ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 331

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
12 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1431 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustament lir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

2

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1432 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1433 tal-5 ta’ Ottubru 2020 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Pouligny-Saint-Pierre (DOP))

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1434 tad-9 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16 ( 1 )

20

 

*

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1435 tad-9 ta’ Ottubru 2020 dwar id-dazji imposti fuq ir-reġistranti biex jaġġornaw ir-reġistrazzjonijiet tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) ( 1 )

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1436 tas-12 ta’ Ottubru 2020 li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati f’port, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll imsemmi hawn fuq ġie ffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2020.


REGOLAMENTI

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1431

tal-14 ta’ Lulju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustament lir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jinkludi tariffi mħallsa mill-impriżi biex jiksbu u jżommu l-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni għat-tqegħid fis-suq u għal servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija, u għas-servizzi pprovduti mill-grupp ta’ koordinazzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tiegħu f’konformità mal-Artikoli 107c, 107e, 107 g, 107k u 107q tad-Direttiva 2001/83/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

L-aħħar aġġustament tal-ammonti tat-tariffi u tar-remunerazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 658/2014 twettaq fl-2018 abbażi tar-rata tal-inflazzjoni tal-2017. Ir-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni għas-snin 2018 u 2019, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, kienet 1,7 % u 1,6 % rispettivament. Filwaqt li jitqies il-livell tar-rati tal-inflazzjoni għal dawk is-snin, huwa meqjus ġustifikat li jiġu aġġustati, f’konformità mal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 658/2014, l-ammonti tat-tariffi u l-ammonti tar-remunerazzjonijiet għar-relaturi u għall-korelaturi msemmijin fil-Partijiet I sa IV tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li jiġi applikat aġġustament kumulattiv li jqis ir-rati tal-inflazzjoni għall-2018 u għall-2019.

(3)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, jenħtieġ li l-ammonti aġġustati jiġu arrotondati sal-eqreb EUR 10, bl-eċċezzjoni tat-tariffa annwali għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-monitoraġġ tal-letteratura li għaliha jenħtieġ li l-livell aġġustat jiġi arrotondat sal-eqreb EUR 1.

(4)

It-tariffi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 658/2014 huma dovuti jew fid-data meta tibda l-proċedura rispettiva jew, fil-każ tat-tariffa annwali għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-monitoraġġ tal-letteratura, fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Konsegwentement, l-ammont applikabbli se jiġi determinat sad-data meta tkun dovuta t-tariffa mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji speċifiċi għal proċeduri pendenti.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 658/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 658/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti I, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

“EUR 20 110” huwa sostitwit bi “EUR 20 780”;

(b)

“EUR 13 520” huwa sostitwit bi “EUR 13 970”;

(2)

fil-Parti II, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-sentenza introduttorja, “EUR 44 340” huwa sostitwit bi “EUR 45 810”;

(b)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 17 740” huwa sostitwit bi “EUR 18 330”;

(ii)

“EUR 7 510” huwa sostitwit bi “EUR 7 760”;

(c)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 26 600” huwa sostitwit bi “EUR 27 480”;

(ii)

“EUR 11 260” huwa sostitwit bi “EUR 11 630”;

(3)

fil-Parti III, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 184 600” huwa sostitwit bi “EUR 190 740”;

(ii)

“EUR 40 020” huwa sostitwit bi “EUR 41 350”;

(iii)

“EUR 304 660” huwa sostitwit bi “EUR 314 790”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), “EUR 123 060” huwa sostitwit bi “EUR 127 150”;

(ii)

fil-punt (b), “EUR 149 740” huwa sostitwit bi “EUR 154 730”;

(iii)

fil-punt (c), “EUR 176 420” huwa sostitwit bi “EUR 182 290”;

(iv)

fil-punt (d), “EUR 203 090” huwa sostitwit bi “EUR 209 840”;

(c)

fir-raba’ subparagrafu, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 1 030” huwa sostitwit bi “EUR 1 070”;

(ii)

“EUR 2 050” huwa sostitwit bi “EUR 2 110”;

(iii)

“EUR 3 100” huwa sostitwit bi “EUR 3 200”;

(4)

fil-punt 1 tal Parti IV, “EUR 69” huwa sostitwit bi “EUR 71”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1432

tal-14 ta’ Lulju 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu koperti l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fl-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021.

(2)

Jenħtieġ li l-għadd ta’ varjabbli li jridu jinġabru f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma jkunx jaqbeż b’aktar minn 5 % lill-għadd ta’ varjabbli miġbura għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, fil-mument meta jkun daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021

Suġġett

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli/deskrizzjoni tal-varjabbli

01. Elementi Tekniċi – 15-il varjabbli tekniku obbligatorju,

2żewġ varjabbli tekniċi fakultattivi

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

REFYEAR

Sena tal-istħarriġ

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

INTDATE

Data ta’ referenza – l-ewwel data tal-intervista

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

STRATUM_ID

Strat

Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

PSU

Unità primarja tal-kampjunar

Identifikazzjoni

HH_ID

ID tal-unità domestika

Identifikazzjoni

IND_ID

ID individwali

Identifikazzjoni

HH_REF_ID

ID tal-unità domestika li jappartjeni għaliha l-individwu

Ponderazzjonijiet

HH_WGHT

Ponderazzjoni tal-unità domestika

Ponderazzjonijiet

IND_WGHT

Ponderazzjoni individwali

Karatteristiċi tal-intervista

TIME

Tul tal-intervista

Karatteristiċi tal-intervista

INT_TYPE

Tip ta’ intervista

Lokalizzazzjoni

COUNTRY

Pajjiż ta’ residenza

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS1

Reġjun tar-residenza

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS2

(fakultattiva)

Reġjun tar-residenza (fakultattiva)

Lokalizzazzjoni

GEO_NUTS3

(fakultattiva)

Reġjun tar-residenza

(fakultattiva)

Lokalizzazzjoni

DEG_URBA

Grad ta’ urbanizzazzjoni

Lokalizzazzjoni

GEO_DEV

Post ġeografiku

02. Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

7 varjabbli miġbura,

varjabbli derivat wieħed (1), – 7 varjabbli fakultattivi

Demografija

SEX

Ġeneru

Demografija

YEARBIR

Sena tat-twelid

Demografija

PASSBIR

L-aħħar għeluq is-snin

Demografija

AGE

Età fi snin magħluqa

Ċittadinanza u sfond migratorju

CITIZENSHIP

Pajjiż taċ-ċittadinanza prinċipali

Ċittadinanza u sfond migratorju

CNTRYB

Pajjiż tat-twelid

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP

Daqs tal-unità domestika (l-għadd ta’ membri fl-unità domestika)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_16_24 (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom bejn 16 u 24 sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_16_24S (fakultattiva)

