ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
29 ta' Settembru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1340 tat-22 ta’ Settembru 2020 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Brački varenik (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1341 tat-28 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji ( 1 )

2

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1342 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Renju tal-Belġju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

4

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1343 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

10

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1344 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Ċipru biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

13

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1345 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ċeka biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

17

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

21

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1347 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Renju ta’ Spanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

24

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1348 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Kroazja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

28

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1349 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Taljana biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

31

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1350 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Litwanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

35

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

38

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1352 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Malta biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

42

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1353 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Polonja biex jittaffew r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

45

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1354 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

49

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1355 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Rumanija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

55

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1356 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tas-Slovenja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

59

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1357 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Slovakka biex jittaffew r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

63

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1358 tat-28 ta’ Settembru 2020 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kontrolli fuq l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur normalment ibbażati fil-Bożnija-Ħerzegovina ( 1 )

66

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt Stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359]

68

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1340

tat-22 ta’ Settembru 2020

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Brački varenik” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Brački varenik” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Brački varenik” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Brački varenik” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.), imsemmija fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 183, 3.6.2020, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1341

tat-28 ta’ Settembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli, fost l-oħrajn, għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-miżuri temporanji xierqa meħtieġa biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali, jekk ikollha evidenza ta’ tfixkil serju fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru.

(2)

Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi marbutin mal-kriżi li għaddejja relatata mal-marda tal-coronavirus (COVID-19), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 (2) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra.

(3)

L-Istati Membri informaw lill-Kummissjoni li fid-dawl tal-kriżi marbuta mal-COVID-19, ċertu tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom, diffikultajiet biex jitwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fuq iċ-ċertifikati uffiċjali u l-attestazzjonijiet uffiċjali fir-rigward tal-movimenti tal-annimali u l-oġġetti lejn l-Unjoni u fi ħdan l-Unjoni u diffikultajiet biex jiġu organizzati laqgħat fiżiċi mal-operaturi u l-persunal tagħhom fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali, se jippersistu wara l-1 ta’ Ottubru 2020. Biex jiġi indirizzat dan it-tfixkil serju, li x’aktarx jippersisti fix-xhur li ġejjin, u biex jiġu ffaċilitati l-ippjanar u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra matul il-kriżi marbuta mal-COVID-19, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 jenħtieġ li jiġi estiż sal-1 ta’ Frar 2021.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466, id-data “1 ta’ Ottubru 2020” tinbidel bid-data “1 ta’ Frar 2021”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Ottubru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 30).


DEĊIŻJONIJIET

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1342

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Renju tal-Belġju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Belġju talab assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Belġju biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Belġju kien mistenni li jkollu defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 8,9 % u 113,8 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Belġju huwa previst li jonqos bi 8,8 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Belġju. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Belġju fir-rigward tal-iskema tal-qgħad temporanju (“chômage temporaire/tijdelijke werkloosheid”), l-introjtu ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-COVID-19 għal dawk li jaħdmu għal rashom (“id-dritt ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-COVID-19”), il-liv tal-ġenituri b’rabta mal-COVID-19, u għadd ta’ skemi reġjonali u kommunitarji ta’ appoġġ għall-introjtu, u b’sostenn tal-miżuri tas-saħħa pubblika, kif stipulati fil-premessi minn (4) sa (8).

(4)

L-“Arrêté royal du 30 mars 2020/Koninklijk besluit van 30 maart 2020” (2), imsemmi fit-talba tal-Belġju tas-7 ta’ Awwissu 2020, adatta l-iskema ta’ qgħad temporanju (“chômage temporaire/tijdelijke werkloosheid”) għall-COVID-19, li tipprovdi kumpens għall-impjegati li x-xogħol tagħhom naqas jew ġie sospiż minħabba tnaqqis fl-ammont ta’ xogħol jew il-miżuri ta’ tbegħid soċjali imposti mill-Gvern. Dik l-iskema tal-qgħad temporanju kienet teżisti qabel il-pandemija tal-COVID-19, imma r-rekwiżiti biex tiġi aċċessata l-iskema ġew adattati għall-COVID-19 u l-proċedura tal-applikazzjoni kompliet tiġi ffaċilitata. Barra minn hekk, il-benefiċċju għall-qgħad temporanju żdied minn 65 % għal 70 % tal-paga medja ta’ kuljum (limitu massimu ta’ EUR 2 754,76 grossi fix-xahar). Barra minn hekk ġie introdott primjum ta’ kuljum ta’ EUR 5,36.

(5)

Il-“Loi du 23 mars 2020/Wet van 23 maart 2020” (3), imsemmija fit-talba tal-Belġju tas-7 ta’ Awwissu 2020, estendiet l-introjtu ta’ sostituzzjoni eżistenti għal dawk li jaħdmu għal rashom, “dritt ta’ tranżizzjoni” (“droit passerelle/overbruggingsrecht”), bl-introduzzjoni ta’ “dritt ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-COVID-19”. Dak huwa benefiċċju li jingħata meta l-miżuri ta’ tbegħid soċjali imposti mill-Gvern wasslu għal interruzzjoni totali jew parzjali tal-attivitajiet ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jew għal interruzzjoni volontarja ta’ mill-inqas sebat ijiem kalendarji konsekuttivi f’xahar. Minn Ġunju 2020 ’l hemm, dan il-benefiċċju kien maħsub għal persuni li jaħdmu għal rashom li reġgħu bdew bl-attività tagħhom imma xorta għandhom tnaqqis fil-fatturat meta mqabbel mal-2019. Dawk li jaħdmu għal rashom li għadhom ma jistgħux jerġgħu jibdew l-attività tagħhom xorta jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċju imma jridu jagħtu prova li dan huwa dovut għal restrizzjonijiet tal-COVID-19.

(6)

L-“Arrêté royal n° 23 du 13 mai 2020/Koninklijk besluit nr. 23 van 13 mei 2020” (4), imsemmi fit-talba tal-Belġju tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa l-liv tal-ġenituri b’rabta mal-COVID-19, li huwa liv speċjali tal-ġenituri li ma jaffettwax id-dritt għal-liv regolari tal-ġenituri u jippermetti lill-ġenituri biex jieħdu liv biex jipprovdu kura addizzjonali għat-tfal tagħhom bejn Mejju u Settembru 2020, b’benefiċċju ogħla minn dik taħt il-liv regolari tal-ġenituri.

Il-liv tal-ġenituri b’rabta mal-COVID-19 jista’ jitqies li huwa miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, billi jipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati u jippreserva l-impjiegi, billi jiġi evitat li l-ġenituri li jkollhom jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom waqt li l-iskejjel ikunu magħluqa jkollhom jitterminaw ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.

(7)

Abbażi tal-atti legali li ġejjin, imsemmjin fit-talba tal-Belġju tas-7 ta’ Awwissu 2020: “Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/019 du 23 avril 2020/Bijzondere machtenbesluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering nr. 2020/019 van 23 April 2020” (5); “Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/030 du 28 mai 2020/Bijzondere machtenbesluit nr. 2020/030 van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 28 mei 2020” (6);

“Notification de la réunion du conseil des ministres du gouvernement de la région de Bruxelles-Capitale du jeudi 14 mai 2020/Betekening van de vergadering van de Ministerraad van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van donderdag 14 mei 2020” (7); “Besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020” (8), “Besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020” (9), “Besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020” (10);

“ Arrêté du Gouvernement de la Communauté française de pouvoirs spéciaux n° 4 du 23 avril 2020” (11); “Arrêté du Gouvernement de la Communauté française du 7 avril 2020” (12); “Arrêté ministériel du 8 avril 2020 portant exécution de l’arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020” (13); “ Arrêté du Gouvernement wallon du 19 juin 2020” (14); “Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret I vom 6. April 2020”;u “Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret III vom 20. Juli 2020”„ l-awtoritajiet Belġjani introduċew għadd ta’ skemi reġjonali u kommunitarji li jipprovdu appoġġ għall-introjtu lil dawk li jaħdmu għal rashom, kumpaniji b’membru wieħed u tipi oħra ta’ impjegati li ma jikkwalifikawx għal tipi oħra ta’ appoġġ għall-introjtu. B’mod partikolari, il-primjums ta’ kumpens għall-kumpaniji u għall-imprendituri fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, il-primjums ta’ inkonvenjent, kumpens u appoġġ fir-Reġjun Fjamming u l-Komunità Fjamminga, u l-primjum ta’ kumpens għall-għeluq tan-negozju fir-Reġjun ta’ Walloon jipprovdu appoġġ ġeneralizzat ta’ darba għall-kumpaniji u għal dawk li jaħdmu għal rashom li kellhom bżonn iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom minħabba COVID-19 jew li kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ tnaqqis sostanzjali fil-fatturat.

Fejn il-miżuri jimmiraw lejn firxa usa’ ta’ benefiċjarji, ġew mitluba biss l-ammonti għan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Miżuri oħra, (il-primjum ta’ kumpens għall-ħaddiema intermittenti fir-Reġjun ta’ Brussell Kapitali, is-sovvenzjoni tan-nurseries u tal-operaturi kulturali fil-Komunità Franċiża tal-Belġju, l-attivitajiet ta’ taħriġ fir-Reġjun ta’ Walloon, u s-sovvenzjoni tal-operaturi kulturali u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u s-sovvenzjoni tal-operaturi turistiċi fil-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż) jindirizzaw lil dawk li jaħdmu għal rashom u lill-ħaddiema mingħajr aċċess għall-iskema ta’ qgħad temporanju f’setturi speċifiċi (is-settur kulturali u tal-indukrar, l-attivitajiet ta’ taħriġ). Billi s-sovvenzjoni għall-operaturi kulturali u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż tipprovdi self li jista’ jiġi kkonvertit f’għotjiet, sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li din tkun nefqa pubblika, jenħtieġ li fil-qafas tar-Regolament (UE) 2020/672 tiġi appoġġata biss in-nefqa relatata ma’ self li jiġi kkonvertit f’għotjiet.

(8)

Finalment, il-“Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret III vom 6. April 2020”, imsemmija fit-talba tal-Belġju tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċied miżuri relatati mas-saħħa fil-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż, li jinkludu t-taħriġ tal-iġjene, il-provvediment ta’ materjal protettiv għaċ-ċentri residenzjali u tal-kura, għall-isptarijiet u l-provdituri tas-servizzi mediċi, u kampanji ta’ informazzjoni.

