi stabbilit il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni, iridu jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kostijiet ambjentali futuri.

(80)

L-aġġustamenti spjegati fil-premessi minn (23) sa (25), (41), u minn (76) sa (77) wasslu għal livell inqas ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 16,9 %.

(81)

Kif previst fl-Artikolu 9(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament bażiku, u minħabba li l-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminaari, hija analizzat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni biex tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari deskritt fil-premessa (4) u jekk din għalhekk tirriflettix id-dannu addizzjonali li jirriżulta minn din iż-żieda fid-determinazzjoni tal-marġni ta’ dannu.

(82)

Abbażi tad-data mill-bażi tad-data Surveillance 2, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Korea matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari ta’ tliet ġimgħat kienu 71 % ogħla mill-volumi medji tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ tliet ġimgħat. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari.

(83)

Biex jiġi rifless id-dannu addizzjonali kkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġusta l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu abbażi taż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet, li hija meqjusa bħala l-fattur ta’ ponderazzjoni rilevanti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4). Għalhekk ikkalkulat fattur multiplikanti stabbilit bid-diviżjoni tas-somma tal-volum tal-importazzjonijiet matul it-tliet ġimgħat tal-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari ta’ [2 000 – 2 200] tunnellata u t-52 ġimgħa tal-PI bil-volum tal-importazzjonijiet waqt il-PI estrapolat għal 55 ġimgħa. Iċ-ċifra li tirriżulta, 1,04, tirrifletti d-dannu addizzjonali kkawżat miż-żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet. Għalhekk il-marġni tad-dannu ta’ 16,9 % ġie mmultiplikat b’dan il-fattur. Għalhekk, il-livell finali ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal Hansol u għall-kumpaniji l-oħra kollha huwa ta’ 17,6 %.

(84)

Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li fuqha hija bbażat din iż-żieda fl-importazzjonijiet u jekk dawn l-importazzjonijiet kinux prodotti minn Hansol fil-Korea u mibjugħa lil klijenti indipendenti fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari ta’ tliet ġimgħat, fejn indikat li parti minn dawn l-importazzjonijiet setgħet ġiet mibjugħa minn kwalunkwe wieħed mill-produtturi l-oħrajn tal-HWTP fil-Korea.

(85)

Din il-pretenzjoni ma ntlaqgħetx. L-Artikolu 9(4), it-tielet subparagrafu tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tanalizza l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha meta tadotta miżuri definittivi biex tiddetermina jekk żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet soġġetta għall-investigazzjoni sseħħx matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari. Il-Kummissjoni fil-fatt analizzat l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, jiġifieri l-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Korea fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif stabbilit fil-premessi (52) u (53) tar-Regolament proviżorju u kkonfermat fl-istadju definittiv, u statistika mill-bażi tad-data Surveillance 2 biex tiddetermina l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mill-Korea matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari, li dwarhom aktar dettalji ġew żvelati lil Hansol. L-analiżi saret fil-livell nazzjonali u d-dannu addizzjonali miż-żieda fl-importazzjonijiet ġie applikat ukoll fil-livell nazzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 9(4) billi l-importazzjonijiet kollha mill-Korea huma importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni.

(86)

Barra minn hekk, Hansol sostniet li ż-żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet ta’ HWTP mill-Korea lejn l-Unjoni hija riżultat dirett taż-żieda fid-domanda għal HWTP minħabba l-pandemija COVID-19, peress li l-konsum tat-tikketta żdied. Ix-xokk ekonomiku kkawżat minn din il-pandemija jirrappreżenta bidla fundamentali u eċċezzjonali f’ċirkostanzi li kellhom impatt drastiku fuq il-funzjonament tas-suq tat-tikkettar fl-Unjoni u madwar id-dinja u, għalhekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament bażiku mhijiex ġustifikata.

(87)

Din il-pretenzjoni ma ntlaqgħetx. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4), jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrifletti d-dannu addizzjonali li jirriżulta minn żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni, meta ma tkun saret l-ebda reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni preliminari, mingħajr ma tagħmel ebda referenza għall-kawża ta’ tali żieda. Peress li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Korea matul il-perjodu kienet oġġettivament sinifikanti ħafna, skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni aġġustat il-marġnijiet tad-dannu kif xieraq billi t-test tal-Artikolu jaqra “għandu jirrifletti”. Dan huwa dak li għamlet il-Kummissjoni f’dan il-każ. Il-Kummissjoni nnutat li ma saret l-ebda talba kontra l-metodu użat biex jirrifletti d-dannu addizzjonali li rriżulta miż-żieda fl-importazzjoni.