Għadd ta’ studenti tal-unità domestika li għandhom bejn 16 u 24 sena

(fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_25_64 (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom bejn 25 u 64 sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_POP_65_MAX (fakultattiva)

Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom 65 sena jew iżjed (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD

Għadd ta’ tfal iżgħar minn 16-il sena

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_14_15

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal li għandhom bejn 14 u 15-il sena

(fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_5_13

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal li għandhom bejn 5 u 13-il sena (fakultattiva)

Kompożizzjoni tal-unità domestika

HH_CHILD_LE_4

(fakultattiva)

Għadd ta’ tfal li għandhom 4 snin jew inqas (fakultattiva)

03. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

5 varjabbli miġbura,

3 varjabbli fakultattivi

Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

MAINSTAT

Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

STAPRO

Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

NACE1D

(fakultattiva)

Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

(fakultattiva)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

ISCO2D

Okkupazzjoni tal-impjieg ewlieni

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

OCC_ICT

Professjonist tal-ICT jew professjonist mhux tal-ICT

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

OCC_MAN

Ħaddiem tal-id jew ħaddiem mhux tal-id

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

EMPST_WKT

(fakultattiva)

Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit)

(fakultattiva)

Tul tal-kuntratt

EMPST_CONTR

(fakultattiva)

Permanenza tal-impjieg ewlieni

(fakultattiva)

04. Livell edukattiv miksub u sfond edukattiv

varjabbli miġbur wieħed (1)

varjabbli derivat wieħed (1)

Livell edukattiv miksub

ISCEDD

Livell edukattiv miksub (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess)

Livell edukattiv miksub

ISCED

Livell edukattiv miksub aggregat

05. Introjtu, konsum u elementi tal-ġid, inkluż id-djun

varjabbli miġbur wieħed (1)

Introjtu totali fix-xahar tal-unità domestika

HH_IQ5

Introjtu attwali nett totali medju fix-xahar

06. Parteċipazzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni – 122 varjabbli miġbura,

5 varjabbli fakultattivi

Aċċess għall-ICT

IACC

Aċċess tal-unità domestika għall-Internet mid-dar (bi kwalunkwe apparat)

Aċċess għall-ICT

BBFIX

Użu ta’ konnessjonijiet broadband fissi għall-aċċess għall-Internet mid-dar

Aċċess għall-ICT

BBMOB

Użu ta’ konnessjonijiet broadband mobbli għall-aċċess għall-Internet mid-dar (b’netwerk tal-mowbajl, mill-inqas 3G)

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IU

L-aktar użu riċenti tal-Internet, fi kwalunkwe post, bi kwalunkwe apparat xieraq

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IFU

Frekwenza medja tal-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IFU_D

Użu tal-Internet diversi drabi matul il-jum

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_DKPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq kompjuter mhux portabbli

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_LPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq laptop

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_TPC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq tablet

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_MP

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq mowbajl jew smartphone

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

IUG_OTH1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur b’apparat ieħor (bħat-televiżjoni intelliġenti, speakers intelliġenti, console tal-logħob, apparat għall-qari tal-kotba elettroniċi, arloġġ intelliġenti)

Attivitajiet tal-Internet

IUEM

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jintbagħtu u jaslu l-emails

Attivitajiet tal-Internet

IUPH1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex isiru telefonati (inkluż telefonati awdjoviżivi) fuq l-Internet

Attivitajiet tal-Internet

IUSNET

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ parteċipazzjoni f’netwerks soċjali (il-ħolqien ta’ profil tal-utent, it-tqegħid ta’ messaġġi jew kontributi oħra)

Attivitajiet tal-Internet

IUCHAT1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ messaġġjar instantanju (skambju ta’ messaġġi)

Attivitajiet tal-Internet

IUNW1

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jinqraw l-aħbarijiet fuq siti web apposta, il-gazzetti jew ir-rivisti tal-aħbarijiet online

Attivitajiet tal-Internet

IHIF

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ tiftix tal-informazzjoni marbuta mas-saħħa (eżempju fuq korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa)

Attivitajiet tal-Internet

IUIF

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex tinstab informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi

Attivitajiet tal-Internet

IUPOL2

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jiġu espressi opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi fuq is-siti web jew il-midja soċjali

Attivitajiet tal-Internet

IUVOTE

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online biex jiġu definiti kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (bħall-ippjanar urban, l-iffirmar ta’ xi petizzjoni)

Attivitajiet tal-Internet

IUJOB

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ tiftix għal impjieg jew biex tintbagħat applikazzjoni għal impjieg

Attivitajiet tal-Internet

IUSELL

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ bejgħ ta’ oġġetti jew ta’ servizzi fuq sit web jew b’app

Attivitajiet tal-Internet

IUBK

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ bbankjar bl-Internet (inkluż l-ibbankjar bil-mowbajl)

Attivitajiet tal-Internet

IUOLC

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ kors online

Attivitajiet tal-Internet

IUOLM

Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ materjal tat-tagħlim disponibbli online (bħal materjal awdjoviżiv, software tat-tagħlim online, kotba tat-tagħlim elettroniċi, apps tat-tagħlim)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12IF

Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex tinkiseb informazzjoni minn siti web jew apps

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12FM

Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex jitniżżlu/jiġu stampati formoli uffiċjali

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RT

Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex jiġu ppreżentati formoli mimlijin online

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_NAP

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma kienx hemm bżonn jiġu ppreżentati formoli uffiċjali

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_SNA

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma kien disponibbli l-ebda servizz online bħal dan.