(9)

Il-Belġju jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Belġju pprovda lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 7 803 380 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ miżuri ġodda u estensjoni tal-miżuri eżistenti li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Belġju.

(10)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Belġju u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Belġju jiġi megħjun jindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(12)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(13)

Jenħtieġ li l-Belġju jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Belġju implimenta dik in-nefqa.

(14)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjonital-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Belġju, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Belġju jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Belġju self li jammonta għal massimu ta’ EUR 7 803 380 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Belġju f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Belġju għandu jħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Belġju jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iskema tal-qgħad temporanju, “chômage temporaire/tijdelijke werkloosheid” kif previst fil-“Koninklijk besluit van 30 maart 2020 tot aanpassing van de procedures in het kader van tijdelijke werkloosheid omwille van het Covid-19-virus en tot wijziging van artikel 10 van het koninklijk besluit van 6 mei 2019 tot wijziging van de artikelen 27, 51, 52bis, 58, 58/3 en 63 van het koninklijk besluit van 25 november 1991 houdende de werkloosheidsreglementering en tot invoeging van de artikelen 36sexies, 63bis en 124bis in hetzelfde besluit/Arrêté royal du 30 mars 2020 visant à adapter les procédures dans le cadre du chômage temporaire dû au virus Covid-19 et à modifier l’article 10 de l’arrêté royal du 6 mai 2019 modifiant les articles 27, 51, 52bis, 58, 58/3 et 63 de l’arrêté royal du 25 novembre 1991 portant réglementation du chômage et insérant les articles 36sexies, 63bis et 124bis dans le même arrêté;

(b)

l-introjtu ta’ sostituzzjoni għall-ħaddiema għal rashom b’rabta mal-COVID-19, “drittijiet ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-kriżi” kif previst fil-“Loi du 23 mars 2020 modifiant la loi du 22 décembre 2016 instaurant un droit passerelle en faveur des travailleurs indépendants et introduisant les mesures temporaires dans le cadre du COVID-19 en faveur des travailleurs indépendants/Wet van 23 maart 2020 tot wijziging van de wet van 22 december 2016 houdende invoering van een overbruggingsrecht ten gunste van zelfstandigen en tot invoering van tijdelijke maatregelen in het kader van COVID-19 ten gunste van zelfstandigen”;

(c)

il-liv tal-ġenituri tal-COVID-19 kif previst fl-“Arrêté royal n° 23 du 13 mai 2020 pris en exécution de l’article 5, § 1, 5°, de la loi du 27 mars 2020 accordant des pouvoirs au Roi afin de prendre des mesures dans la lutte contre la propagation du coronavirus COVID-19 (II) visant le congé parental corona/Koninklijk besluit nr. 23 van 13 mei 2020, tot uitvoering van artikel 5, § 1, 5°, van de wet van 27 maart 2020 die machtiging verleent aan de Koning om maatregelen te nemen in de strijd tegen de verspreiding van het coronavirus COVID-19 (II) houdende het corona ouderschapsverlof”;

(d)

l-iskemi reġjonali u kommunitarji ta’ appoġġ għall-introjtu, kif ġej:

(i)

għar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali:

primjum ta’ kumpens għall-kumpaniji kif previst fl-“Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/019 du 23 avril 2020/Bijzondere machtenbesluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering nr. 2020/019 van 23 April 2020”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għall-ħaddiema għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed;

primjum ta’ kumpens għall-imprendituri kif previst fil-“Bijzondere machtenbesluit nr. 2020/030 van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 28 mei 2020/Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/030 du 28 mai 2020, li jikkonċerna l-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għall-ħaddiema għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed;

primjum ta’ kumpens għall-ħaddiema intermittenti, kif previst fl-“Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 24 juillet 2020 instaurant une aide exceptionnelle pour les travailleurs intermittents de la culture/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 24 juli 2020 houdende invoering van uitzonderlijke steun voor de cultuurwerkers;

(ii)

għar-Reġjun Fjamming u l-Komunità Fjamminga:

primjum ta’ fastidju kif previst fil-“Besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed;

primjum ta’ kumpens kif previst fil-“Besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020”, għal dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għall-ħaddiema għal rashom u l-kumpaniji b’membru wieħed;

primjum ta’ appoġġ kif previst fil-“Besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għall-ħaddiema għal rashom u l-kumpaniji b’membru wieħed;

(iii)

għall-Komunità Franċiża:

sovvenzjoni għall-operaturi kulturali kif previst fl-“Arrêté du Gouvernement de la Communauté française de pouvoirs spéciaux n° 4 du 23 avril 2020”;

sovvenzjoni għan-nurseries kif previst fl-“Arrêté du Gouvernement de la Communauté française du 7 avril 2020”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għall-ħaddiema għal rashom u l-kumpaniji b’membru wieħed;

(iv)

għar-Reġjun ta’ Walloon:

primjum ta’ kumpens għall-għeluq tan-negozju kif previst fl-“Arrêté ministériel du 8 avril 2020 portant exécution de l’arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-kumpaniji b’membru wieħed;

attivitajiet ta’ taħriġ kif previsti fl-“Arrêté du Gouvernement wallon du 19 juin 2020”;

(v)

għall-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż:

sovvenzjoni għall-operaturi kulturali u għal dawk li jaħdmu għal rashom kif previst fil-“Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret I vom 6. April 2020”, Artikolu 7, għall-parti tan-nefqa relatata ma’ self li jiġi kkonvertit f’għotjiet;

sovvenzjoni għall-operaturi turistiċi kif previst fil-“Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret III vom 20. Juli 2020”, Artikolu 4, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed;

(e)

miżuri relatati mas-saħħa fil-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż kif previsti fil-“Parlament der Deutschsprachigen Gemeinschaft, Corona-Krisendekret I vom 6. April 2020”, Artikolu 7.

Artikolu 4

Il-Belġju għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Koninklijk besluit van 30 maart 2020 tot aanpassing van de procedures in het kader van tijdelijke werkloosheid omwille van het Covid-19-virus en tot wijziging van artikel 10 van het koninklijk besluit van 6 mei 2019 tot wijziging van de artikelen 27, 51, 52bis, 58, 58/3 en 63 van het koninklijk besluit van 25 november 1991 houdende de werkloosheidsreglementering en tot invoeging van de artikelen 36sexies, 63bis en 124bis in hetzelfde besluit/Arrêté royal du 30 mars 2020 visant à adapter les procédures dans le cadre du chômage temporaire dû au virus Covid-19 et à modifier l’article 10 de l’arrêté royal du 6 mai 2019 modifiant les articles 27, 51, 52bis, 58, 58/3 et 63 de l’arrêté royal du 25 novembre 1991 portant réglementation du chômage et insérant les articles 36sexies, 63bis et 124bis dans le même arrêté.

(3)  Wet van 23 maart 2020 tot wijziging van de wet van 22 december 2016 houdende invoering van een overbruggingsrecht ten gunste van zelfstandigen en tot invoering van tijdelijke maatregelen in het kader van COVID-19 ten gunste van zelfstandigen/Loi du 23 mars 2020 modifiant la loi du 22 décembre 2016 instaurant un droit passerelle en faveur des travailleurs indépendants et introduisant les mesures temporaires dans le cadre du COVID-19 en faveur des travailleurs indépendants.

(4)  Koninklijk besluit nr. 23 van 13 mei 2020, tot uitvoering van artikel 5, § 1, 5°, van de wet van 27 maart 2020 die machtiging verleent aan de Koning om maatregelen te nemen in de strijd tegen de verspreiding van het coronavirus COVID-19 (II) houdende het corona ouderschapsverlof/Arrêté royal n° 23 du 13 mai 2020 pris en exécution de l’article 5, § 1, 5°, de la loi du 27 mars 2020 accordant des pouvoirs au Roi afin de prendre des mesures dans la lutte contre la propagation du coronavirus COVID-19 (II) visant le congé parental corona

(5)  Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/019 du 23 avril 2020 modifiant l’arrêté de pouvoirs spéciaux n° 2020/013 du 7 avril 2020 relatif à une aide en vue de l’indemnisation des entreprises affectées par les mesures d’urgence pour limiter la propagation du coronavirus COVID-19/Bijzondere machtenbesluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering nr. 2020/019 van 23 April 2020 tot wijziging van het bijzondere machtenbesluit nr. 2020/013 van 7 April 2020 betreffende de steun tot vergoeding van de ondernemingen getroffen door de dringende maatregelen om de verspreiding van het coronavirus COVID-19 te beperken..

(6)  Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale de pouvoirs spéciaux n° 2020/030 du 28 mai 2020 relatif à l’aide aux entreprises qui subissent une baisse d’activité en raison de la crise sanitaire du COVID-19/Bijzondere machtenbesluit nr. 2020/030 van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 28 mei 2020 betreffende de steun aan ondernemingen die een terugval van hun activiteit ondergaan als gevolg van de gezondheidscrisis.

(7)  Notification de la réunion du conseil des ministres du gouvernement de la région de Bruxelles-Capitale du jeudi 14 mai 2020, point 25/Betekening van de vergadering van de Ministerraad van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van donderdag 14 mei 2020, punt 25. This political decision has been transposed into a legal act by Arrêté du Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale du 24 juillet 2020 instaurant une aide exceptionnelle pour les travailleurs intermittents de la culture/Besluit van de Brusselse Hoofdstedelijke Regering van 24 juli 2020 houdende invoering van uitzonderlijke steun voor decultuurwerkers.

(8)  Besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.

(9)  Besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de exploitatiebeperkingen opgelegd door de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.

(10)  Besluit van de Vlaamse Regering van 12 juni 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ondanks de versoepelde coronavirusmaatregelen, tot wijziging van de artikelen 1, 9 en 11 van het besluit van de Vlaamse Regering van 10 April 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die een omzetdaling hebben ten gevolge van de exploitatiebeperkingen opgelegd door de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus, en tot wijziging van de artikelen 1, 6, 9 en 12 van het besluit van de Vlaamse Regering van 20 maart 2020 tot toekenning van steun aan ondernemingen die verplicht moeten sluiten ten gevolge van de maatregelen genomen door de Nationale Veiligheidsraad vanaf 12 maart 2020 inzake het coronavirus.

