ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
13 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1427 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

8

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1427

tat-12 ta’ Ottubru 2020

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ u investigazzjoni parallela

(1)

F’Novembru 2008, il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1187/2008 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). Il-miżuri kellhom il-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 33,8 % u 39,7 %.

(2)

F’Jannar 2015, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 (3), il-Kummissjoni, wara rieżami ta’ skadenza, imponiet dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mir-RPĊ (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(3)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni imponiet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/84 (4), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mill-Indoneżja.

(4)

Fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza (5), skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mir-RPĊ u fl-Indoneżja. Din l-investigazzjoni ta’ rieżami għadha għaddejja.

1.2.   It-talba

(5)

Fit-8 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13 (3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, biex tinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mir-RPĊ u biex tagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni. It-talba ġiet ippreżentata mill-uniku produttur tal-MSG tal-Unjoni, Ajinomoto Foods Europe SAS (iktar’ il quddiem l-“applikant”).

(6)

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li l-miżuri antidumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG qed jiġu evitati. Skont din l-evidenza:

—

bidla fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni seħħet wara l-impożizzjoni tad-dazju antidumping definittiv permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83;

—

din il-bidla ġejja mill-importazzjoni ta’ modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat li ma tbiddilx il-karatteristiċi fundamentali tiegħu iżda jagħmlu jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li normalment ma jkunux soġġetti għall-miżuri, u ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika għal tali prattika għajr l-impożizzjoni tad-dazju;

—

l-effetti rimedjanti tal-miżuri eżistenti antidumping fuq il-prodott ikkonċernat kienu qegħdin jiddgħajfu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz; kif ukoll

—

il-prezzijiet tal-prodott ftit modifikat kienu ddampjati b’relazzjoni mal-valur normali stabbilit qabel.

1.3.   Bidu

(7)

Wara li ddeterminat li teżisti biżżejjed evidenza, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, sabiex tiddetermina jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-MSG f’taħlita jew f’soluzzjoni, li jkun fihom 50 % bil-piż niexef jew aktar tal-MSG, u li joriġinaw fir-RPĊ, humiex qed jevitaw il-miżuri eżistenti.

(8)

L-investigazzjoni nbdiet permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/230 (6) (“ir-Regolament tal-bidu”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ir-Regolament ta’ tnedija ordna lill-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ prodott ftit modifikat mir-RPĊ.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat

(9)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa l-glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (il-kodiċi TARIC 2922420010) u li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “MSG”). Il-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal miżuri antidumping imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83. Jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam u ikel lest biex jittiekel. L-MSG huwa wkoll użat fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti. L-MSG huwa prodott b’fermentazzjoni batterika ta’ sors taz-zokkor (pereżempju lamtu tal-qamħirrum, lamtu tal-qamħ jew lamtu tat-tapjoka, kif ukoll xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli taz-zokkor u melassa tal-pitravi taz-zokkor). Huwa magħruf ukoll bil-kodiċi E621 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (7) dwar l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel, huwa deskritt bħala kristalli bojod, prattikament bla riħa jew trab kristallin. L-isem u l-formula kimika tiegħu hija Monosodju L-glutamat monoidrat u C5H8NaNO4 · H2O, rispettivament.

(10)

Il-prodott investigat għal ċirkomvenzjoni possibbli huwa l-glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni, li fih piż xott ta’ 50 % jew aktar ta’ glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2103 90 90, ex 2104 10 00, ex 2104 20 00, ex 3824 99 92, ex 3824 99 93 u ex 3824 99 96 (kodiċijiet TARIC 2103909011, 2103909081, 2104100011, 2104100081, 2104200011, 3824999298, 3824999389 u 3824999689) u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott investigat” jew “taħlitiet MSG”).

1.5.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu ta’ rapportar

(11)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”, jew “PI”). Tul il-perjodu investigattiv, inġabret id-data li kellha tiġi investigata, fost l-oħrajn l-allegata bidla fix-xejra tal-kummerċ.

(12)

Inġabret data aktar iddettaljata għall-perjodu ta’ rappurtar mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ rapportar” jew “PR”) sabiex jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet kinux qed jimminaw l-effett ta’ rimedju tal-miżuri fis-seħħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta’ dumping.

1.6.   L-Investigazzjoni

(13)

Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi/utenti magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati u lill-applikant bit-tnedija tal-investigazzjoni.

(14)

Ir-Regolament tal-bidu stieden lill-partijiet interessati kollha biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mill-bidu tal-investigazzjoni attwali. Fid-data tal-bidu, il-formola ta’ eżenzjoni, il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-kwestjonarju għall-importaturi/utenti fl-Unjoni kienu disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2448.

(15)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ ftuħ. Il-partijiet kollha ġew infurmati li nuqqas ta’ kooperazzjoni jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal konklużjonijiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(16)

Importatur wieħed u sitt utenti fl-Unjoni wieġbu għall-kwestjonarju. Wara talbiet għal kjarifiki dwar it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji, l-importatur u utent minnhom irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom.

1.7.   Nonkooperazzjoni

(17)

L-ebda produttur esportatur jew negozjant mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat jew tal-prodott investigat ma ppreżenta ruħu. Fit-2 ta’ April 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-gvern tar-RPĊ dwar dan il-fatt u bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(18)

Bl-istess mod, l-ebda importatur jew utent fl-Unjoni tal-prodott investigat, ma kkoopera matul din l-investigazzjoni. Il-ħames utenti li kkooperaw li ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju ddikjaraw li kienu qed jimpurtaw jew jużaw il-prodott ikkonċernat u kollha kkonfermaw li ma kinux jimportaw il-prodott li qed jiġi investigat jew li kien qed jintuża.

(19)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(20)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat suċċessivament l-elementi li ġejjin sabiex tivvaluta ċ-ċirkomvenzjoni possibbli:

—

jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Unjoni;

—

jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju;

—

jekk hemmx evidenza ta’ dannu jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju humiex qed jiġu mhedda f’termini ta’ prezzijiet u/jew ta’ kwantitajiet tal-prodott simili; kif ukoll

—

jekk hemmx evidenza ta’ dumping f’paragun mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-prodott simili.

2.2.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(21)

Sabiex tiġi stabbilita bidla possibbli fix-xejra tal-kummerċ, il-Kummissjoni analizzat il-volum tal-importazzjonijiet tal-MSG u t-taħlitiet tal-MSG matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(22)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-MSG ġie stabbilit abbażi tad-data tal-Eurostat fil-livell tal-kodiċi TARIC (8) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-MSG bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi TARIC 2922420010.

(23)

Il-volum tal-importazzjonijiet tat-taħlitiet MSG, ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat għar-raġunijiet li ġejjin: l-importazzjonijiet tat-taħlitiet tal-MSG allegatament saru taħt il-kodiċijiet NM 2103 90 90, 2104 10 00, 2104 20 00, 3824 90 92, 3824 90 93 u 3824 90 96. Dawn il-kodiċijiet NM għandhom kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak tal-prodott investigat. Għalhekk, l-analiżi tal-bidla fix-xejra tal-kummerċ abbażi ta’ importazzjonijiet taħt dawk il-kodiċijiet NM kienet tirriżulta fi stima eċċessiva tal-kwantitajiet reali tal-importazzjoni ta’ taħlitiet jew soluzzjonijiet tal-MSG.

(24)

Sabiex tistabbilixxi determinazzjoni aktar preċiża tal-volum tal-importazzjoni tat-taħlitiet MSG, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe sors ieħor aktar affidabbli, il-Kummissjoni użat il-metodoloġija li ġejja, abbażi tal-metodoloġija ssuġġerita mill-applikant fit-talba:

(25)

L-ewwel stabbiliet il-volumi ta’ esportazzjoni kkombinati tal-MSG u tat-taħlita tal-MSG magħrufa bħala “Gourmet Powder” (9), mir-RPĊ lejn l-Unjoni kif irreġistrati fl-Atlas Globali tal-Kummerċ jew “GTA” (10) taħt il-kodiċijiet doganali Ċiniżi 2922 42 20 u 2103 90 10, rispettivament. Filwaqt li d-data għal “Gourmet Powder” għandha tkopri taħlitiet li jkun fihom bejn 80 % u 99 % MSG, din tista’ tkopri wkoll esportazzjonijiet ta’ MSG pur f’pakketti għas-suq tal-konsumaturi. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li xi taħlitiet tal-MSG, b’ammonti żgħar ta’ addittivi qed jiġu esportati mir-RPĊ bħala MSG pur.

(26)

Għalhekk, sabiex jinkisbu ċifri għall-importazzjonijiet tat-taħlitiet tal-MSG, il-Kummissjoni naqqset mill-volum totali ta’ esportazzjoni stabbilit b’dan il-mod, il-volum tal-importazzjonijiet tal-MSG kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-Eurostat skont il-kodiċi TARIC 2922420010 (ara l-premessa (22)).

(27)

Id-differenza li rriżultat tqieset bħala determinazzjoni preċiża b’mod raġonevoli tal-volum ta’ importazzjonijiet tat-taħlitiet MSG fl-Unjoni.

(28)

Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni nnotifikat lill-partijiet interessati kollha bl-intenzjoni tagħha li tuża l-metodoloġija ta’ hawn fuq u stednithom biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-metodoloġija u ċ-ċifri ppreżentati. Applikant wieħed biss issottometta kummenti, fejn qabel mal-metodoloġija u ċ-ċifri.

(29)

Abbażi tal-metodoloġija deskritta hawn fuq, il-Kummissjoni kisbet id-data tal-importazzjoni li ġejja:

Importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni

(Unità: tunnellati)

 

2013

2014

2015

2016

2017

2018

RP

Il-prodott ikkonċernat

2 317

3 515

5 234

3 652

3 624

2 221

3 063

Il-prodott investigat

2 484

2 437

4 535

2 765

3 046

4 336

8 558

Sors:

GTA, Eurostat

(30)

L-importazzjonijiet tat-taħlitiet tal-MSG mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdiedu b’244 % matul il-PI, u laħqu 8 558 tunnellata fil-PR. Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-MSG, wara ż-żieda inizjali bejn l-2013 u l-2015 kien hemm tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-2015 ’il quddiem, u laħqu 3 063 tunnellata fil-PR.

(31)

Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż li saret bidla fix-xejra tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju

(32)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Kif issemma fil-premessa (31), ġie konkluż li hemm bidla fir-rutina tal-kummerċ. Kif issemma fil-premessa (19), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(33)

Fit-talba, l-applikant allega li l-produtturi Ċiniżi qed jesportaw ammonti sinifikanti ta’ taħlitiet MSG sabiex jaqgħu taħt kodiċijiet doganali li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Dan il-proċess jimmodifika kemxejn il-prodott mingħajr ma jbiddel il-karatteristiċi fundamentali tiegħu.

(34)

Diġà fl-2015, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li l-prattika kienet qed isseħħ. L-awtoritajiet doganali kienu osservaw żieda fl-importazzjonijiet tat-taħlitiet MSG b’madwar 1 % tal-melħ tal-mejda taħt kodiċijiet doganali differenti minn dawk soġġetti għall-investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ MSG pur naqsu. Fil-fehma tagħhom, l-uniku skop ta’ dik il-prattika kien li jiġi evitat id-dazju antidumping minħabba li t-taħlitiet ma biddlux il-karatteristiċi tal-prodott u kellhom l-istess applikazzjonijiet u użi bħall-MSG pur.

(35)

Deċiżjonijiet ta’ Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (“BTI”) maħruġa minn diversi amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jikkonfermaw li qed issir din il-prattika. Dawn il-BTI (11), għal finijiet doganali, jikklassifikaw taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ta’ 50 % sa 99 % tal-MSG taħt kodiċijiet NM u TARIC li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Dawn id-deċiżjonijiet kollha dwar il-BTI inħarġu fil-PI, u kienu validi mid-data tal-ħruġ matul il-PI. Id-deskrizzjoni tal-oġġetti li għalihom inħarġet BTI tikkonferma li tikkonċerna l-prodott investigat. Għalhekk, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat li saru permezz ta’ din il-BTI ma jħallsux id-dazji antidumping.

(36)

Analiżi tal-BTI kif ukoll l-applikazzjonijiet għal BTI disponibbli għall-Kummissjoni jikkonfermaw li l-użu huwa l-istess bħal dak tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, xi detenturi tal-BTI huma importaturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat minn investigazzjonijiet preċedenti. Fil-fatt, wieħed mid-detenturi tal-BTI ġie identifikat ukoll mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri bħala l-importatur tat-tranżazzjonijiet spjegati fil-premessa (34).

(37)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-użu tal-prodott investigat. Kif muri mit-talba tal-applikant, il-prattika li jintużaw it-taħlitiet tal-MSG minflok l-MSG pur timponi piż ekonomiku addizzjonali fuq l-utenti, u b’hekk ikunu meħtieġa jaġġustaw il-prodott, it-tikkettar u r-riċetti tagħhom biex iqisu ż-żieda fil-volumi tal-melħ. Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għaliha għajr l-evażjoni tal-miżuri tal-MSG. Barra minn hekk, l-applikant iqis li ż-żieda qawwija tal-melħ fl-MSG iżżid pass żejjed għall-proċess ta’ produzzjoni li jimponi piż ekonomiku addizzjonali għall-produtturi fil-forma ta’ xogħol addizzjonali u sorveljanza, jiġifieri żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni.

(38)

Kif imsemmi fil-premessa (16) il-Kummissjoni inizjalment irċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn sitt utenti. Utent wieħed iċċara li kien qed juża MSG pur sabiex joħloq it-taħlitiet tal-MSG tiegħu skont il-perċentwal tal-MSG li kien applikat. Xi utenti li kkooperaw iddikjaraw li kienu qed jixtru taħlitiet ta’ MSG mill-fornituri tal-Unjoni. Ħadd minnhom ma rrapporta xi importazzjonijiet tal-prodott investigat u l-ebda wieħed minnhom ma kkummenta jew ipprovda xi ġustifikazzjoni għall-użu tiegħu.

(39)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-bidla li ġejja mill-importazzjoni ta’ modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat li ma tbiddilx il-karatteristiċi fundamentali tiegħu iżda jagħmlu jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li normalment ma jkunux soġġetti għall-miżuri, qed isseħħ, u ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika għal tali prattika għajr l-impożizzjoni tad-dazju.

2.4.   L-effetti ta’ rimedju tad-dazju qed jiddgħajfu

(40)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat jekk it-taħlitiet MSG importati, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, dgħajfux l-effetti rimedjali tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mir-RPĊ.

(41)

Kif imsemmi fil-premessa (29), l-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet tat-taħlitiet MSG matul il-perjodu ta’ rapportar kienu importati fi kwantitajiet sinifikanti. Huma ammontaw għal aktar minn 10 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PR. Il-konsum tal-Unjoni huwa bbażat fuq iċ-ċifri stmati mill-applikant, jiġifieri [77 000 – 79 000] (12) tunnellata.

(42)

Il-Kummissjoni qabblet il-prezz medju tal-esportazzjoni tat-taħlitiet MSG matul il-perjodu ta’ rapportar (stabbilit bl-istess metodoloġija bħal dik imsemmija fil-premessa (24)), aġġustat kif xieraq minn FOB (13) għal-livell CIF (14), bil-prezzijiet medji mhux dannużi tal-industrija tal-Unjoni kif stabbilit matul il-PIR tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti.

(43)

Il-paragun wera marġini sinifikanti ta’ bejgħ taħt il-prezz ta’ 93 %.

(44)

Fuq il-bażi ta’ din id-data, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tat-taħlitiet MSG qed jimminaw l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet.

2.5.   Evidenza ta’ dumping

(45)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni evalwat jekk kienx hemm dumping fir-rigward tal-valuri normali preċedentement stabbiliti għall-prodott simili. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qabblet il-prezz medju tal-esportazzjoni tat-taħlitiet MSG matul il-perjodu ta’ rapportar ((stabbilit bl-istess metodoloġija bħal dik imsemmija fil-premessa (24)), mal-valur normali stabbilit għall-prodott simili fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti.

(46)

Il-paragun wera marġini sinifikanti ta’ dumping ta’ 99,7 %.

2.6.   Miżuri

(47)

Fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw fir-RPĊ kif definiti fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ġew evitati mill-importazzjonijiet tal-prodott investigat.

(48)

L-investigazzjoni stabbiliet li kien hemm bidla fix-xejra tan-negozju bejn ir-RPĊ u l-Unjoni u li din il-bidla tiġi minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-effetti rimedjali tad-dazju qed jiġu mminati f’termini tal-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-prodott simili, filwaqt li nstab dumping sinifikanti wkoll, b’rabta mal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott simili.

(49)

Għalhekk, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping fis-seħħ għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat.

(50)

Skont l-Artikolu 13(1), it-tieni paragrafu tar-regolament bażiku, il-miżura li għandha tiġi estiża għandha tkun dik stabbilita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83, “il-kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri dazju antidumping definittiv ta’ 39,7 % applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

(51)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedu li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu, għandu jinġabar id-dazju antidumping fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati tal-prodott investigat.

3.   DIVULGAZZJONI

(52)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jwasslu għall-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. Dawn ingħataw ukoll perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti tagħhom wara dan l-iżvelar. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mill-applikant, li appoġġja dan il-metodu.

(53)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju antidumping definittiv impost fuq “il-kumpaniji l-oħra kollha” bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni li fih 50 % jew aktar ta’ piż xott ta’ glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2103 90 90, ex 2104 10 00, ex 2104 20 00, ex 3824 99 92, ex 3824 99 93 u ex 3824 99 96 (kodiċijiet TARIC 2103909011, 2103909081, 2104100011, 2104100081, 2104200011, 3824999298, 3824999389 u 3824999689) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/230 u bl-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1036.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiżi permezz tal-Artikolu 1, għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li tkun qiegħda titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Brussels

Belgium

2.   F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba jieqfu mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/230.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 31).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/84 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 54).

(5)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indoneżja (ĠU C 20, 21.1.2020, p. 18).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/230 tad-19 ta’ Frar 2020 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq l-importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 47, 20.2.2020, p. 9).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(8)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Il-Gourmet Powder huwa taħlita Ċiniża tal-MSG magħrufa sew li għandha tkopri taħlitiet li jkun fihom 80 % sa 99 % MSG u klorur tas-sodju.

(10)  https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm.

(11)  DE5918/15-1 u PLPL-WIT-2015-0055, it-tnejn maħruġa fl-2015 għall-klassifikazzjoni tat-taħlita MSG 99 % + Melħ 1 % taħt il-kodiċi tan-nomenklatura 3824909390; PLBTIWIT-2020-000347 maħruġa fl-2020 (li tissostitwixxi PL-WIT-2017-00240 maħruġa fl-2017), għall-klassifikazzjoni ta’ taħlita MSG 99 % + Salt 1 % taħt il-kodiċi tan-nomenklatura 38249993; DEBTI9861/20-1 maħruġa fl-2020, għall-klassifikazzjoni tat-taħlita li tikkonsisti minn 50 % jew iktar MSG taħt il-kodiċi tan-nomenklatura 3824999389; ES2015SOL00000001076-1 maħruġa fl-2016, għall-klassifikazzjoni ta’ taħlita li tikkonsisti minn 59,9 % MSG + Melħ, taħt il-kodiċi tan-nomenklatura 21039090.

(12)  Peress li hemm biss produttur wieħed tal-Unjoni u sabiex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità ta’ tali data, il-konsum totali huwa ppreżentat fil-forma ta’ firxa.

(13)  Frank Abbord

(14)  Kost Assigurazzjoni u Nol


13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1428

tat-12 ta’ Ottubru 2020

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Tnedija

(1)

Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(2)

Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni wara li tressaq ilment fit-3 ta’ Jannar 2020 (l-“ilment”) mill-assoċjazzjoni European Aluminium (“l-ilmentatur”). L-ilmentatur irrappreżenta aktar minn 25 % mill-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ estrużjonijiet tal-aluminju. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u tad-dannu li rriżulta.

(3)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(4)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġjata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1215 (2).

1.3.   Partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta’ Bidu (3), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa, lill-assoċjazzjonijiet tal-aluminju nazzjonali tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa, lin-negozjanti u lill-utenti magħrufa dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(6)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Dawk il-partijiet li talbu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand żewġ importaturi (Airoldi u Kastens u Knauer) dwar il-bidu. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti kollha u indirizzathom fit-taqsimiet ta’ hawn taħt.

1.5.   Kampjunar

(8)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun mill-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(9)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet proviżorjament għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-ogħla kwantità rappreżentattiva ta’ produzzjoni u bejgħ fis-suq tal-Unjoni li setgħet tiġi investigata b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti mill-ikbar erba’ produtturi tal-Unjoni f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ. Il-kampjun magħżul ipproduċa u biegħ firxa wiesgħa ħafna ta’ prodotti, inklużi l-erba’ tipi ta’ prodotti bażiċi (żbarri u vireg, profili solidi, profili vojta, pajpijiet u tubi) u ammonta għal ftit inqas minn 10 % tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.

(10)

European Aluminium ippreżentat li, billi l-kampjun kien ibbażat fuq l-akbar produtturi, huwa possibbli ma jiġix identifikat id-dannu fl-intier tiegħu. Din il-pretensjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li produtturi iżgħar kienu jirrappreżentaw l-akbar kwantità ta’ produzzjoni u bejgħ u li dawn il-kumpaniji ma kinux jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala bħall-akbar produtturi. European Aluminium ipproponiet li żewġ kumpaniji addizzjonali jiġu inklużi fil-kampjun, li hija sostniet ukoll li jkun jippermetti kopertura akbar tas-swieq tal-utenti finali.

(11)

Il-Kummissjoni vvalutat il-pretensjoni u ddeċidiet li żżomm il-kampjun oriġinali tagħha. Għalkemm ftit kumpaniji li setgħu jissodisfaw il-kriterji legali biex jitqiesu bħala SMEs ipprovdew informazzjoni dwar il-kampjunar, huma rrappreżentaw biss proporzjon marġinali tal-produzzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni. Il-produtturi ż-żgħar imsemmija minn European Aluminium fil-fatt kienu kbar wisq biex jikkwalifikaw bħala SMEs. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni oġġettiva biex tirrevedi l-kampjun jew biex tinkludi ż-żewġ kumpaniji proposti minn European Aluminium.

(12)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl tal-każ.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(13)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(14)

Sitt importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ ta’ prodotti taħt investigazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f’dan ir-rigward.

(15)

Importatur wieħed (Airoldi Metalli S.p.A.) sostna li l-importaturi ewlenin, b’mod partikolari mill-Ġermanja, ma kinux qed jieħdu sehem fl-investigazzjoni, li jfisser li l-analiżi tas-suq imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni kemm fir-rigward tad-dannu kif ukoll tad-dumping ma tikkorrispondix għar-realtà ekonomika tal-industrija.

(16)

L-importaturi kollha ġew infurmati bil-bidu tal-investigazzjoni permezz tan-Notifika ta’ bidu ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u ngħataw l-opportunità li jikkooperaw u li jiġu inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, għalkemm il-kooperazzjoni tal-importaturi kienet baxxa, kien hemm kooperazzjoni mill-Ġermanja, inkluż wieħed mill-importaturi fil-kampjun.

(17)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kampjun kien rappreżentattiv abbażi tal-informazzjoni dwar il-kampjunar disponibbli fil-fajl tal-każ.

1.5.3.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(18)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Sebgħa u tletin produttur esportatur fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun qabel l-iskadenza stipulata. Tnejn minn dawk il-produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba wara l-iskadenza ddikjarata. It-tweġibiet tagħhom ġew ikkunsidrati, iżda mhux inklużi fil-kampjun fi stadju aktar tard, peress li ma kinux fost l-akbar fir-rigward tal-volum tal-esportazzjonijiet. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet gruppi li kkooperaw ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jkun raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli, li jirrappreżenta 28.1 % tal-esportazzjonijiet totali.