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_SKL

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (pereżempju r-rispondent ma kienx jaf juża s-sit web jew kien ikkumplikat wisq biex jintuża)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_SEC

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba tħassib dwar il-protezzjoni jew is-sigurtà tad-data personali

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_SIGN (fakultattiva)

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba nuqqas ta’ firma elettronika jew ID/ċertifikat elettroniku (meħtieġ biex jintużaw is-servizzi) jew minħabba problemi fl-użu tal-firma elettronika jew tal-ID/ċertifikat elettroniku

(fakultattiva)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_PXOL (fakultattiva)

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma jridx iħallas online (pereżempju għax jibża’ minn frodi tal-kards tal-kreditu) jew ma jistax iħallas online (pereżempju minħabba nuqqas ta’ aċċess għall-metodi tal-ħlas meħtieġa) (fakultattiva)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_DEL

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax kien hemm persuna oħra li ppreżentat il-formoli mimlijin online f’ismu (bħal konsulent, konsulent tat-taxxa, qarib jew membru tal-familja)

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

IGOV12RTX_OTH

Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba raġunijiet oħra

Kummerċ elettroniku

IBUY

L-aħħar xiri jew ordni ta’ oġġetti jew ta’ servizzi bl-Internet għal użu privat

Kummerċ elettroniku

BCLOT1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ ħwejjeġ (inkluż ħwejjeġ sportivi), żraben jew aċċessorji (bħal basktijiet, ġojjellerija) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSPG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti sportivi (għajr il-ħwejjeġ sportivi) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BCG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ ġugarelli tat-tfal jew oġġetti tal-indukrar tat-tfal (bħal ħrieqi, fliexken tat-trabi, pushchairs) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFURN1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ għamara, aċċessorji tad-dar (bħal twapet jew purtieri) jew prodotti tal-ġnien (bħal għodod u pjanti) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BMUSG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ mużika bħal CDs, vinyls, eċċ. minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFLMG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ films jew sensiliet fuq DVDs, Blu-ray, eċċ. minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BBOOKNLG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ kotba, rivisti jew gazzetti stampati minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BHARD1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ kompjuters, tablets, mowbajls jew aċċessorji minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BEEQU1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ tagħmir elettroniku għall-konsumatur (bħal settijiet tat-televiżjoni, stereos, kameras) jew apparati domestiċi (bħal magni tal-ħasil) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BMED1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ mediċini jew supplimenti djetetiċi bħal vitamini (għajr it-tiġdid online tar-riċetti) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFDR

Użu tal-Internet għal xiri ta’ konsenji minn ristoranti, ktajjen tal-fast-food, servizzi ta’ catering minn intrapriżi jew persuni privati fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFDS

Użu tal-Internet għal xiri ta’ ikel jew xorb mingħand ħwienet jew fornituri tal-ikliet minn intrapriżi jew persuni privati fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BCBW

Użu tal-Internet għal xiri ta’ kożmetiċi, prodotti tas-sbuħija jew tal-benesseri minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BCPH

Użu tal-Internet għal xiri ta’ prodotti tat-tindif jew prodotti tal-iġjene personali (bħal xkupilji tas-snien, imkatar, diterġenti tal-ħasil, bċejjeċ tat-tindif) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BBMC

Użu tal-Internet għal xiri ta’ roti, mopeds, karozzi jew vetturi oħrajn jew l-ispareparts tagħhom minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BOPG

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti fiżiċi oħrajn minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BPG_DOM

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa nazzjonali fuq sit web jew b’apps fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

Kummerċ elettroniku

BPG_EU

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħra tal-UE fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

Kummerċ elettroniku

BPG_WRLD

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa mill-bqija tad-dinja fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

Kummerċ elettroniku

BPG_UNK

Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa nazzjonali bil-pajjiż tal-oriġini mhux magħruf, fuq sit web jew b’apps fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

Kummerċ elettroniku

BPG_PP

Oġġetti mixtrija minn persuni privati fuq sit web jew b’app

Kummerċ elettroniku

BMUSS

Użu tal-Internet għal xiri jew għal abbonament tal-mużika bħala servizz tal-istreaming jew tniżżil fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFLMS

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-films jew tas-sensiliet bħala servizz tal-istreaming jew tniżżil fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BBOOKNLS

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-kotba elettroniċi, tar-rivisti online jew tal-gazzetti online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BGAMES

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-logħob online jew bħala tniżżil għall-istmartphones, it-tablets, il-kompjuters jew il-consoles fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSOFTS

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ software tal-kompjuter jew software ieħor bħala tniżżil, inkluż aġġornamenti, fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BHLFTS

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ apps relatati mas-saħħa jew l-eżerċizzju fiżiku (għajr l-apps mingħajr ħlas) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BAPP

Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ apps oħra (bħal apps relatati mat-tagħlim tal-lingwi, l-ivvjaġġar, it-temp) (għajr l-apps mingħajr ħlas) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSTICK

Użu tal-Internet għal xiri tal-biljetti għal avvenimenti sportivi fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BCTICK

Użu tal-Internet għal xiri tal-biljetti għal avvenimenti kulturali jew oħrajn (bħal biljetti taċ-ċinema, ta’ kunċerti, ta’ fieri) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSIMC

Użu tal-Internet għal xiri ta’ abbonamenti għal konnessjonijiet tal-Internet jew tal-mowbajl fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BSUTIL

Użu tal-Internet għal xiri ta’ abbonamenti għall-provvista tal-elettriku, tal-ilma jew tat-tisħin, għas-servizzi tar-rimi tal-iskart jew servizzi simili fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BHHS

Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi domestiċi (bħal tindif, indukrar tat-trabi, xogħol ta’ tiswija, xogħol fil-ġnien) (anki xiri minn persuni privati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BHHS_PP

Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi domestiċi minn persuni privati fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BTPS_E

Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi tat-trasport minn intrapriża tat-trasport bħal biljett tal-karozzi tal-linja lokali, tal-ajru, tal-ferrovija jew tat-taxi fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BTPS_PP

Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi tat-trasport minn persuna privata fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BRA_E

Użu tal-Internet għal kiri ta’ akkomodazzjoni minn intrapriżi bħal lukandi jew aġenziji tal-ivvjaġġar fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BRA_PP

Użu tal-Internet għal kiri ta’ akkomodazzjoni minn persuna privata fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BOTS (fakultattiva)

Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi oħra (għajr is-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

(fakultattiva)

Kummerċ elettroniku

BF

L-għadd ta’ drabi li oġġetti jew servizzi nxtraw minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

IBV1

Il-valur totali ta’ oġġetti jew servizzi mixtrija minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFIN_IN1

Użu tal-Internet għal xiri ta’ poloz tal-assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, anki bħala pakkett flimkien ma’ pereżempju biljett tal-ajru minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFIN_CR1

Użu tal-Internet għal teħid ta’ self jew dejn ipotekarju jew għal teħid ta’ kreditu mingħand banek jew fornituri finanzjarji oħra minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Kummerċ elettroniku