(11)  Arrêté du Gouvernement de la Communauté française de pouvoirs spéciaux n° 4 du 23 avril 2020 relatif au soutien du secteur culturel et du cinéma dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19.

(12)  Arrêté du Gouvernement de la Communauté française du 7 avril 2020 relatif au soutien des milieux d’accueil dans le cadre de la crise sanitaire du COVID-19.

(13)  Arrêté ministériel du 8 avril portant exécution de l’arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020 relatif à l’octroi d’indemnités compensatoires dans le cadre des mesures contre le coronavirus COVID-19 and Arrêté du Gouvernement wallon du 20 mars 2020 relatif à l’octroi d’indemnités compensatoires dans le cadre des mesures contre le coronavirus COVID-19.

(14)  Arrêté du Gouvernement wallon du 19 juin 2020 portant des dispositions diverses relatives aux formateurs et au subventionnement des activités de formation des centres de formation du réseau IFAPME


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1343

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Bulgarija talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Bulgarija biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Bulgarija kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 2,8 % u 25,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Bulgarija huwa previst li jonqos b’7,1 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fil-Bulgarija fir-rigward ta’ żewġ miżuri ta’ sussidju tal-pagi, kif stabbiliti fil-premessi (4) u (5).

(4)

Speċifikament, “id-Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri” (2), imsemmi fit-talba tal-Bulgarija tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa miżura li tipprovdi sussidji tal-pagi lill-impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, naqqsu jew waqqfu, volontarjament jew bil-liġi, l-attività tagħhom. Huwa meħtieġ li waqt il-parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar (inkluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur) tal-impjegati li jkunu qed jibbenefikaw.

(5)

Barra minn hekk, “id-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri” (3), imsemmi fit-talba tal-Bulgarija tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa miżura li tipprovdi sussidji tal-pagi lill-impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, sofrew tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 20 %. Huwa meħtieġ li waqt il-parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar (inkluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur) tal-impjegati li jkunu qed jibbenefikaw.

(6)

Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 511 000 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li l-miżuri ġodda jkopru jew huma maħsuba li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija.

(7)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bulgarija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Bulgarija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(9)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(10)

Jenħtieġ li l-Bulgarija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Bulgarija implimentat dik in-nefqa.

(11)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Bulgarija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Bulgarija self li jammonta għal massimu ta’ EUR 511 000 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Bulgarija f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Bulgarija għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Bulgarija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

sussidji tal-pagi lill-impriżi, kif previst fid-“Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri”;

(b)

sussidji tal-pagi lill-impriżi, kif previst fid-“Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri”.

Artikolu 4

Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Id-Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri, emendat bid-Digriet Nru 71 tas-16 ta’ April 2020 u bid-Digriet Nru 106 tat-28 ta’ Mejju 2020 (il-Ġurnal Uffiċjali Nru 31 tal-1 ta’ April 2020)

(3)  Id-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri (Ġurnal Uffiċjali Nru 60 tas-7 ta’ Lulju 2020)


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1344

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Ċipru biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, Ċipru talab assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati minn Ċipru biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, Ċipru kien mistenni li jkollu defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7 % u 115,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG ta’ Ċipru huwa previst li jonqos b’7,7 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol f’Ċipru. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika minn Ċipru fir-rigward tal-iskema ta’ liv speċjali għall-ġenituri, l-iskemi li jappoġġaw lill-kumpaniji għas-sospensjoni parzjali u totali tal-operazzjonijiet tagħhom, l-iskema speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, l-iskema speċjali għal-lukandi u l-akkomodazzjoni turistika, l-iskema speċjali li tappoġġa negozji relatati mal-industrija tat-turiżmu jew milquta mit-turiżmu jew assoċjati ma’ negozji soġġetti għal sospensjoni totali obbligatorja, l-iskema speċjali li tappoġġa negozji li jwettqu attivitajiet predefiniti speċjali, u l-iskema ta’ sussidjar ta’ intrapriżi żgħar u żgħar ħafna u għal dawk li jaħdmu għal rashom, u b’sostenn ta’ miżuri tas-saħħa pubblika, rigward l-iskema tal-benefiċċju tal-mard kif stabbiliti fil-premessi minn (4) sa (12).

(4)

Il-“Liġi 27(I)/2020”, imsemmija fit-talba ta’ Ċipru tas-6 ta’ Awwissu 2020, kienet il-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ Atti Amministrattivi Regolatorji, li jiddeskrivu l-miżuri li jindirizzaw l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19. Abbażi tal-Liġi 27(I)/2020, l-awtoritajiet introduċew l-iskema ta’ liv speċjali li tipprovdi kumpens ta’ pagi lil ġenituri li jaħdmu fis-settur privat u li għandhom tfal mhux akbar minn 15-il sena jew tfal b’diżabbiltà ta’ kwalunkwe età. Dik l-iskema ta’ liv speċjali tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi jipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati u jippreserva l-impjiegi, billi jiġi evitat li l-ġenituri li jkollhom jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom waqt li l-iskejjel ikunu magħluqa jkollhom jitterminaw ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.

(5)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew l-iskema li tappoġġa lill-kumpaniji li kellhom jissospendu kompletament l-operazzjonijiet, li tipprovdi kumpens ta’ pagi għal 90 % tal-impjegati tan-negozji li kellhom jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni taż-żamma tal-impjieg. Il-kumpens ikopri 60 % tas-salarju tal-impjegat jew 60 % tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegat maqlugħin fl-2018 (2019 għall-perijodu 7/2020-8/2020), skont liem ikun l-akbar ammont. Il-kumpens jinsab f’firxa ta’ bejn massimu ta’ EUR 1 214 u minimu ta’ EUR 360 fix-xahar.

(6)

L-iskema li tappoġġa l-kumpaniji għal sospensjoni parzjali ta’ operazzjonijiet tipprovdi kumpens ta’ pagi lill-impjegati ta’ negozji li qed jesperjenzaw tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fil-fatturat minħabba l-pandemija, bil-kundizzjoni taż-żamma tal-impjieg. Il-kumpens ikopri 60 % tas-salarju tal-impjegat jew 60 % tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali tal-impjegat maqlugħin fl-2018, skont liem ikun l-akbar ammont. Il-kumpens jinsab f’firxa ta’ bejn massimu ta’ EUR 1 214 u minimu ta’ EUR 360 fix-xahar.

(7)

L-“iskema speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom” tipprovdi kumpens għall-persuni li jaħdmu għal rashom u li ma jistgħu jwettqu l-ebda attività skont id-digriet tal-Ministeru tas-Saħħa jew deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri.

(8)

L-“iskema speċjali għal-lukandi u għall-akkomodazzjoni turistika” tipprovdi kumpens ta’ pagi biex jiġu appoġġati l-impjegati fl-industrija tal-lukandi u negozji oħra li jipprovdu akkomodazzjoni turistika u li l-impjegatur tagħhom issospenda għalkollox l-operazzjonijiet jew esperjenza tnaqqis ta’ aktar minn 40 % fil-fatturat. Il-parteċipazzjoni fl-iskema hija bil-kundizzjoni li jinżammu l-impjiegi.

(9)

L-“iskema speċjali li tappoġġa negozji relatati mal-industrija tat-turiżmu jew li huma affettwati mit-turiżmu jew assoċjati ma’ negozji li huma soġġetti għal sospensjoni totali obbligatorja” tipprovdi kumpens ta’ pagi lill-impjegati fl-industrija tal-lukandi u f’negozji oħra li jipprovdu akkomodazzjoni turistika, u li ssospendew għalkollox l-operazzjonijiet jew esperjenzaw tnaqqis ta’ aktar minn 55 % fil-fatturat, bil-kundizzjoni li jinżammu l-impjiegi.

(10)

L-“iskema speċjali li tappoġġa negozji li jwettqu attivitajiet predefiniti speċjali” tipprovdi kumpens ta’ pagi lill-impjegati tan-negozji li qed jiffaċċjaw tnaqqis ta’ mill-inqas 55 % fil-fatturat tagħhom, bil-kundizzjoni li jinżammu l-impjiegi.

(11)

Barra minn hekk, il-“Baġit supplimentari — Qafas temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat insostenn tal-ekonomija fit-tifqigħa attwali tal-COVID-19”, imsemmi fit-talba Ċiprijotta tas-6 ta’ Awwissu 2020, jintroduċi sussidji għal intrapriżi żgħar u żgħar ħafna u għal dawk li jaħdmu għal rashom u jimpjegaw sa 50 impjegat. Ġiet mitluba biss dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Dawn is-sussidji jipprovdu għotja ta’ somma sħiħa biex tappoġġa l-ispejjeż operatorji tan-negozji ż-żgħar u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. L-iskema ta’ sussidjar tista’ titqies li hija miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(12)

Finalment, l-“iskema ta’ benefiċċji tal-mard” tipprovdi kumpens ta’ pagi lill-impjegati fis-settur privat u lil dawk li jaħdmu għal rashom, bil-kundizzjoni li jew ikunu ġew ikklassifikati bħala persuni vulnerabbli skont lista ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa, jew ikunu tqiegħdu f’kwarantina mill-Awtoritajiet, jew ikunu ġew infettati bil-COVID-19.

(13)

Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Ċipru pprovda evidenza xierqa lill-Kummissjoni li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 479 070 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-ammont miżjud relatat direttament mal-iskema ta’ liv speċjali għall-ġenituri, l-iskemi li jappoġġaw il-kumpaniji għas-sospensjoni parzjali u totali tal-operazzjonijiet tagħhom, l-iskema speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, l-iskema speċjali għal-lukandi u l-akkomodazzjoni turistika, l-iskema speċjali li tappoġġa negozji relatati mal-industrija tat-turiżmu jew milquta mit-turiżmu jew assoċjati ma’ negozji li huma soġġetti għal sospensjoni totali obbligatorja, l-iskema speċjali li tappoġġa negozji li jwettqu attivitajiet predefiniti speċjali, u l-iskema ta’ sussidjar ta’ intrapriżi żgħar u żgħar ħafna u għal dawk li jaħdmu għal rashom. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li dawn il-miżuri ġodda jkopru proporzjon sinifikanti ta’ kumpaniji u tal-forza tax-xogħol f’Ċipru.