(20)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonsultat il-produtturi esportaturi ta’ estrużjonijiet tal-aluminju magħrufa kollha u l-awtoritajiet taċ-Ċina dwar l-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-għażla preliminari tagħha.

1.6.   Eżaminar individwali

(21)

Tnejn u għoxrin produttur esportatur fiċ-Ċina indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, żewġ produtturi esportaturi biss issottomettew kwestjonarji mimlijin sal-iskadenza stipulata. F’dan l-istadju, minħabba l-limiti ta’ żmien, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra dawk it-talbiet. Għalhekk, hija se tiddeċiedi jekk tagħmilx eżami individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(22)

Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet li ġejjin biex jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju (4):

 

Produtturi tal-Unjoni

—

Constellium Decin s.r.o., Decin, iċ-Ċekja

—

Hydro Extrusion Hungary k.f.t, Székesfehérvár, l-Ungerija

—

Impol d.o.o., Slovenska Bistrica, is-Slovenja

—

ST Extruded Products GmbH, Vogt, il-Ġermanja

 

Assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

—

European Aluminium, Brussell, il-Belġju

 

Importaturi mhux relatati

—

Airoldi Metalli S.p.A.

—

mejo Metall Josten GmbH & Co.

 

Produtturi esportaturi

—

Liaoning Zhongwang Group, magħmul minn żewġ produtturi esportaturi: (i) Liaoning Zhongwang Group Co., Ltd.; u, (ii) Yingkou Zhongwang Aluminium Business Co., Ltd;

—

Haomei Group, magħmul minn żewġ produtturi esportaturi: (i) Guangdong Haomei New Materials Co., Ltd.; u, (ii) Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd; u,

—

Press Metal Group, magħmul minn żewġ produtturi esportaturi: (i) Press Metal International Ltd.; u, (ii) Press Metal International Technology Ltd.

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, iż-żewġ importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, utent wieħed (Alstom Holdings), u żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi: Haomei Group u Press Metal Group.

(24)

Liaoning Zhongwang Group ma ssottomettiex tweġibiet għall-kwestjonarju. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, fl-1 ta’ April 2020, il-Kummissjoni infurmat lil Liaoning Zhongwang Group li hija kellha l-intenzjoni li tapplika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għalih. F’dik l-ittra, il-Kummissjoni talbet lil Liaoning Zhongwang Group biex jissottometti l-kummenti tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 sa mhux aktar tard mit-13 ta’ April 2020. Liaoning Zhongwang Group ma ssottomettiex kummenti. Il-kampjun tnaqqas għal żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi li jirrappreżentaw 20,9 % tal-esportazzjonijiet totali.

1.8.   Żjarat ta’ verifika

(25)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fi stadju proviżorju.

(26)

Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet proviżorji tagħha. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

 

l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi Ewropej:

—

European Aluminium, Brussell, il-Belġju

 

il-produtturi tal-Unjoni:

—

Constellium Decin s.r.o., Decin, iċ-Ċekja

—

Hydro Extrusion Hungary k.f.t, Székesfehérvár, l-Ungerija

—

Impol d.o.o., Slovenska Bistrica, is-Slovenja

—

ST Extruded Products GmbH, Vogt, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

—

Haomei Group; u,

—

Press Metal Group.

1.9.   Pretensjoni għas-sospensjoni tal-investigazzjoni

(27)

Airoldi talab li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, l-investigazzjoni jenħtieġ li tiġi sospiża sakemm is-sitwazzjoni tkun tjiebet, peress li l-miżuri ta’ konfinament kellhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tad-difiża tagħhom (pereżempju minħabba li ma setax ikollhom aċċess għar-rekords tagħhom stess, jew ma setgħux jorganizzaw seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni).

(28)

Din it-talba ma setgħetx tiġi milqugħa. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda bażi legali fir-Regolament bażiku li tippermetti lill-Kummissjoni tissospendi l-investigazzjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni hija soġġetta għal skadenzi vinkolanti biex tlesti l-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali sabiex tieħu tali deċiżjoni. Filwaqt li tirrikonoxxi d-diffikultajiet serji ffaċċjati minn ċerti kumpaniji li kkooperaw, il-Kummissjoni ħarġet Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 li jipprevedi kemm jista’ jkun flessibbiltà addizzjonali dwar l-estensjonijiet tal-iskadenzi, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet legali u l-ħtieġa ta’ konformità mal-iskadenzi applikabbli. Barra minn hekk, kif deskritt fil-paragrafu preċedenti, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet jew organizzat seduti ta’ vidjokonferenza mal-partijiet interessati b’mod sodisfaċenti. Dawn il-miżuri kollha żguraw li l-partijiet, inkluża Airoldi, kienu kapaċi jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom ta’ difiża u jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

1.10.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(29)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew l-“IP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.11.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(30)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(31)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju. Tlieta u tletin produttur esportatur Ċiniż issottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(32)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li hija tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (il-“GtĊ”). Madankollu, il-GtĊ ma weġibx għal dak il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GtĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(33)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha biex iressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward ix-xerqien tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Żewġ produtturi esportaturi għamlu kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (74) u (89) hawn taħt.

(34)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkun li jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-valur normali bbażat fuq prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(35)

Fis-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tas-16 ta’ Marzu”) biex tikseb l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat f’dak l-istadju dawn li ġejjin bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador, ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Każakistan, il-Malasja, Mauritius, il-Messiku, il-Montenegro, il-Federazzjoni Russa, is-Serbja, is-Sri Lanka, it-Tajlandja u t-Turkija.

(36)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ilmentatur u importatur. Il-GtĊ ma pprovda l-ebda kumment.

(37)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota tas-16 ta’ Marzu fit-Tieni Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali tal-25 ta’ Ġunju 2020 (“in-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020”). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista proviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, kellha l-intenzjoni li tuża lit-Turkija bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur, grupp ta’ produttur esportatur wieħed u importatur. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (169) u (173).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(38)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa staneg, vireg, profili (kemm vojta kif ukoll solidi), tubi, pajpijiet; mhux assemblati; irrispettivament minn jekk ikunux imħejjija biex jintużaw fi strutturi (eż. maqtugħin għall-qies, imtaqqbin, milwijin, iċċanfrinati, bil-kamin); magħmulin mill-aluminju, b’ligi jew mingħajrhom, li jinkludu mhux akar minn 99.3 % aluminju.

(39)

Il-prodott taħt investigazzjoni, li joriġina miċ-Ċina, attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7604 10 10, ex 7604 10 90, 7604 21 00, 7604 29 10, 7604 29 90, ex 7608 10 00, 7608 20 81, 7608 20 89 u ex 7610 90 90 (il-kodiċijiet TARIC 7604101011, 7604109011, 7604109025, 7604109080, 7608100011, 7608100080, 7610909010) (“il-prodott ikkonċernat”). Dawn il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw għal informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda effett vinkolanti fuq il-klassifikazzjoni tal-prodott.

(40)

Il-prodott ikkonċernat komunement jissejjaħ “estrużjonijiet tal-aliminju”, li jirreferi għall-proċess ta’ manifattura l-aktar komuni tiegħu anke jekk jista’ jiġi prodott ukoll minn proċessi ta’ produzzjoni oħra, bħall-irrumblar, il-kiwi jew l-ikkastjar.

(41)

Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni:

(1)

prodotti magħqudin (eż. b’iwweldjar jew bi qfil) biex jiffurmaw sottoassemblaġġi;

(2)

tubi u pajpijiet iwweldjati;

(3)

prodotti f’kit imballat bil-partijiet meħtieġa biex jiġi assemblat prodott finali mingħajr irfinar jew fabrikazzjoni ulterjuri tal-partijiet (“kit ta’ oġġetti lesti”).

(42)

Il-prodott ikkonċernat jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet maġġuri ta’ użu finali jinkludu:

(1)

Bini u kostruzzjoni: twieqi, bibien, poġġamani, faċċati ta’ binjiet għoljin, kostruzzjoni ta’ awtostradi u pontijiet, elementi ta’ oqfsa, strutturi oħra;

(2)

Trasport: awtomobilistiku (karozzi, karozzi tal-linja, trakkijiet, trejlers/vannijiet/vetturi tal-kontejners), vetturi ferrovjarji tqal, ħfief u ta’ tranżitu tal-massa oħra, vetturi ta’ rikreazzjoni, inġenji tal-ajru, ajruspazjali, tal-baħar; u

(3)

Prodotti maħdumin bl-inġinerija: prodotti għall-konsumatur u kummerċjali bħall-kundizzjonaturi tal-arja, apparat domestiku, għamara, dawl, tagħmir sportiv, inġenji tal-ilma personali; unitajiet tal-enerġija elettrika, dissipaturi tas-sħana, kejbils koassjali, żbarri tal-“bus”; makkinarju u tagħmir, strutturi għall-wiri tal-ikel, refriġerazzjoni, tagħmir mediku, strutturi għall-wiri, tagħmir u apparat tal-laboratorju.

2.2.   Prodott simili

(43)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użu bażiku:

(1)

il-prodott ikkonċernat;

(2)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

(3)

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(44)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(45)

Is-suq tal-Unjoni għall-prodott li qed jiġi investigat jikkonsisti fi żbarri u vireg, tubi, u profili solidi u vojta minn ġewwa manifatturati minn diversi ligi tal-aluminju. Dawn il-prodotti għandhom diversi dimensjonijiet u xi prodotti huma lesti bl-użu ta’ diversi metodi bħat-tpinġija, it-tqattigħ, l-iffurmar eċċ. Dawn il-prodotti kollha jinbiegħu f’diversi industriji tal-utenti. Dawn l-industriji ewlenin tal-utenti huma l-bini u l-kostruzzjoni (madwar 50 %), it-trasport (madwar 30 %), l-inġinerija (madwar 12 %) u l-prodotti tal-konsumatur (madwar 8 %). Il-prodotti jew jinbiegħu direttament lill-industriji tal-utenti finali, jew permezz ta’ distributuri.

(46)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat jikkonsistu wkoll mill-istess tipi ta’ prodotti bażiċi, kienu magħmula minn varjetà simili ta’ ligi tal-aluminju, dimensjonijiet u tipi ta’ finitura. It-tqabbil tal-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti importati ma’ dawk mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun wera li aktar minn 95 % tat-tipi ta’ prodotti importati kellhom tqabbil dirett mal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk kien ċar li l-kompetizzjoni bejn il-bejgħ tal-industrija importata u dik tal-Unjoni kienet għolja ħafna.

(47)

Ħafna bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u importata sar skont speċifikazzjonijiet individwali tal-klijent. Madankollu, għalkemm dawn il-prodotti jistgħu jitqiesu bħala mfassla apposta, kollha kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed għall-investigazzjoni preżenti.

2.3.   Pretensjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

2.3.1.   Pretensjonijiet li d-definizzjoni tal-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott mhijiex ċara biżżejjed

(48)

Ċerti partijiet interessati argumentaw li l-prodott investigat ma kienx definit b’mod ċar fin-Notifika ta’ bidu. L-argumenti li ġejjin kienu:

(1)

id-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ma għandhiex tkun ibbażata fuq metodi ta’ produzzjoni;

(2)

L-allegata estensjoni tad-definizzjoni tal-prodott bit-terminu “magħmul mill-aluminju” ma kinitx xierqa;

(3)

it-terminu kodiċi NM “mogħtija għall-informazzjoni biss” ġie kkontestat.

(49)

Il-prodott investigat ġie definit abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi. Id-definizzjoni tiddikjara b’mod ċar li l-iżbarri, vireg, tubi profili u pajpijiet kollha li fihom mhux aktar minn 99.3 % aluminju jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni.

(50)

Il-Kummissjoni tikkonferma li, għall-kuntrarju tal-fehim ta’ ċerti partijiet interessati, id-definizzjoni tal-prodott investigat ma kinitx ibbażata fuq metodi ta’ produzzjoni. Filwaqt li l-estrużjoni hija tabilħaqq l-aktar metodu ta’ produzzjoni komuni, il-prodotti li jissodisfaw il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tad-definizzjoni tal-prodott huma koperti irrispettivament mill-metodu ta’ produzzjoni.

(51)

Fir-rigward tal-allegata estensjoni tad-definizzjoni tal-prodott bit-terminu “magħmul mill-aluminju”, dan irriżulta minn qari inkomplet tad-definizzjoni tal-prodott. Fil-fatt, it-terminu rilevanti jaqra “magħmul mill-aluminju, kemm jekk illigat jew le”. Din hija biss kjarifika tal-kundizzjoni “li fih mhux aktar minn 99.3 % ta’ aluminju”, li l-prodotti kemm mill-aluminju mhux illigat kif ukoll mil-ligi tal-aluminju huma koperti, sakemm ma jkunx fihom aktar minn 99.3 % ta’ aluminju.

(52)

Fir-rigward tal-fatt li l-kodiċijiet NM jingħataw “għall-informazzjoni biss” fin-Notifika ta’ Bidu, il-parti sostniet li l-inklużjoni ta’ tali definizzjoni impreċiża fil-verżjoni proviżorja jew finali tar-regolament li jimponi d-dazji tikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE. Skont din il-parti, l-interpretazzjoni tal-kodiċijiet NM mhijiex vinkolanti u referenza ġenerali bħal din tfixkel iċ-ċertezza legali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li fin-Notifika ta’ Bidu, iddaħħlet ir-referenza għal “għal skopijiet ta’ informazzjoni biss” biex jiġi żgurat li l-prodott li qed jiġi investigat jiġi definit skont id-definizzjoni tal-prodott li tinsab fin-Notifika ta’ Bidu, għall-kuntrarju tad-definizzjoni li tinsab fil-kodiċijiet NM. Skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħolqot għadd ta’ kodiċijiet TARIC dwar il-bidu ta’ din l-investigazzjoni, fejn il-kodiċijiet NM indikati kellhom kamp ta’ applikazzjoni usa’ mill-prodott ikkonċernat. Dawn il-kodiċijiet TARIC, li jidhru fil-premessa (39), jidentifikaw il-prodott ikkonċernat fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament proviżorju.

2.3.2.   Talbiet għall-esklużjoni ta' prodotti

(53)

L-importatur Airoldi argumenta li l-estrużjonijiet tal-aluminju magħmula minn ligi iebsa, speċifikament ligi iebsa mhux standard, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott, peress li l-produzzjoni tal-UE kienet ’l bogħod milli tissodisfa d-domanda attwali tal-UE għal prodotti bħal dawn.

(54)

F’dan ir-rigward l-investigazzjoni wriet li l-estrużjonijiet tal-aluminju magħmula minn ligi iebsa jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi ma’ prodotti oħra koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Airoldi ma pprovdiet l-ebda evidenza li hemm nuqqas ta’ provvista għal dan it-tip ta’ prodott. Fil-fatt, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni, inklużi tnejn mill-produtturi fil-kampjun, investiet b’mod sinifikanti fi preses ġodda ta’ liga iebsa fil-perjodu kkunsidrat, u għalhekk hija kapaċi tforni firxa wiesgħa ta’ estrużjonijiet tal-aluminju, inklużi ligi ibsin.

(55)

Il-produttur esportatur Fuyao Glass argumenta li l-investigazzjoni jenħtieġ li timmira prinċipalment lejn dawk l-estrużjonijiet tal-aluminju użati fil-bini u l-kostruzzjoni jew “għall-użu fl-istrutturi”, u li l-prodotti prodotti u esportati minn Fuyao Glass bħal prodotti aċċessorji relatati mal-karozzi jenħtieġ li jiġu esklużi.

(56)

Fuyao Glass argumenta wkoll li meta jitqiesu karatteristiċi distingwibbli fil-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, il-proċess ta’ manifattura, il-kwalità, il-kanali ta’ distribuzzjoni, in-nuqqas ta’ interkambjabbiltà u perċezzjoni differenti tal-konsumatur, kif ukoll id-disparità fil-kostijiet tal-produzzjoni u l-ipprezzar bejn il-prodotti ta’ applikazzjonijiet ta’ użu aħħari differenti ħafna, tkun teħtieġ l-esklużjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju tagħhom għall-użu dekorattiv awtomobilistiku mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni.

(57)

B’appoġġ għall-pretensjoni tagħhom, Fuyao Glass argumenta għadd ta’ differenzi tekniċi bejn il-prodotti prodotti u esportati minnhom, u l-prodotti użati fil-bini u fis-settur tal-kostruzzjoni, bħat-tip ta’ liga tal-aluminju użata, ċerti stadji speċifiċi tal-produzzjoni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni, it-tiqdim, l-ispezzjoni tal-apparenza u l-ippakkjar. Barra minn hekk, Fuyao Glass argumenta li l-omoġeneità jew is-similarità huma element li għandu jitqies fid-definizzjoni tal-prodott.

(58)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li Fuyao Glass ma spjegax għaliex l-investigazzjoni għandha timmira estrużjonijiet tal-aluminju użati fil-bini u l-kostruzzjoni jew “għall-użu fi strutturi” biss, u mhux estrużjonijiet tal-aluminju użati minn industriji oħra. L-estrużjonijiet tal-aluminju jintużaw f’bosta industriji, inkluż fis-settur awtomobilistiku, u kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Filwaqt li huwa minnu li hemm ċerti differenzi bejn l-estrużjonijiet differenti tal-aluminju f’termini ta’ forma u proprjetajiet, huwa importanti li wieħed jinnota li dawk l-oġġetti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal pereżempju li huma magħmula mill-aluminju, u jintużaw bħala input (jiġifieri prodotti intermedjarji) fil-produzzjoni ta’ prodotti downstream. Għalhekk, it-tipi varji effettivament jappartjenu għall-prodott ikkonċernat kif deskritt taħt id-definizzjoni tal-prodott.

(59)

Ċerti produtturi esportaturi (Jilin Qixing, Shandong Nollvetec Lightweight Equipment) u l-utent Alstom u l-assoċjazzjoni tiegħu UNIFE ddikjaraw li estrużjonijiet tal-aluminju għall-industrija tat-trasport bil-ferrovija jenħtieġ li jiġu esklużi mill-investigazzjoni. Il-pretensjonijiet ewlenin f’dan ir-rigward kienu li dan huwa settur żgħir tal-konsumaturi għall-industrija tal-Unjoni, li l-utent ikun milqut b’mod sproporzjonat, u li l-importazzjonijiet miċ-Ċina huma soluzzjonijiet apposta. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li japplikaw standards u karatteristiki tekniċi differenti għal estrużjonijiet tal-aluminju f’dan is-settur, li jiddistingwuh minn setturi oħra.

(60)

L-industrija tal-Unjoni kkontestat din it-talba għal esklużjoni abbażi tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li timmanifattura prodotti għall-industrija tat-trasport bil-ferrovjarja. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li l-prodott taħt investigazzjoni huwa ddefinit b’mod wiesa’ u l-karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi ta’ din l-industrija huma inklużi f’dik id-definizzjoni.

(61)

Il-Kummissjoni rrifjutat din it-talba għall-esklużjoni minħabba li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza konvinċenti li turi li l-estrużjonijiet tal-aluminju għas-settur tat-trasport bil-ferrovija għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi differenti. Fil-fatt, is-setturi tal-utenti kollha, u ħafna utenti individwali, għandhom standards u rekwiżiti tekniċi speċifiċi, li jfisser li l-industrija tat-trasport bil-ferrovija hija sempliċement settur ta’ utent ieħor aktar milli settur b’raġunijiet għal esklużjoni mill-miżuri. Bl-istess mod, talbiet oħra bbażati fuq standards tekniċi speċifiċi mħarsa mill-prodotti importati jew użi finali speċifiċi ma setgħux jiġu aċċettati minħabba li l-konformità ma’ standard speċifiku mhijiex fiha nnifisha kawża għall-esklużjoni mid-definizzjoni tal-prodott, jekk il-prodott jaqa’ fid-definizzjoni rilevanti. Huwa inevitabbli li n-negozju tal-estrużjonijiet tal-aluminju, li huwa aktar u aktar iffukat fuq prodotti personalizzati, se jkollu rekwiżiti u standards speċifiċi; madankollu, dan ma jfissirx li għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi differenti.

(62)

Barra minn hekk, huwa ċar li diversi produtturi tal-Unjoni jistgħu jipprovdu lil dan is-settur bil-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti tiegħu. Dan ġie kkonfermat, pereżempju, fir-rigward tal-estrużjonijiet tal-aluminju kbar għall-vaguni tal-ferrovija, fejn l-industrija tat-trasport bil-ferrovija ddikjarat li tliet produtturi fiċ-Ċina u wieħed fl-Unjoni kienu kapaċi jfornu l-ħtiġijiet tagħhom.

(63)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienet teżisti l-ebda raġuni biex is-settur ferrovjarju (jew parti minnu) jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni.

(64)

Bosta partijiet interessati oħra kkummentaw dwar prodotti li jimmanifatturaw jew jimportaw u jitolbu kjarifika dwar jekk humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni kkummentat dwar talbiet bħal dawn f’Nota mqiegħda fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tinnota li, fl-aħħar mill-aħħar, tali deċiżjonijiet huma l-kompetenza tal-awtoritajiet doganali nazzjonali fil-mument tal-importazzjoni. Se tingħata attenzjoni speċifika lil din il-kwistjoni f’termini ta’ deskrizzjoni alternattiva potenzjali tal-prodott ikkonċernat.

3.   DUMPING

3.1.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(65)

Kif iddikjarat fil-premessa (24) hawn fuq, Liaoning Zhongwang Group ma kkooperax mal-investigazzjoni. Barra minn hekk, dan ma ssottomettiex kummenti dwar l-ittra li biha ġie infurmat li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tapplika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(66)

Kif indikat fil-premessa (32), l-investigazzjoni tnediet abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bagħtet lill-GtĊ żewġ kwestjonarji dwar l-eżistenza ta’ distorsjoni (5) mal-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, il-GtĊ ma ssottomettiex tweġibiet. Il-Kummissjoni infurmat lill-GtĊ permezz ta’ Note Verbale tal-25 ta’ Marzu 2020 li kellha l-ħsieb li tagħmel użu mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku f’dak ir-rigward u stiednet lill-GtĊ tissottometti l-kumment tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Il-GtĊ ma ssottomettiex kummenti.

3.2.   Valur normali

(67)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(68)

Madankollu, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jispula li f’każ li jiġi ddeterminat li ma jkunx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi stabbilit esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, u għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti.

(69)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GtĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(70)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, fost oħrajn, għall-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

—

is-suq inkwistjoni li huwa moqdi sa punt sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni ta’ politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

—

preżenza tal-Istat fid-ditti li tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet;

—

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

—

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, ta’ dawk korporattivi jew ta’ dawk li jikkonċernaw il-proprjetà;

—

distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi;

—

aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(71)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Tabilħaqq, minħabba li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jenħtieġ li jitqiesu għas-sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(72)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”

(73)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (6), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien it-tnedija.

