ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
5 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1389 tat-28 ta’ Settembru 2020 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Olio lucano (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1390 tat-28 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/914 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem elenkat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Brie de Meaux (DOP))

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1391 tat-2 ta’ Ottubru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2020) 6889)  ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1389

tat-28 ta’ Settembru 2020

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Olio lucano” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex l-isem “Olio lucano” jiddaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Olio lucano” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Olio lucano” (IĠP) permezz ta’ dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 172, 20.5.2020, p. 22.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1390

tat-28 ta’ Settembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/914 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem elenkat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Brie de Meaux” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Brie de Meaux”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Permezz tal-ittra tas-26 ta’ Settembru 2018, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li kien ingħata perjodu tranżitorju skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sal-31 ta’ Diċembru 2022, lil operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu msemmi f’konformità mad-digriet tad-29 ta’ Awwissu 2018 dwar l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Brie de Meaux” ippubblikat fil-5 ta’ Settembru 2018 fil-Journal Officiel de la République française.

(3)

Fil-fatt, matul il-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni, dawn l-operaturi li kienu kkummerċjalizzaw legalment il-“Brie de Meaux” b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, kienu ressqu oppożizzjonijiet. Operatur wieħed ressaq oppożizzjoni dwar id-dispożizzjoni li ġejja: “It-tiben jinħażen fil-kenn”. Żewġ operaturi ressqu oppożizzjoni dwar id-dispożizzjoni li ġejja: “Waqt il-perjodu taż-żamma fl-imnadar b’mifrex sħiħ, għandhom jintużaw sodod tat-tiben li jkollhom tal-inqas 0,5 kg ta’ tiben miżjud bħala medja kuljum għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb jekk tintuża sistema ta’ sodod u 5 kg ta’ tiben miżjud bħala medja kuljum għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb jekk jintużaw l-imnadar miftuħa”. Żewġ operaturi ressqu oppożizzjoni dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Waqt il-perjodu taż-żamma fl-imnadar b’mifrex sħiħ, għandhom jintużaw sodod tat-tiben li jkollhom tal-inqas 0,5 kg ta’ tiben miżjud bħala medja kuljum għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb jekk tintuża sistema ta’ sodod u 5 kg ta’ tiben miżjud bħala medja kuljum għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb jekk jintużaw l-imnadar miftuħa”, “Il-konsum annwali ta’ għalf ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-2 000 kg ta’ materja niexfa bħala medja għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb.”, u “Fuq perjodu ta’ sena, l-għalf li jingħalef lill-merħla tal-baqar tal-ħalib jrid jiġi pprovdut mill-azjenda agrikola u miż-żona ġeografika kif ġej: Mill-azjenda agrikola: Is-sehem medju annwali tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika u li ġej mill-azjenda agrikola għandu jammonta għal mill-inqas 60 % tal-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla. Miż-żona ġeografika: Is-sehem tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika tal-produzzjoni għandu jammonta għal mill-inqas 85 % tal-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla tal-ħalib.”. Seba’ operaturi ressqu oppożizzjoni dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Il-konsum annwali ta’ għalf ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-2 000 kg ta’ materja niexfa bħala medja għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb.” u “Fuq perjodu ta’ sena, l-għalf li jingħalef lill-merħla tal-baqar tal-ħalib irid jiġi pprovdut mill-azjenda agrikola u miż-żona ġeografika kif ġej: Mill-azjenda agrikola: Is-sehem medju annwali tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika u li ġej mill-azjenda agrikola għandu jammonta għal mill-inqas 60 % tal-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla. Miż-żona ġeografika: Is-sehem tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika tal-produzzjoni għandu jammonta għal mill-inqas 85 % tal-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla tal-ħalib.”. Operatur wieħed ressaq oppożizzjoni dwar id-dispożizzjoni li ġejja: “Il-konsum annwali ta’ għalf ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-2 000 kg ta’ materja niexfa bħala medja għal kull baqra tal-ħalib li qed taħleb.”. Operatur wieħed ressaq oppożizzjoni dwar id-dispożizzjoni li ġejja: “It-tiben jinħażen fil-kenn” u “L-erja għal kull baqra tal-ħalib li tirgħa għandha tkun ta’ mill-inqas 20 ares għal kull baqra”. Operatur wieħed ressaq oppożizzjoni dwar id-dispożizzjoni li ġejja: “L-erja għal kull baqra tal-ħalib li tirgħa għandha tkun ta’ mill-inqas 20 ares għal kull baqra”.