BFIN_SH1

Użu tal-Internet għal xiri jew bejgħ ta’ ishma, bonds, unitajiet f’fondi jew assi finanzjarji oħra minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BTFW1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: is-sit web kien diffiċli biex jintuża jew ma ħadimx b’mod sodisfaċenti (eżempju kien ikkumplikat wisq, ħawwad lill-utent, teknikament jiffunzjona ħażin) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BDGL1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: diffikultajiet biex tinstab informazzjoni dwar garanziji jew drittijiet legali oħra waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BSPD1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: twassil aktar bil-mod minn dak indikat waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BCPR1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: l-ispejjeż finali kienu ogħla minn dawk indikati (bħal tariffi tat-tranżazzjoni mhux mistennija jew tariffi ta’ garanzija mhux ġustifikati) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BWDN1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: oġġetti jew servizzi b’oħra jew difettużi waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BFRA1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi ta’ frodi (bħal meta ma jasal l-ebda prodott jew ma jingħata l-ebda servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-kards tal-kreditu) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BCR1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: kien diffiċli li wieħed jagħmel ilmenti u jikseb rimedji jew ma ngħatax rispons sodisfaċenti għal ilment waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BDNS1

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BOTH2

Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi oħra waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

BARR2X

ma kien hemm l-ebda problema waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

NBSHAB1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba preferenza għal xiri fiżiku u/jew li konsumatur jara l-prodott, lealtà lejn il-ħwienet, sforz id-drawwa

Ostakli u problemi fl-użu

NBSKL1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba perċezzjoni ta’ diffikultà b’rabta max-xiri online (tħassib dwar nuqqas ta’ ħiliet biżżejjed)

Ostakli u problemi fl-użu

NBCD

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar l-ispiża tat-twassil tal-oġġetti

Ostakli u problemi fl-użu

NBSR1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar l-affidabbiltà jew il-veloċità tat-twassil

Ostakli u problemi fl-użu

NBPSC1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar is-sigurtà tal-ħlas jew dwar il-privatezza

Ostakli u problemi fl-użu

NBTRCM1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar ir-ritorn tal-oġġetti, l-ilmenti jew ir-rimborż

Ostakli u problemi fl-użu

NBDNS1 (fakultattiva)

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur għax bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent

(fakultattiva)

Ostakli u problemi fl-użu

NBNND

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur għax ma kienx hemm bżonn xiri online fl-aħħar 3 xhur

Ostakli u problemi fl-użu

NBOTH1

Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba ostakli oħra għall-kummerċ bl-Internet

Ħiliet diġitali

CXFER1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ikkupjar jew iċ-ċaqliq ta’ fajls (bħal dokumenti, data, immaġnijiet, filmati) bejn il-folders, l-apparati (bl-email, messaġġjar instantanju, USB, cable) jew fuq il-cloud

Ħiliet diġitali

CINSAPP1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tniżżil jew installazzjoni ta’ software jew ta’ apps

Ħiliet diġitali

CCONF1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tibdil fil-konfigurazzjoni ta’ software, app jew apparat (bħal aġġustament tal-lingwa, tal-kuluri, tal-kuntrast, tad-daqs tat-tipa, żbarri/menuwijiet)

Ħiliet diġitali

CWRD1

Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-word processing

Ħiliet diġitali

CPRES2

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ħolqien ta’ fajls (bħal dokumenti, immaġnijiet, filmati) li jinkorporaw bosta elementi bħal test, stampa, tabella, ċart, animazzjoni jew ħoss

Ħiliet diġitali

CXLS1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-ispreadsheets

Ħiliet diġitali

CXLSADV1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ karatteristiċi avvanzati tas-software tal-ispreadsheets (funzjonijiet, formuli, macros u funzjonijiet oħra tal-iżviluppaturi) biex tiġi organizzata, analizzata, strutturata jew modifikata xi data

Ħiliet diġitali

CEPVA1

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-editjar ta’ ritratti, filmati jew fajls tal-awdjo

Ħiliet diġitali

CPRG2

Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ikkowdjar b’lingwa tal-ipprogrammar

Ħiliet diġitali

UDI

Informazzjoni jew kontenut (bħal filmati, stampi) fuq siti web tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali li r-rispondent iqishom foloz jew dubjużi fl-aħħar 3 xhur

Ħiliet diġitali

TIC

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq siti web tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali mir-rispondent fl-aħħar 3 xhur

Ħiliet diġitali

TICCSFOI

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’verifika tas-sorsi jew b’tiftix ta’ informazzjoni oħra fuq l-Internet

Ħiliet diġitali

TICIDIS

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’segwitu jew parteċipazzjoni f’diskussjoni fuq l-Internet dwar l-informazzjoni

Ħiliet diġitali

TICNIDIS

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’diskussjoni offline fuq l-informazzjoni ma’ persuni oħra jew b’sorsi li mhumiex fuq l-Internet

Ħiliet diġitali

TICXND

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati għax ir-rispondent diġà jkun jaf li l-informazzjoni jew il-kontenut mhumiex affidabbli

Ħiliet diġitali

TICXSKL

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati għax ir-rispondent ma jkollux ħiliet jew għarfien biex jagħmel dan

Ħiliet diġitali

TICXOTH

Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati minħabba raġunijiet oħra

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RPS

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: il-qari tad-dikjarazzjonijiet dwar il-politika tal-privatezza qabel ma tingħata data personali

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RRGL

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: aċċess ristrett jew rifjutat għall-post ġeografiku ta’ dak li jkun

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_LAP

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: aċċess limitat għal profil jew kontenut fuq siti ta’ networking soċjali jew ħżin online kondiviż

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_RAAD

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: rifjut tal-permess għall-użu ta’ data personali għal finijiet ta’ reklamar

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_CWSC

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: verifika li s-sit web fejn ir-rispondent provda d-data personali hu sigur

Sigurtà, privatezza, fiduċja

MAPS_APD

Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: talba lill-amministratur jew lill-fornitur ta’ siti web jew magni tat-tiftix għal aċċess għad-data li jkollhom dwar ir-rispondent biex jaġġornawha jew iħassruha

Sigurtà, privatezza, fiduċja

COOK1

Għarfien li jistgħu jintużaw il-cookies biex jiġu traċċati l-movimenti ta’ persuni fuq l-Internet, jinħoloq profil għal kull utent, u jitfasslu reklami apposta għall-utenti

Sigurtà, privatezza, fiduċja

PCOOK1

Tibdil fil-konfigurazzjonijiet tal-brawżer tal-Internet ta’ dak li jkun biex ikunu evitati jew limitati l-cookies fuq xi apparat tar-rispondent

Sigurtà, privatezza, fiduċja

CCOOK (fakultattiva)

Tħassib li l-attivitajiet online tar-rispondent qed jiġu rreġistrati biex ikollu reklami mfassla apposta għalih

(fakultattiva)

Sigurtà, privatezza, fiduċja

USLCOOK

Użu ta’ software li jillimita l-kapaċità ta’ traċċar tal-attivitajiet tal-individwu fuq l-Internet fuq xi apparat tar-rispondent


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1433

tal-5 ta’ Ottubru 2020

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Pouligny-Saint-Pierre” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pouligny-Saint-Pierre”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-isem “Pouligny-Saint-Pierre” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343 du 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  ĠU C 193, 9.6.2020, p. 34.