(74)

L-ilment kien fih informazzjoni dwar studji u rapporti addizzjonali li janalizzaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-aluminju fiċ-Ċina. L-ewwel sors kien ir-Rapport dwar il-kapaċitajiet żejda fiċ-Ċina maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina (“Rapport tal-Kamra tal-Kummerċ tal-UE”), li ntuża biex juri l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni eċċessiva fiċ-Ċina. It-tieni, l-ilmentatur elenka d-dokument tal-OECD intitolat “Measuring distortions in international markets — The aluminium value chain” (“OECD Study”)(“Il-kejl tad-distorsjonijiet fis-swieq internazzjonali - Il-katina tal-valur tal-aluminju” (“Studju tal-OECD”) (7), li janalizza mill-qrib il-kwistjoni tas-sussidji finanzjarji mogħtija lill-kumpaniji fl-industrija tal-aluminju, kif ukoll il-fatt li t-taxxi tal-esportazzjoni fuq l-aluminju primarju u r-rifużjonijiet tal-VAT mhux kompluti fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-aluminju skoraġġew l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju u ħeġġew il-produzzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti semis u fabbrikati tal-aluminju, inklużi estrużjonijiet tal-aluminju. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur indika li f’rieżami ta’ skadenza reċenti rigward id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw miċ-Ċina (8), il-Kummissjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u din is-sejba kienet sistemika fin-natura tagħha u mhux limitata għall-prodott ikkonċernat f’dik l-investigazzjoni partikolari, u ma kien hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitbiegħed minn din il-metodoloġija.

(75)

Kif indikat fil-premessa (66), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ fl-istadju tal-bidu, inklużi r-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(76)

Il-kummenti f’dan ir-rigward tressqu fil-bidu f’isem żewġ produtturi esportaturi, GuangDong HaoMei New Materials Co., Ltd, u GuangDong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd (Haomei u King Metal). L-ewwel nett, dawn il-partijiet interessati ddikjaraw li s-sussidji li rċevew kienu ta’ ammont minimu u ffukaw fuq it-titjib tat-teknoloġija u tal-IT. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-għajnuniet li rċevew kienu komparabbli ma’ dawk mogħtija fl-UE lil intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata sabiex jinkisbu għanijiet ta’ interess pubbliku, bħall-aġġornament tat-trasformazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni, l-elenkar ta’ għadd ta’ liġijiet Ewropej li jikkonċernaw l-għajnuna finanzjarja lill-intrapriżi.

(77)

Il-Kummissjoni tfakkar li għall-fini li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti taħt l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi distortivi elenkati f’din id-dispożizzjoni jiġi analizzat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. L-istruttura tal-kostijiet u l-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet fi swieq oħra, inklużi kwistjonijiet relatati ma’ appoġġ finanzjarju, bħal appoġġ mogħti fl-UE, ma jitqisux f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li d-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina ġew ivvalutati fil-livell tal-pajjiż kollu. Għalhekk, anki jekk fil-fatt il-produtturi esportaturi li kkummentaw ma bbenefikawx minn xi finanzjament sinifikanti mill-Istat, iż-żewġ kumpaniji kienu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju kif deskritt fit-taqsimiet 3.2.1.8 flimkien ma’ 3.2.1.5 hawn taħt. Dan għaliex, kif spjegat fit-taqsima 3.2.1.4, iż-żewġ produtturi esportaturi kienu soġġetti, bħall-kumpaniji kollha fis-settur tal-aluminju, għal dokumenti ta’ ppjanar u gwida tal-Istat Ċiniż u gawdew minn aċċess għall-finanzjament, permezz tas-sistema finanzjarja Ċiniża deskritta fit-taqsima 3.2.1.8. F’dan ir-rigward, il-banek u istituzzjonijiet oħra ta’ finanzjament li jsegwu l-gwida tal-GtĊ, jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-atturi tas-suq, inklużi l-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju, u b’hekk joħolqu xibka ta’ sikurezza finanzjarja għal dawk l-intrapriżi, u jagħtuhom vantaġġ addizzjonali meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom li jinsabu barra ċ-Ċina.

(78)

It-tieni nett, il-produtturi esportaturi sostnew li l-ilment irrefera għal distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet f’termini ġenerali ħafna, u li dawn l-elementi ma kinux applikabbli b’mod partikolari għalihom infushom. Il-produtturi esportaturi ssottomettew li skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, sabiex jinħadem il-valur normali, il-Kummissjoni tista’ tagħżel li tuża l-kostijiet domestiċi sal-punt li huma stabbiliti b’mod pożittiv li mhumiex distorti, fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa u l-valutazzjoni għandha ssir separatament għal kull esportatur u produttur. Haomei u King Metal allegaw li l-evidenza dwar distorsjonijiet sinifikanti li jinsabu fl-ilment, abbażi ta’ diversi Rapporti, kienu jappartjenu b’mod wiesa’ għall-ekonomija Ċiniża u s-settur tal-aluminju Ċiniż, u ma kinux applikabbli awtomatikament għaż-żewġ produtturi esportaturi.

(79)

Il-Kummissjoni tinnota, fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fil-livell nazzjonali. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina. Fi kwalunkwe każ, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti li l-produtturi esportaturi juru li l-kostijiet domestiċi tagħhom stess mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jistgħu jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Madankollu, ma ġie stabbilit l-ebda kost domestiku biex ma jkunx hemm distorsjoni fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa, inkluż fil-qafas tad-dispożizzjoni dwar il-partijiet interessati fl-Artikolu 2(6a)(c). B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi ma ppreżentawx evidenza preċiża u xierqa dwar il-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni msemmija fit-taqsima 3.2.1.10 u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza rilevanti li dawn is-sejbiet ma japplikawx għall-kostijiet domestiċi ta’ dawk il-produtturi esportaturi, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(80)

It-tielet, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li kemm ir-Rapport tal-Kummissjoni kif ukoll ir-Rapport tal-Kamra tal-Kummerċ tal-UE dwar il-fajl huma ġenerali ħafna, peress li jiddiskutu problemi ġenerali fl-industrija tal-aluminju li madankollu mhumiex applikabbli għal Haomei u King Metal b’mod partikolari. Bl-istess mod, l-Istudju tal-OECD ikkonċentra fuq l-akbar produtturi u filwaqt li huma riċevituri ewlenin ta’ sussidji statali fiċ-Ċina, id-dokument jirrikonoxxi li produtturi oħra, inklużi l-produtturi tas-semis, ma jibbenefikawx minn sussidji estensivi mill-Istat. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi ma jirċevux ammonti eċċessivi ta’ sussidji mill-Istat, kif deskritt fid-dettall fil-kummenti riċevuti li jelenkaw l-għajnuna mill-Istat kollha li rċevew Haomei u King Metal. Għalhekk, iż-żewġ produtturi esportaturi mhumiex soġġetti għas-sussidji tal-Istat sal-punt li huma soġġetti l-akbar produtturi u għalhekk il-prezzijiet tagħhom mhumiex distorti.

(81)

Il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti hija stabbilita għall-pajjiż esportatur kollu f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b). Għalhekk, it-tliet rapporti użati biex juru l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti huma rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a)(b). Skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-użu tal-kostijiet domestiċi huwa permess jekk dawn ikunu stabbiliti b’mod pożittiv li ma jiġux distorti fil-livell tal-produtturi esportaturi individwali. Il-fatt li ż-żewġ produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn sussidji fl-istess livell bħal produtturi oħra akbar huwa irrilevanti f’dan il-każ, kif spjegat aktar fil-premessi (76) sa (77).

(82)

Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi sostnew li l-prezzijiet tal-enerġija u l-kostijiet tal-pagi tagħhom ma kinux distorti u li ma kien hemm l-ebda evidenza li tappoġġa l-pretensjoni li distorsjonijiet sinifikanti affettwaw dawk iż-żewġ fatturi tal-produzzjoni.

(83)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (77), l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) jippermettu lill-produtturi esportaturi juru li l-kostijiet domestiċi tagħhom stess mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jistgħu jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Madankollu, f’dan il-każ l-ebda kost tal-enerġija domestika, u lanqas pagi domestiċi ma ġew stabbiliti li huma mingħajr distorsjoni fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa, inkluż fil-qafas tad-dispożizzjoni dwar il-partijiet interessati fl-Artikolu 2(6a)(c). L-ebda produttur esportatur ma ppreżenta evidenza li turi li l-kostijiet tal-enerġija u tax-xogħol tiegħu ma kinux distorti. Għalhekk, il-pretensjoni tagħhom f’dak ir-rigward ma ntlaqgħetx.

(84)

Fir-rigward tar-rifużjonijiet tal-VAT taċ-Ċina fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-aluminju, Haomei u King Metal sostnew li huma ma bbenefikawx minn rifużjonijiet tal-VAT fir-rigward ta’ staneg u vireg, u li huma bbenefikaw biss minn tnaqqis tat-taxxa ta’ 10 % fuq it-taxxa fuq l-introjtu korporattiv.

(85)

L-ewwel nett, il-produtturi esportaturi li kkummentaw ma żvelawx aktar dettalji dwar jekk prodotti oħra esportati minnhom jistgħux ikunu soġġetti għal rifużjoni tal-VAT, lil hinn mill-informazzjoni dwar l-istaneg u l-vireg. It-tieni nett, kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, il-politika tar-rifużjonijiet tal-VAT taċ-Ċina hija partikolarment rilevanti bħala evidenza li turi d-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-inputs (jiġifieri l-aluminju primarju) użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-fatt li l-esportazzjonijiet ta’ Haomei u King Metal ta’ ċerti prodotti tal-aluminju ma jkunux soġġetti għal rifużjonijiet tal-VAT ma jbiddilx il-fatt li l-prezzijiet tal-materja prima użata minnhom fil-proċess tal-produzzjoni jiġu distorti bħala riżultat tal-politika li teżenta l-VAT fil-livell tal-pajjiż kollu. Il-produtturi esportaturi msemmija ma pprovdew l-ebda evidenza għall-kuntrarju. Għaldaqstant, il-pretensjoni tagħhom ma ntlaqgħetx.

(86)

Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi ddikjaraw li l-liġi kummerċjali u l-istatuti tal-kumpaniji tagħhom ma jsemmux ir-rwol tal-Kumitat tal-Partiti, u li kienu soġġetti għall-infurzar tal-liġijiet dwar il-falliment u l-liġijiet korporattivi u tal-proprjetà. Huma sostnew li l-awditi twettqu regolarment minn kontabilisti pubbliċi ċċertifikati u l-baġits kienu trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku.

(87)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-Kostituzzjoni tas-CCP, il-kumpaniji Ċiniżi kollha huma meħtieġa jistabbilixxu ċelloli tal-partiti, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (105). Għalhekk, il-fatt li ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fl-istatuti taż-żewġ produtturi esportaturi ma jbiddilx il-fatt li s-CCP influwenzat id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-każ tal-maġġoranza tan-nisġa korporattiva taċ-Ċina, permezz tal-preżenza tal-Istat fiċ-ċelloli tal-partit (9). Dan ikkontribwixxa għall-influwenza u l-kontroll ġenerali mis-CCP fuq l-ekonomija Ċiniża. B’konsegwenza ta’ dan, tali intervent mill-Istat kien qed jaffettwa mhux biss lill-produtturi esportaturi Ċiniżi iżda wkoll lill-produtturi tal-materja prima u l-inputs użati minn dawn il-produtturi esportaturi (inklużi Haomei u King Metal), bir-riżultat li l-prezzijiet ta’ dawn l-inputs kienu distorti. Ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl biex jiġi kkontestat dan il-fatt. It-tieni nett, fit-taqsima 3.2.1.6, il-Kummissjoni stabbiliet distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fir-rigward tal-infurzar tal-liġijiet dwar il-falliment, il-liġijiet korporattivi u tal-proprjetà, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a)b, ir-raba’ inċiż. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li d-distorsjonijiet preżenti fil-livell tal-pajjiż kollu mhumiex applikabbli għaż-żewġ produtturi esportaturi. Għaldaqstant, iż-żewġ pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(88)

Produttur esportatur ieħor, jiġifieri Press Metal Group, ippreżenta kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti bħala reazzjoni għan-Nota tal-16 ta’ Marzu 2020. Il-produttur esportatur iddikjara li l-Kummissjoni ma għandhiex tibda l-proċedura bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel ma fil-fatt tiddetermina b’mod pożittiv l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Għalhekk, skont dan l-esportatur, il-Kummissjoni ma għandhiex tieħu passi bħal li tibgħat kwestjonarji skont l-Artikolu 2(6a) u tibda tfittex pajjiż rappreżentattiv sakemm l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi stabbilita b’mod pożittiv.

(89)

Il-Kummissjoni ċċarat li filwaqt li d-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) sseħħ biss fil-ħin tad-divulgazzjoni proviżorja u/jew definittiva, l-Artikolu 2(6a)(e) jistabbilixxi obbligu li tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq din il-bażi. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset l-evidenza sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti bħala suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. In-Notifika ta’ Bidu speċifikat dan b’mod ċar fil-punt 3 tagħha, f’konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. Għalhekk il-Kummissjoni ħadet il-passi meħtieġa fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. Din il-proċedura tinkludi li jintbagħtu kwestjonarji, kif ukoll it-tiftix għal pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) jimponi obbligu ulterjuri fuq il-Kummissjoni biex tinforma lill-partijiet minnufih wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li biħsiebha tuża f’dan ir-rigward. Dan jikkostitwixxi l-bażi legali għall-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarji dwar in-noti dwar il-fatturi tal-produzzjoni, kif dettaljat fil-premessi (35) sa (37). Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni ma laqgħatx il-pretensjoni.

(90)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza inkluża fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat.

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(91)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa “s-sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (10). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża dwar il-proprjetà hija eżempju ewlieni: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tinkariga lill-Istat bis-sostenn tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, u l-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda statali (11).

(92)

Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (Chinese Communist Party, “CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), b’mod li jifformaw superstruttura li fiha ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is-]sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (12) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles.

(93)

L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (13). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f’diversi friegħi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(94)

L-ewwel nett, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv kumplessiv, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Istat, iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk iġiegħlu lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.5 hawn taħt) (14).

(95)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika ta’ self tagħhom ikunu jeħtieġu li jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern aktar milli primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta’ xi proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 hawn taħt) (15). L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju għajr is-settur bankarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhuwiex xprunat biex itejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (16).

(96)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika oħrajn minbarra l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tistabbilixxi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, li għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (17). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-Gvern taċ-Ċina (GtĊ) iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (18).

(97)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern imorru kontra l-operat ħieles tal-forzi tas-suq, u jirriżultaw f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (19).

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa moqdi f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(98)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(99)

Il-GtĊ u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-influwenza tagħhom fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (State-owned enterprises, SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fil-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4 hawn taħt), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (20). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (21). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-aluminju huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.1.5 hawn taħt.

(100)

L-istudju tal-OECD, ippreżentat mill-ilmentatur bħala evidenza, jirreferi għall-SOEs fis-settur tal-aluminju li fil-preżentazzjonijiet regolatorji tagħhom speċifikament jenfasizzaw kif is-sjieda tal-Istat tinfluwenza l-politiki industrijali rilevanti u kif is-sjieda tal-Istat issarraf f’appoġġ tal-gvern. B’mod aktar speċifiku, SOE partikolari ssemmi fil-prospett tal-bonds tal-2016 tagħha li hija waħda mit-52 intrapriża ewlenin tal-Istat, li għandha rwol ewlieni fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ politiki fis-settur tal-enerġija, u li tirċievi appoġġ komprensiv u sostenibbli mill-GtĊ. Fil-prospett tal-bonds tal-2017 tagħha, SOE oħra tirreferi għall-fatt li l-gvern provinċjali rispettiv jista’ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-grupp (22).

(101)

Iċ-Ċina hija l-akbar produttur tal-aluminju fid-dinja, b’bosta SOEs kbar li jikklassifikaw bħala l-ogħla produtturi individwali fid-dinja. Skont l-istimi, l-SOEs jammontaw għal aktar minn 50 % tal-output totali tal-aluminju primarju fiċ-Ċina (23). Studju dwar l-industrija tal-metall mhux ferruż fiċ-Ċina wkoll jindika lejn id-direzzjoni li l-SOEs huma responsabbli għal sehem dominanti tas-suq domestiku (24). Filwaqt li żieda fil-kapaċità fis-snin reċenti hija parzjalment attribwita lil kumpaniji bi sjieda privata, tali żieda fil-kapaċità normalment tinvolvi wkoll diversi forom ta' involviment tal-gvern (lokali), bħat-tolleranza tal-espansjoni illegali tal-kapaċità (25). Barra minn hekk, żdiedet ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju fost l-SOEs ewlenin, minkejja li f’livell inqas (26).

(102)

Minbarra li jikkontrolla l-SOEs, il-GtĊ jinfluwenza wkoll il-kumpaniji privati fiċ-Ċina. Pereżempju, il-Kummissjoni kkonstatat li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun, Press Metal Group, irrikonoxxiet li rċeviet appoġġ finanzjarju mill-Istat fis-snin reċenti. Il-President tal-bord tal-kumpanija, Guan Baoqiang, qal: “il-gvern jappoġġa t-trasformazzjoni tal-intrapriża tagħna lejn manifattura intelliġenti f’diversi aspetti. Fl-2011, is-sussidjarja tal-intrapriża tat-teknoloġija avvanzata li twaqqfet dan l-aħħar ibbenefikat minn politiki preferenzjali tal-gvern bħall-ħelsien mit-taxxa, eċċ. Is-sena li għaddiet, sabiex il-katina tal-produzzjoni ssir aktar intelliġenti u awtomatika, introduċejna tagħmir intelliġenti ta’ livell għoli fuq skala kbira, li jiswa aktar minn RMB 100 miljun, u l-gvern ta sussidju għat-trasformazzjoni teknoloġika. Issa, se nagħtu attenzjoni b’mod spontanju lill-politiki ta’ appoġġ tal-industrija governattiva (27).”

(103)

Barra minn hekk, skont il-prospett tal-Offerta Pubblika Inizjali tal-produttur esportatur Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd., il-kumpanija rċeviet sussidji tal-gvern b’mod regolari. Matul il-perjodu ta’ rapportar, tali produttur esportatur ibbenefika mill-ammonti li ġejjin: RMB 11 318 300 fl-2016, RMB 17 020 800 fl-2017, RMB 11 486 700 fl-2018. Dawn it-trasferimenti ammontaw għal 11,28 %, 13,24 %, 11,16 % tal-profitt tal-kumpanija, rispettivament. B’rabta ma’ dan, l-istess dokument jispeċifika l-importanza ta’ dawk is-sussidji għall-kumpanija: “Matul il-perjodu ta’ rappurtar, is-sussidji tal-gvern li rċeviet l-intrapriża pprovdew garanzija ta’ finanzjament. Meta wieħed iħares lejn il-proporzjon tas-sussidji/profitt tal-gvern, il-prestazzjoni operattiva tal-intrapriża ma tiddependix l-aktar fuq is-sussidji tal-gvern. Madankollu, f’każ li l-intrapriża ma tkunx tista’ tirċievi sussidji tal-gvern fil-futur, dan jista’ jkollu impatt fuq il-fluss tal-flus u r-riżultati operattivi tal-intrapriża.” (28)

(104)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-aluminju u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-aluminju huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.1.5 hawn taħt.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(105)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u mezzi oħra, il-GtĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (29), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (30)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016 ’l hawn, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (31). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (32). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aluminju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(106)

L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GtĊ li qed jiżdied fis-settur tal-aluminju.

(107)

Kif ikkonstatat mill-Kummissjoni f’investigazzjoni oħra dwar ċertu foil tal-aluminju f’rombli li joriġina miċ-Ċina (33), fl-2017, produttur tal-aluminju tal-Istat Ċiniż, China Aluminium International Engineering Corporation Limited (“Chalieco”), emenda l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu biex jagħti aktar prominenza lir-rwol taċ-ċelloli tal-partit fil-kumpanija. Din kienet tinkludi kapitolu sħiħ dwar il-Kumitat tal-Partit, u l-Artikolu 113 tiegħu jiddikjara: “Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet korporattivi prinċipali, il-Bord għandu jikkonsulta lill-Kumitat tal-Partit tal-Kumpanija bil-quddiem.” (34) Barra minn hekk, fir-Rapport Annwali tal-2017 tagħha (35), l-Aluminum Corporation of China (“Chalco”) tiddikjara li għadd ta’ diretturi, superviżuri, u maniġment superjuri — inkluż il-President u d-Direttur Eżekuttiv, u l-President tal-Kumitat Superviżorju — huma membri tas-CCP.

(108)

Fir-rigward ta’ SOE oħra attiva fis-settur Ċiniż tal-aluminju, il-Kummissjoni stabbilixxiet li d-direttur eżekuttiv u l-president tal-kumpanija, He Zhihui, kellu l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Komunista, filwaqt li l-president tal-kumitat superviżorju tal-kumpanija, Ye Guohua, kien membru tal-Kumitat tal-Partit Komunista.

(109)

Rabtiet mill-qrib mal-Istat u l-ideoloġija tiegħu huma riflessi wkoll fid-deskrizzjoni tas-sit web ta’ kumpanija oħra - Xinfa Group. Il-kumpanija “taderixxi mal-gwida tal-ideoloġija soċjalista ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi fl-era l-ġdida” (36). Fl-istess ħin, il-president tal-Shandong Xinfa Group, Zhang Gang, ingħata t-titlu onorarju ta’ “Membru Eċċezzjonali tal-Partit Komunista tal-Provinċja ta’ Shandong” fl-2001 mill-Kumitat tas-CCPs tal-Provinċja. Hu kien ukoll membru tal-10 u l-11-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (37).

(110)

Bl-istess mod, id-direttur eżekuttiv u s-CEO tal-produttur ewlieni China Hongqiao Group, Zhang Bo, ġie elett bħala membru tat-12-il sessjoni tal-Kungress tal-Poplu Provinċjali ta’ Shandong u ngħata t-titlu ta’ “Ħaddiem Mudell Nazzjonali” fl-2010. Fl-istess ħin, Zhang Bo hu l-viċi president tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli mhux Ferrużi taċ-Ċina u l-president tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Aluminju ta’ Shandong (38). Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll li l-viċi president ta’ Hongqiao Group, Deng Wenqiang, kien membru tal-15-il, s-16-il u s-17-il sessjoni tal-Kungress tal-Poplu ta’ Zouping County u d-9 u l-10 sessjoni tal-Kungress tal-Poplu ta’ Binzhou City (39).

(111)

F’eżempju ieħor, il-preżenza tas-CCP f’waħda mill-kumpaniji fil-kampjun, Liaoning Zhongwang Group Co. Ltd. ġiet ikkonfermata mill-informazzjoni li ġejja: “Fost is-seba’ membri tal-Kumitat tal-Partit tal-grupp, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit iservi bħala viċi maniġer ġenerali tal-grupp, u s-sitt membri l-oħra tal-Kumitat tal-Partit iservu bħala viċi maniġer ġenerali, direttur tal-fabbrika u pożizzjonijiet oħra rispettivament. Flimkien mal-livell ta’ ġestjoni tal-Grupp, il-Kumitat tal-Partit tal-grupp stabbilixxa “Laqgħat Konġunti” u “Laqgħat Regolari Bidirezzjonali” u sistemi oħra u għandu jipprovdi lill-maniġment b’feedback dwar l-opinjonijiet u s-suġġerimenti miġbura mill-persunal u l-ħaddiema, sabiex jipprovdi referenza importanti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet xjentifiċi tal-intrapriża. Iċ-ċentraliżmu demokratiku tal-Partit għandu japplika għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet prinċipali tal-intrapriża, u s-sistema interna ta’ evalwazzjoni tal-Partit għandha tiġi introdotta fil-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-intrapriza sabiex jiġi ggarantit it-teħid ta’ deċiżjonijiet xjentifiku” (40).

(112)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (41). Għaldaqstant, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inklużi l-SOEs, fis-settur tal-aluminju u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GtĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(113)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija determinata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffukaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru prattikament is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell aktar baxx korrispondenti ta’ gvern. B’mod ġenerali, is-sistema ta’ ppjanar fiċ-Ċina tirriżulta f’riżorsi diretti lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (42).