(4)

L-operaturi kkonċernati huma: GAEC de la Gironde (SIRET: 34028683000013); GAEC Reine Pré (SIRET: 39266778800013); EARL de la Mardelle (SIRET: 38514961200017); GAEC Vaucher (SIRET: 38159700400013); GAEC Bruggeman (SIRET: 383 943 610 000 14); EARL les Bordes (SIRET: 34236864400015); SCL du Versant Laiteux (SIRET: 49225855300014); GAEC des Butteaux (SIRET: 38773948500010); GAEC Blondeau Welvaert (SIRET: 32576392800018); EARL de la Prairie (SIRET: 49773714800013); GAEC Patoux (SIRET: 38008216400019); EARL Neret Guedrat (SIRET: 38249036500014); Gérard Houdard (SIRET: 39226686200011); EARL Mignon père et fils (SIRET: 49778394400018); EARL de la fontaine aux poissons (SIRET: 33522117200018).

(5)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(6)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata.

(7)

Fil-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni approvat l-emenda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/914, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(8)

Wara din il-pubblikazzjoni, instab li l-perjodu tranżitorju skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 kien tħalla barra fir-Regolament (UE) 2020/914.

(9)

Għalhekk huwa meħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/914 jiġi emendat b’dan ir-Regolament sabiex jinkludi dak il-perjodu tranżitorju.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Brie de Meaux” (DOP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Il-protezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 1 hija soġġetta għall-perjodu tranżitorju mogħti minn Franza skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-operaturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, wara d-digriet tad-29 ta’ Awwissu 2018 dwar l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Brie de Meaux” ippubblikat fil-5 ta’ Settembru 2018 fil-Journal Officiel de la République française.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  ĠU C 64, 27.2.2020, p. 41.

(4)  ĠU L 209, 2.7.2020, p. 4.


DEĊIŻJONIJIET

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1391

tat-2 ta’ Ottubru 2020

dwar ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2020) 6889)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer u tisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered għal popolazzjonijiet oħra ta’ ħnieżer selvaġġi u għal azjendi agrikoli tal-ħnieżer.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B’mod partikolari, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi ċerti miżuri li jridu jittieħdu wara li jkun ġie kkonfermat każ wieħed jew aktar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi.

(4)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tagħha, wara li feġġ każ ġdid ta’ din il-marda, fl-aħħar ta’ Settembru 2020, fl-istat ta’ Brandenburg ta’ dak l-Istat Membru federali, u f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, ħadet għadd ta’ miżuri li jinkludu l-istabbiliment taż-żona infettata, li fiha japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ dik il-marda.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn lill-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi identifikata fil-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

(6)

Għaldaqstant, iż-żona infettata fil-Ġermanja jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(7)

Iż-żona infettata koperta minn din id-Deċiżjoni tiżdied maż-żona infettata koperta mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1270 (4).

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita minn dak l-Istat Membru, fejn japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1270 tal-11 ta’ Settembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja (ĠU L 297 I, 11.9.2020, p. 1).


ANNESS

Iż-żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fil-Ġermanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Id-data sa meta dan huwa applikabbli

Landkreis Oder-Spree

Gemeinde Jakobsdorf mit den Gemarkungen Petersdorf (B), Sieversdorf, Pillgram, Jacobsdorf

Gemeinde Briesen mit der Gemarkung Biegen

Gemeinde Müllrose

Gemeinde Groß Lindow

Gemeinde Brieskow-Finkenheerd

it-30 ta’ Novembru 2020

Landkreis Märkisch-Oderland

Gemeinde Neutrebbin mit den Gemarkungen Altbarnim, Wuschewier

Gemeinde Neuhardenberg mit den Gemarkungen Neuhardenberg, Quappendorf, Wulkow bei Trebnitz

Gemeinde Vierlinden mit den Gemarkungen Alt Rosental, Görlsdorf, Diedersdorf, Neuentempel, Marxdorf, Friedersdorf

Gemeinde Letschin

Gemeinde Gusow-Platkow

Gemeinde Seelow

Gemeinde Zechin

Gemeinde Bleyen-Genschmar

Gemeinde Golzow

Gemeinde Küstriner Vorland

Gemeinde Alt Tucheband

Gemeinde Lindendorf

Gemeinde Reitwein

Gemeinde Podelzig

Gemeinde Lebus

Gemeinde Fichtenhöhe

Gemeinde Lietzen

Gemeinde Falkenhagen (Mark)

Gemeinde Zeschdorf

Gemeinde Treplin

it-30 ta’ Novembru 2020

Kreisfreie Stadt Frankfurt (Oder)

it-30 ta’ Novembru 2020