12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1434

tad-9 ta’ Ottubru 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 16

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat xokk estern bla preċedent lejn l-Unjoni u l-ekonomija tagħha filwaqt li ħolqot ħtieġa għal miżuri mmirati biex itaffu l-impatti negattivi fuq iċ-ċittadini u l-kumpaniji fejn possibbli.

(3)

L-Istati Membri u l-Unjoni ħadu miżuri biex jipprovdu għajnuna finanzjarja lil kumpaniji, inklużi vaganzi mħallsa bbażati fuq moratorji privati jew pubbliċi, biex jiġu evitati l-fallimenti u t-telfien mhux meħtieġa ta’ impjiegi mhux meħtieġa, u biex jiġi sostnut l-irkupru rapidu.

(4)

Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (International Accounting Standards, IASB) ippubblika l-Konċessjonijiet tal-Kirjiet marbuta mal-COVID-19 (emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, IFRS) 16 Kirjiet).

(5)

L-emenda għall-IFRS 16 tipprovdi eżenzjoni operattiva fakultattiva temporanja marbuta mal-COVID-19 għall-kerrejja li jibbenefikaw minn vaganzi bi ħlas tal-kera mingħajr ma jiddgħajfu r-rilevanza u l-utilità tal-informazzjoni finanzjarja rrapportata mill-kumpaniji. Wara konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi fl-IFRS 16 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(6)

L-IASB stabbilixxa data effettiva tal-emendi għall-IFRS 16 sa mill-1 ta’ Ġunju 2020. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw b’mod retroattiv biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fil-kwistjonijiet ikkonċernati kif ukoll il-konsistenza ma’ standards oħra ta’ kontabbiltà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008.

(7)

Wara li titqies l-urġenza ta’ din l-eżenzjoni operattiva marbuta mal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 16 Kirjiet, huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2020 għas-snin finanzjarji li jibdew nhar l-1 ta’ Jannar 2020 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).


ANNESS

Konċessjonijiet għall-kirjiet b’rabta mal-COVID-19

Emenda għall-IFRS 16

Emenda għall-IFRS 16 Kirjiet

Jiżdiedu l-paragrafi 46 A, 46B, 60 A, C1 A, C20 A u C20B. Tiżdied intestatura ġdida qabel C20 A. Għall-faċilità ta’ qari, dawn il-paragrafi mhumiex b’linja taħthom.

KERREJ

Kejl

Kejl sussegwenti

Modifiki tal-kera

46 A

Bħala espedjent prattiku, kerrej jista’ jagħżel li ma jivvalutax jekk konċessjoni tal-kera li tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 46B hijiex modifika tal-kirja. Kerrej li jagħmel din l-għażla għandu jikkontabilizza kull tibdil fil-ħlasijiet tal-kera li jirriżulta mill-konċessjoni tal-kera bl-istess mod li tkun tgħodd għall-bidla li tapplika dan l-Istandard, jekk il-bidla ma tkunx modifika tal-kirja.

46B

L-espedjent prattiku fil-paragrafu 46 A japplika biss għal konċessjonijiet tal-kirja li jseħħu bħala konsegwenza diretta tal-pandemija COVID-19 u biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-bidla fil-ħlasijiet tal-kera tirriżulta f’konsiderazzjoni riveduta għall-kera li hija sostanzjalment l-istess bħal, jew inqas minn, il-konsiderazzjoni għall-kera immedjatament qabel il-bidla;

(b)

kull tnaqqis fil-ħlasijiet tal-kera jaffettwa biss il-ħlasijiet oriġinarjament dovuti fit-30 ta’ Ġunju 2021 jew qabel (pereżempju, konċessjoni tal-kera tkun tissodisfa din il-kundizzjoni jekk tirriżulta fi ħlasijiet ta’ kera mnaqqsa fit-30 ta’ Ġunju 2021 jew qabel u jiżdiedu l-ħlasijiet tal-kera li jestendu lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2021); kif ukoll

(c)

ma hemm l-ebda bidla sostantiva għal termini u kundizzjonijiet oħra tal-kirja.

Żvelar

60 A

Jekk il-kerrej japplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 46 A, il-kerrej għandu jiżvela:

(a)

li jkun applika l-espedjent prattiku għall-konċessjonijiet kollha tal-kera li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 46B jew, jekk mhux applikat għal konċessjonijiet kollha tal-kera bħal dawn, l-informazzjoni dwar in-natura tal-kuntratti li għalihom ikun applikat l-espedjent prattiku (ara l-paragrafu 2); kif ukoll

(b)

l-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf għall-perjodu ta’ rapportar biex jiġu riflessi bidliet fil-ħlasijiet tal-kera li jirriżultaw minn konċessjonijiet tal-kera li għalihom il-kerrej ikun applika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 46 A.

Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

DATA EFFETTIVA

C1 A

Konċessjonijiet għall-Kirjiet b’rabta mal-COVID-19, maħruġa f’Mejju 2020, miżjuda l-paragrafi 46 A, 46B, 60 A, C20 A u C20B. Kerrej għandu japplika din l-emenda għall-perjodi annwali ta’ rappurtar li jibdew fl-1 ta’ Ġunju 2020 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa, inkluż f’rapporti finanzjarji li ma kinux awtorizzati għall-ħruġ fit-28 ta’ Mejju 2020.

TRANŻIZZJONI

Konċessjonijiet għall-kirjiet b’rabta mal-COVID-19 għall-kerrejja

C20 A

Kerrej għandu japplika retrospettivament il-Konċessjonijiet għall-Kirjiet b’rabta mal-COVID-19, (ara l-paragrafu C1 A), filwaqt li jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta’ din l-emenda bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif xieraq) fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rappurtar li fih il-kerrej japplika l-emenda għall-ewwel darba.

C20B

Fil-perjodu ta’ rapportar li fih il-kerrej japplika l-ewwel darba l-Konċessjonijiet għall-Kirjiet b’rabta mal-COVID-19, il-kerrej ma jkunx meħtieġ li jiżvela l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8.