(114)

Pereżempju, il-gvern għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tas-settur Ċiniż tal-aluminju. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li jappartjenu direttament jew indirettament lis-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern imexxi u jikkontrolla virtwalment kull aspett tal-iżvilupp u tal-funzjonament tas-settur tal-aluminju. Tali politiki għandhom impatt dirett jew indirett importanti fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju.

(115)

F’konformità mas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-każ ta’ ċertu foil tal-aluminju f’rombli li joriġina miċ-Ċina (43), il-fatti li ġejjin huma applikabbli bl-istess mod għal dan il-każ li jikkonċerna estrużjonijiet tal-aluminju, li huwa, b’mod simili, prodott downstream tal-aluminju:

(116)

Għalkemm it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (44) ma jinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aluminju, għall-industrija tal-metall mhux ferruż inġenerali, dan jipprevedi strateġija ta’ promozzjoni tal-kooperazzjoni rigward il-kapaċità ta’ produzzjoni internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-pjan jikkonferma li se jsaħħaħ is-sistemi ta’ appoġġ relatati mal-pjattaformi tat-tassazzjoni, tal-finanzi, tal-assigurazzjoni, tal-investiment u tal-finanzjament, kif ukoll mal-pjattaformi tal-valutazzjoni tar-riskju (45).

(117)

Il-pjan settorjali korrispondenti, il-Pjan ta’ Żvilupp għall-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż (2016-2020) (“il-Pjan”) jistabbilixxi politiki u miri speċifiċi li l-gvern għandu l-għan li jilħaq għal għadd ta’ industriji tal-metalli mhux ferrużi (46), inkluż l-aluminju.

(118)

Il-Pjan għandu l-għan li jkabbar il-firxa tat-tipi ta’ prodotti li jiġu prodotti mill-industrija Ċiniża tal-aluminju, fost l-oħrajn billi tiġi appoġġata l-innovazzjoni. Dan jitlob li jkun hemm żvilupp rapidu tas-sistema ta’ sjieda mħallta u li tingħata spinta lill-vitalità tal-SOEs. Huwa jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jinħażnu stokkijiet ta’ metalli mhux ferrużi, it-titjib tas-sigurtà tar-riżorsi, inkluż l-aluminju, u jistabbilixxi miri kwantitattivi speċifiċi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, jiżdied il-proporzjon ta’ aluminju rriċiklat fil-produzzjoni u jiżdied l-użu tal-kapaċità (47).

(119)

Il-Pjan jipprevedi wkoll aġġustamenti strutturali b’kontroll aktar strett fuq faċilitajiet ġodda tat-tidwib u l-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet. Dan jipprevedi d-distribuzzjoni ġeografika tal-impjanti tal-ipproċessar, jiffoka fuq proġetti biex jiżdied l-isfruttament tar-riżorsi tal-boksajt u tal-alumina u jkopri l-politika tal-provvista u tal-ipprezzar tal-elettriku (48).

(120)

B’din il-firxa wiesgħa ta’ miżuri u politiki, il-Pjan jirrappreżenta kontinwazzjoni tal-Pjan ta’ Aġġustament u Rivitalizzazzjoni għall-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi tal-2009 li ġie adottat biex jittaffu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-industrija tal-metall mhux ferruż. L-objettivi ewlenin stabbiliti fil-pjan jinkludu, fost oħrajn, kontroll tal-volum tal-produzzjoni, ristrutturar, forniment tal-materja prima mis-sors, politika dwar it-tassazzjoni fuq l-esportazzjoni, is-sigurtà tar-riżorsi, il-ħżin ta’ stokkijiet, l-innovazzjoni teknoloġika, il-politika finanzjarja, u l-ippjanar u l-implimentazzjoni (49).

(121)

Dokument ta’ politika ieħor immirat lejn is-settur tal-aluminju huwa l-Kundizzjonijiet Standard applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju li nħarġu mill-MIIT fit-18 ta’ Lulju 2013 sabiex jitħaffef l-aġġustament strutturali u tittaffa l-espansjoni diżorganizzata tal-kapaċitajiet ta’ tidwib tal-aluminju. Il-Kundizzjonijiet Standard jintroduċu kwantitajiet minimi ta’ produzzjoni għal impjanti ġodda, standards ta’ kwalità u sigurtà tal-provvista għall-boksajt u għall-alumina li jiġu importati u fornuti b’mod domestiku. Il-Kundizzjonijiet Standard jindikaw li l-MIIT hija l-awtorità inkarigata mill-istandardizzazzjoni u mill-ġestjoni tal-industrija tal-aluminju, kif ukoll mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji awtorizzati biex joperaw fl-industrija tal-aluminju (50).

(122)

Fl-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-ħolqien ta’ ambjent tas-suq eċċellenti, it-trawwim tal-aġġustament u t-trasformazzjoni strutturali tal-industrija tal-metall mhux ferruż u ż-żieda fil-benefiċċji maħruġa mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat fl-2016 (2016/42) (51), l-awtoritajiet Ċiniżi jiddikjaraw bħala objettivi ewlenin “l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-industrija tal-metall mhux ferruż; L-ibbilanċjar tal-provvista u d-domanda ta’ kategoriji ta’ prodotti ewlenin; Iż-żamma tar-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju elettrolitiku ogħla minn 80 %; Iż-żieda b’mod sinifikanti tal-kapaċità tas-sigurtà tal-provvista tar-riżorsi minerali għall-minerali bħar-ram u l-aluminju” (52). Id-dokument jippreskrivi wkoll “il-kontroll b’mod strett tal-kapaċità l-ġdida tal-produzzjoni.” Biex jinkiseb dan, l-Istat jeħtieġ li: “Jiżgura l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni ġodda tal-aluminju elettrolitiku indispensabbli (riformati, estiżi); […] Juża s-superviżjoni soċjali u għodod oħra; Iżid l-isforzi ta’ superviżjoni u spezzjoni; Jinvestiga b’mod strett u jittratta proġetti ġodda tal-aluminju elettrolitiku li jiksru r-regolamenti” (53). Dawn id-dispożizzjonijiet juru l-grad sostanzjali tal-intervent tal-GtĊ fis-settur tal-metalli mhux ferrużi, inkluż is-settur tal-aluminju.

(123)

L-interferenza mill-Istat imsemmija hawn fuq fil-funzjonament tas-settur tal-aluminju permezz ta’ dokumenti tal-ippjanar hija riflessa wkoll fil-livell provinċjali. Pereżempju, l-Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-seba’ industriji intensivi fl-enerġija (2018/248) tas-6 ta’ Novembru 2018 jirrikjedi t-“trawwim tal-estensjoni tal-katina tal-industrija tal-aluminju elettrolitiku” permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: “iż-żieda ulterjuri tal-proporzjon tal-ipproċessar fin u fil-fond ta’ aluminju elettrolitiku likwidu u materjali għall-ipproċessar tal-aluminju; il-ħeffa u t-trawwim tal-estensjoni tal-katina tal-industrija tal-aluminju għal prodotti lesti u prodotti ta’ kwalità għolja; l-espansjoni tal-użu ta’ materjali tal-aluminju ta’ kwalità għolja; iż-żieda tal-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-industrija tal-ipproċessar tal-aluminju (54).”

(124)

Kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, l-Istat ilu jintervjeni fil-funzjonament tas-settur tal-aluminju għal ħafna snin qabel ma ħarġu d-dokumenti ta’ politika msemmija hawn fuq, dan jidher pereżempju mil-Linji Gwida għall-Aċċellerazzjoni tar-Ristrutturar tal-Industrija tal-Aluminju (“Linji Gwida għar-Ristrutturar”) (55), maħruġa mill-NDRC f’April 2006. Din tal-aħħar qieset l-aluminju bħala prodott fundamentali fl-iżvilupp tal-ekonomija nazzjonali. Il-Linji Gwida għar-Ristrutturar jiddikjaraw li, fl-implimentazzjoni tal-Politika għall-Iżvilupp Industrijali approvata mill-Kunsill tal-Istat, għandhom jintlaħqu objettivi speċifiċi f’ċerti oqsma. Dawn l-oqsma kienu: It-tisħiħ tal-konċentrazzjoni fl-industrija; L-aċċess għal kapital finanzjarju (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 hawn taħt); L-organizzazzjoni tal-industrija; Il-kontroll strett tal-esportazzjonijiet tal-aluminju elettrolitiku; u L-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet.

(125)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat li l-Istat Ċiniż kien qed jinterferixxi mal-operat ħieles tal-forzi tas-suq fis-settur tal-prodotti upstream tal-aluminju, u b’hekk fil-produzzjoni tal-inputs u tal-inputs għall-inputs, li jintużaw mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. F’dan ir-rigward, pereżempju, l-Avviż dwar it-trawwim tal-iżvilupp ordnat tal-Industrija tal-Alumina (2018/1655) maħruġ fit-28 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju Ġenerali tal-MIIT (56) jistipula, fir-rigward tal-alumina (input ewlieni fil-produzzjoni tal-aluminju primarju), li “gwidati mill-ideoloġija soċjalista ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi f’era ġdida, [il-partiti rilevanti kollha] jimplimentaw b’mod komprensiv u sħiħ l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit; iżżommu mal-orjentazzjoni ġenerali tal-istabbiltà fix-xogħol li jkun għaddej; iżżommu mal-kunċett ta’ żvilupp ġdid; jiffokaw fuq ir-riformi strutturali min-naħa tal-provvista; jagħmlu użu sħiħ mir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi, fl-involviment aħjar tal-gvern, […] fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp domestiku, u fil-promozzjoni ta’ żvilupp ordnat u b’saħħtu tal-industrija tal-alumina.” (57) L-istess dokument jiddikjara li “l-Kummissjonijiet għall-Iżvilupp u r-Riforma provinċjali u l-amministrazzjonijiet tal-MIIT għandhom: iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi attwali fl-industrija tal-alumina fir-reġjun tagħhom; jikkombinaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-bażi tal-industrija, id-domanda tas-suq u l-konsum tal-enerġija u l-kapaċità ambjentali tar-reġjun tagħhom; issaħħu l-ippjanar xjentifiku għall-iżvilupp tal-industrija tal-alumina; jikkoordinaw l-iskala u t-tqassim tal-iżvilupp tal-industrija tar-reġjun tagħhom; jiżguraw id-dimostrazzjonijiet tal-proġetti; jimplimentaw b’mod strett ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni; jappoġġaw b’mod ordnat il-kostruzzjoni ta’ proġetti; issaħħu s-superviżjoni tal-proċess kollu; jiżguraw li l-iskala tal-iżvilupp tal-industrija taqbel mad-domanda tas-suq domestiku u l-kapaċità ta’ rfigħ lokali; jipprevjenu l-għaġġla fil-kostruzzjoni ta’ proġetti.” (58) Sabiex jinkiseb dan tal-aħħar, id-dokument jippreskrivi t-tisħiħ tas-superviżjoni u l-ispezzjoni: “Skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-avviż, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, il-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli mhux ferrużi taċ-Ċina u partijiet rilevanti oħra għandhom jipproċedu għal spezzjonijiet ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni tal-alumina fil-forma ta’ ittri ta’ stħarriġ, riċerka u investigazzjonijiet każwali. F’każ ta’ problemi, dawn għandhom jiġu trattati b’mod strett skont ir-regolament rilevanti.” (59) Id-dispożizzjonijiet deskritti hawn fuq juru l-grad ta’ intervent u kontroll mill-Istat fis-suq Ċiniż tal-alumina, input ewlieni fil-produzzjoni tal-aluminju primarju, li huwa l-materja prima użata mill-produtturi tal-estrużjonijiet tal-aluminju.

(126)

Input ieħor fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat huwa l-elettriku, li jikkostitwixxi 2 %-3 % tal-kost tal-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonstatat evidenza ta’ distorsjonijiet ikkawżati mill-Istat li jaffettwaw il-prezz tal-elettriku pprovdut lill-produtturi Ċiniżi tal-aluminju. B’mod partikolari, ġie stabbilit li l-Istat intervjena favur il-produtturi Ċiniżi permezz ta’ pprezzar tal-enerġija differenzjat u aktar vantaġġuż. Fl-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-ħolqien ta’ ambjent tas-suq eċċellenti, it-trawwim tal-aġġustament u t-trasformazzjoni strutturali tal-industrija tal-metall mhux ferruż u ż-żieda fil-benefiċċji msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Ċiniżi rrikonoxxew bħala għan ta’ politika “it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-politika differenzjata tal-prezzijiet tal-elettriku; L-inkoraġġiment tal-utenti eliġibbli tal-elettriku biex jikkonkludu ftehimiet diretti ma’ kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; L-iffissar ta’ prezzijiet permezz ta’ negozjar” (60). Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li politiki simili ġew implimentati fil-livell provinċjali. Pereżempju, fil-Provinċja ta’ Yunnan, skont l-informazzjoni rrappurtata miċ-China Industry Journal f’Novembru 2019: “Sabiex jiġi implimentat il-pjan, Yunnan ħarġet suċċessivament politiki speċifiċi bħall-“Opinjoni ta’ Implimentazzjoni dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrat tal-Idroenerġija u l-Materjali tal-Aluminju” u l-“Pjan li jimplimenta prezzijiet preferenzjali għall-promozzjoni tal-użu tal-Idroenerġija” . Jidher ċar li kwalunkwe intrapriża li ġġib il-kwota tal-kapaċità tagħha lil Yunnan għandha tibbenefika mill-politika ta’ “prezz preferenzjali bi trażmissjoni sħiħa”, li jfisser li għall-ewwel 5 snin, l-aluminju elettrolitiku għandu jibbenefika minn prezz preferenzjali speċjali tal-elettriku ta’ RMB 0,25 għal kull kWh. Fir-rigward tal-ipproċessar fil-fond tal-materjali, għandu jingħata prezz preferenzjali speċjali tal-elettriku ta’ RMB 0,20 għal kull kWh. Skont rapporti, il-proġetti integrati ta’ Henan Shenhuo u Sichuan Qija li ġabu kwoti għall-bini f’Yunnan diġà bbenefikaw mill-politika għal proġetti ta’ integrazzjoni u ffirmaw ftehimiet rilevanti ma’ gvernijiet lokali, kumpaniji tal-enerġija elettrika, u kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija” (61).

(127)

Bħala eżempju ieħor ta’ interferenza mill-Istat, fil-livell provinċjali, fl-Avviż imsemmi qabel tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-seba’ industriji intensivi fl-enerġija, l-awtoritajiet ħarġu miri ta’ trasformazzjoni u ta’ aġġornament għall-industrija tal-aluminju elettrolitiku fir-rigward tal-użu tal-enerġija: “Sal-2022, il-konsum tal-elettriku tal-aluminju elettrolitiku għal kull tunnellata għandu jaqa’ għal madwar 12800 kWh, ir-rata ta’ pproċessar fil-fond tal-aluminju elettrolitiku fil-provinċja għandha tilħaq madwar 50 %, u l-valur miżjud tal-aluminju għal kull tunnellata għandu jiżdied b’medja ta’ aktar minn 30 %” (62).

(128)

Fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti tal-ippjanar imsemmija hawn fuq, l-assoċjazzjonijiet Ċiniżi tal-industrija għandhom rwol importanti. Dawn l-entitajiet għandhom jiggarantixxu li l-industrija timplimenta l-politiki tal-GtĊ. Din ir-responsabbiltà hija kkonfermata mill-fatt li fl-attività tagħhom, huma jikkollaboraw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istat, li huwa rifless fl-istatuti tagħhom. Fil-każ tas-settur tal-aluminju, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni, tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli mhux Ferrużi taċ-Ċina jafferma b’mod partikolari li “l-Assoċjazzjoni taderixxi mal-linja bażika u diversi prinċipji u politiki tal-partit, tirrispetta l-Kostituzzjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki nazzjonali, u tirrispetta l-valuri soċjali u morali. Għandha żżomm mal-iskop li sservi lill-gvern, l-industrija, l-intrapriżi u lill-maniġers tan-negozju; għandha tistabbilixxi u ttejjeb l-mekkaniżmu ta’ awtodixxiplina tal-industrija; għandha tinvolvi b’mod sħiħ lill-persunal tal-gvern biex tikseb l-assistenza; għandu jkollha rwol ta’ tranżizzjoni bejn il-gvern u l-intrapriżi.” (l-Artikolu 3). Bl-istess mod, l-Artikolu 25 jiddikjara li l-president, il-viċi president u s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni jridu jissodisfaw l-ewwel kundizzjoni li: “Jaderixxu mal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (63).

(129)

Bl-istess mod, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni, tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni Mhux Ferruża taċ-Ċina jistipula li “l-Assoċjazzjoni taċċetta gwida tan-negozju kif ukoll superviżjoni u ġestjoni mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat, il-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina” (l-Artikolu 4). Wieħed mill-elementi stabbiliti fl-ambitu tan-negozju tal-Assoċjazzjoni huwa wkoll li “b’mod attiv jitressqu suġġerimenti u opinjonijiet dwar l-iżvilupp tal-industrija u politiki, liġijiet u regolamenti tal-industrija skont il-prinċipji ġenerali u l-kompiti tal-Partit u l-Istat li jikkonċernaw il-bini ta’ sistema soċjalista tal-ekonomija tas-suq filwaqt li titqies is-sitwazzjoni attwali tal-industrija.” (l-Artikolu 6). Fl-aħħar, l-Artikolu 22 jippreskrivi wkoll li l-president, il-viċi president u s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni jridu, fost l-oħrajn, jissodisfaw il-kundizzjoni li: “Jaderixxu mal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (64).

(130)

Għalhekk, id-diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li jappartjenu għall-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, juru b’mod ċar il-grad għoli ta’ intervent tal-gvern Ċiniż fis-settur tal-aluminju (65). Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern jidderiġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett mill-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.

(131)

Lil hinn mill-pjanijiet, l-intervent tal-gvern fis-settur ħa l-forma, fost oħrajn, ta’ miżuri relatati mal-esportazzjoni, inklużi dazji tal-esportazzjoni, kwoti tal-esportazzjoni, rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u rekwiżiti minimi tal-prezz tal-esportazzjoni fuq materja prima differenti għall-aluminju.

(132)

Il-GtĊ ikompli jiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju u tal-inputs tiegħu, bl-għan li jippromwovi prodotti tal-aluminju b’valur miżjud ogħla. Dan l-objettiv huwa segwit bl-għoti ta’ rifużjonijiet sħaħ jew parzjali tal-VAT fuq prodotti tal-aluminju downstream flimkien ma’ rifużjonijiet mhux kompluti tal-VAT u taxxi tal-esportazzjoni fuq l-aluminju primarju (66).

(133)

Kif ikkonstatat mill-Kummissjoni (ara l-premessa (126)), il-prezzijiet tal-inputs ewlenin bħall-enerġija u l-elettriku jiġu influwenzati minn tipi differenti ta’ intervent tal-gvern (67). Tipi oħra ta’ intervent tal-gvern li jwasslu għal distorsjonijiet fis-suq jinkludu l-politika ta’ ħżin ta’ stokkijiet permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u r-rwol tas-Shanghai Futures Exchange (SHFE) (68). Barra minn hekk, bosta investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ stabbilew li l-gvern Ċiniż b’mod konsistenti ta tipi differenti ta’ miżuri ta’ appoġġ mill-Istat lill-produtturi tal-aluminju (69). L-intervent estensiv tal-GtĊ fis-settur tal-aluminju wassal għall-kapaċità żejda (70), li aktarx huwa l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GtĊ u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(134)

L-Istudju tal-OECD identifika wkoll appoġġ tal-gvern addizzjonali li jinfluwenza l-forzi tas-suq fis-settur tal-aluminju. Tali appoġġ tipikament jieħu l-forma ta’ inputs, b’mod partikolari l-elettriku u l-alumina primarja, mibjugħa bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq (71). L-Istudju tal-OECD jiddeskrivi wkoll kif l-objettivi tal-GtĊ għas-settur tal-aluminju jissarrfu f’politiki industrijali u f’azzjonijiet speċifiċi fil-livell provinċjali u lokali, inkluż pereżempju injezzjonijiet ta’ kapital, drittijiet ta’ pussess ta’ prijorità għar-riżorsi minerali, għotjiet u sussidji tal-gvern jew inċentivi fiskali (72).

(135)

Fil-qosor, il-GtĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji ewlieni, inkluż is-settur tal-aluminju, li jkopri l-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju, kif ukoll l-aluminju primarju, il-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat (aktar minn 50 % tal-kostijiet ta’ produzzjoni tiegħu). Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(136)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma tagħtix riżultati adegwati b’rabta mal-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju li tissalda l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (73).

(137)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fiċ-Ċina (74). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, b’ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (75). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (76).

(138)

L-istess bħas-setturi l-oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-estrużjonijiet tal-aluminju huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(139)

Din is-sejba hija appoġġjata mid-determinazzjoni affermattiva proviżorja tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta’ ċertu Fojl tal-Aluminju miċ-Ċina li, bl-użu tal-fatti disponibbli, sabet li l-forniment ta’ art tal-Gvern taċ-Ċina għal Remunerazzjoni Inqas Minn Adegwata tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tat-Taqsima 771 (5)(D) tal-Att dwar it-Tariffi tal-1930, kif emendat (77).

(140)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-aluminju, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b)tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(141)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, “ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (78). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (79). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ benefiċċji oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li minħabba f'hekk isibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (80). Dan is-sejbien iwassal għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(142)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza rilevanti li turi li s-settur tal-aluminju, inklużi l-produtturi tal-estrużjonijiet tal-aluminju, mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-aluminju huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b)tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(143)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(144)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (81), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla karigi eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (82) u, għal darba oħra, l-istess bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment il-politiki pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (83). Dan jiġi aggravat mir-regoli eżistenti addizzjonali, li jidderiġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala inċentivati jew li b’xi mod ieħor ikunu importanti (84).

(145)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(146)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GtĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu sistematikament għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (85).

(147)

Dan jiġi aggravat mir-regoli eżistenti addizzjonali, li jidderiġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala inċentivati jew li b’xi mod ieħor ikunu importanti (86). Dan jirriżulta fi preġudizzjoni favur is-self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(148)

F’dan ir-rigward, l-Istudju tal-OECD jagħmel referenza għal evidenza aneddotali li ċerti produtturi tal-aluminju fiċ-Ċina kisbu finanzjament fuq termini preferenzjali, fejn il-kost tal-finanzjament jidher li mhuwiex assoċjat mal-livell korrispondenti ta’ influwenza korporattiva. Skont dak l-istudju, fil-prospett tal-bonds tiegħu tal-2016, produttur wieħed tal-aluminju tal-Istat iddikjara b’mod espliċitu li huwa jattira appoġġ finanzjarju konsiderevoli mill-banek ta’ politika Ċiniżi b’rata tal-imgħax aktar baxxa mill-valur referenzjarju. B’mod simili, il-prospett tal-bonds tal-2017 ta’ produttur ieħor tal-Istat jirreferi għar-rabtiet mill-qrib li l-kumpanija għandha mal-banek Ċiniżi, inklużi banek ta’ politika li taw sorsi ta’ finanzjament bi spiża baxxa lil dik il-kumpanija. B’rabta ma’ dan, l-Istudju tal-OECD jikkonkludi li filwaqt li jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għalfejn ir-rati tal-imgħax huma baxxi għal dawn id-ditti, il-kuntrast bejn indikaturi finanzjarji dgħajfin u rati tal-imgħax baxxi jista’ jissuġġerixxi xi valutazzjoni insuffiċjenti potenzjali tar-riskju assoċjat ma’ dawk il-mutwatarji (87).

(149)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir reċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-rispons kummerċjali normali.