(14)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil Ċipru u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19 imsemmija fit-talba tas-6 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(15)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li Ċipru jiġi megħjun jindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(16)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(17)

Jenħtieġ li Ċipru jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn Ċipru implimenta dik in-nefqa.

(18)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija ta’ Ċipru, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ Ċipru self li jammonta għal massimu ta’ EUR 479 070 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil Ċipru f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Ċipru għandu jħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Ċipru jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iskema ta’ liv speċjali għall-ġenituri, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020”, u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 127/148/151/184/192/212/213/235/2020”;

(b)

l-iskema li tappoġġa lill-kumpaniji għas-sospensjoni parzjali u totali tal-operazzjonijiet, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 131/148/151/188/212/213/239/2020 u 151/187/212/213/238/243/273/2020”;

(c)

l-iskema speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 129/148/151/186/213/237/322/2020”;

(d)

l-iskema speċjali għal-lukandi u għall-akkomodazzjoni turistika, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 269/317/2020”;

(e)

l-iskema speċjali li tappoġġa negozji relatati mal-industrija tat-turiżmu jew li huma affettwati mit-turiżmu jew assoċjati ma’ negozji li huma soġġetti għal sospensjoni totali obbligatorja, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 270/318/2020”;

(f)

l-iskema speċjali biex jiġu appoġġati negozji li jwettqu attivitajiet predefiniti speċjali, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 272/320/2020”;

(g)

l-iskema ta’ sussidjar għal intrapriżi żgħar u żgħar ħafna u għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fil-“Baġit supplimentari, Qafas temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat insostenn tal-ekonomija fit-tifqigħa attwali tal-COVID-19”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u kumpaniji b’membru wieħed;

(h)

l-iskema ta’ benefiċċju tal-mard, kif previst fil-“Liġi 27(I)/2020” u fl-“Atti Amministrattivi Regolatorji 128/148/151/185/212/236/2020”.

Artikolu 4

Ċipru għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1345

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ċeka biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, ir-Repubblika Ċeka talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mir-Repubblika Ċeka biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,7 % u 38,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tar-Repubblika Ċeka huwa previst li jonqos b’7,8 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fir-Repubblika Ċeka. Dan wassal għal żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika mir-Repubblika Ċeka fir-rigward ta’ skema ta’ xogħol għal żmien qasir magħrufa bħala l-Programm ‘Antivirus’ (mas-subprogrammi tiegħu, l-Alternattiva A u l-Alternattiva B) u miżuri simili mmirati lejn il-kostijiet tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi (l-Alternattiva C tal-Programm ‘Antivirus’,) jew appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (8).

(4)

B’mod aktar speċifiku, ir- ‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 353 tal-31 ta’ Marzu 2020’, kif emendata, li l-bażi legali tagħha hija l-Artikolu 120 tal-‘Liġi Nru 435/2004 Coll. dwar l-impjiegi’, kif emendat, imsemmija fit-talba tar-Repubblika Ċeka tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċiet l-Alternattivi A u B tal-Programm ‘Antivirus’. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jikkumpensaw parzjalment il-kostijiet tal-pagi ta’ impjegaturi privati mġiegħla jissospendu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attività ekonomika tagħhom bħala konsegwenza diretta tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet (Alternattiva A), jew indirettament minħabba effetti ekonomiċi negattivi tal-pandemija (Alternattiva B), pereżempju impjegati li ma jistgħux jaħdmu minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Skont l-Alternattiva A, il-kontribuzzjoni mill-istat tingħata għal 80 % tal-pagi kumpensatorji mħallsa iżda mhux aktar minn CZK 39 000 għal kull impjegat kull xahar. Skont l-Alternattiva B, il-kontribuzzjoni tal-istat tammonta għal 60 % tal-pagi kumpensatorji mħallsa iżda mhux aktar minn CZK 29 000 għal kull impjegat kull xahar. Impjegati li jibbenefikaw mill-iskema ma jistgħux jitkeċċew matul il-parteċipazzjoni tal-impjegaturi fl-iskema. Il-miżuri kienu fis-seħħ bejn it-12 ta’ Marzu u l-31 ta’ Ottubru 2020 (2).

(5)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew l-Alternattiva C tal-Programm ‘Antivirus’, abbażi tal-‘Liġi Nru 300/2020 Coll.’ u ‘Liġi Nru 187/2006 Coll.’ (3), imsemmija fit-talba tar-Repubblika Ċeka tas-7 ta’ Awwissu 2020. Dik tnaqqas il-kostijiet tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi (pereżempju, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegaturi) ta’ kumpaniji żgħar (sa 50 impjegat) li jżommu l-impjieg u l-kont tal-pagi f’livell ta’ mill-inqas 90 % ta’ dak li kien fl-aħħar ta’ Marzu 2020 u f’Marzu 2020, rispettivament. 90 % biss tan-nefqa totali tal-miżura ġiet mitluba biex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun imqabbla man-nefqa li żammet l-impjiegi. Il-bażi tal-kalkolu hija limitata għal 150 % tal-paga medja grossa fir-Repubblika Ċeka. L-appoġġ jista’ jingħata għall-perijodu kollu minn Ġunju sa Awwissu 2020 jew għal parti minnu.

(6)

Il-Programm ‘Pětvatítka’, kif introdott permezz tal-‘Liġi Nru 159/2020 Coll.’ (4), imsemmi fit-talba tar-Repubblika Ċeka tas-7 ta’ Awwissu 2020, jipprovdi lil dawk li jaħdmu għal rashom b’bonus kumpensatorju ta’ CZK 500 għal kull jum kalendarju tal-perijodu tal-bonus għal kull persuna lil dawk li huma mġiegħla jissospendu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attività ekonomika tagħhom lil hinn mill-volatilità normali tan-negozju minħabba riskji għas-saħħa pubblika tal-COVID-19 jew miżuri ta’ kriżi meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi. Il-programm huwa maqsum f’żewġ perijodi ta’ bonus: mit-12 ta’ Marzu sat-30 ta’ April 2020, u mill-1 ta’ Mejju sat-8 ta’ Ġunju 2020. Il-bonus kumpensatorju jikkonsisti fi dħul mitluf għall-Gvern, li għall-fini tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/672 jista’ jitqies ekwivalenti għan-nefqa pubblika.

(7)

Fuq il-bażi tal-‘Liġi Nru 136/2020 Coll. (għas-sigurtà soċjali)’ u l- ‘Liġi Nru 134/2020 Coll. (għas-sigurtà tas-saħħa)’, imsemmija fit-talba tar-Repubblika Ċeka tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet introduċew rinunzja parzjali tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa dovuti minn dawk li jaħdmu għal rashom li jkomplu fl-attività tagħhom matul l-għoti ta’ appoġġ. L-Istat jassumi li l-ħlas tal-kontribuzzjoni korrispondenti għandu jitħallas kull xahar minn Marzu sa Awwissu 2020. L-ammont rinunzjat ikun limitat għal livell stabbilit bil-liġi.

(8)

Fl-aħħar nett, abbażi ta’ ‘Riżoluzzjonijiet tal-Gvern Nru 262 tad-19 ta’ Marzu 2020, Nru 311 tas-26 ta’ Marzu, Nru 354 tal-31 ta’ Marzu, Nru 514 tal-4 ta’ Mejju u Nru 552 tat-18 ta’ Mejju’, L-Artikolu 14 tal-‘Liġi Nru 218/2000 Coll. dwar ir-regoli baġitarji’, kif emendati (għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-produzzjoni primarja tal-agrikoltura u l-forestrija), l-Artikolu 3 punt (h) tal-‘Liġi Nru 47/2002 Coll. dwar l-appoġġ għall-SMEs’, kif emendata (għall-persuni l-oħra kollha li jaħdmu għal rashom), kif imsemmi fit-talba tar-Repubblika Ċeka tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet introduċew l-‘Benefiċċju għall-indukrar’ għal dawk li jaħdmu għal rashom. Dik il-miżura tikkumpensa t-telf ta’ dħul imġarrab minn dawkli jaħdmu għal rashom bħala konsegwenza tal-ħtieġa li jieħdu ħsieb it-tfal jew persuni dipendenti mill-kura minħabba l-għeluq ta’ faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u dawk soċjali. L-ammont ta’ appoġġ ta’ kuljum huwa ta’ CZK 424 għal Marzu 2020 u CZK 500 għal April sa Ġunju 2020. Dak l-appoġġ jista’ jingħata għall-perijodu kollu mit-12 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(9)

Ir-Repubblika Ċeka tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 2 940 446 745 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li l-miżuri ġodda jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fir-Repubblika Ċeka. Ir-Repubblika Ċeka biħsiebha tiffinanzja EUR 940 446 745 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni u l-finanzjament tagħha stess.

(10)

Il-Kummissjoni kkonsultat lir-Repubblika Ċeka u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li r-Repubblika Ċeka tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(12)

Jenħtieġ li din id-deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(13)

Jenħtieġ li r-Repubblika Ċeka tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn ir-Repubblika Ċeka timplimenta dik in-nefqa.

(14)

Id-Deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tar-Repubblika Ċeka, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka self li jammonta għal massimu ta’ EUR 2 000 000 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lir-Repubblika Ċeka f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Ir-Repubblika Ċeka għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Ir-Repubblika Ċeka tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

il-Programm ‘Antivirus’ kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 353 tal-31 ta’ Marzu 2020’, kif emendata, li l-bażi legali tagħha huwa l-Artikolu 120 tal-‘Liġi Nru 435/2004 Coll., dwar l-impjiegi’, kif emendat;

(b)

l-Alternattiva C tal-Programm ‘Antivirus’, kif prevista fil-‘Liġi Nru 300/2020 Coll.’;

(c)

il-Programm ‘Pětvokaítka’, kif previst fil-‘Liġi Nru 159/2020 Coll.’;

(d)

l-eżenzjoni parzjali tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa dovuti minn dawk li jaħdmu għal rashom), kif previst fil-‘Liġi Nru 136/2020 Coll.’ (għas-sigurtà soċjali) u l-‘Liġi Nru 134/2020 Coll.’ (għas-sigurtà tas-saħħa);

(e)

il-‘Benefiċċju għall-indukrar’ għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fir-Riżoluzzjonijiet tal-Gvern Nru 262 tad-19 ta’ Marzu 2020, Nru 311 tas-26 ta’ Marzu, Nru 354 tal-31 ta’ Marzu, Nru 514 tal-4 ta’ Mejju u Nru 552 tat-18 ta’ Mejju’, L-Artikolu 14 tal-‘Liġi Nru 218/2000 Coll. dwar ir-regoli baġitarji’, kif emendati (għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-produzzjoni primarja tal-agrikoltura u l-forestrija), l-Artikolu 3 punt (h)) tal-‘Liġi Nru 47/2002 Coll.’ dwar l-appoġġ għall-SMEs’, kif emendata, (għall-persuni l-oħra kollha li jaħdmu għal rashom).