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1435

tad-9 ta’ Ottubru 2020

dwar id-dazji imposti fuq ir-reġistranti biex jaġġornaw ir-reġistrazzjonijiet tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 132 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2019“Lejn Strateġija tal-Unjoni rigward il-Politika dwar is-Sustanzi Kimiċi” tennew l-importanza ta’ azzjonijiet konkreti biex tiġi żgurata l-konformità u tittejjeb il-kwalità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni; u b’mod partikolari l-ħtieġa għal mekkaniżmu effettiv għall-aġġornament tagħhom.

(2)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jitfa’ responsabbiltà fuq ir-reġistranti (kemm jekk reġistranti individwali u kemm jekk ir-reġistrant prinċipali u membri oħra ta’ sottomissjoni konġunta) biex jaġġornaw ir-reġistrazzjonijiet tagħhom mingħajr dewmien żejjed b’informazzjoni ġdida rilevanti u jippreżentawhom lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). L-informazzjoni tgħodd bħala “ġdida” jekk ir-reġistrant ikun sar jaf biha jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li jkun sar jaf biha mill-aħħar aġġornament jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe aġġornament, mir-reġistrazzjoni inizjali, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni kinitx effettivament teżisti qabel dak iż-żmien. Ir-responsabbiltà biex jaġġornaw ir-reġistrazzjonijiet tagħhom tirrikjedi li r-reġistranti jimmonitorjaw u jsegwu l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex jiżguraw li r-reġistrazzjonijiet tagħhom jibqgħu dejjem aġġornati. Fil-każ ta’ preżentazzjonijiet konġunti, ir-responsabbiltà għall-aġġornament tar-reġistrazzjonijiet hija, għal informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata b’mod konġunt, ir-responsabbiltà tar-reġistranti kollha f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u hija koperta mid-dispożizzjonijiet dwar il-kondiviżjoni tad-data u l-kondiviżjoni tal-kostijiet stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/9 (2).

(3)

L-aħħar rapport ġenerali ppubblikat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 117(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 indika l-ħtieġa li tittejjeb il-konformità mal-obbligu impost fuq ir-reġistranti fl-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-konformità ma’ dak l-obbligu hija importanti biex jiġi żgurat li d-dossiers tar-reġistrazzjoni jirriflettu dejjem is-sitwazzjoni attwali, sabiex l-Aġenzija u l-Istati Membri jkunu jistgħu jevalwaw id-dossiers u s-sustanzi b’mod effiċjenti u l-pariri dwar l-użu sikur ikunu bbażati fuq data aġġornata u affidabbli. Għalhekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u l-infurzar tiegħu, u biex tittejjeb l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, jixraq li jiġu speċifikati l-iskadenzi sa meta għandu jiġi osservat dak l-obbligu.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u konsegwentement ukoll tal-obbligu ġenerali u kontinwu tar-reġistrazzjoni fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-iskadenzi li japplikaw għall-aġġornament tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni wara emenda tal-Annessi ta’ dak ir-Regolament.

(5)

L-iskadenzi speċifikati minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu qosra kemm jista’ jkun, billi jitqies dak li, abbażi tal-prattika fil-passat, jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli mir-reġistranti. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li tiġi speċifikata skadenza ta’ tliet xhur għal aġġornamenti ta’ natura aktar amministrattiva u jekk l-aġġornamenti jinkludux il-ġenerazzjoni ta’ data biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Anness VII jew VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 wara li jkun wasal ir-rapport ta’ studju. Għal aġġornamenti aktar kumplessi, bħal dawk li jirrikjedu l-ġenerazzjoni ta’ data bbażata fuq proposta ta’ ttestjar jew bidliet fir-rapport dwar is-sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur, jenħtieġ li jiġu speċifikati skadenzi ta’ sitt xhur, disa’ xhur jew tnax-il xahar. F’każijiet fejn membru ta’ preżentazzjoni konġunta ma jkunx jista’ jagħmel aġġornament partikolari sakemm ir-reġistrant prinċipali jkun aġġorna r-reġistrazzjoni, dak il-membru jenħtieġ li jingħata disa’ xhur għall-aġġornament ta’ rapport dwar is-sigurtà kimika u tliet xhur għal kull aġġornament ieħor mid-data meta l-Aġenzija tkun ikkonfermat li r-reġistrazzjoni, kif aġġornata mir-reġistrant prinċipali, hija kompluta. F’każijiet fejn ikun meħtieġ aġġornament bħala konsegwenza ta’ emenda tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jenħtieġ li l-iskadenza tkun id-data tal-applikabbiltà tagħha għajr meta tingħata skadenza oħra fit-tali emenda.

(6)

L-iskadenzi speċifikati minn dan ir-Regolament jenħtieġ li joperaw bħala limiti massimi. Fi kliem ieħor, ir-reġistranti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu aġġornamenti malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ sa mhux aktar tard mill-iskadenza speċifikata rilevanti. Jekk tinqabeż l-iskadenza, dan iwassal awtomatikament għall-konklużjoni li kien hemm dewmien żejjed fl-aġġornament tar-reġistrazzjoni. Madankollu, għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jenħtieġ li ma tiġi speċifikata l-ebda skadenza għall-aġġornament li jkun sar minħabba bidla f’medda ta’ tunnellaġġ aktar baxxa, peress li tali bidla fit-tunnellaġġ tista’ tkun ta’ natura temporanja u l-aġġornament ma jkollu l-ebda konsegwenza negattiva għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

(7)

L-iskadenzi speċifikati minn dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplikaw biss għall-obbligu fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u mhux għal obbligi oħra ta’ aġġornament f’dak ir-Regolament li għalihom l-iskadenzi huma speċifikati xi mkien ieħor. Jirriżulta li l-iskadenzi speċifikati minn dan ir-Regolament mhumiex se jaffettwaw la l-iskadenzi għall-aġġornamenti mitluba mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 22(2) ta’ dak ir-Regolament u lanqas l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32 u fit-Titolu V ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Sabiex ir-reġistranti jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-introduzzjoni tal-iskadenzi speċifikati minn dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jidħolx fis-seħħ sas-sittin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bidliet fl-istatus ta’ reġistrant jew fl-identità tiegħu

Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta dik il-bidla tidħol fis-seħħ.

Artikolu 2

Bidliet fil-kompożizzjoni tas-sustanza

Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (b) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta tibda l-manifattura jew l-importazzjoni b’dik il-bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza.