(150)

It-tielet, minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta’ self bir-rata referenzjarja jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied notevolment mill-2015 minkejja d-deterjorament fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(151)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Għalhekk, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GtĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ riportament ta’ dejn, li wassal għall-ħolqien tal-hekk imsejħa kumpaniji “zombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew swaps ta’ dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(152)

Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi lliberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

(153)

Ma ġietx ippreżentata evidenza li turi li s-settur tal-aluminju, inklużi l-produtturi tal-estrużjonijiet tal-aluminju, se jkunu eżentati mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati severament fil-livelli kollha.

3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(154)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi fl-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.1.1-3.2.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.1.6-3.2.1.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(155)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-estrużjonijiet tal-aluminju, hemm bżonn firxa wiesgħa ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs tagħhom kollha fiċ-Ċina. Meta l-produtturi Ċiniżi tal-estrużjonijiet tal-aluminju jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għal distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

(156)

Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-estrużjonijiet tal-aluminju mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali la l-GtĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

3.2.1.10.   Konklużjoni

(157)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet minn 3.2.1.2 sa 3.2.1.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-aluminju (inkluż il-prodott ikkonċernat) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ ebda kooperazzjoni mill-GtĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(158)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tistabbilixxi l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

(159)

Il-Kummissjoni għażlet il-pajjiż rappreżentattiv abbażi tal-kriterji li ġejjin:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi ta’ data tal-Bank Dinji;

—

Il-produzzjoni tal-prodott investigat f’dan il-pajjiż;

—

Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti f’dan il-pajjiż; u,

—

Fejn hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(160)

Kif spjegat fil-premessi minn (31) sa (37) il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti fil-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(161)

Fin-Nota tas-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji msemmija hawn fuq u identifikat il-pajjiżi li ġejjin bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali: il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador, ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, il-Każakistan, il-Malasja, Mauritius, il-Messiku, il-Montenegro, il-Federazzjoni Russa, is-Serbja, is-Sri Lanka, it-Tajlandja u t-Turkija. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar diversi aspetti tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv mill-produtturi esportaturi, mill-industrija tal-Unjoni u minn importaturi mhux relatati.

(162)

Il-Kummissjoni mbagħad ippubblikat in-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020 li tindirizza l-kummenti riċevuti u li tinforma lill-partijiet interessati li, abbażi tal-kriterji elenkati fil-premessa (159), hija kellha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw.

(163)

Importatur issuġġerixxa li jkun aktar xieraq li ssir distinzjoni bejn ligi rotob u ligi iebsa. Skont din id-distinzjoni, it-Turkija tkun il-pajjiż rappreżentattiv xieraq għal ligi mhux iebsa, filwaqt li l-Federazzjoni Russa tkun il-pajjiż l-aktar xieraq għal ligi iebsa.

(164)

L-ewwel nett, it-tipi ta’ prodotti mhumiex neċessarjament determinanti għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. It-tieni, l-investigazzjoni żvelat li fil-fatt l-estrużjonijiet tal-aluminju magħmula miż-żewġ tipi ta’ ligi huma prodotti fit-Turkija. Fl-aħħar nett, kif indikat fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Federazzjoni Russa nstabet li ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ minħabba restrizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-aluminju (88).

(165)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonfermat li t-Turkija kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ.

3.4.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(166)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet fin-Nota tas-16 ta’ Marzu 2020 lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi maħsuba biex jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott investigat mill-produtturi esportaturi.

(167)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll is-sorsi li għandhom jintużaw sabiex jinbena l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku (l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”), l-istatistika nazzjonali, eċċ). Fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ta’ fatturi ta’ produzzjoni li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment kienu meqjusa li ntużaw għall-analiżi tal-GTA.

(168)

Fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet se tuża data tal-GTA biex tistabbilixxi l-ispiża mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, inkluża l-materja prima. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li kienet se tuża data mill-Istitut Statistiku Tork biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi, il-kostijiet tal-elettriku u l-kostijiet tal-gass. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li, biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni, hija kienet se tuża d-data finanzjarja tal-kumpaniji li ġejjin:

—

Onat Aluminyum Sanayi Ticaret Anonim Sirketi;

—

Okyanus Aluminyum Sanayi Ticaret Anonim Sirketi;

—

Alugen Aluminyum Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi;

—

Eksal Aluminyum Kalip Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi; u,

—

Gensa Aluminyum Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi.

(169)

Wara n-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, l-ilmentatur sostna li l-marġni ta’ profitt fuq din il-bażi kien baxx wisq. Skont l-ilmentatur, il-profitt xieraq qabel it-taxxa jenħtieġ li jkun ta’ 16 % u mhux ta’ 7,3 % kif identifikat mill-Kummissjoni. Fil-fehma tal-ilmentatur, dan kien il-profitt meħtieġ b'kont meħud tal-investimenti kontinwi sinifikanti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-assi fuq terminu twil.

(170)

L-ilmentatur żied ukoll li, f’każ li l-Kummissjoni ma taċċettax li tuża l-marġni ta’ profitt propost ta’ 16 % propost, jenħtieġ li teskludi mill-kalkolu tal-marġni ta’ profitt medju ż-żewġ kumpaniji Torok, li rreġistraw l-inqas profitt. Skont l-ilmentatur dan ikun xieraq billi dawn iż-żewġ kumpaniji ma laħqux il-profitt minimu ta’ 6 % meħtieġ fl-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament bażiku.

(171)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni spjegat fid-dettall kif ġie stabbilit il-profitt li għandu jintuża fil-kalkoli abbażi tal-profitt tal-ħames kumpaniji Torok elenkati fil-premessa (168). F’dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni diġà eskludiet dawk il-kumpaniji li ma rrappurtawx profitt. Il-kumpaniji profittabbli kollha li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti ġew ikkunsidrati, irrispettivament mil-livell ta’ profitt tagħhom, sakemm ma kinux qed jagħmlu telf. Dan jirrifletti l-marġni ta’ profitt medju miksub fil-pajjiż rappreżentattiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku japplika fil-kuntest tal-bejgħ taħt il-prezz, filwaqt li f’dan il-kuntest il-Kummissjoni tfittex li taċċerta l-profitt mhux distort fil-pajjiż tal-oriġini.

(172)

Il-produttur esportatur, Press Metal Group, sostna li l-prezzijiet tal-London Metal Exchange (“LME”) kienu jirrappreżentaw prezz internazzjonali għall-aluminju mingħajr distorsjoni u aktar xieraq, meta mqabbel mad-data tal-GTA. Madankollu, dan il-produttur esportatur indika li kien irriveda d-data tal-GTA għall-importazzjonijiet lejn it-Turkija, inkluż fl-Excel tal-Kummissjoni wara n-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, u sab li d-data tal-GTA tal-prodotti tal-aluminju fit-Turkija kienet ġeneralment f’konformità ma’ dik ippubblikata minn LME.

(173)

Importatur nnota l-fatt li d-data tas-sors għal diversi fatturi ta’ produzzjoni (kostijiet lavorattivi, profitt medju u SG&A, elettriku u gass) kienet ibbażata fuq informazzjoni minn snin differenti. Il-Kummissjoni tiċċara li, meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tqis dan fil-kalkolu tagħha billi tapplika, fejn xieraq, deflaturi biex tistabbilixxi l-valur rilevanti għall-fatturi tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

3.5.   Spejjeż u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni

(174)

Il-Kummissjoni ppruvat tistabbilixxi lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni u ta’ sorsi intenzjonati biex jintużaw għall-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi.

(175)

Il-Kummissjoni ma reċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni wara n-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020 fejn, abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-partijiet interessati, il-Kummissjoni stabbiliet lista tal-kodiċijiet ta’ merkanzija Torka kollha li tikkorrispondi għall-fatturi ta’ produzzjoni użati fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

(176)

Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati u miġbura waqt l-RCCs, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet li ġejjin, fejn applikabbli:

Tabella

Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċijiet tal-prodotti Torok

Valur

Unitajiet

Materja prima

Aluminju (mhux illigat, mhux maħdum)

7601 10 00

12,8

CNY/KG

Ligi tal-aluminju (mhux maħduma)

7601 20 20

13,6

CNY/KG

Ruttam tal-aluminju

7602 00 90

8,8

CNY/KG

Staneg u vireg tal-aluminju (mhux illigati)

7604 10 10

18,7

CNY/KG

Staneg u vireg ta’ ligi tal-aluminju

7604 29 10

32,6

CNY/KG

Żingu (minimu ta’ 99,99 % żingu skont il-piż, mhux maħdum)

7901 11 00

18,2

CNY/KG

Ligi taż-żingu

7901 20 00

19,9

CNY/KG

Manjeżju (mhux maħdum)

8104 11 00

19,0

CNY/KG

Titanju (mhux maħdum)

8108 20 00

942,5

CNY/KG

Titanju (ieħor) — Staneg, vireg, profili u wajer

8108 90 30

371,3

CNY/KG

Titanju (ieħor) — Pjanċi, folji, strixxi u fojl

8108 90 50

430,3

CNY/KG

Titanju (ieħor) — Tubi u pajpijiet

8108 90 60

2 504,3

CNY/KG

Titanju (ieħor) — ieħor

8108 90 90

1 286,1

CNY/KG

Żirkonju (mhux maħdum)

8109 20 00

2 012,7

CNY/KG

Manganiż (skart u ruttam)

8111 00 19

m/a

CNY/KG

Manganiż (ieħor)

8111 00 90

m/a

CNY/KG

Ligi tal-kromu li jinkludu aktar minn 10 % nikil skont il-piż

8112 21 10

3 653,0

CNY/KG

Ram (preċipitat)

7401 00 00

1,9

CNY/KG

Oġġetti tar-ram (oħra)

7419 99 90

188,7

CNY/KG

Ossidi u idrossidi tal-ħadid

2821 10 00

10,9

CNY/KG

Siliċju (minimu ta’ 99,99 % siliċju skont il-piż)

2804 61 00

2 365,6

CNY/KG

Siliċju (ieħor)

2804 69 00

16,3

CNY/KG

Aċidu tal-kubrit

2807 00 00

0,4

CNY/KG

Aċidu nitriku

2808 00 00

23,0

CNY/KG

Aċidu fosforiku

2809 20 00

5,3

CNY/KG

Idrossidu tas-sodju

2815 11 00

3,2

CNY/KG

Aġent ta’ raffinar (anjoniku)

3402 11 00

m/a

CNY/KG

Enerġija

Elettriku

2716 00 00

0,6

CNY/KWh

Gass naturali

2711 11 00

2,1

CNY/m3

Fjuwil minerali — żejt

2710 19 25

6,5

CNY/KG

Ilma

2201 90 00

7,6

CNY/m3

Manodopera

Pagi diretti u indiretti fis-settur tal-manifattura

M/A

43,0

CNY/h

Prodott sekondarju / skart

Ruttam tal-aluminju

7602 00 90

8,8

CNY/KG

3.5.1.   Materja prima

(177)

Għall-materja prima u l-materjali awżiljarji kollha, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw lil dawn il-prezzijiet. B’mod simili, ġiet eskluża wkoll id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (89). Wara l-esklużjoni ta’ dawk l-importazzjonijiet, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi, għal 97 % fil-medja tal-volumi totali importati fit-Turkija għall-fatturi ta’ produzzjoni elenkati fit-Tabella ta’ hawn fuq.

(178)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji rilevanti tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv. Fi stadju aktar tard, matul il-kalkoli tal-marġni tad-dumping individwali, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku speċifiċi għall-kumpanija mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew ibbażati fuq id-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(179)

Għal materja prima b’impatt negliġibbli f’termini ta’ kostijiet, li l-kumpaniji ma rrappurtawx fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu, dawn il-kostijiet ġew inklużi fil-kostijiet indiretti tal-manifattura kif spjegat fil-premessa (189). Il-fatturi tal-produzzjoni li tmexxew għall-kostijiet indiretti ġew elenkati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija.

3.5.2.   Manodopera

(180)

Biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, kif indikat fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni użat l-istatistika mill-Istitut Tork tal-Istatistika.

(181)

Fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni indikat li hija kienet beħsiebha tuża l-kostijiet lavorattivi ta’ kull siegħa fis-settur tal-manifattura għall-2016, għall-attività ekonomika C.24 (manifattura ta’ metalli bażiċi (90)). Din l-attività tikkorrispondi bl-aħjar mod għall-kodiċijiet identifikati NACE Rev.2 (91) u NAICS (92) u għall-kodiċi li ġie rappurtat mill-kumpaniji Torok magħżula. Dawn huma l-istatistika l-aktar reċenti disponibbli (93). Il-valuri ġew aġġustati b’mod xieraq billi intuża bħala deflatur l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (94) ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika.

3.5.3.   Inputs tal-enerġija

(182)

Biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-kostijiet tal-elettriku u tal-gass, il-Kummissjoni użat l-istatistika mill-Istitut Tork tal-Istatistika.

(183)

Fir-rigward tal-elettriku, fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni indikat li kienet beħsiebha tapplika l-prezz unitarju medju tal-elettriku għall-utenti industrijali, ipprovdut fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Istitut Tork tal-Istatistika (95). Fir-rigward tal-kostijiet tal-gass, il-Kummissjoni indikat li hija kienet beħsiebha tapplika l-prezz unitarju medju tal-gass għall-utenti industrijali, ipprovdut fl-istess stqarrija għall-istampa. Kemm għall-elettriku kif ukoll għall-gass, il-Kummissjoni naqqset il-VAT u naqqset il-prezzijiet għal-livell nett. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni adottat dan l-approċċ.

(184)

Fir-rigward tal-prezzijiet tad-diżil, il-Kummissjoni applikat il-prezz medju tad-diżil għas-settur industrijali fit-Turkija minn sorsi tal-OECD (96).

3.6.   Kostijiet indiretti tal-manifattura, SG&A u profitti.

(185)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-valur normali stabbilit jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali (“SG&A”) u għall-profitti. Barra minn hekk, kien meħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet indiretti tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni. Fin-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni identifikat ħames kumpaniji Torok elenkati fil-premessa (168).

(186)

Sabiex jiġi stabbilit valur mingħajr distorsjoni tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni użat il-proporzjon tal-ispiża tal-manifattura li l-SG&A jirrappreżentaw fl-istruttura tal-kostijiet ta’ dawn il-ħames kumpaniji Torok. Il-Kummissjoni użat iċ-ċifri tal-profitt kif irrappurtati fil-bażi ta’ data Orbis għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għamlet din id-data disponibbli għall-partijiet interessati bħala anness man-Nota tal-25 ta’ Ġunju 2020.

3.7.   Kalkolu tal-Valur Normali

(187)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin.

(188)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum ta’ materja prima, il-manodopera u l-enerġija). Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-kostijiet tal-manifattura tnaqqsu mill-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji li ntużaw mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni, kif irrappurtat mill-kumpaniji u vverifikat mill-Kummissjoni.

(189)

It-tieni nett, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet indiretti tal-manifattura. Il-kostijiet indiretti tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-materjali awżiljarji msemmija fil-premessa (179) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura attwalment imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(190)

Fl-aħħar nett, għall-kalkolu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt medju ponderat ta’ ħames kumpaniji Torok kif spjegat fil-premessa (186) hawn fuq.

(191)

L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura u applikati għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 15,16 %.

(192)

Il-profitt espress bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura u applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni kien jammonta għal 9,07 %, li huwa ogħla mill-marġni tal-profitt espress bħala perċentwal tad-dħul fil-premessa (169).

(193)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw.

3.8.   Prezz tal-esportazzjoni

(194)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni bi tliet modi differenti: direttament lil klijenti indipendenti, permezz ta’ importatur relatat fl-Unjoni jew permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala negozjant.

(195)

Rigward il-bejgħ dirett permezz ta’ negozjant relatat lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jrid jiġi mħallas għall-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(196)

Għall-bejgħ għall-esportazzjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-bejgħ, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-kostijiet SG&A, u għall-profitti dovuti.

3.9.   Tqabbil

(197)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex works.

(198)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kumparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u t-tagħbija, il-kostijiet tal-kreditu, l-imposti bankarji, imposti oħra fuq l-importazzjoni, ir-rifużjonijiet ta’ tmiem is-sena u l-kummissjoni tan-negozjant mhux relatat f’pajjiż terz.

(199)

Il-Kummissjoni għamlet ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għad-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ għall-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni u l-valur normali fejn ġew esklużi taxxi indiretti bħall-VAT. L-investigazzjoni kkonkludiet li fiċ-Ċina l-produtturi esportaturi jġarrbu obbligazzjoni tal-VAT ta’ 17 % mal-esportazzjoni filwaqt li 0 % (żbarri u vireg) jew 13 % (estrużjonijiet tal-aluminju oħrajn) jiġu rimborżati. Għalhekk, id-differenza fit-tassazzjoni indiretta, f’dan il-każ il-VAT li hija parzjalment rimborżata fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni, ġiet aġġustata fil-valur normali.

(200)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni ta’ produttur esportatur wieħed relatat man-negozjant fil-pajjiż terz skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-aġġustament ammonta għal kummissjoni li tinkludi t-tariffi reġistrati tal-aġent fl-SG&A tan-negozjant, il-bqija tal-SG&A tan-negozjant u l-profitt.

3.10.   Marġnijiet tad-dumping

(201)

Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju pponderat tat-tip ta’ prodott ikkonċernat korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(202)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet proviżorji tad-dumping medji ponderati, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Haomei Group:

—

Guangdong Haomei New Materials Co., Ltd.,

—

Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd.

30,4  %

PMI Group:

—

Press Metal International Ltd.,

—

Press Metal International Technology Ltd.

38,2  %

(203)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni ġie kkalkulat bħala medja pponderata abbażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(204)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun huwa ta’ 34,9 %.

(205)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit b'kont meħud tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produttur esportatur li kkoopera u l-volum totali ta’ importazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni — miċ-Ċina lejn l-Unjoni.

(206)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien meqjus bħala wieħed baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal madwar 48 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, produttur esportatur deliberatament ma kkooperax billi ma weġibx għall-kwestjonarju, minkejja li qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset bħala xieraq li tibbaża l-marġni residwu tad-dumping fil-livell ta’ 48,0 %. Dan il-marġni ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit fuq il-bażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(207)

Bħala konklużjoni, il-marġnijiet proviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni anti-dumping proviżorju

Haomei Group:

—

Guangdong Haomei New Materials Co., Ltd.,

—

Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd.

30,4  %

PMI Group:

—

Press Metal International Ltd.,

—

Press Metal International Technology Ltd.

38,2  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

34,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

48,0  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(208)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 200 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(209)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita f’livell ta’ madwar 3,3 miljun tunnellati. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra fuq il-bażi tad-data tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ European Aluminium, li ġiet kontroverifikata għall-affidabbiltà u l-kompletezza mal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inkluża d-data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(210)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu u biex jiġi ddeterminat il-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi.

(211)

Biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun sħiħa tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-estrużjonijiet tal-aluminju u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx iddestinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles.

(212)

Il-Kummissjoni sabet li parti żgħira ħafna mill-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet iddestinata għal użu kaptiv, kif muri fit-Tabella 1 hawn taħt. Is-suq magħluq kien stabbli b’madwar 2 % biss tal-konsum. Fejn xieraq, jidhru ċ-ċifri għas-suq kaptiv żgħir, u dawn jiġu inklużi fil-valutazzjoni ġenerali ta’ dak l-indikatur. Għal indikaturi oħra, bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-produttività, l-impjiegi u l-pagi, iċ-ċifri kkwotati hawn taħt huma relatati mal-attività kollha u ma hija xierqa l-ebda separazzjoni taċ-ċifri.

(213)

Fuyao Glass argumentat li, jekk mhux eskluż mill-ambitu tal-prodott, l-applikazzjoni tal-użu aħħari tal-estrużjonijiet tal-aluminju għall-użu dekorattiv tal-karozzi, jenħtieġ li titqies fl-aspetti kollha tal-investigazzjoni, inkluża valutazzjoni separata tad-dannu. Kif spjegat fil-premessi minn (43) sa (47), dawn l-estrużjonijiet għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal dawk għal użi oħra u għalhekk jappartjenu għall-prodott ikkonċernat, u l-valutazzjoni tad-dannu ssir għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hija. Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(214)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (209) abbażi tad-data mill-bejgħ ta’ European Aluminium fuq is-suq tal-Unjoni kif ukoll tad-data tal-importazzjonijiet mill-Eurostat.

(215)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

3 078 972

3 315 536

3 409 292

3 284 766

Indiċi

100

108

111

107

Suq kaptiv

61 338

60 455

60 143

56 640

Indiċi

100

99

98

92

Konsum fis-suq ħieles

3 017 634

3 255 081

3 349 149

3 228 126

Indiċi

100

108

111

107

Sors:

European Aluminium u Eurostat.

(216)

Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni żdied b’ 7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi dettaljata turi li mill-2016 sal-2018 is-suq tal-Unjoni żdied bi 11 % minn madwar 3,0 għal 3,3 miljun tunnellati, u fl-2019 naqas b’erba’ (4) punti perċentwali għal madwar 3,2 miljun tunnellati. Il-fluttwazzjoni u ż-żieda ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat kienet dovuta għat-tkabbir f’ċerti setturi ta’ utenti, bħas-settur awtomobilistiku.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(217)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-prodott ikkonċernat huwa prinċipalment importat lejn is-suq tal-Unjoni taħt il-kodiċijiet NM li ġejjin: 7604 21 00 (profili vojta), 7604 29 10 (staneg u vireg), 7604 29 90 (profili solidi), 7608 20 81 u 7608 20 89 (żewġ tipi ta’ pajpijiet u tubi, mhux iwweldjati) u 7610 90 90. Il-kodiċi tal-aħħar ikopri diversi strutturi tal-aluminju, partijiet minn strutturi u kits ta’ assemblaġġ tal-aluminju (li kollha kemm huma mhumiex il-prodott ikkonċernat), kif ukoll xi tipi tal-prodott ikkonċernat inklużi staneg, vireg u profili.

(218)

Fl-ilment, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġew ikkalkulati bl-użu tal-importazzjonijiet kollha tal-ewwel ħames kodiċijiet imsemmija hawn fuq flimkien ma’ 95 % tal-kodiċi NM 7610 90 90 għall-importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina biss. Il-ġustifikazzjoni għal din il-metodoloġija hija li l-importazzjonijiet tal-kodiċi 7610 90 90 miċ-Ċina kienu pprezzati madwar EUR 2 900 għal kull tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni li kienu jqarrbu ħafna mal-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-ħames (5) kodiċijiet NM l-oħra. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra saru bi prezz medju ta’ madwar EUR 6 500 kull tunnellata. Din l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tissuġġerixxi li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu l-prodott ikkonċernat, filwaqt li għal pajjiżi oħra, dawn kienu aktar prodotti b’valur miżjud bħal strutturi, li mhumiex il-prodott ikkonċernat. L-ilmentatur iddikjara li għal raġuni ta’ prudenza, 95 % mill-kodiċi NM 7610 90 90 jenħtieġ li jingħadd bħala l-prodott ikkonċernat.

(219)

Il-Kummissjoni investigat il-kwistjoni inizjalment billi eżaminat il-flussi kummerċjali fil-livell tal-kodiċijiet TARIC (kodiċijiet tal-merkanzija b’ 10 ċifri). Din l-informazzjoni kienet teżisti mid-data tal-bidu (l-14 ta’ Frar 2020). Din id-data appoġġat l-approċċ tal-ilmentatur f’termini ta’ prezz. Fl-istess ħin, parti kbira mill-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed jiġu ddikjarati taħt il-kodiċi TARIC 7610909090, li mhuwiex il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li titlob opinjoni u data mingħand il-partijiet interessati f’Nota mqiegħda fil-fajl tal-każ. Barra minn hekk, id-DĠ TAXUD u l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri ġew ikkuntattjati biex tintalab aktar data dwar dan il-kodiċi mir-reġistri tagħhom.