Artikolu 4

Ir-Repubblika Ċeka għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Madankollu, hija biss in-nefqa pubblika dwar l-appoġġ relatata mal-perijodu li jispiċċa fil-31 ta’ Awwissu 2020 li ġiet inkluża fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020 imsemmija fil-premessa (1).

(3)  Liġi Nru 300/2020 Coll., dwar ir-rinunzja ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u kontribuzzjonijiet għall-politika dwar l-impjieg tal-istat imħallsa minn xi impjegaturi bħala kontribwenti b’rabta ma’ miżuri ta’ emerġenza matul l-epidemija fl-2020 u li temenda l-Liġi Nru 187/2006 Coll., dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa, kif emendata.

(4)  Liġi Nru 159/2020 Coll. dwar bonus ta’ kumpens relatat ma’ miżuri ta’ kriżi marbuta mal-inċidenza tal-coronavirus tas-SARS CoV-2, kif emendat.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1346

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, il-Greċja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Greċja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Greċja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,4 % u 196,4 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Greċja huwa previst li jonqos b’9 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Greċja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Greċja fir-rigward tal-allokazzjoni speċjali pprovduta lill-impjegati tas-settur privat li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi minħabba l-kriżi, il-kost tal-kopertura tas-sigurtà soċjali tagħhom matul il-perijodu ta’ sospensjoni, l-allokazzjoni speċjali pprovduta lil professjonisti li jaħdmu għal rashom, l-iskema tax-xogħol għal żmien qasir, u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi għall-impjegati f’intrapriżi staġjonali tas-settur terzjarju, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (8).

(4)

B’mod aktar speċifiku, l-“Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020” (2), imsemmi fit-talba tal-Greċja tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċa allokazzjoni speċjali għall-impjegati tas-settur privat li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Dik il-miżura għandha l-għan li tipproteġi l-impjiegi f’kumpaniji li jwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ordni pubblika jew li jappartjenu għal setturi ekonomiċi li huma affettwati b’mod qawwi mit-tifqigħa tal-COVID-19, u tikkonċerna l-għoti ta’ allowance speċjali ta’ kull xahar ta’ EUR 534 lill-impjegati li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom jiġu sospiżi minn nofs Marzu 2020. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li l-impjegatur iżomm l-istess numru ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perijodu li jkun daqs il-perijodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż.

(5)

L-awtoritajiet introduċew ukoll il-finanzjament mill-Istat tal-kopertura tas-sigurtà soċjali tal-impjegati li jibbenefikaw mill-allokazzjoni speċjali msemmija fil-premessa (4). Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li l-impjegatur iżomm l-istess numru ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perijodu li jkun daqs il-perijodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż.

(6)

L-“Att Legali tal-20 ta’ Marzu 2020” (3), imsemmi fit-talba tal-Greċja tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċa allokazzjoni speċjali għal professjonisti li jaħdmu għal rashom (ekonomisti, kontabilisti, inġiniera, avukati, tobba, għalliema u riċerkaturi). Il-miżura tikkonċerna allokazzjoni speċjali ta’ darba ta’ EUR 600 mogħtija f’April jew f’Ġunju 2020 lil tali professjonisti.

(7)

Skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2020 sal-15 ta’ Ottubru 2020 fil-kumpaniji kollha, bl-eċċezzjoni tal-industrija tal-linji tal-ajru fejn estensjoni hija possibbli sa tmiem l-2020, ġiet introdotta abbażi tal-“Liġi 4690/2020” (4), imsemmija fit-talba tal-Greċja tas-6 ta’ Awwissu 2020. Il-kumpaniji eliġibbli huma dawk li rreġistraw tnaqqis fil-fatturat tagħhom ta’ mill-inqas 20 % u l-miżura tippermetti tnaqqis sa 50 % fis-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ impjegati bil-kundizzjoni li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm. Mill-15 ta’ Ġunju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istat kopra 60 % tal-qligħ nett tal-impjegat u 60 % tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi għal sigħat mhux maħduma. Mill-1 ta’ Lulju 2020, l-Istat ikopri 100 % tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur u tal-impjegat fir-rigward ta’ sigħat mhux maħduma, flimkien ma’ 60 % tal-qligħ nett tal-impjegati f’sigħat mhux maħduma.

(8)

Fl-aħħar nett, il-“Liġi 4714/2020” (5), imsemmija fit-talba tal-Greċja tas-6 ta’ Awwissu 2020, tintroduċi l-finanzjament mill-Istat tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi fir-rigward tal-impjegati f’intrapriżi staġjonali. Il-miżura timmira lejn impriżi staġjonali fis-settur terzjarju, jiġifieri impriżi b’50 % tal-fatturat tagħhom ikkonċentrat fit-tielet kwart tas-sena fuq il-bażi ta’ data tal-2019, u għandha l-għan li tiffinanzja l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru 2020 bil-kundizzjoni li l-kumpaniji jżommu l-istess numru ta’ impjegati li kellhom fit-30 ta’ Ġunju 2020.

(9)

Il-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Greċja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika reali u ppjanata żdiedet b’EUR 2 728 000 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li l-miżuri ġodda jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Greċja.

(10)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Greċja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tas-6 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan lill-Greċja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(12)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(13)

Jenħtieġ li l-Greċja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Greċja timplimenta dik in-nefqa.

(14)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Greċja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Greċja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 2 728 000 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Greċja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Greċja għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Greċja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

allokazzjoni speċjali pprovduta lill-impjegati li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ikunu ġew sospiżi, kif previst fl-Artikolu 13 tal-“Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020”;

(b)

kopertura tas-sigurtà soċjali tal-impjegati taħt il-miżura msemmija fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, kif previst fl-Artikolu 13 tal-“Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020”;

(c)

allokazzjoni speċjali għal professjonisti li jaħdmu għal rashom, kif previst mill-Artikolu 8 tal-“Att Legali tal-20 ta’ Marzu 2020”;

(d)

skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif previst mill-Artikolu 31 tal-“Liġi 4690/2020”;

(e)

il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi għall-impjegati f’intrapriżi staġjonali fis-settur terzjarju, kif previst fl-Artikolu 123 tal-“Liġi 4714/2020”.

Artikolu 4

Il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  L-Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 64) irratifikat mill-Artikolu 3 tal-Liġi 4682/2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 76); Id-Deċiżjoni Ministerjali 12998/232 (il-Gazzetta tal-Gvern B’ 1078/28 ta’ Marzu 2020), id-Deċiżjoni Ministerjali 16073/287/22 ta’ April 2020 (il-Gazzetta tal-Gvern B’ 1547/22 ta’ April 2020), id-Deċiżjoni Ministerjali 17788/346/8 ta’ Mejju 2020 (il-Gazzetta tal-Gvern B’ 1779/10 ta’ Mejju 2020), u d-Deċiżjoni Ministerjali 23102/477/2020 (il-Gazzetta tal-Gvern B’ 2268/13 ta’ Ġunju 2020).

(3)  L-Att Legali tal-20 ta’ Marzu 2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 68) irratifikat mill-Artikolu 1 tal-Liġi 4683/2020 (Il-Gazzetta tal-Gvern A’ 83 ).

(4)  Il-liġi 4690/2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 104) irratifikata mill-Artikoli 122 u 123 tal-Liġi 4714/2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 148), id-Deċiżjoni Ministerjali 23103/478 (il-Gazzetta tal-Gvern B 2274/14 ta’ Ġunju 2020) u d-Deċiżjoni Ministerjali 32085/1771.

(5)  Il-Liġi 4714/2020 (il-Gazzetta tal-Gvern A’ 148) irratifikata mid-Deċiżjoni Ministerjali 32085/1771.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1347

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Renju ta’ Spanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Awwissu 2020, Spanja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati minn Spanja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, Spanja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 10,1 % u 115,6 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-Sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG ta’ Spanja huwa previst li jonqos b’10,9 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fi Spanja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika minn Spanja fir-rigward tal-iskema tax-xogħol għal żmien qasir, skemi simili mmirati speċifikament għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-ħaddiema fis-settur tat-turiżmu, u b’appoġġ għal miżuri tas-saħħa pubblika, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (9).

(4)

B’mod aktar speċifiku, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020”, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 11/2020” u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 24/2020”, imsemmija fit-talba ta’ Spanja tat-3 ta’ Awwissu 2020, introduċew kumpens ta’ pagi li jlaħħaq sa 70 % tas-salarju bażiku tal-impjegati għal impjegati assenti bil-permess taħt l-iskema ta’ xogħol għal żmien qasir ‘ERTE’ (“Expediente de Regulación Temporal de Empleo”). Il-kumpens huwa limitat għal massimu ta’ EUR 1 098,09 fix-xahar, li jista’ jiżdied għal EUR 1 254,96 fix-xahar jew EUR 1 411,83 fix-xahar, skont l-għadd ta’ tfal dipendenti tal-benefiċjarju.

(5)

L-awtoritajiet introduċew ukoll eżenzjoni sħiħa jew parzjali mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, skont id-daqs tal-impjegatur, u x-xahar tas-sena, fir-rigward tal-impjegati li jkunu qed jipparteċipaw fl-“ERTE”. L-eżenzjoni tikkonsisti fi dħul mitluf għall-Gvern, li għall-fini tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/672 jista’ jitqies ekwivalenti għan-nefqa pubblika.

(6)

Għal min jaħdem għal rasu, l-awtoritajiet introduċew benefiċċju għall-“waqfien tal-attività” (jiġifieri, is-sospensjonisħiħa jew parzjali tal-attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom) u li jakkumpanjaw l-eżenzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-miżura tipprovdi pagamenti ta’ kull xahar filwaqt li n-negozji huma meħtieġa li jingħalqu jew, jekk jinfetħu, fejn il-fatturat naqas b’aktar minn 75 %.