Artikolu 3

Bidliet fil-medda ta’ tunnellaġġ

1.   Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tirriżulta f’medda ta’ tunnellaġġ ogħla, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li ġejja:

(a)

f’każ fejn tiġi ġġenerata data ġdida għal aġġornament derivat mill-applikazzjoni tal-Anness VII jew tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-data meta jkunu waslu r-rapporti finali tat-test kollha meħtieġa għall-aġġornament;

(b)

f’każ li ma jaqax taħt il-punt a), id-data meta tintlaħaq il-medda ta’ tunnellaġġ ogħla.

Għall-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, in-negozjati tal-kuntratt ma’ laboratorju tal-ittestjar għandhom jinbdew għat-testijiet kollha rilevanti sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta tintlaħaq il-medda ta’ tunnellaġġ ogħla.

L-iskadenzi speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ reġistrant li jinforma immedjatament lill-Aġenzija dwar l-informazzjoni addizzjonali li jkun jirrikjedi, malli tintlaħaq il-medda ta’ tunnellaġġ ogħla, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tinvolvi l-waqfien tal-manifattura jew tal-importazzjoni, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta l-manifattura jew l-importazzjoni tkun waqfet.

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax jekk il-bidla sseħħ minħabba li r-reġistrant jerġa’ jibda l-manifattura jew l-importazzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Minflok, f’dik is-sitwazzjoni, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija qabel ma terġa’ tibda l-manifattura jew l-importazzjoni.

Artikolu 4

Użi ġodda identifikati u użi ġodda mhux irrakkomandati

F’każ li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn:

(a)

fil-każ ta’ użu ġdid identifikat, id-data meta r-reġistrant jirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il-valutazzjoni tar-riskju għal dan l-użu ġdid;

(b)

fil-każ ta’ użu ġdid mhux irrakkomandat, id-data meta l-informazzjoni dwar ir-riskji assoċjati ma’ dak l-użu tkun disponibbli għar-reġistrant.

Artikolu 5

Għarfien ġdid dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u/jew tal-ambjent

F’każ li jaqa’ taħt il-punt (e) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta r-reġistrant isir jaf jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li jsir jaf bl-għarfien ġdid inkwistjoni.

Artikolu 6

Bidliet fil-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanza rreġistrata

1.   Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (f) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li hija dovuta għaż-żieda, għall-modifika jew għat-tħassir ta’ klassifikazzjoni armonizzata fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard mid-data li fiha għandha tapplika dik il-bidla.

2.   Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (f) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li hija dovuta għal adattament fil-klassifikazzjoni ta’ sustanza b’riżultat ta’ evalwazzjoni ġdida f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li jinbidlu l-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanza.

Artikolu 7

Aġġornamenti jew emendi tar-rapport dwar is-sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur

F’każ li jaqa’ taħt il-punt (g) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data meta tkun ġiet identifikata l-ħtieġa li jiġu aġġornati jew emendati r-rapport ta’ sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur imsemmija fit-Taqsima 5 tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 8

Proposti ta’ ttestjar qabel ma jsir test elenkat fl-Anness IX jew X

1.   F’każ li jaqa’ taħt il-punt (h) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata biex tinkludi l-proposta ta’ ttestjar u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta r-reġistrant jidentifika l-ħtieġa li jwettaq wieħed jew aktar mit-testijiet elenkati fl-Anness IX jew X ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-iskadenza speċifikata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ proposta ta’ ttestjar żviluppata bħala parti minn strateġija ta’ ttestjar li tindirizza grupp ta’ sustanzi. Minflok, f’dik is-sitwazzjoni, ir-reġistrazzjonijiet rilevanti għandhom jiġu aġġornati u ppreżentati lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data meta r-reġistrant jew ir-reġistranti jidentifikaw il-ħtieġa li jitwettaq wieħed jew aktar mit-testijiet elenkati fl-Anness IX jew X tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 9

Bidliet fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fir-reġistrazzjoni

Fil-każ ta’ bidla li taqa’ taħt il-punt (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u ppreżentata lill-Aġenzija sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta tkun seħħet il-bidla.

Artikolu 10

Aġġornamenti li jinvolvu aktar ittestjar

L-iskadenzi speċifikati fl-Artikoli 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw jekk kwalunkwe ċirkostanza li taqa’ taħt il-punt (a), (b), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 twassal għall-ħtieġa li tiġi ġġenerata data biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Anness VII jew VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

F’dan il-każ, l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat ta’ dik iċ-ċirkostanza u l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat tal-issodisfar tar-rekwiżiti tad-data tal-Anness VII jew VIII tar-Regolamet (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija flimkien sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta jkunu waslu r-rapporti finali tat-test meħtieġa għall-aġġornament.

F’tali ċirkostanza:

(a)

in-negozjati tal-kuntratt ma’ laboratorju tal-ittestjar għandhom jinbdew għat-testijiet rilevanti sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta tiġi identifikata l-ħtieġa li jitwettqu aktar testijiet;

(b)

il-ħtieġa li jitwettqu aktar testijiet imsemmija fil-punt a) għandha tiġi identifikata sal-iskadenza rilevanti speċifikata fl-Artikoli 1, 2, 4, 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Aġġornamenti kkombinati oħra

1.   F’każ kopert mill-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jew li jaqa’ taħt il-punti (a) sa (f) jew (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jwassal ukoll għall-ħtieġa li jiġi aġġornat jew emendat ir-rapport ta’ sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament, l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat ta’ dik iċ-ċirkostanza u l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat tal-aġġornament jew tal-emendar tar-rapport ta’ sigurtà kimika għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija flimkien sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data meta jkunu waslu r-rapporti finali tat-test għall-aġġornament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, aġġornament ta’ reġistrazzjoni li jkun ir-riżultat ta’ ċirkostanza li taqa’ taħt aktar minn wieħed mill-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi ppreżentat lill-Aġenzija flimkien sa mhux aktar tard mill-itwal skadenza speċifikata fl-Artikoli 1 sa 10 ta’ dan ir-Regolament, mid-data meta tkun ġiet identifikata l-ewwel ħtieġa li tiġi aġġornata r-reġistrazzjoni.