(220)

Żewġ importaturi mhux relatati u European Aluminium pprovdew xi kummenti u data wara t-talba addizzjonali għal informazzjoni.

(221)

Iż-żewġ importaturi mhux relatati indikaw li l-kodiċi NM 7610 90 90 normalment jenħtieġ li jinkludi prodotti ta’ valur ogħla minħabba li l-kodiċi jkopri, fost l-oħrajn, strutturi tal-aluminju. Għalhekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni aktar baxxi mill-medja miċ-Ċina skont dan il-kodiċi jistgħu jindikaw li kwantità kbira ta’ prodotti mhux assemblati ġiet inkluża, biex tibbenefika minn dazju konvenzjonali aktar baxx (6 %) f’dan il-kodiċi NM, milli mir-rata tad-dazju għall-intestaturi tariffarji 7604 u 7608 (7,5 %).

(222)

European Aluminium argumentat li l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina taħt il-kodiċi NM 7610 90 90 huma fil-biċċa l-kbira estrużjonijiet tal-aluminju “ppreparati għall-użu fl-istrutturi”, inklużi fl-ambitu tal-prodott, minħabba li l-prezz medju huwa simili għal dak għall-prodotti ddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7604 u 7608 (jiġifieri EUR 2 770/tunnellata) u l-prezz medju mhuwiex konformi ma’ dak tal-prodotti ddikjarati taħt il-kodiċi NM 7610 90 90 li joriġinaw fil-pajjiżi terzi l-oħra kollha, minbarra ċ-Ċina, (jiġifieri EUR 6 000/tunnellata) li jikkorrispondi għall-valur miżjud ekonomiku tat-trasformazzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju fi strutturi.

(223)

L-awtoritajiet doganali nazzjonali ta’ erba’ Stati Membri u d-DĠ TAXUD ipprovdew ukoll informazzjoni aktar dettaljata dwar l-importazzjonijiet. Madankollu, fl-istadju proviżorju tal-investigazzjoni, l-informazzjoni minn Stati Membri oħra kienet pendenti. Għalhekk ġie deċiż b’mod proviżorju li l-ilment kien jirrappreżenta l-aqwa informazzjoni disponibbli dwar il-volumi ta’ importazzjoni u li d-data kollha ppreżentata u analizzata hawn taħt tuża l-metodoloġija fl-ilment biex tistabbilixxi importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni għal darba oħra titlob lill-partijiet interessati biex jippreżentaw ruħhom sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni definittiva dwar data li tkun kompluta kemm jista’ jkun.

(224)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum ta’ importazzjoni mit-Turkija meta mqabbel mal-volum ta’ konsum fis-suq ħieles muri fit-Tabella 1.

(225)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

209 064

255 347

283 407

309 853

Indiċi

100

122

136

148

Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

6,9  %

7,8  %

8,5  %

9,6  %

Indiċi

100

113

122

139

Sors:

Eurostat.

(226)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn madwar 210 000 tunnellata għal madwar 310 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 48 %.

(227)

Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 6,9 % għal 9,6 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’żieda ta’ 39 %.

4.4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(228)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat bl-użu tal-kodiċijiet NM u l-metodoloġija msemmija fil-premessi (217) sa (223).

(229)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

2 812

2 733

2 798

2 912

Indiċi

100

97

100

104

Sors:

Eurostat.

(230)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu minn EUR 2 812 għal EUR 2 912/tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 4 %. Dan l-iżvilupp jenħtieġ li jitqies fid-dawl tal-iżvilupp ta’ indiċijiet tal-aluminju dinjija bħall-kwotazzjonijiet LME għal billetti tal-aluminju fit-Tabella 7. Il-billetti tal-aluminju huma l-materja prima ewlenija tal-prodott investigat. Matul l-istess perjodu, il-prezz tal-LME għall-billetti tal-aluminju żdied b’ 10 % kif muri fit-Tabella 7. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, fuq il-bażi tal-prezzijiet medji tal-Unjoni fit-Tabella 7 hawn isfel, kien hemm differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet soġġetti u l-prezzijiet tal-Unjoni ta’ madwar 20 %.

(231)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun miġbura mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex works; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Fejn il-bejgħ mill-produttur Ċiniż lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni kien permezz ta’ kumpanija tal-bejgħ relatata bbażata fl-Unjoni, il-prezz tal-importazzjoni kien stabbilit fuq bażi CIF, billi ġie aġġustat il-prezz tal-bejgħ lill-ewwel klijent indipendenti filwaqt li tqiesu l-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-SG&A tal-importatur relatat u għall-profitti li jakkumulaw abbażi tal-marġni tal-profitt medju ponderat matul il-perjodu tal-investigazzjoni rrapportat mill-importaturi mhux relatati fil-kampjun, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku;

(232)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal mill-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ aktar minn 25 %. Iċ-ċifri attwali kkalkulati mhumiex irreġistrati hawnhekk għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità iżda ġew żvelati lill-produtturi esportaturi kkonċernati li kkooperaw u li jaqgħu fil-firxa ta’ bejn 15 % sa 35 %. Madwar 99 % mill-volum tat-tipi ta’ prodotti importati nstabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet. Il-bejgħ kollu tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun sar direttament lil klijenti indipendenti, mingħajr entitajiet tal-bejgħ relatati. Produttur esportatur wieħed biegħ lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, mingħajr entitajiet tal-bejgħ relatati fl-Unjoni. Fir-rigward tal-produttur esportatur l-ieħor, il-maġġoranza tal-bejgħ tiegħu sar permezz ta’ entità tal-bejgħ relatata fl-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, peress li inqas minn nofs l-esportazzjonijiet totali tal-kumpaniji esportaturi fil-kampjun ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(9), il-Kummissjoni qieset li jkun hemm twaqqigħ tal-prezz sinifikanti għall-pajjiż kollu kemm hu, anki fid-dawl tad-differenzi fil-prezzijiet osservati msemmija fil-premessa (230).

(233)

Importatur wieħed (Kastens and Knauer) sostna li l-prodott investigat jinkludi kemm prodotti bi prezz baxx, standard kif ukoll prodotti mhux standard bi prezz għoli, li ma għandhomx jitqabblu ma’ xulxin. Skont dan l-importatur dawn il-prodotti ma għandhomx jitqabblu.

(234)

Kif imsemmi, intużat sistema dettaljata ħafna ta’ tqabbil tal-prezzijiet li tinvolvi forom u dimensjonijiet tal-prodott, diversi tipi ta’ rfinar u tip ta’ liga tal-materja prima. Instab livell għoli ta’ tqabbil bejn il-prodotti importati u dawk tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li tqabbil preċiż tal-prezzijiet kien possibbli, abbażi ta’ kriterji dettaljati u oġġettivi.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(235)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(236)

Kif imsemmi fil-premessa (9), il-Kummissjoni użat il-kampjunar għad-determinazzjoni ta’ dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(237)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġiba ta’ European Aluminium li kienet tinkludi data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(238)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjieg, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping fil-passat.

(239)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.6.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(240)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum ta’ produzzjoni (tunnellati)

2 760 000

2 890 000

2 960 000

2 810 000

Indiċi

100

105

107

102

Kapaċità ta’ produzzjoni (tunnellati)

4 135 000

4 140 000

4 261 000

4 284 000

Indiċi

100

100

103

104

Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

66,7

69,8

69,5

65,6

Indiċi

100

105

104

98

Sors:

European Aluminium.

(241)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 %. Analiżi dettaljata turi li mill-2016 sal-2018 il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’ 7 %, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’ħames punti perċentwali.

(242)

Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat kienet dovuta għat-tkabbir fid-domanda deskritta fit-Tabella 1. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-produzzjoni tagħha bi 2 % biss matul il-perjodu kkunsidrat, f’suq li kiber b’7 %. L-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tibbenefika għalkollox mit-tkabbir tas-suq.

(243)

Matul il-perijodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’4 %. Din iż-żieda moderata fil-kapaċità tirrifletti t-tentattivi li saru minn xi produtturi tal-Unjoni biex tiżdied il-kapaċità biex jintlaħaq il-potenzjal ta’ tkabbir tal-estrużjonijiet tal-aluminju.

(244)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni naqas bi 2 % minħabba li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-produzzjoni f’konformità mat-tkabbir tas-suq.

4.6.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(245)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-Bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni - kemm dak ħieles kif ukoll dak kaptiv (f’tunnellati)

2 629 338

2 751 455

2 817 143

2 675 640

Indiċi

100

105

107

102

Bejgħ fis-suq kaptiv

61 338

60 455

60 143

56 640

Indiċi

100

99

98

92

Bejgħ fis-suq ristrett bħala % tal-bejgħ totali tas-suq

2,0

1,8

1,8

1,7

Indiċi

100

92

89

87

Bejgħ fis-suq ħieles

2 568 000

2 691 000

2 757 000

2 619 000

Indiċi

100

105

107

102

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

85,1

82,7

82,3

81,1

Indiċi

100

97

97

95

Sors:

European Aluminium u Eurostat.

(246)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum totali tal-bejgħ tal-Unjoni fl-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 %.

(247)

Il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied ukoll bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-2016 sal-2018, il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied b’ 7 % u naqas b’ 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-bejgħ tal-Unjoni segwa x-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni mill-qrib ħafna, minħabba li l-industrija fil-parti l-kbira tħaddem sistema ta’ produzzjoni skont l-ordnijiet.

(248)

Is-suq ristrett tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal fuq il-bejgħ totali tal-Unjoni) kien madwar 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-suq kaptiv żgħir sofra tnaqqis ta’ 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, iżda dan kellu impatt marġinali minħabba d-daqs limitat ta’ dan is-suq.

4.6.3.   Tkabbir

(249)

Għaldaqstant, jirriżulta mit-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-bejgħ tal-Unjoni li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tlaħħaq mat-tkabbir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.4.   Impjieg u produttività

(250)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Impjieg u produttività

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati (FTE)

39 326

41 449

42 551

39 836

Indiċi

100

105

108

101

Produttività (tunnellati/FTE)

70,18

69,72

69,56

70,54

Indiċi

100

99

99

101

Sors:

European Aluminium.

(251)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 8 % mill-2016 sal-2018 fuq bażi FTE. Din iż-żieda kienet segwita minn tnaqqis ta’ 7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal darba oħra, dan l-iżvilupp isegwi x-xejra fil-volum ta’ produzzjoni muri fit-Tabella 4.

(252)

European Aluminium spjegat li hija wettqet stħarriġiet perjodiċi tal-impjieg li normalment kienu bbażati fuq madwar 40 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Iċ-ċifri kkwotati hawn fuq huma estrapolazzjoni tad-data sabiex tkopri l-industrija kollha. Ir-riżultati ta’ dawn l-istħarriġiet huma għalhekk ikkunsidrati rappreżentattivi għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi.

(253)

Billi ċ-ċifri għall-produzzjoni u l-impjiegi kienu jirriflettu lil xulxin mill-qrib, il-produttività f’termini ta’ tunnellati għal kull impjegat baqgħet fil-biċċa l-kbira stabbli.

4.6.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(254)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu sinifikattivament ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(255)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kinitx disponibbli data biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.7.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.7.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(256)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ unitarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz unitarju medju tal-bejgħ fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

3 053

3 372

3 508

3 619

Indiċi

100

110

115

119

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

2 960

3 245

3 448

3 541

Indiċi

100

110

116

120

Il-billett tal-aluminju ikkonsenjat ta’ tliet (3) xhur tal-LME (il-medja ta’ Rotterdam, tal-Ġermanja u tal-Italja f’EUR/tunnellata)

1 766

2 066

2 163

1 950

Indiċi

100

117

122

110

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u LME.

(257)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) żdiedu minn EUR 3 053/tunnellata għal EUR 3 619/tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, żieda ta’ 19 %.

(258)

Jenħtieġ li din ix-xejra ta’ żieda titqies fid-dawl ta’ żviluppi importanti fl-industrija. L-ewwel nett, matul il-perjodu kkunsidrat l-erba’ produtturi tal-Unjoni kollha inklużi fil-kampjun bidlu t-taħlita ta’ prodotti tagħhom. B’mod partikolari, il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-bejgħ tagħhom ta’ prodotti b’valur miżjud għoli, li għandhom prezzijiet ogħla. Barra minn hekk, il-prezzijiet tas-suq żdiedu minħabba ż-żidiet fil-prezz ta’ billett tal-aluminju, kif intwera mill-prezz tal-konsenja ta’ tliet xhur tal-LME.

(259)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun kien affettwat bil-kbir ukoll mill-iżvilupp tal-prezz ta’ LME u kien jinkludi l-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-produtturi inklużi fil-kampjun biex jaqilbu għal prodotti ta’ valur miżjud ogħla.

(260)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’ (20 %), jiġifieri b’rata ogħla mill-prezzijiet medji fis-suq ħieles tal-Unjoni (19 %).

4.7.2.   Kostijiet ta’ manodopera

(261)

Il-kostijiet medji ta’ manodopera tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Kostijiet medji ta’ manodopera għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet medji ta’ manodopera għal kull impjegat (EUR)

33 971

33 002

33 734

34 584

Indiċi

100

97

99

102

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(262)

Il-kostijiet medji ta’ manodopera għal kull impjegat żdiedu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.7.3.   Inventarji

(263)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Inventarji

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

8 583

8 930

11 056

10 845

Indiċi

100

104

129

126

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal mill-produzzjoni

3,4  %

3,4  %

4,1  %

4,4  %

Indiċi

100

98

119

128

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(264)

L-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni kienu baxxi matul il-perjodu kollu. Dan huwa dovut għall-fatt li l-industrija tal-estrużjonijiet tal-aluminju ġeneralment topera fuq bażi ta’ produzzjoni skont l-ordni. Għalhekk, dan l-indikatur huwa ta’ inqas importanza fl-analiżi ġenerali tad-dannu.

4.7.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(265)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

4,9

4,3

3,0

2,0

Indiċi

100

88

61

42

Fluss tal-flus (EUR)

37 678 269

43 401 626

8 594 466

35 807 285

Indiċi

100

115

23

95

Investimenti (EUR)

27 645 569

46 341 778

28 774 003

47 614 938

Indiċi

100

168

104

172

Redditu fuq l-investimenti (%)

34,8

25,4

16,7

10,0

Indiċi

100

73

48

29

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(266)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Kostijiet straordinarji u qligħ u telf tal-iħħeġġjar mhux realizzat ma ġewx inklużi fiċ-ċifri fit-Tabella 10. Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet pożittiva iżda baxxa matul il-perjodu kkunsidrat u naqset minn 4,9 % fl-2016 għal 2,0 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. Dan l-iżvilupp juri trażżin sinifikanti tal-prezzijiet. Kif spjegat fil-premessa (272), il-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu aktar mill-prezzijiet tagħhom. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li l-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi). Tabilħaqq, matul il-perjodu, il-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u b’mod sinifikanti inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, b’mod li jillimitaw iż-żidiet fil-prezzijiet li kienu jkunu mistennija f’kuntest, fost l-oħrajn, ta’ żieda fil-kostijiet tal-materja prima, kif ukoll ta’ domanda dejjem tikber. L-importazzjonijiet Ċiniżi kienu sinifikanti matul il-perjodu kkonċernat. Dan irriżulta fi tnaqqis fil-profittabilità.

(267)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. It-tendenza fil-fluss tal-flus nett rat fluttwazzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom livelli pożittivi iżda baxxi ta’ fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fluss tal-flus naqas b’ 77 % mill-2016 sal-2018 iżda rkupra b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan l-irkupru kien fil-biċċa l-kbira bbażat fuq wieħed mill-produtturi fil-kampjun li kkonverta kwantitajiet kbar ta’ xogħol li kien għaddej fil-bidu tal-2019 għal bejgħ ta’ prodotti lesti fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(268)

Il-produtturi tal-Unjoni komplew jinvestu fil-perjodu kkunsidrat, kif muri miċ-ċifri ta’ investiment hawn fuq. L-investimenti kienu ta’ bejn EUR 27 u 47 miljun kull sena. L-investimenti saru prinċipalment sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza u biex in-negozji jersqu lejn prodotti b’valur miżjud għoli u b’fokus fuq il-klijent. Dan tqies bħala essenzjali biex il-produtturi inklużi fil-kampjun iżommu l-kompetittività fis-suq.

(269)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, u fil-fatt naqas b’71 %. Dan l-iżvilupp negattiv juri li għalkemm l-investimenti baqgħu jsiru, sabiex tinżamm il-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti kienu naqsu sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat.

(270)

L-erba’ produtturi inklużi fil-kampjun kollha jagħmlu parti minn gruppi kbar ta’ kumpaniji u komplew iżidu l-kapital għall-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, b’redditi fuq l-investiment jonqsu daqshekk malajr, huwa ċar li l-kapaċità tal-entitajiet produtturi inklużi fil-kampjun biex jiġġeneraw il-kapital fil-futur tinsab f’periklu.

4.7.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(271)

Diversi indikaturi wrew xejra pożittiva bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni u l-impjiegi. Madankollu, l-iżvilupp pożittiv ta’ dawn l-indikaturi kien relatat maż-żieda fil-konsum u, fil-fatt, dawn l-indikaturi kellhom jiżdiedu b’mod aktar b’saħħtu, li kieku l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni li tibbenefika għalkollox mis-suq dejjem jikber. Tabilħaqq, minkejja ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq fis-suq ħieles.

(272)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles żdiedu b’19 %. Madankollu, dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma laħqux maż-żidiet fil-kostijiet (20 %). Dan l-iżvilupp kien ikkawżat mit-trażżin tal-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li l-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina li baxxiet il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-livelli ta’ profittabbiltà kienu taħt il-livell ta’ profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat, u l-volumi u l-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żidiet fil-prezzijiet kienu ġew imrażżna matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala konsegwenza, l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja, jiġifieri l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus kollha wrew tendenza ta’ tnaqqis, u l-profitti li saru kienu aktar baxxi mil-livell ta’ profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa partikolarment ta’ dannu minħabba li s-suq għall-prodott investigat kien qed jikber fil-perjodu kkunsidrat, iżda l-industrija tal-Unjoni xorta waħda ġarrbet profitti baxxi u li qed jonqsu. Minkejja li żammet l-investimenti f’livell għoli kemm setgħet sabiex tibqa’ kompetittiva, huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tilħaq livelli ta’ profitt għoljin biżżejjed biex tħeġġeġ l-investiment fil-futur. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kienet sejra lura f’perjodu ta’ tkabbir fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet 5 % f’sehem mis-suq f’suq dejjem jikber, u viżibbilment ma setgħetx tieħu vantaġġ mit-tkabbir tas-suq tal-Unjoni.

(273)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi mfakkar li l-industrija tal-Unjoni qed isservi bażi ta’ klijenti differenti li għandha rekwiżiti li qed jiżviluppaw kontinwament. Huwa essenzjali li l-industrija tal-Unjoni tkompli tinvesti fir-R&Ż u f’soluzzjonijiet li jiffokaw fuq il-klijent. L-iżvilupp li qed jiddeterjora malajr tar-redditu fuq l-investiment (-71 %) fih innifsu huwa, għalhekk, theddida serja għall-vijabbiltà kontinwa tal-industrija.

(274)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(275)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ kaptiv, il-prezzijiet tal-materja prima u l-evoluzzjoni fil-konsum.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(276)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jikkoinċidi mal-penetrazzjoni sinifikanti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, li konsistentement iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, rażżnu l-prezz tas-suq tal-UE, bl-istabbiliment ta’ rabta kawżali bejn it-tnejn.

(277)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied (kif muri fit-Tabella 2) minn madwar 209 000 tunnellata fl-2016 għal madwar 310 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ 48 %. F’termini tas-sehem mis-suq, iż-żieda matul l-istess perjodu kienet minn 6,9 % għal 9,6 %, żieda ta’ 39 %. Matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 5), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied bi 2 % biss u s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 85,1 % għal 81,1 %, tnaqqis ta’ 5 %. Il-bejgħ fis-suq kaptiv iżgħar naqas bi 8 %. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdiedu b’mod stabbli sena wara sena f’termini kemm assoluti kif ukoll relattivi. Kif muri mit-Tabella 1, il-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, huwa evidenti li primarjament kienu l-importazzjonijiet miċ-Ċina li ħadu vantaġġ minn dan it-tkabbir.

(278)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdiedu b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat (kif muri fit-Tabella 3) minn 2 812-il EUR/tunnellata fl-2016 għal 2 912-il EUR/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-aluminju madwar id-dinja żdiedu b’madwar 10 % (kif muri bl-indiċi LME fit-Tabella 7). Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fit-Tabella 7. Madankollu, din it-Tabella turi wkoll li l-kostijiet medji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’20 % fl-istess perjodu. Fl-aħħar nett, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ikkalkulat għall-produtturi esportaturi huwa aktar minn 25 % bħala medja.

(279)

Kif spjegat hawn fuq, iż-żieda fil-prezzijiet u fil-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni trid tiġi analizzata fid-dawl tal-bidliet fit-taħlita ta’ prodotti tal-industrija tal-Unjoni u taż-żidiet fil-prezzijiet tal-aluminju. Madankollu, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u t-tentattivi tagħha biex tinnegozja fi prodotti b’valur miżjud ogħla (kif mitlub mill-klijenti) ma kinux biżżejjed biex jiġi evitat aktar tnaqqis tal-profittabbiltà tal-bejgħ tagħha, li kompliet tonqos matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien dovut għall-pressjoni ’l isfel imposta fuq il-prezzijiet tas-suq mill-volum dejjem jikber ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, ġie konkluż li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw ukoll soppressjoni tal-prezzijiet u ma ppermettewx żidiet fil-prezzijiet.

(280)

Parti interessata waħda (Airoldi) qajmet dubju dwar kif l-importazzjonijiet Ċiniżi li jammontaw għal sehem mis-suq limitat fil-perjodu ta’ investigazzjoni jista’ jkollhom impatt daqshekk sinifikanti. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-prodott investigat normalment jinbiegħ fuq bażi kuntrattwali, fejn il-prezz huwa element importanti, ħafna drabi l-aktar wieħed importanti. L-eżistenza fis-suq ta’ offerti bi prezzijiet baxxi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tispjega għalfejn dan il-bejgħ seta’ jeżerċita influwenza daqshekk sinifikanti fuq il-prezzijiet tas-suq b’mod ġenerali. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi Ċiniżi biegħu kemm lin-negozjanti fl-Unjoni kif ukoll lill-utenti finali. Dan ifisser li l-influwenza negattiva tagħhom fuq il-prezzijiet tas-suq inħasset fil-kanali tal-bejgħ kollha tas-suq u mhux biss fuq dawk il-prezzijiet għall-bejgħ ta’ prodotti sempliċi lid-distributuri.

(281)

Is-suq tal-Unjoni għall-estrużjonijiet tal-aluminju qed isir progressivament aktar iffukat fuq il-forniment ta’ soluzzjonijiet personalizzati għall-konsumaturi f’diversi industriji, bħalma huma dik awtomobilistika, tal-inġinerija, tat-trasport, u tal-bini u l-kostruzzjoni. Dan l-iżvilupp ifisser li l-produtturi li jfornu lis-suq tal-Unjoni jridu jinvestu fir-R&Ż għal prodotti ġodda u biex jipprovdu soluzzjonijiet kumplessi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Madankollu, minkejja dan l-investiment, l-industrija tal-Unjoni rat telf progressiv fil-profittabilità u fis-sehem mis-suq. Dan l-iżvilupp huwa kkawżat mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f’volumi sinifikanti.