(7)

Ġew introdotti wkoll miżuri speċifiċi ta’ appoġġ, li jikkonsistu minn benefiċċji u kontribuzzjoni tas-sigurtà speċjali għall-impjegati li jipparteċipaw fl-“ERTE”, għal “ħaddiema staġonali permanenti” li ma setgħux jerġgħu lura għall-attività tagħhom fid-dati skedati minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, abbażi tad-“Digriet Amministrattiv Irjali 15/2020” u b’applikazzjoni tad-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020”, msemmija fit-talba ta’ Spanja tat-3 ta’ Awwissu 2020.

(8)

Id-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2019”, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 12/2019”, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 7/2020” u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 25/2020”, imsemmija fit-talba ta’ Spanja tat-3 ta’ Awwissu 2020, introduċew eżenzjoni għall-impjegatur mill-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (b’50 %) bħala appoġġ għall-“konservazzjoni tal-impjiegi fis-settur tat-turiżmu” matul l-istat ta’ emerġenza u lil hinn, filwaqt li jinżamm livell minimu ta’ protezzjoni soċjali għal diversi kategoriji ta’ ħaddiema. Il-medja tan-nefqa totali fix-xahar u l-għadd ta’ persuni li għalihom il-kumpaniji rċevew sussidji tagħti nefqa medja għal kull persuna kull xahar ta’ madwar EUR 192.

(9)

Fl-aħħar nett, Spanja estendiet il-benefiċċji tas-saħħa għal ħaddiema assenti minħabba l-COVID-19 (jew f’iżolament preventiv jew ħaddiema infettati) abbażi tad-“Digriet Amministrattiv Irjali 6/2020” u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 13/2020”, imsemmija fit-talba ta’ Spanja tat-3 ta’ Awwissu 2020. Il-miżura hija simili għall-iskema ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol (jiġifieri, il-benefiċċji huma aktar ġenerużi u jitħallsu mill-Fond Soċjali tas-Sigurtà sa mill-ewwel jum tal-liv), bil-benefiċċji limitati għal 75 % tas-salarju bażiku.

(10)

Spanja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Spanja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet bi EUR 23 803 573 600 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. L-ammont miżjud relatat direttament mal-iskema tax-xogħol għal żmien qasir ‘ERTE’ u miżuri simili mmirati speċifikament għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-ħaddiema fis-settur tat-turiżmu jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba ż-żieda kważi immedjata u bla preċedent fl-għadd ta’ benefiċjarji koperti minn dawk l-iskemi u d-daqs tal-benefiċċji relatati fi Spanja. Spanja biħsiebha tiffinanzja EUR 1 660 000 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil Spanja u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tat-3 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li Spanja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(13)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(14)

Jenħtieġ li Spanja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn Spanja implimentat dik in-nefqa.

(15)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija ta’ Spanja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza. B’mod partikolari, l-ammont tas-self ġie stabbilit biex jiżgura l-konformità mar-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll ta’ self kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2020/672.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Spanja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ Spanja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 21 324 820 449. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18 xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil Spanja f’massimu ta’ għaxar ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Spanja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Spanja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iskema ta’ xogħol għal żmien qasir “ERTE” (“Expediente de Regulación Temporal de Empleo”) għall-impjegati, kif previst fid-Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020 tas-17 ta’ Marzu (il-Kapitolu II, l-Artikoli 22 sa 28), id-Digriet Amministrattiv Irjali 18/2020 tat-12 ta’ Mejju u d-Digriet Amministrattiv Irjali 24/2020 tas-26 ta’ Ġunju (l-Artikoli 1 sa 7);

(b)

il-miżuri straordinarji ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati soġġetti għal “ERTE”, kif previst fid-Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020 tas-17 ta’ Marzu (il-Kapitolu II, Artikoli 22 sa 28), id-Digriet Amministrattiv Irjali 18/2020 tat-12 ta’ Mejju (l-Artikoli 1 sa 4), id-Digriet Amministrattiv Irjali 24/2020 tas-26 ta’ Ġunju (il-Kapitolu I, l-Artikolu 4 u dispożizzjoni addizzjonali 1);

(c)

il-benefiċċju minħabba “waqfien tal-attività” u l-eżenzjonijiet li jakkumpanjaw il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, kif previst fid-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020 tas-17 ta’ Marzu” (l-Artikolu 17), kif emendat mid-“Digriet Amministrattiv Irjali 11/2020 tal-31 ta’ Marzu” (id-dispożizzjoni finali 1.8) u mid-“Digriet Amministrattiv Irjali 24/2020 tas-26 ta’ Ġunju” (Artikoli 8, 9 u 10);

(d)

l-iskema ta’ appoġġ għal “ħaddiema staġonali permanenti”, kif previst mid-“Digriet Amministrattiv Irjali 15/2020 tal-21 ta’ April” (id-dispożizzjoni finali 8) u b’applikazzjoni tad-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2020 tas-17 ta’ Marzu” (l-Artikolu 24) għal dawn il-ħaddiema;

(e)

l-eżenzjoni parzjali tal-impjegatur mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali b’appoġġ għall-“konservazzjoni tal-impjieg fis-settur tat-turiżmu”, kif previst fid-“Digriet Amministrattiv Irjali 8/2019 tat-8 ta’ Marzu”, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 12/2019 tal-11 ta’ Ottubru”, id-“Digriet Amministrattiv Irjali 7/2020 tat-12 ta’ Marzu” (l-Artikolu 13) u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 25/2020” (id-dispożizzjoni finali 4);

(f)

benefiċċji tas-saħħa għal ħaddiema assenti minħabba l-COVID-19, kif previst fid-“Digriet Amministrattiv Irjali 6/2020 tal-10 ta’ Marzu” (l-Artikolu 5) u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 13/2020 tas-7 ta’ April” (id-dispożizzjoni finali 1) u d-“Digriet Amministrattiv Irjali 27/2020 tal-4 ta’ Awwissu” (id-dispożizzjoni finali 10).

Artikolu 4

Spanja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata għalkollox.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1348

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Kroazja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, il-Kroazja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Kroazja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Kroazja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,1 % u 88,6 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir interim tas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Kroazja huwa proġettat li jonqos b’10,8 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Kroazja. Dan wassal għal żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika mill-Kroazja fir-rigward ta’ sussidji ta’ preservazzjoni tal-impjiegi f’setturi affettwati mill-COVID-19 u għajnuna għal sigħat ta’ xogħol imnaqqsa, kif stabbilit fil-premessi (4) u (5).

(4)

B’mod aktar speċifiku, abbażi tal-‘Att dwar is-Suq tax-Xogħol’ (2), imsemmi fit-talba tal-Kroazja tas-6 ta’ Awwissu 2020, is-Servizz Kroat għall-Impjiegi ddeċieda (3) li jintroduċi miżura li tipprovdi kofinanzjament tas-salarji tal-ħaddiema lil negozji li jesperjenzaw tnaqqis fid-dħul (ta’ 20 % fil-perijodu minn Marzu sa Mejju 2020 jew 50 % f’Ġunju 2020), bil-kundizzjoni li r-relazzjoni tal-impjieg ma tiġix itterminata. Għal Marzu 2020, l-ammont ta’ appoġġ huwa stabbilit għal HRK 3 250,00 għal kull impjegat full-time, u għax-xhur ta’ April, Mejju u Ġunju 2020, l-ammont ta’ kull xahar ta’ appoġġ huwa stabbilit għal HRK 4 000 għal kull impjegat full-time.

(5)

Abbażi tal-‘Att dwar is-Suq tax-Xogħol’ is-Servizz Kroat għall-Impjiegi ddeċieda wkoll (4) li jintroduċi miżura li tipprovdi appoġġ għat-tnaqqis temporanju tal-ħin tax-xogħol fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2020 lil negozji li jimpjegaw 10 impjegati jew aktar li joperaw fi kwalunkwe settur, bil-kundizzjoni li r-relazzjoni tal-impjieg ma tiġix itterminata. Il-miżura tista’ tiffinanzja sa massimu ta’ HRK 2 000 fix-xahar għal kull impjegat.

(6)

Il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Kroazja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 381 780 800 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u severa minħabba ż-żieda kważi immedjata u bla preċedent fl-għadd ta’ ħaddiema koperti minn dawk il-miżuri u d-daqs tal-infiq relatat fil-Kroazja. Il-Kroazja biħsiebha tiffinanzja EUR 210 000 000 tal-ammont miżjud ta’ nfiq permezz ta’ fondi tal-Unjoni u EUR 151 180 800 permezz tal-finanzjament tagħha stess.

(7)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kroazja u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili msemmija fit-talba tas-6 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Kroazja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(9)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(10)

Jenħtieġ li l-Kroazja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Kroazja implimentat dik in-nefqa.

(11)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Kroazja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kroazja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 1 020 600 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Kroazja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Kroazja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Kroazja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

is-sussidji għall-preservazzjoni tal-impjiegi fis-setturi affettwati mill-COVID-19, kif previst fid-‘Deċiżjoni tas-Servizz Kroat għall-Impjiegi tal-20 ta’ Marzu 2020’ u sussegwentement l-emendi tagħha, skont l-Artikoli 35 u 36 tal-‘Att dwar is-Suq tax-Xogħol’; u

(b)

l-għajnuna għal sigħat tax-xogħol imnaqqsa, kif previst fid-‘Deċiżjoni tas-Servizz Kroat għall-Impjiegi tad-29 ta’ Ġunju 2020’ u sussegwentement l-emendi tagħha, skont l-Artikoli 35 u 36 tal-‘Att dwar is-Suq tax-Xogħol’.

Artikolu 4

Il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  OG 118/18, 32/20.

(3)  Deċiżjoni adottata fl-20 ta’ Marzu 2020 u emendata fi 25 ta’ Marzu, 7 ta’ April, 9 ta’ April, 6 ta’ Mejju, 28 ta’ Mejju, 18 ta’ Ġunju, 25 ta’ Ġunju, 10 ta’ Lulju u 29 ta’ Lulju 2020. Deċiżjoni disponibbli fuq: https://www.hzz.hr/o-hzz/upravno-vijece/upravno-vijece_sjednice-2020.php.