Artikolu 12

Aġġornamenti ta’ preżentazzjonijiet konġunti

1.   B’deroga mill-Artikoli preċedenti ta’ dan ir-Regolament, meta aġġornament minn membru ta’ preżentazzjoni konġunta skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ikun jiddependi fuq aġġornament minn qabel tar-reġistrazzjoni mir-reġistrant prinċipali, dak il-membru għandu jaġġorna r-reġistrazzjoni tiegħu u jippreżentaha lill-Aġenzija:

(a)

sa mhux aktar tard minn tliet xhur, f’każ li jkun jirrikjedi aġġornament b’riżultat ta’ ċirkostanza li taqa’ taħt il-punti (a) sa (f), jew (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b)

sa mhux aktar tard minn disa’ xhur, f’każ li jkun jirrikjedi aġġornament jew emenda tar-rapport ta’ sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur, f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(c)

sa mhux aktar tard minn disa’ xhur, f’każ ta’ ċirkostanza li taqa’ taħt il-punti (a) sa (f) jew (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li twassal ukoll għall-ħtieġa li jiġi aġġornat jew emendat rapport eżistenti ta’ sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur, f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament. F’dik is-sitwazzjoni, l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat ta’ dik iċ-ċirkostanza u l-aġġornament tar-reġistrazzjoni b’riżultat tal-aġġornament jew tal-emendar tar-rapport ta’ sigurtà kimika jew il-gwida dwar l-użu sikur għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija flimkien.

2.   L-iskadenzi speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data meta l-Aġenzija tinforma lir-reġistrant prinċipali, f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u l-membri l-oħra tal-preżentazzjoni konġunta li d-dossier tar-reġistrazzjoni kif aġġornat mir-reġistrant prinċipali jkun komplut.

3.   Meta aġġornament minn membru ta’ sottomissjoni konġunta skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma jkunx jiddependi fuq aġġornament minn qabel tar-reġistrazzjoni mir-reġistrant prinċipali, għandhom japplikaw l-iskadenzi speċifikati fl-Artikoli 1 sa 11 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Aġġornamenti wara emenda tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 f’konformità mal-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament

1.   F’każ ta’ emenda ta’ Anness wieħed jew aktar tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 f’konformità mal-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament li tirriżulta f’bidla fl-informazzjoni meħtieġa li tiġi ppreżentata lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 10 jew mal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata sa mhux aktar tard mid-data li minnha tapplika dik l-emenda, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dik l-emenda.

2.   B’deroga mill-Artikoli 1 sa 12 ta’ dan ir-Regolament, meta emenda ta’ Anness wieħed jew aktar tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 f’konformità mal-Artikolu 131 ta’ dak ir-Regolament tinvolvi obbligu li jiġi aġġornat dossier ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 soġġetta għal skadenza speċifikata f’dan ir-Regolament, għandha tapplika biss l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dik l-emenda.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/9 tal-5 ta’ Jannar 2016 dwar is-sottomissjoni konġunta ta’ data u l-kondiviżjoni ta’ data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 41).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1436

tas-12 ta’ Ottubru 2020

li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati f’port, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/722/UE (2), il-Ġermanja ġiet awtorizzata tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati f’port (‘elettriku mill-art’) sas-16 ta’ Lulju 2020, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE.

(2)

Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Jannar 2020, il-Ġermanja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni għall-elettriku mill-art skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE.

(3)

Bir-rata tat-taxxa mnaqqsa li beħsiebha tapplika, il-Ġermanja għandha l-għan li tkompli tippromwovi l-użu tal-elettriku mill-art. L-użu ta’ tali elettriku huwa meqjus bħala mezz li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-elettriku tal-bastimenti li jkunu rmiġġati f’port, meta mqabbel mal-ħruq ta’ karburanti tal-bastimenti minn dawk il-bastimenti.

(4)

Sa fejn l-użu tal-elettriku mill-art jevita l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li joriġinaw mill-ħruq ta’ karburanti tal-bastimenti minn bastimenti li jkunu rmiġġati f’port, dan itejjeb il-kwalità tal-arja lokali fl-ibliet portwali. Skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-istruttura tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Ġermanja, l-użu tal-elettriku mill-art minflok l-elettriku ġġenerat permezz tal-ħruq ta’ karburanti tal-bastimenti huwa saħansitra mistenni li jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, sustanzi oħra li jniġġsu l-arja u l-istorbju. Għalhekk, il-miżura hija mistennija li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent, dwar is-saħħa u dwar il-klima.

(5)

Il-permess biex il-Ġermanja tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-elettriku mix-xatt ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jiżdied l-użu tat-tali elettriku, peress li fil-maġġoranza tal-każijiet, il-ġenerazzjoni abbord ser tibqa’ l-alternattiva aktar kompetittiva. Għall-istess raġuni, u minħabba li l-penetrazzjoni attwali tat-teknoloġija fis-suq hija relattivament baxxa, l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni mhijiex probabbli li twassal għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni matul il-ħajja tagħha u għalhekk mhux ser ikollha effett negattiv fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt Artikolu 19(1) ta’ dik id- Direttiva teħtieġ li jkollha żmien strettament limitat. Sabiex jiġi żgurat li l-perjodu ta’ awtorizzazzjoni jkun twil biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi rilevanti ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni mitluba tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2025. Madankollu, dik l-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tieqaf tapplika mid-data tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ġenerali dwar il-vantaġġi ta’ taxxa għall-elettriku mill-art adottata mill-Kunsill skont l-Artikolu 113 jew kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk tali dispożizzjonijiet isiru applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

(7)

Sabiex tingħata ċertezza legali lill-operaturi tal-portijiet u tal-bastimenti, u sabiex tiġi evitata żieda potenzjali fil-piż amministrattiv għad-distributuri u għar-ridistributuri tal-elettriku li tista’ tirriżulta minn bidliet fir-rata ta’ taxxa imposta fuq l-elettriku mill-art, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Ġermanja tkun tista’ tapplika r-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni għall-elettriku mill-art mingħajr interruzzjoni. L-awtorizzazzjoni mitluba jenħtieġ għalhekk li tingħata b’effett mis-17 ta’ Lulju 2020, sabiex l-arranġamenti preċedenti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/722/UE jkomplu mingħajr interruzzjoni.

(8)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja hija awtorizzata tapplika rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa fuq l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti, ħlief dgħajjes għall-użu rikreattiv privat, irmiġġati f’port (‘elettriku mill-art’), diment li jkunu rispettati l-livelli minimi ta’ tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/96/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-17 ta’ Lulju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Madankollu, jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi tal-Artikolu 113 jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jadotta kwalunkwe miżura ġenerali dwar il-vantaġġi ta’ taxxa għall-elettriku mill-art, din id-Deċiżjoni għandha tieqaf tapplika fil-jum li fih isiru applikabbli dawk id-dispożizzjonijiet ġenerali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, is-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/722/UE tal-14 ta’ Ottubru 2014 li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati f’port f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE (ĠU L 300, 18.10.2014, p. 55).