(282)

Barra minn hekk, il-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat seħħet mhux biss fil-partijiet tas-suq li jixtru prodotti tat-tip ta’ komoditajiet sempliċi. Hemm evidenza ċara li ċ-Ċiniżi qed jippenetraw is-suq b’mod progressiv billi jżidu l-preżenza tagħhom fil-parti tal-bejgħ kuntrattwali tas-suq. Il-prezz mhuwiex l-uniku element importanti f’kuntratti bħal dawn iżda huwa ċar li l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz imsemmija hawn fuq (aktar minn 25 %) għandhom rwol ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-klijenti.

(283)

Għalhekk, ġie konkluż li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Tali dannu prinċipalment kellu effett fuq il-prezzijiet, imma anki effett fuq il-volum.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(284)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

It-Turkija

Volum (tunnellati)

77 136

87 706

107 393

110 463

Indiċi

100

114

139

143

Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

2,6

2,7

3,2

3,4

Prezz medju

3 520

3 601

3 569

3 448

Indiċi

100

102

101

98

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

163 434

221 028

201 350

188 809

Indiċi

100

135

123

116

Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

5,4

6,6

6,0

5,8

Prezz medju

3 629

3 513

3 841

3 879

Indiċi

100

97

106

107

Total tal-importazzjonijiet kollha għajr il-pajjiż ikkonċernat

Volum (tunnellati)

240 570

308 734

308 743

299 273

Indiċi

100

128

128

124

Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

8,0

9,5

9,2

9,3

Prezz medju

3 594

3 538

3 747

3 720

Indiċi

100

98

104

104

Sors:

Eurostat.

(285)

L-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu bi 43 % matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 77 000 tunnellata fl-2016 għal madwar 110 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 2,6 % fl-2016 għal 3,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(286)

Eżami kumplessiv tal-importazzjonijiet tal-prodott investigat juri prezz medju ta’ EUR 3 448/tunnellata għat-Turkija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa 18 % ogħla mill-prezz medju globali tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ EUR 2 912/tunnellata. Eżami aktar dettaljat tad-diversi kodiċijiet NM juri li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet (89 %) kienu relatati mal-kodiċijiet NM 7604 21 00 u 7604 29 90, li huma profili vojta u solidi rispettivament. Minħabba l-importanza kbira ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, sar tqabbil separat tal-prezzijiet. Il-prezz medju ta’ dawn il-profili kien ta’ EUR 3 458/tunnellata waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan huwa 19 % ogħla mill-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi taħt l-istess żewġ kodiċijiet NM għall-istess perjodu.

(287)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (primarjament ir-Russja, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Bożnija-Ħerzegovina) ukoll kienu jikkonsistu prinċipalment minn profili vojta u solidi (69 %). L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 163 000 tunnellata fl-2016 għal madwar 189 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied bi ftit minn 5,4 % fl-2016 għal 5,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet kien ta’ EUR 3 720/tunnellata, li huwa saħansitra ogħla minn dak tat-Turkija.

(288)

Meta wieħed iqis il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija u minn pajjiżi terzi oħra, l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni mhuwiex tali li jikkawża d-deterjorament tagħha.

5.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(289)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

201 697

212 634

218 680

208 144

Indiċi

100

105

108

103

Prezz medju (EUR/tunnellata)

5 213

5 436

5 623

5 797

Indiċi

100

104

108

111

Sors:

Eurostat.

(290)

L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 202 000 tunnellata fl-2016 għal madwar 208 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(291)

Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 5 213/tunnellata fl-2016 għal EUR 5 797/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(292)

Fl-isfond tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-produzzjoni u għall-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni, u meta jitqies il-prezz għoli ta’ dawn l-esportazzjonijiet u l-volum stabbli tagħhom, huwa ċar li dawn l-esportazzjonijiet ma kinux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Konsum

(293)

Kif muri fit-Tabella 1, mill-2016 sal-2018 is-suq ħieles tal-Unjoni żdied bi 11 % minn madwar 3 għal 3,35 miljun tunnellata, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni naqas b’4 punti perċentwali għal madwar 3,2 miljun tunnellata. Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat turi li ma kienx hemm tnaqqis fid-domanda.

(294)

Meta jitqies li l-konsum żdied matul il-perjodu kkunsidrat, jista’ jiġi konkluż li l-iżviluppi fil-konsum ma kinux se jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.5.   Użu kaptiv

(295)

Kif muri fit-Tabella 5, fil-perjodu kkunsidrat il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lis-suq kaptiv naqas bi 8 %. Madankollu, il-volumi involuti f’kull sena kienu 2 % jew inqas mill-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni.

(296)

Meta jitqies id-daqs limitat ħafna tas-suq kaptiv, l-iżviluppi ma kinux se jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.6.   Il-Prezz tal-Materja Prima

(297)

Il-materja prima prinċipali użata mill-industrija tal-Unjoni hija billetti b’liga tal-aluminju, għalkemm xi produtturi huma aktar integrati u jimmanifatturaw ukoll il-ligi tal-aluminju użati fil-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju.

(298)

Il-prezzijiet tal-aluminju huma stabbiliti mil-LME u jirrappreżentaw madwar żewġ terzi mill-kost tal-estrużjonijiet tal-aluminju tipiċi, għalkemm dan il-perċentwal huwa varjabbli skont il-kumplessità tal-prodott aħħari mibjugħ.

(299)

Kif muri fit-Tabella 7, mill-2016 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, l-indiċijiet tal-LME tal-billetti kkonsenjati żdiedu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jirrappreżenta żieda fil-kost tal-produzzjoni ta’ madwar 6-7 % għall-prodott investigat.

(300)

Madankollu, l-industrija tal-Unjoni normalment tbigħ permezz ta’ kuntratti li permezz tagħhom jiġi kkwotat l-aktar prezz reċenti tal-LME, flimkien mal-ispejjeż ta’ konverżjoni u ta’ konsenja. Il-produtturi tal-Unjoni mbagħad jużaw faċilitajiet ta’ ħħeġġjar biex ikopruhom kontra d-differenza bejn il-prezz tal-aluminju kkwotat fil-kuntratt u l-prezz effettiv tax-xiri tal-aluminju.

(301)

Meta jitqies kif jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-aluminju bil-kuntratti u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni tipproteġi lilha nnifisha kontra l-fluttwazzjonijiet fil-materja prima, kien ċar li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima ma kinux se jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.7.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(302)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett tal-fatturi l-oħra kollha fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ telf tas-sehem mis-suq, l-undercutting fil-prezzijiet u t-tnaqqis fil-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus, kien prattikament ineżistenti.

(303)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment f’telf ta’ sehem mis-suq, undercutting u soppressjoni tal-prezzijiet u tnaqqis fil-profittabbiltà, fir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(304)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina minkejja li ġie stabbilit dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-operaturi ekonomiċi rilevanti oħra.

6.1.   L-interess tal-industrija u l-fornituri tal-Unjoni

(305)

Hemm madwar 200 kumpanija li jipproduċu estrużjonijiet tal-aluminju fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti li l-industrija tal-Unjoni tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, filwaqt li ttejjeb il-profittabbiltà baxxa tagħha lejn livelli meqjusa sostenibbli.

(306)

L-industrija tal-Unjoni timpjega madwar 40 000 ħaddiem direttament, b’ħafna aktar jiddependu fuqha fuq bażi indiretta. Il-produtturi huma mifruxa b’mod wiesa’ madwar l-Unjoni.

(307)

In-nuqqas ta’ miżuri huwa probabbli li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ aktar soppressjoni tal-prezzijiet u inqas bejgħ, u b’hekk inqas profittabilità u investimenti. Il-miżuri jagħmluha possibbli li l-industrija tal-Unjoni tisfrutta l-potenzjal tagħha f’suq tal-Unjoni, tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli mistennija f’kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni.

(308)

L-aluminju huwa ferm eħfef mill-azzar u fl-Unjoni jitqies bħala materja prima ewlenija biex isir progress lejn l-ilħuq tal-miri għall-emissjonijiet stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi (2015). Wieħed mill-eżempji huwa ż-żieda fl-użu ta’ estrużjonijiet tal-aluminju fl-industrija awtomobilistika, u dawn huma kruċjali fl-istabbiliment tal-industrija tal-vetturi elettriċi fl-Unjoni.

(309)

Minbarra li tirrappreżenta lill-industrija tal-Unjoni, European Aluminium tirrappreżenta wkoll parti kbira mis-settur tal-aluminju primarju fl-Unjoni. L-estrużjonijiet tal-aluminju jikkonsmaw madwar 20 % tal-aluminju primarju prodott fl-Unjoni. Is-settur tal-aluminju primarju huwa wkoll impjegatur kbir fl-Unjoni u jiddependi fuq is-saħħa tal-klijenti downstream. L-output ewlieni ta’ dan is-settur għall-industrija tal-estrużjonijiet tal-aluminju huwa l-billetti. Il-vijabbiltà ta’ dawn il-fornituri upstream ukoll titpoġġa f’riskju jekk l-industrija tal-estrużjoni tal-aluminju tkompli tiċkien.

6.2.   L-interess tal-importaturi

(310)

Ftit li xejn kien hemm kooperazzjoni mis-settur tal-importazzjoni. Sitt importaturi mhux relatati ppreżentaw formola ta’ kampjunar li tirrappreżenta biss madwar 2 % mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(311)

L-importaturi ta’ estrużjonijiet tal-aluminju fil-kampjun huma speċjalisti fin-negozju tal-aluminju u madwar 50 % tal-fatturat tagħhom ġej mill-estrużjonijiet tal-aluminju. L-importaturi xtraw madwar 50 % tal-estrużjonijiet tal-aluminju tagħhom mill-pajjiż ikkonċernat, u l-50 % l-oħra kienu ġejjin mill-industrija tal-Unjoni u pajjiżi terzi oħra. Għalkemm l-estrużjonijiet tal-aluminju miċ-Ċina normalment kienu soġġetti għal dazju doganali ta’ 6 %–7,5 %, dan in-negozju kien ferm aktar profittabbli mill-prodotti l-oħra importati u aktar profittabbli mill-industrija tal-Unjoni minkejja l-fatt li japplikaw inqas riskji għas-settur tal-importazzjoni milli għas-settur tal-produzzjoni.

(312)

L-importaturi qalu li ma jistgħux jiksbu l-estrużjonijiet tal-aluminju kollha tagħhom mill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-industrija ma tistax tforni l-firxa sħiħa meħtieġa. Speċifikament, importatur minnhom (Airoldi) qal li primarjament jimportaw estrużjonijiet tal-aluminju magħmula minn ligi ibsin, li skontu japplikaw limiti ta’ żmien itwal għall-industrija tal-Unjoni. Huma qalu li aktar evidenza ta’ nuqqas ta’ provvista hija li ċerti prodotti huma eżentati mid-dazji doganali fil-qafas tal-kwoti tariffarji awtonomi. L-industrija tal-Unjoni rribattiet din l-allegazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ provvista, u qalet li l-industrija għandha kapaċità żejda u tista’ tforni l-firxa sħiħa ta’ prodotti mitluba mill-importaturi u mill-industriji tal-utenti tal-Unjoni, inklużi l-estrużjonijiet tal-aluminju magħmula minn ligi ibsin.

(313)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, ma jidhirx li jeżisti nuqqas fl-Unjoni ta’ xi prodott jew liga speċifika. Tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jimmanifatturaw kwantitajiet kbar ta’ estrużjonijiet tal-aluminju magħmula minn ligi ibsin u għandhom kapaċità żejda sinifikanti. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li hemm ħafna aktar produtturi tal-Unjoni li għandhom il-kapaċità li jipproduċu estrużjonijiet tal-aluminju minn ligi ibsin. Barra minn hekk, f’pajjiżi terzi jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvista.

(314)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ eżenzjonijiet mid-dazju tal-importazzjoni, huwa minnu li bħalissa huma eżentati mid-dazju doganali kwoti tariffarji awtonomi li jammontaw għal 3 000 tunnellata tal-prodott ikkonċernat bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2220 (97). L-industrija tal-Unjoni spjegat li hija kkontestat dawn l-eżenzjonijiet minħabba li l-industrija tal-Unjoni kapaċi tforni l-prodotti speċifiċi eżentati. Qabel tmiem l-2020 hija skedata li tiġi ppubblikata deċiżjoni dwar il-bżonn li l-eżenzjonijiet jitkomplew. Meta jitqies li l-kwantità involuta hija marġinali (madwar 1 % tal-importazzjonijiet kollha fil-perjodu ta’ investigazzjoni), mhuwiex meqjus li l-kwistjoni tirrappreżenta kwistjoni ta’ provvista sinifikanti. Jekk toħroġ informazzjoni addizzjonali, din il-kwistjoni tiġi eżaminata mill-ġdid fil-fażi definittiva tal-investigazzjoni.

(315)

Importatur minnhom (Airoldi) argumenta li l-pandemija tal-COVID-19 hija każ ta’ forza maġġuri u jkun kontra l-interessi tal-Unjoni li jiġu imposti dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Argumenta wkoll li ma jkunx xieraq li jiġu applikati d-dazji fl-2020 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni fl-2019, peress li l-2020 hija affettwata mill-epidemija tal-COVID-19. Madankollu, il-perjodu kkunsidrat f’din l-investigazzjoni huwa bejn l-2016 u l-2019. Normalment ma għandhomx jitqiesu l-avvenimenti li seħħew fl-2020 fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri, sakemm ma jkunx hemm bidla dejjiema taċ-ċirkostanzi. L-evidenza li tinsab fir-Regolament li jimponi r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tissuġġerixxi li l-pressjoni imposta mill-importazzjonijiet matul il-perjodu Marzu sa Mejju 2020 żdiedet fuq l-industrija tal-Unjoni. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li tiġġustifika t-terminazzjoni tal-investigazzjoni mingħajr miżuri fuq il-bażi tal-interessi tal-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. Airoldi diġà rċeviet ittra li tispjega li ma hemmx bażi ġuridika għat-terminazzjoni tal-investigazzjoni attwali minħabba l-pandemija tal-COVID-19 għal raġunijiet ta’ forza maġġuri.

(316)

Airoldi qalet ukoll li l-industrija tal-Unjoni qed tuża l-istrument anti-dumping biex issaħħaħ l-allegat oligopolju, li huwa abbuż tad-drittijiet skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni. European Aluminium ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet b’mod qawwi. Madankollu, ma hemmx indikazzjonijiet li hemm imġiba antikompetittiva jew oligopolju abbużiv mill-industrija tal-Unjoni, u Airoldi ma pprovdietx evidenza ta’ sejbiet f’dan ir-rigward jew xi analiżi biex tispjega r-rilevanza fil-kuntest tar-Regolament bażiku.

(317)

Il-miżuri anti-dumping x’aktarx li jkollhom ċertu impatt negattiv għall-importaturi fl-Unjoni minħabba li l-miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jnaqqsu l-fatturat u l-profittabbiltà tan-negozju tagħhom ta’ estrużjonijiet tal-aluminju. Madankollu, l-importaturi jistgħu jgħaddu d-dazju fuq il-klijenti tagħhom fid-dawl tal-marġnijiet tal-profitt sinifikanti ta’ bejn 7 % u 13 %. Għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi oħra u mill-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, iż-żewġ importaturi fil-kampjun għandhom struttura ta’ provvista bbilanċjata u ma jiddependux biss fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, iż-żewġ importaturi fil-kampjun għandhom attivitajiet sinifikanti li mhumiex relatati mal-prodott investigat, u li mhumiex affettwati mill-impożizzjoni tad-dazji. Għaldaqstant, il-kombinament ta’ attivitajiet oħra, sorsi oħra ta’ provvista għall-prodott investigat u l-abbiltà li parzjalment jgħaddu l-effett tad-dazji fuq il-klijenti tagħhom ikun ifisser li l-importaturi mhux relatati mhumiex sproporzjonalment affettwati mill-impożizzjoni tal-miżuri.

6.3.   Interess tal-utenti

(318)

Il-prodott investigat jinkiseb minn diversi industriji tal-utenti, primarjament binjiet, trasport, inġinerija u oħrajn inklużi l-prodotti tal-konsumatur. Xi estrużjonijiet tal-aluminju jinbiegħu lid-distributuri qabel ma jerġgħu jinbiegħu lill-utenti finali.

(319)

Għalkemm xi utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom irreġistraw bħala partijiet interessati, il-biċċa l-kbira tal-industriji tal-utenti ma kkooperawx mal-investigazzjoni billi jimlew il-kwestjonarji.

(320)

Waslet tweġiba waħda biss għall-kwestjonarju, mingħand Alstom Group, li jixtri estrużjonijiet tal-aluminju għan-negozju tiegħu ta’ trasport ferrovjarju. Alstom u l-European Rail Supply Industry Association (UNIFE) għamlu wkoll sottomissjonijiet rilevanti dwar kwistjonijiet ta’ interess għall-Unjoni.

Industrija tat-trasport ferrovjarju

(321)

L-estrużjonijiet tal-aluminju huma importanti għall-industrija tat-trasport ferrovjarju minħabba li huma essenzjali għall-immodernizzar tar-rolling stock biex jiġu ssodisfati l-istandards relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri, mar-reżistenza għall-ħabtiet u biex l-industrija tnaqqas il-marka tal-karbonju tagħha billi jonqos il-piż tar-rolling stock u tiżdied l-effiċjenza tal-fjuwil. L-industrija spjegat li tibni relazzjonijiet mal-fornituri tagħha, fl-Unjoni u fiċ-Ċina, biex tipproduċi estrużjonijiet tal-aluminju personalizzati, jiġifieri l-bdil tal-fornituri ma jkunx mixtieq u jinvolvi kostijiet żejda. Barra minn hekk, l-industrija sostniet li għadd limitat ta’ produtturi fl-Unjoni setgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjalizzati tagħha. Alstom indikat li xi wħud mill-prodotti tagħha jistgħu jiġu fornuti biss minn tliet produtturi fiċ-Ċina u wieħed fl-Unjoni. European Aluminium argumentat li l-membri tagħha għandhom kemm il-kapaċità kif ukoll l-għarfien tekniku meħtieġ biex ifornu l-industrija tat-trasport ferrovjarju.

(322)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien inevitabbli li l-bdil tal-fornituri jkollu implikazzjonijiet tal-kost għal Alstom u l-kumpaniji l-oħra f’din l-industrija. Madankollu, l-akkwisti tal-prodott investigat minn Alstom jirrappreżentaw perċentwal insinifikanti tal-fatturat tal-kumpanija, u l-kumpanija tixtri minn diversi sorsi ta’ provvista, inkluż miċ-Ċina u pajjiżi oħra. Għaldaqstant, jekk tiddeċiedi li tixtri miċ-Ċina u tħallas dazji anti-dumping mal-importazzjoni, l-ammont ta’ dazji bħal dawn ikun kost żejjed marġinali inqas minn 1 % tal-fatturat korrispondenti.

(323)

Alstom u l-UNIFE argumentaw ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-estrużjonijiet tal-aluminju użati fl-industrija tat-trasport ferrovjarju ma tkunx fl-interess tal-Unjoni minħabba li:

(a)

dawn it-tipi ta’ prodotti jiffurmaw sehem negliġibbli mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, jammontaw għal madwar 1,3 % biss tas-suq tal-Unjoni għall-estrużjonijiet tal-aluminju u fihom infushom mhumiex kawża ta’ dannu għall-produtturi tal-Unjoni, u

(b)

l-impożizzjoni ta’ miżuri timmina serjament il-kompetittività tas-settur tal-industrija tat-trasport ferrovjarju tal-Unjoni peress li jikkompetu mal-importazzjonijiet ta’ stokk ferrovjarju minn pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għal dazji anti-dumping fuq il-materja prima tagħhom.

(324)

Madankollu, il-fatt li l-prodotti għall-industrija tat-trasport bil-ferrovija jammontaw għal parti żgħira mill-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni mhuwiex speċifiku għall-industrija tat-trasport bil-ferrovija. Ma ngħatatx evidenza li t-tnaqqis fil-prezz ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi mhuwiex preżenti għall-estrużjonijiet tal-aluminju għall-industrija tat-trasport ferrovjarju, jew jekk dan it-tnaqqis huwiex preżenti biss sa ċertu punt. Għall-kuntrarju, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-uniku utent li kkoopera fl-industrija tat-trasport ferrovjarju, l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom penetrazzjoni tas-suq ħafna ogħla f’din l-industrija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni milli b’mod ġenerali, u din il-penetrazzjoni tas-suq ipprogressat b’pass ħafna aktar rapidu. Għalhekk, l-effett dannuż tal-importazzjonijiet tal-estrużjonijiet tal-aluminju għall-industrija tat-trasport ferrovjarju mhuwiex differenti mid-dannu kkawżat minn tipi oħra ta’ prodotti koperti mill-investigazzjoni.

Industrija awtomobilistika

(325)

Fir-rigward tal-industrija awtomobilistika, li hija waħda mill-aktar industriji downstream importanti, ma waslet l-ebda kooperazzjoni mill-utenti f’dan is-settur. European Aluminium u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun indikaw li l-estrużjonijiet tal-aluminju qed ikollhom rwol dejjem aktar importanti, speċjalment fir-rigward tas-suq tal-vetturi elettriċi li qed jikber, li fihom l-estrużjonijiet tal-aluminju huma importanti biex jitnaqqas il-piż tal-vettura u tiżdied il-medda tagħha. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata b’referenza għad-data tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u b’informazzjoni ppubblikata mill-assoċjazzjoni tal-industrija awtomobilistika. Madankollu, huwa preżunt li għall-industrija awtomobilistika japplikaw fatturi mitiganti simili bħal fil-każ tal-industrija ferrovjarja:

—

ix-xiri tal-estrużjonijiet kien madwar EUR 3 biljun imma xorta jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-fatturat tal-industrija awtomobilistika;

—

il-biċċa l-kbira tax-xiri mhux ġej miċ-Ċina; u

—

l-esportazzjonijiet ta’ vetturi mill-Unjoni kienu madwar 25 % tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni (98), jiġifieri d-dazji anti-dumping fuq l-estrużjonijiet tal-aluminju importati mhux dejjem ikunu applikabbli minħabba arranġamenti ta’ proċessar attiv għal vetturi sussegwentement esportati.

Industrija tal-kostruzzjoni

(326)

Fir-rigward tal-industrija tal-kostruzzjoni, li hija l-aktar industrija downstream importanti, ma waslet l-ebda kooperazzjoni mill-utenti f’dan is-settur. European Aluminium u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ikkonfermaw li l-estrużjonijiet tal-aluminju għandhom rwol importanti, u jammontaw għal madwar 50 % tal-konsum tal-Unjoni. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata b’referenza għad-data tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-bejgħ tal-estrużjonijiet tal-aluminju lill-industrija tal-kostruzzjoni ammonta għal madwar EUR 5 biljun, dan għandu jitqies fid-dawl tad-daqs enormi tas-settur tal-kostruzzjoni fl-Unjoni. Skont l-aħħar informazzjoni ppubblikata mill-Eurostat, fl-2018 ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi mill-industrija tal-kostruzzjoni ammonta għal EUR 1 277 biljun, filwaqt li l-fatturat ammonta għal EUR 1 874 biljun (99). Ix-xiri ta’ estrużjonijiet tal-aluminju għalhekk jammontaw għal sehem insinifikanti tal-kostijiet u l-fatturat tal-industrija tal-kostruzzjoni.

(327)

Għalhekk, l-impatt ta’ kwalunkwe miżura fuq din l-industrija jitqies minimu b’mod ġenerali. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-importanza tal-estrużjonijiet tal-aluminju għad-diversi atturi tas-suq fl-industrija tal-kostruzzjoni tista’ tkun differenti. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, mhijiex disponibbli informazzjoni dettaljata.