(4)  Deċiżjoni adottata fid-29 ta’ Ġunju 2020 u emendata fl-10 ta’ Lulju 2020, disponibbli fuq: https://www.hzz.hr/o-hzz/upravno-vijece/upravno-vijece_sjednice-2020.php.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1349

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Taljana biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, l-Italja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Italja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2020 tal-Kummissjoni, l-Italja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 11,1 % u 158,9 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Italja huwa previst li jonqos bi 11,2 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fl-Italja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika tal-Italja fir-rigward ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati, għotjiet għal dawk li jaħdmu għal rashom, impjegati b’terminu fiss fl-agrikoltura, ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, ħaddiema domestiċi u ħaddiema li jkunu on-call, kupuni ta’ liv tal-ġenituri, benefiċċji addizzjonali tal-liv tal-ġenituri u tad-diżabbiltà, għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u impriżi individwali, kif ukoll krediti ta’ taxxa b’appoġġ għall-miżuri tas-saħħa pubblika, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (10).

(4)

‘Id-Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ (2) u ‘d-Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ (3), imsemmija fit-talba tal-Italja tas-7 ta’ Awwissu 2020, kien il-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ miżuri biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża estensjoni tal-iskemi eżistenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (‘Cassa integrazione guadagni’). Il-miżura tkopri 80 % tas-salarju tas-soltu tal-impjegati, li l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom huwa miżmum, tal-kumpaniji kompletament jew parzjalment magħluqin minħabba l-COVID-19, għal massimu ta’ 18-il ġimgħa fil-perjodu mit-23 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

(5)

Għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-ħaddiema indipendenti, l-awtoritajiet introduċew għotja ta’ EUR 600 għax-xhur ta’ Marzu u ta’ April 2020. Il-ħaddiema indipendenti li esperjenzaw tnaqqis ta’ mill-inqas 33 % tal-qligħ tagħhom f’Marzu u f’April 2020 fuq bażi minn sena għal sena huma intitolati wkoll għal allokazzjoni ta’ EUR 1 000 għal Mejju 2020. Għotja oħra ta’ EUR 600 għal Marzu 2020 tingħata lil dawk li jaħdmu għal rashom u lill-ħaddiema freelance reġistrati ma’ istituzzjonijiet privati obbligatorji tas-sigurtà soċjali.

(6)

L-awtoritajiet introduċew varjetà ta’ miżuri mmirati lejn professjonijiet speċifiċi li ġew affettwati b’mod negattiv minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Dawn il-miżuri jinkludu konċessjoni ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xahar ta’ Marzu 2020 u ta’ EUR 500 fix-xahar għax-xahar ta’ April 2020 għall-impjegati fuq terminu fiss fl-agrikoltura: għotja ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-ħaddiema fl-industrija tad-divertiment (bi dħul annwali sa EUR 50 000); għotja ta’ EUR 600 fix-xahar għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-kollaboraturi tal-assoċjazzjonijiet sportivi; għotja ta’ EUR 600 għax-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2020 għall-ħaddiema on-call u, EUR 500 għax-xhur ta’ April u Mejju 2020 għall-ħaddiema domestiċi.

(7)

Ġew introdotti wkoll żewġ miżuri li jindirizzaw l-impatt tas-servizzi tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-għeluq tal-iskejjel, fil-forma ta’ benefiċċji tal-liv tal-ġenituri sa 30 jum fil-perjodu mill-5 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020 għall-impjegati jew għal dawk li jaħdmu għal rashom bi tfal sa 12-il sena (jew ’il fuq minn 12, fejn it-tfal huma diżabbli u għadhom jattendu l-iskola) li jkopru 50 % tal-introjtu tagħhom, u kupuni ta’ baby-sitting għal massimu ta’ EUR 2 000 bħala alternattiva għall-benefiċċji tal-liv tal-ġenituri u validi għall-istess perjodu. Dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu bħala miżuri simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li dawn jipprovdu appoġġ għad-dħul għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, li se jgħinu biex ikopru l-ispejjeż tal-kura tat-tfal matul l-għeluq tal-iskejjel u għalhekk jgħinu lill-ġenituri biex ikomplu jaħdmu, u b’hekk ma jħallux li r-relazzjoni tal-impjieg titqiegħed f’riskju.

(8)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew benefiċċji addizzjonali għal-liv għall-persuni b’diżabbiltà sa 12-il jum fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-30 ta’ April 2020 u 12-il jum addizzjonali fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2020 għal ħaddiema b’diżabbiltajiet severi jew ma’ qraba b’diżabbiltajiet severi. Din hija estensjoni ta’ skema eżistenti li tintitola lill-impjegati għal tlett ijiem ta’ liv għal persuni b’diżabbiltà għal kull xahar.

(9)

Ġew introdotti għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal intrapriżi individwali. L-ammont tal-għotja huwa kkalkulat billi jitqies it-tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ li sar f’April 2020 meta mqabbel ma’ April 2019 (minn ammont minimu ta’ EUR 1 000 għal massimu ta’ 20 % tat-tnaqqis fil-fatturat).

(10)

Fl-aħħar nett, ġew introdotti żewġ miżuri relatati mas-saħħa mill-awtoritajiet, kreditu ta’ taxxa temporanju ġdid ta’ 60 % tal-ispejjeż għat-titjib tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (sa massimu ta’ EUR 80 000) u kreditu ta’ taxxa temporanju ġdid ta’ 60 % tal-ispejjeż ta’ sanità ta’ negozji żgħar, uffiċċji professjonali, u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u x-xiri ta’ tagħmir ta’ sikurezza (sa massimu ta’ EUR 60 000). Minħabba li l-krediti ta’ taxxa jikkonsistu minn dħul mitluf għall-gvern, dawn jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(11)

L-Italja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. L-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 28 811 965 628 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-ammonti miżjuda li għandhom x’jaqsmu direttament ma’ skemi ta’ xogħol għal żmien qasir għall-impjegati, għotjiet għal dawk li jaħdmu għal rashom, impjegati b’terminu fiss fl-agrikoltura, ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, ħaddiema domestiċi u ħaddiema li jkunu on-call, vawċers ta’ baby-sitting, benefiċċji addizzjonali tal-liv tal-ġenituri u tad-diżabbiltà, u għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u intrapriżi individwali. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li għandha x’taqsam kemm ma’ miżuri ġodda kif ukoll ma’ estensjoni ta’ miżuri eżistenti, li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fl-Italja. L-Italja beħsiebha tiffinanzja EUR 320 000 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(12)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Italja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti dwar is-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan lill-Italja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(14)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(15)

Jenħtieġ li l-Italja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn l-Italja tkun implimentat dik in-nefqa.

(16)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Italja kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, B’mod partikolari, l-ammont tas-self ġie stabbilit biex jiżgura l-konformità mar-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll ta’ self kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2020/672,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Italja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 27 438 486 464. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Italja f’massimu ta’ għaxar ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   L-Italja għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

L-Italja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol għal żmien qasir eżistenti (‘Cassa integrazione guadagni’) għall-impjegati, kif previst fl-Artikoli 19-22 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif mibdul bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikoli 68-71 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(b)

għotja għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fl-Artikoli 27, 28 u 44 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif mibdul bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(c)

għotjiet għal impjegati fis-settur agrikolu għal żmien fiss, kif previst fl-Artikolu 30 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(d)

għotjiet għal ħaddiema fl-industrija tad-divertiment, kif previst fl-Artikolu 38 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif konvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(e)

konċessjonijiet għall-kollaboraturi ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, kif previst fl-Artikolu 96 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(f)

għotja għall-ħaddiema domestiċi, kif previst fl-Artikolu 85 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’;

(g)

għotja għal ħaddiema intermittenti, kif previst fl-Artikoli 44 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ u l-Artikolu 84 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(h)

għotjiet mhux ripagabbli għal dawk li jaħdmu għal rashom u impriżi individwali, kif previst fl-Artikolu 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif konvertit mil-‘Liġi nru 77/2020’, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(i)

il-benefiċċji tal-liv tal-ġenituri, kif previst fl-Artikoli 23 u 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 72 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(j)

kupuni ta’ baby-sitting, kif previst fl-Artikoli 23 u 25 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit permezz tal-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 73 tad-‘Digriet Amministrattiv’ nru 34/2020 kif ikkonvertiti bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(k)

il-benefiċċji tal-liv għal diżabbiltà, kif previst fl-Artikoli 24 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 18/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 27/2020’ u l-Artikolu 74 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(l)

krediti ta’ taxxa fir-rigward tat-titjib tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif previst fl-Artikolu 120 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’;

(m)

il-krediti tat-taxxa fir-rigward tas-sanitizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u x-xiri ta’ tagħmir ta’ sigurtà, kif previst fl-Artikolu 125 tad-‘Digriet Amministrattiv nru 34/2020’ kif ikkonvertit bil-‘Liġi nru 77/2020’.

Artikolu 4

L-Italja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Id-digriet Amministrattiv nru 18/2020, kif mibdul bil-Liġi nru 27/2020.

(3)  Id-digriet Amministrattiv nru 34/2020, kif mibdul bil-Liġi nru 77/2020.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1350

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Litwanja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Litwanja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mil-Litwanja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-Rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, kien mistenni li l-Litwanja jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,9 % u 48,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Litwanja huwa projettat li jkun naqas b’7,1 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Litwanja. Dan wassal għal żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika fil-Litwanja fir-rigward tas-sussidji fuq il-pagi matul u wara żmien inattiv mix-xogħol u l-benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom, inklużi l-benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom li huma involuti f’attivitajiet agrikoli, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (7).

(4)

“Il-Liġi dwar l-Impjieg Nru XII-2470”, imsemmija fit-talba tal-Litwanja tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċiet skema biex tħallas sussidji lil dawk li jħaddmu biex tkopri l-pagi stmati għal kull persuna impjegata li qed tiffaċċja żmien inattiv mix-xogħol. Min iħaddem jista’ jagħżel bejn sussidji li jkopru 70 % tas-salarju, sa massimu ta’ darba u nofs il-paga minima, jew 90 % tas-salarju (100 % fil-każ ta’ impjegati ta’ 60 u aktar), sa massimu tal-paga minima. Dawk li jħaddmu li jkunu pparteċipaw fl-iskema għandhom iżommu mill-inqas 50 % tal-impjegati tagħhom għal mill-inqas tliet xhur wara li jintemm is-sussidju mħallas.