(88)

Kif previst fl-Artikolu 9(4), it-tielet paragrafu, tar-Regolament bażiku, tali żieda fil-marġni tad-dannu għandha tapplika għal perjodu li ma jkunx itwal minn dak imsemmi fl-Artikolu 11(2).

7.2.   Miżuri definittivi

(89)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

(90)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(4), it-tieni paragrafu tar-Regolament bażiku.

(91)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tad-dazju anti-dumping residwu applikabbli għall-kumpaniji għajr Hansol, il-premessa (153) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

(92)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Ir-Repubblika tal-Korea

Hansol Paper Co. Ltd

15,8

17,6

15,8

Kumpaniji l-oħra kollha

15,8

17,6

15,8

(93)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Korea u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(94)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju anti-dumping individwali tagħha jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (11). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar it-tibdil tal-isem għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(95)

Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma esportawx HWTP lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

7.3.   Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(96)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, imposti bir-Regolament proviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv.

(97)

Ir-rati tad-dazju definittiv huma inqas mir-rati tad-dazju proviżorju. Għalhekk, l-ammonti garantiti li jaqbżu r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq dawk l-importazzjonijiet jenħtieġ li jiġu rilaxxati.

8.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(98)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), meta ammont ikollu jiġi rimborsat wara Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(99)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila, definita bħala karta termali li tiżen aktar minn 65 g/m2; li tinbiegħ f’rombli b’wisa’ ta’ 20 cm jew aktar, li jiżnu 50 kg jew aktar (inkluża l-karta) u b’dijametru ta’ 40 cm jew aktar (rombli jumbo); b’kisja fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajr kisi; miksija b’sustanza termosensittiva (jiġifieri taħlita ta’ kolorant u żviluppatur li tirreaġixxi u tifforma immaġni meta tiġi applikata s-sħana) fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha, li toriġina mir-Repubblika tal-Korea, li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 59 00 u ex 4811 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 4809900020, 4811590020 u 4811900020).

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 15,8 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bid-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/705 għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU C 342, 10.10.2019, p. 8).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/705 tas-26 ta’ Mejju 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 164, 27.5.2020, p. 28).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2005 tas-16 ta’ Novembru 2016 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 1).

(5)  Ir-Rapport tal-Panel tad-WTO, Iċ-Ċina – GOES, adottat fis-16 ta’ Novembru 2012, il-para. 7.530 kif ikkonfermat fir-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO, Iċ-Ċina – GOES, adottat fis-16 ta’ Novembru 2012, il-para. 200.

(6)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020, Hansol Paper Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewoprea (ECLI:EU:T:2020:139).

(7)  Il-Kummissjoni vs Hansol Paper, Il-Kawża C-260/20 P.

(8)  Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-bejgħ tal-Unjoni kif riflessa fit-Tabelli 3 u 7 tar-Regolament proviżorju kienet ta’ madwar 30 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(9)  Il-Kawża T-301/16, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs il-Kummissjoni, (ECLI:EU:T:2019:234).

(10)  Il-Kawża T-107/08, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011, Transnational Company “Kazchrome” AO u ENRC Marketing AG vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea (ECLI:EU:T:2011:704).

(11)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

20.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1525

tas-16 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2020) 7008)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE (3) tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f’ċertu Stati Membri jew fiż-żoni tagħhom li huma stipulati fl-Anness tagħha. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin, majjal frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-majjal minn ċerti żoni elenkati f’dak l-Anness. Il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw b’mod parallel għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (4), u huma maħsuba biex jiġġieldu t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE tipprevedi wkoll derogi mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin minn ċerti żoni, soġġett għall-konformità ma’ għadd ta’ kundizzjonijiet, inkluż sorveljanza.

(3)

Filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll applikati fil-Latvja skont id-Direttiva 2001/89/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE, kif ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, jenħtieġ li ż-żoni kollha fil-Latvja li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jenħtieġ jitħassru minn dak l-Anness.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/764/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).

(4)  Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).