Industriji oħra

(328)

Ma waslet l-ebda data verifikabbli għas-setturi tal-utenti prinċipali l-oħra, li huma l-industriji tal-inġinerija u tal-konsumaturi. Hemm ħafna industriji f’dawn is-setturi, u l-grad ta’ importanza tal-estrużjonijiet tal-aluminju u l-fatturi mitiganti għal kull industrija mhumiex magħrufa. Ma jistax jiġi eskluż, għalhekk, li xi utenti li ma kkooperawx fl-investigazzjoni seta’ kellhom ċerti effetti detrimentali li jirriżultaw mill-miżuri. Madankollu, fil-fajl tal-każ ma hemmx informazzjoni li tissostanzja jew tikkwantifika dawn l-effetti.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(329)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw fiċ-Ċina.

7.   LIVELL TAL-MIŻURI

7.1.   Kalkolu tal-prezz mhux dannuż

(330)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

(331)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

(332)

Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin:

—

il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat,

—

il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet u l-investimenti sħaħ, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u

—

il-livell ta’ profittabilità mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(333)

European Aluminium u wieħed mill-produtturi tal-Unjoni sostnew li livell ta’ profitt mira ta’ mill-inqas 16 % kien meħtieġ minħabba li l-industrija tal-estrużjonijiet tal-aluminju teħtieġ ħafna investiment, kemm fit-tagħmir tal-manifattura kif ukoll fl-iżvilupp tal-prodotti mal-klijenti. Produttur tal-Unjoni ieħor qal li l-profitt normali għandu jkun ogħla minn 8 %. Dawn l-affermazzjonijiet kienu sostnuti mill-fatt li l-fokus fuq il-klijenti qed isir dejjem aktar importanti f’din l-industrija u investiment addizzjonali ta’ din in-natura huwa essenzjali għas-sopravivenza futura tal-industrija. Dan l-investiment huwa meħtieġ biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet personalizzati għall-klijenti fl-industriji ewlenin tal-klijenti (is-settur awtomobilistiku, tal-inġinerija, tat-trasport, tal-bini u tal-kostruzzjoni).

(334)

Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-pretensjonijiet flimkien mad-data disponibbli fil-fajl tal-każ rilevanti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi stabbilit il-profitt mira.

(335)

Meta jitqies li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew imrażżna fil-perjodu kollu meqjus minħabba l-importazzjonijiet l-oġġett ta’ dumping, kif spjegat fil-premessa (272) hawn fuq, il-profitti waqt dan il-perjodu ma tqisux bħala bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni qabel il-perjodu kkunsidrat, anki fid-dawl tal-affermazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni rigward il-livell għoli ta’ investiment meħtieġ f’dan in-negozju.

(336)

Fir-rigward tal-profitt mistenni matul il-kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, il-Kummissjoni nnotat li qabel l-2014 il-kriżi finanzjarja kellha impatt negattiv fuq il-profittabbiltà, u mill-2014 ’il quddiem il-livelli tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu drastikament u saru dannużi. Għaldaqstant, l-2014 hija meqjusa bħala l-aktar sena rappreżentattiva għall-profittabbiltà f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni f’din l-industrija. Tnejn mill-erba’ produtturi fil-kampjun, Constellium Decin u Impol, laħqu livelli ta’ profittabbiltà ta’ mill-inqas 10 % fl-2014. It-tielet produttur, Hydro Hungary, kien għaddej minn bidliet strutturali f’dan iż-żmien, u għalhekk il-livell ta’ profitabbiltà tiegħu ma kienx rappreżentattiv għalkollox. Għar-raba’ produttur fil-kampjun STEP G, li ġie stabbilit fl-2015, mhijiex disponibbli data. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li profitt fil-mira ta’ 10 % fuq il-bażi tal-livelli ta’ profittabbiltà miksuba fis-sena 2014, ikun jirrifletti l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(337)

Fid-dawl tal-affermazzjonijiet tal-industrija tal-UE kif spjegat fil-premessa (333) hawn fuq, il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk tali livell ikoprix il-kostijiet u l-investimenti, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, kif meħtieġ skont l-Artikolu 7(2c).

(338)

Id-data verifikata rigward l-investiment tappoġġa l-affermazzjoni li l-industrija tal-estrużjonijiet tal-aluminju teħtieġ ħafna investiment, kemm fit-tagħmir tal-manifattura kif ukoll fl-iżvilupp tal-prodotti mal-klijenti. Tabilħaqq, minkejja t-tnaqqis fil-profittabbiltà, l-investimenti żdiedu bi 72 % fil-perjodu kkunsidrat għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jirrappreżentaw aktar minn 4,4 % tal-fatturat għall-kumpaniji fil-kampjun fil-perjodu kollu meqjus u 5,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan isostni l-affermazzjoni tal-industrija tal-UE li livell sinifikanti ta’ investiment huwa konsistentement meħtieġ sabiex industrija tibqa’ kompetittiva u tkun tista’ tiffoka fuq il-klijenti irrispettivament mis-sitwazzjoni kummerċjali u ekonomika. Għalhekk, fil-preżenza ta’ dumping dannuż li jaffettwa l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni u fl-aħħar mill-aħħar għandu impatt fuq il-profittabbiltà tal-industrija, dan il-livell ta’ investiment irid jitqies meta jiġi stabbilit il-profitt fil-mira rilevanti. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li mira ta’ profitt ta’ 10 % tkopri l-investimenti, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni tal-industrija tal-estrużjonijiet tal-aluminju u xorta tħalli marġni għall-profitti biex jiġu kkumpensati l-fatturi ta’ produzzjoni l-oħra.

(339)

Filwaqt li tali profitt fil-mira ta’ 10 % huwa fil-biċċa l-kbira konformi mal-livell iddikjarat minn wieħed mill-produtturi tal-UE (livell ta’ profitt ta’ aktar minn 8 %), European Aluminium u produttur tal-Unjoni ieħor qalu li livell ta’ profitt mira ta’ mill-inqas 16 % kien meħtieġ biex ikopri l-investimenti. Filwaqt li dan il-livell inkiseb tassew minn waħda mill-kumpaniji fil-kampjun fil-perjodu 2014-2016, dan ikun jirrifletti biss l-aktar kumpanija ta’ suċċess bl-aktar taħlita tal-prodotti sofistikata u b’hekk bi ħtiġijiet ta’ investiment ogħla. Għall-kuntrarju, il-livell ta’ 10 % jirrifletti bis-sħiħ it-taħlita tal-prodotti u l-investiment tal-produtturi kollha tal-UE fil-kampjun u fl-aħħar mill-aħħar tal-industrija kollha kemm hi. Għaldaqstant, il-pretensjoni dwar il-livell ogħla ta’ profitt fil-mira ma ntlaqgħetx.

(340)

Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-istabbiliment proviżorju tal-livell ta’ profitt fil-mira għal 10 % jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(341)

Skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, li se ġġarrab l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ 0,04 % li ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż. Nota għal-fajl dwar kif il-Kummissjoni stabbiliet dan il-kost addizzjonali tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

(342)

Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-kostijiet futuri addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (EU ETS). L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Dawn il-kostijiet addizzjonali ġew ikkalkolati fuq il-bażi tal-medja tal-kwoti addizzjonali tal-UE (EUA) li huma stmati li jkollhom jinxtraw fil-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri (mill-2020 sal-2024). L-EUAs użati fil-kalkolu kienu netti mill-kwoti b’xejn riċevibbli u ġew aġġustati biex jiġi żgurat li kienu relatati biss mal-prodott investigat. Il-kostijiet tal-EUAs ġew estrapolati sabiex jittieħed kont tal-varjazzjoni mistennija fil-prezzijiet matul il-ħajja tal-miżuri. Is-sors ta’ dawn il-prezzijiet proġettati hija estrazzjoni minn Bloomberg New Energy Finance bid-data tas-7 ta’ Lulju 2020. Il-prezz medju proġettat għall-EUAs għal dan il-perjodu huwa ta’ EUR 36,4 / tunnellata ta’ emissjoni ta’ CO2.

(343)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni.

(344)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ undercutting fil-prezzijiet, mal-prezz medju ponderat mhux inġurjuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(345)

Fir-rigward tal-marġni residwu, meta jitqies li l-kooperazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi ma kinitx għolja, u kunsiderazzjonijiet oħra spjegati fil-premessa (206) hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni residwu ta’ bejgħ taħt il-prezz fil-livell ta’ 65,6 %. Dan il-marġni ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi, fuq il-bażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(346)

Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’

Haomei Group

30,4  %

30,5  %

PMI Group

38,2  %

56,4  %

Kooperaturi oħra

34,9  %

45,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

48,0  %

65,6  %

7.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(347)

Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott investigat. Dawn id-distorsjonijiet jidher li jirriżultaw fil-prezzijiet li huma aktar baxxi minn dawk ikkwotati fis-swieq internazzjonali tal-istess prodott. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

(348)

Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx meħtieġ li dan l-aspett jiġi indirizzat.

7.3.   Konklużjoni

(349)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(350)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(351)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati proviżorji tad-dazju anti-dumping, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tad-dannu

Rata anti-dumping proviżorja

Guangdong Haomei New Materials Co., Ltd.,

30,4  %

30,5  %

30,4  %

Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd.

30,4  %

30,5  %

30,4  %

Press Metal International Ltd.,

38,2  %

56,4  %

38,2  %

Press Metal International Technology Ltd.

38,2  %

56,4  %

38,2  %

Kooperaturi oħra

34,9  %

45,5  %

34,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

48,0  %

65,6  %

48,0  %

(352)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li jipproduċuh l-entitajiet ġuridiċi msemmija. Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi waħda mir-rati individwali tad-dazju anti-dumping.

(353)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping jekk hija sussegwentement tibdel isem l-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (100). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla f’isem il-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(354)

Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura ma jkunux soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(355)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(356)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati tista’ tibda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(357)

Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

9.   REĠISTRAZZJONI

(358)

Kif imsemmi fil-premessa (4), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-ħsieb li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni kienet għadha għaddejja matul il-fażi ta’ qabel id-divulgazzjoni.

(359)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf.

(360)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. Din id-deċiżjoni se tittieħed fl-istadju definittiv.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(361)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll fuq is-sit web tad-DĠ KUMMERĊ. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli żvelati speċifikament lilhom.

(362)

Żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun fiċ-Ċina u partijiet interessati oħra inkluż importatur wieħed fil-kampjun, issottomettew il-kummenti tagħhom. Il-kummenti ma kinux jikkonċernaw żbalji klerikali tal-kalkoli u se jiġu indirizzati matul l-istadju definittiv, jekk meħtieġ.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(363)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(364)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ żbarri, vireg, profili (vojta minn ġewwa jew le), tubi, pajpijiet; mhux assemblati; irrispettivament minn jekk ikunux imħejjija biex jintużaw fi strutturi jew le (eż. maqtugħin għall-qies, imtaqqba, milwija, iċċanfrinati, bil-kamin); magħmulin mill-aluminju, b’ligi jew mingħajrhom, li jinkludu mhux akar minn 99,3 % aluminju, bl-esklużjoni ta’:

(1)

prodotti magħqudin (eż. b’iwweldjar jew bi qfil) biex jiffurmaw sottoassemblaġġi;

(2)

tubi u pajpijiet iwweldjati;

(3)

prodotti f’kit imballat bil-partijiet meħtieġa biex jiġi assemblat prodott finali mingħajr irfinar jew fabrikazzjoni ulterjuri tal-partijiet (“kit tal-oġġetti lesti”);

li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7604 10 10, ex 7604 10 90, 7604 21 00, 7604 29 10, 7604 29 90, ex 7608 10 00, 7608 20 81, 7608 20 89 u ex 7610 90 90 (il-kodiċijiet TARIC 7604101011, 7604109011, 7604109025, 7604109080, 7608100011, 7608100080, 7610909010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Guangdong Haomei New Materials Co., Ltd.

30,4  %

C562

Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co., Ltd.

30,4  %

C563

Press Metal International Ltd.

38,2  %

C564

Press Metal International Technology Ltd.

38,2  %

C565

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

34,9  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

48,0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali għall-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-forniment ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fi proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Smigħ għandu jeżamina t-talbiet sottomessi wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali b’dan huma ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1215 li jagħmel importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ġew importati fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1215 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jagħmel importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 16).

(3)   ĠU C 51, 14.2.2020, p. 26.

(4)  Il-kwestjonarji rispettivi, kif ukoll il-kwestjonarju tal-utenti, kienu disponibbli online fil-jum tal-bidu fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449

(5)   “Questionnaire on the existence of significant distortions within the meaning of article 2(6a) of Regulation (EU) 2016/1036 for the Government of the People’s Republic of China” (Kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) u “Questionnaire on the existence of raw material distortions within the meaning of article 7(2a) of Regulation (EU) 2016/1036 for the Government of the People’s Republic of China” (Kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għall-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina).

(6)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”).

(7)  OECD (2019), “Measuring distortions in international markets: the aluminium value chain”, OECD Trade Policy Papers, No. 218, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/c82911ab-en (a11essat l-aħħar fit-03/09/2020)

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta' Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63).

(9)  Ara https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU, aċċessat fil-11 ta’ Lulju 2019.

(10)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6-7.

(11)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.

(12)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fit-8 ta’ Settembru 2020).

(13)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 20-21.

(14)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(15)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 120-121.

(16)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 122 -135.

(17)  Ir-Rapport — Kapitolu 7, p. 167-168.

(18)  Ir-Rapport — Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(19)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 15-16, ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.

(20)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 22-24 u Kapitolu 5, p. 97-108.

(21)  Ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 104-9.

(22)  L-istudju tal-OECD, p. 29.

(23)  Il-Kummissjoni Awstraljana Anti-Dumping, Aluminium Extrusions from China, REP 248, p. 79 (it-13 ta’ Lulju 2015).

(24)  Taube, M. (2017). Analysis of Market Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry Think!Desk, l-24 ta’ April 2017, p. 51.

(25)  Ara pereżempju rapport li jikkonċerna n-nuqqas tal-gvern provinċjali ta’ Shandong li jrażżan l-espansjoni tal-kapaċità tal-aluminju: https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MzI2OTUyMzA0Nw==&mid=2247494318&idx=1&sn=9690ca50845c19f38eafff659516817a&chksm=eaddaba6ddaa22b071a5e2588aa787ed6f6a1a964ccae55c4d85c6f7ccbfcb5cedd3cdceac9d&scene=0&pass_ticket=JFplYZoDqNTFmOPYUGJbMwF0XlC1N3hAJ3EYPpsKx6rkt4fSeZ4TwIvB5BffX4du#rd(aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2020).

(26)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 387-388.

(27)  Lin Yaming Gong Chunhui, Malaysian well known Chinese businessman Tan Sri Guang Baoqiang: our investment in Guangdong is correct, Nanfang Daily (Nanfang+ service), 1 February 2019, https://static.nfapp.southcn.com/content/201902/01/c1898086.html (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

(28)  Initial Public Offering prospectus of Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd, p 1.1.45 u 46

http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN201904121318887721_1.pdf (aċċessat fil-11 ta’ Lulju 2020).

(29)  Ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 100-1.

(30)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 26.

(31)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 31-2.

(32)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Settembru 2020).

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915.

(34)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 388.

(35)  http://www.chalco.com.cn/chalcoen/rootfiles/2018/04/19/1524095189602052-1524095189604257.pdf, (aċċessat fit-8 ta’ Marzu 2019).

(36)  Is-sit web ta’ Xinfa Group (Company Introduction). http://www.xinfagroup.com.cn/AboutXinfa/GongSiJianJie.aspx (aċċessat fis-17 ta’ Lulju 2020).

(37)  https://baike.baidu.com/item/%E5%BC%A0%E5%AD%A6%E4%BF%A1/19405?fr=aladdin (aċċessat fis-17 ta’ Lulju 2020).

(38)  Is-sit web tal-kumpanija: http://en.hongqiaochina.com/details/108.html (aċċessat fis-17 ta’ Lulju 2020).

(39)  Is-sit web tal-kumpanija: http://en.hongqiaochina.com/details/111.html (aċċessat fis-17 ta’ Lulju 2020).

(40)  Xie Qian, Huang Jin, Liaoning Zhongwang Group: Party building leads development, People.com.cn (CPCnews.cn), l-4 ta’ Jannar 2019, http://dangjian.people.com.cn/n1/2019/0104/c117092-30503923.html.

(41)  Ir-Rapport — Kapitoli minn 14.1 sa 14.3.

(42)  Ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(43)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915.

(44)  It-13-il Pjan ta’ ħames snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

(45)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 377.

(46)  Ir-Rapport — Kapitolu 12, p. 275-282 u Kapitolu 15, p. 378-382.

(47)  Ir-Rapport — Kapitolu 12, p. 275 – 282.

(48)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 378-382, 390.

(49)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 384-385.

(50)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 382-383.

(51)  Ara http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-06/16/content_5082726.htm, (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020)

(52)   Ibid, it-Taqsima 3.

(53)   Ibid, it-Taqsima 4.

(54)  Ara: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2018/11/6/art_15681_3450015.html (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020), it-Taqsima 13.

(55)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 386.

(56)  Ara http://miit.gov.cn/n1146285/n1146352/n3054355/n3057569/n3057572/c6566256/content.html (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

(57)   Ibid, it-Taqsima I.

(58)   Ibid, it-Taqsima II.

(59)   Ibid, it-Taqsima VII.

(60)  Ara: http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-06/16/content_5082726.htm, it-Taqsima 10

(61)  Ara: https://finance.sina.com.cn/money/future/indu/2019-11-26/doc-iihnzahi3508583.shtml (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

(62)  Ara: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2018/11/6/art_15681_3450015.html, it-Taqsima 6.

(63)  Ara http://www.chinania.org.cn/html/introduce/xiehuizhangcheng/ (aċċessat fil-21 ta’ Lulju 2020).

(64)  Ara: http://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessat fil-21 ta’ Lulju 2020).

(65)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 377-387.

(66)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 378 u 389; Studju tal-OECD, p. 25-26.

(67)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 390-391. Il-provvista tal-elettriku bi prezz orħos hija rrapportata wkoll minn sorsi oħra. Ara pereżempju: Economic Information Daily: Worrying over growth downturns, western region releasing preferential policies to support high energy consumption industries http://jjckb.xinhuanet.com/2012-07/24/content_389459.htm (aċċessat fl-4 ta’ Settembru 2020), li jirrapporta dwar kif provinċji Ċiniżi fil-punent bħal Shaanxi, Ningxia, Qinghai u Gansu komplew jipprovdu elettriku irħis biex jattiraw aktar investimenti.

(68)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 392 – 393.

(69)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 393 – 394.

(70)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 395 – 396.

(71)   Ibid, p. 16, p. 30. Madankollu, l-awtoritajiet Ċiniżi jinterferixxu fir-rigward ta’ inputs oħra wkoll. Eżempju tipiku huwa l-faħam, fejn il-gvern għandu s-setgħa li jbaxxi ż-żidiet fil-prezz tal-faħam. Ara: https://policycn.com/policy_ticker/coal-price-unlikely-to-jump-during-heating-season/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (aċċessat fl-4 ta’ Settembru 2020).

(72)   Ibid p. 16-18.

(73)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 138-149.

(74)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 216.

(75)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 213-215.

(76)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 209-211.

(77)  Memorandum ta’ Deċiżjoni għad-Determinazzjoni Affermattiva Preliminari: Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta’ ċertu Foil tal-Aluminju mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ippubblikata mill-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Kummerċ, fis-7 ta’ Awwissu 2017, IX.E. p. 30, disponibbli fuq https://enforcement.trade.gov/frn/summary/prc/2017-17113-1.pdf (aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ Marzu 2019).

(78)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 332-337.

(79)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 336.

(80)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 337-341.

(81)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 114-117.

(82)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 119.

(83)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 120.

(84)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(85)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(86)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(87)  L-istudju tal-OECD, p. 21.

(88)   “ Second note on the sources for the determination of the normal value ” (It-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali) tal-25 ta’ Ġunju 2020, għajr in-numru t20.004361.

(89)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(90)  Il-kategorija “metalli bażiċi” tinkludi l-aluminju taħt il-kodiċi C24.4.2.

(91)  Il-kodiċiijiet NACE jistgħu jinstabu fuq http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/index/nace_all.html

(92)  Is-sistema ta’ Klassifikazzjoni tal-Industrija tal-Amerika ta’ Fuq (NAICS) żviluppata mill-aġenziji tal-istatistika tal-Kanada, il-Messiku u l-Istati Uniti.

(93)  Il-kostijiet lavorattivi huma disponibbli fuq http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2088

(94)  www.turkstat.gov.tr

(95)  L-istqarrija għall-istampa li tippubblika l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass fit-Turkija għal Diċembru 2019 tista’ tinstab fuq: http://www.turkstat.gov.tr/PreHaberBultenleri.do?id=33646

(96)  https://stats.oecd.org/BrandedView.aspx?oecd_bv_id=eneprice-data-en&doi=data-00442-en#

(97)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2220 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (ĠU L 333, 27.12.2019, p. 33).

(98)  Sors: ACEA — Automobile Industry Pocket Guide 2020/2021.

(99)  Sors: Eurostat.

(100)   Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Foshan Guangcheng Aluminium Co Ltd

C566

Foshan Modern Copper & Aluminum Extrusion Co.,Ltd.

C567

Foshan City Nanhai Yongfeng Aluminium Co., Ltd

C568

Foshan QianYang aluminium Co.,Ltd

C569

Foshan Sanshui Fenglu Aluminium Co., Ltd

C570

Foshan Sanshui Match Hardware Products Co., Ltd.

C571

Fuyao Group:

—

Fujian Fuyao Automotive Aluminium System Co.,Ltd

—

Jiangsu Fuyao Automotive Trim System Co., Ltd.

C572

Giant Light Metal Technology Co., Ltd.

C573

Goomax Metal Co., Ltd. Fujian

C574

Guangdong Huachang Aluminium Factory Co Ltd

C575

Guangdong Jiangsheng Aluminium Co., Ltd.

C599

Guangdong Jihua Aluminium Co., Ltd.

C576

Guangdong Nanhai Light Industrial Products Imp. & Exp. Co Ltd

C577

Guangdong Weiye Aluminium Factory Group Co., Ltd.

C578

Guangdong Xingfa Aluminium Co., Ltd

C579

Guangya Aluminium Industries Co., Ltd

C580

HOSHION Group:

—

Zhongshan Hoshion Smart Home Accessories Co., Ltd.

—

Cyma Precision Aluminium Co., Ltd.

—

Guangdong Hoshion Industrial Aluminium Co. Ltd.

C581

Jiangmen Cosco Shipping Aluminium Co., Ltd

C582

Jiangsu Asia-Pacific Light Alloy Technology Co., Ltd

C583

Jilin Qixing Aluminium Industries Co., Ltd

C584

JMA Group:

—

Foshan Jma Aluminium Co., Ltd

—

Guangdong JMA Aluminium Profile Factory (Group) Co., Ltd.

C585

PanAsia Aluminium (China) Limited

C586

Pingguo Jianfeng Aluminium Co., Ltd.

C587

Qingyuan Time Aluminum Co., Ltd.

C588

Shandong Huajian Aluminium Group Co., Ltd

C589

Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd

C590

Shandong Nollvetec Lightweight Equipment Co.Ltd

C591

Shandong Xinyudong Aluminium Co., Ltd.

C592

Shenyang Yuanda Aluminium Industry Engineering Co., Ltd.

C593

Sihui Shi Guoyao Aluminum Co., Ltd

C594

Tai Shan City Kam Kiu Aluminium Extrusion Co., Ltd

C595

Tongcheng Metal Material Co., Ltd

C596

Xinhe Group:

—

Guangdong Xinhe Aluminum Co., Ltd.

—

Guangdong Yaoyinshan Aluminium Co., Ltd.

—

Guangdong Xinhe Aluminium Xinxing Co., Ltd

C597

Yingkou Liaohe Aluminum Products Co., Ltd.

C598