(5)

Is-sussidji jitħallsu wkoll għall-impjegati li jirritornaw miż-żmien inattiv mix-xogħol, sa sitt xhur wara li jirritornaw lura għax-xogħol. Soġġett għal limitu ta’ paga minima jew darbtejn il-paga minima, li tiddependi fuq l-attività ekonomika mwettqa mill-impjegatur, l-ammont ta’ sussidji mħallsa fl-ewwel u fit-tieni xhur wara r-ritorn jista’ jkun għoli daqs 100 % tas-salarju tal-impjegat, fit-tielet u r-raba’ xhar, 50 % u fil-ħames u s-sitt xahar, 30 %. Dawk is-sussidji jistgħu jitqiesu bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ għad-dħul għall-impjegati u jgħinu biex jinżammu r-relazzjonijiet ta’ impjieg eżistenti.

(6)

L-awtoritajiet introduċew ukoll benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom, inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom li jeżerċitaw attività agrikola b’azjenda agrikola jew azjenda agrikola ta’ mhux inqas minn erba’ unitajiet ta’ daqs ekonomiku, li jammontaw għal EUR 257 fix-xahar u mħallsa matul il-perjodu ta’ kwarantina u fix-xahrejn ta’ wara. Il-benefiċċju għal dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jitqiesu li huma miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(7)

Fl-aħħar nett, ġew introdotti benefiċċji għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-agrikoltura ma’ azjenda agrikola jew azjenda agrikola ta’ inqas minn erba’ unitajiet ta’ daqs ekonomiku, li ma kinux koperti mill-miżura deskritta fil-premessa (6). Il-miżura tikkonsisti f’pagament ta’ darba ta’ EUR 200 għal dawk il-bdiewa żgħar li ma kellhom l-ebda impjieg ieħor. Għall-bdiewa żgħar li kienu impjegati, minbarra l-attività agrikola tagħhom li jaħdmu għal rashom, u ma kinux jaqilgħu aktar mill-paga minima, il-miżura tikkonsisti f’pagament ta’ EUR 200, għal kull wieħed mit-tliet xhur tal-perijodu ta’ kwarantina u tal-perijodu ta’ emerġenza tal-istat. Il-miżura tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(8)

Il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Litwanja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet bi EUR 746 660 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din tikkostitwixxi żieda qawwija u f’daqqa minħabba li l-miżuri l-ġodda jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Litwanja. Il-Litwanja beħsiebha tiffinanzja EUR 144 350 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Litwanja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Litwanja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(11)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ ssir, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(12)

Jenħtieġ li l-Litwanja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Litwanja implimentat dik in-nefqa.

(13)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Litwanja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Litwanja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 602 310 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Litwanja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Litwanja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Litwanja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

sussidji fuq il-pagi matul u wara lż-żmien inattiv tax-xogħol, kif previst fl-Artikolu 41 tal-“Liġi dwar l-Impjieg Nru XII-2470”;

(b)

benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif previst fl-Artikolu 5-1 tal-“Liġi dwar l-Impjieg Nru XII-2470”;

(c)

benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom involuti fl-agrikoltura, kif previst fl-Artikolu 5- 2 tal-“Liġi dwar l-Impjieg Nru XII-2470”.

Artikolu 4

Il-Litwanja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1351

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Latvja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi tagħha għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mil-Latvja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku u marbut mas-saħħa tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, kien mistenni li l-Latvja jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,3 % u 43,1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Latvja huwa previst li jonqos b’7 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda qawwija fin-nefqa pubblika mil-Latvja fir-rigward tal-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema u l-iskemi ta’ appoġġ relatati – l-allowance għal waqfien u l-bonus għall-ħaddiema għat-tfal, skema ta’ sussidji tal-pagi għall-industrija tal-esportazzjoni, u pagamenti ta’ appoġġ għall-pagi għal professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali – kif ukoll nefqa relatata mas-saħħa fuq tagħmir personali protettiv u benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (7).

(4)

"Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 179 (Adottat fil-31 ta’ Marzu 2020) “Regolamenti rigward l-Għotja għall-Inattività għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19” u “Ir-Regolament Nru 165 (Adottat fis-26 ta’ Marzu 2020) “Regolamenti rigward l-impjegaturi affettwati mill-kriżi kkawżata mill-COVID-19 li huma eliġibbli għall-għotja għall-inattività u diviżjoni tat-taxxa li tħallset tard fi ħlasijiet parzjali jew differiment tagħhom għal sa tliet snin””, imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċew skema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema. L-iskema tħallas pagi lill-impjegati ta’ kumpaniji tas-settur privat li huma assenti bil-permess. Din tkopri bejn 50% u 75% tas-salarji tal-impjegati, skont id-daqs tan-negozju, b’limitu massimu ta’ EUR 700 għal kull impjegat fix-xahar. Marbuta mal-iskema tal-kumpens għal żmien inattiv tal-ħaddiema hemm l-iskema relatata ta’ għotja għal żmien ta' waqfien mix-xogħolu l-bonus tal-ħaddiema għal tfal. Abbażi tar-"Regolament tal-Kabinett Nru 236 "Regolamenti Rigward l-Għotja ta' Assistenza għall-Inattività għall-Impjegati jew għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19"", imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-iskema ta’ għotja għaż-żmien ta' waqfien mix-xogħol tipprovdi benefiċċju minimu għall-ħaddiema impjegati assenti bil-permess jew għal dawk li jaħdmu għal rashom li jew ma jikkwalifikawx għal appoġġ skont l-iskema għall-kumpens ta’ żmien inattiv tal-ħaddiema minħabba raġunijiet mhux relatati magħhom, jew jirċievu inqas minn EUR 180 minnha. Il-benefiċċju jiżgura livell minimu ta’ appoġġ, u jiżgura li l-impjegati kollha jew il-persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu benefiċċju ta’ mhux inqas minn EUR 180 fix-xahar.

Il-bonus għall-iskema tat-tfal jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-impjegati assenti bil-permess li għandhom ulied dipendenti fuqhom. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li tipprovdi appoġġ għad-dħul għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, li se jgħin ikopri l-ispejjeż tal-indukrar tat-tfal matul l-għeluq tal-iskejjel u b’hekk jgħin lill-ġenituri biex ikomplu jaħdmu, u r-relazzjoni tax-xogħol ma tkunx f’riskju.

(5)

Ir-“Rapport ta’ informazzjoni dwar miżuri biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru ekonomiku” stabbilixxa skema ta’ sussidji fuq il-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, li hija kontinwazzjoni tal-iskema għall-kumpens għaż-żmien inattiv tal-ħaddiema mmirata speċifikament lejn l-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni.. Il-miżura tiddependi fuq min jirċievi l-prova li r-riżorsi se jintużaw biex ikopru l-ispejjeż tas-salarji.

(6)

L-awtoritajiet introduċew żewġ pagamenti ta’ appoġġ għall-paga mmirati lejn il-professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali. Abbażi tal-“Liġi dwar miżuri għall-prevenzjoni u t-trażżin tat-theddida għall-istat u l-konsegwenzi tagħha għall-firxa tal-COVID-19", u għal-'Liġi dwar it-Trażżin tal-Konsegwenzi tal-Firxa tal-Infezzjoni tal-COVID-19” u l-“Ordni tal-Kabinett Nru 303 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Programm tal-Baġit tal-Istat "Fondi ta' Kontinġenza""'” rispettivament, imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, il-pagamenti ta’ appoġġ għall-paga jipprovdu għotjiet lill-industriji mediċi u kulturali sabiex jappoġġaw il-ħlas tal-pagi filwaqt li l-ħaddiema huma assenti bil-permess. Iż-żewġ skemi jiddependu fuq l-użu ta’ dawn l-għotjiet biex ikopru l-ispejjeż tas-salarji.

(7)

Fl-aħħar nett, il-Latvja introduċiet żewġ miżuri relatati mas-saħħa. Abbażi tal-"Ordni tal-Kabinett Nru 79, 118 u 220 "L-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji mill-programm tal-baġit tal-istat 'fondi għall-emerġenzi'"", imsemmija fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet żiedu n-nefqa relatata mas-saħħa fit-tagħmir ta' protezzjoni personali u provvisti mediċi oħra biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-impjegati tas-settur pubbliku, b’mod partikolari, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, abbażi ta’ “09.06.2020. Regolament tal-Kabinett Nru 380 "Regolamenti dwar ir-riżorsi biex tiġi żgurata s-sikurezza epidemjoloġika meħtieġa għall-istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet u ħtiġijiet ta’ prijorità"”, imsemmi fit-talba tal-Latvja tas-7 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet tal-gvern ħallsu l-benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, filwaqt li l-gvern ħallas l-appoġġ tal-liv tal-mard li ttieħed minħabba l-ħtieġa għal awtoiżolament jew awtokwarantina. Normalment, parti mill-benefiċċji tal-mard ikollha titħallas minn min iħaddem, filwaqt li skont din l-iskema l-Istat ħallas l-ispejjeż kollha.

(8)

Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Latvja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 212 808 280 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-ammont miżjud relatat direttament mal-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv tal-ħaddiema u skemi ta’ appoġġ relatati, l-iskema tas-sussidji tal-pagi għall-industrija tal-esportazzjoni, il-professjonisti mediċi u l-industrija kulturali. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda qawwija minħabba li l-miżuri l-ġodda jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Il-Latvja biħsiebha tiffinanzja EUR 20 108 280 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tagħha stess.

(9)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-Latvja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Latvja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(11)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista' ssir, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(12)

Jenħtieġ li l-Latvja tinforma lill-Kummissjoni regolarment dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Latvja implimentat dik in-nefqa.

(13)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Latvja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Latvja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 192 700 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Latvja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rrispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Latvja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Latvja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iskema għall-kumpens ta’ żmien inattiv tal-ħaddiema, kif previst fir-"Regolamenti tal-Kabinett Nru 179 (Adottat fil-31 ta’ Marzu 2020) "Regolamenti rigward l-Għotja għall-Inatttività għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19" u Nru 165 (adottat fis-26 ta’ Marzu 2020) "Regolamenti rigward l-impjegaturi affettwati mill-kriżi kkawżata mill-COVID-19 li huma eliġibbli għall-għotja għall-inattività u diviżjoni tat-taxxa li tħallset tard fi Ħlasijiet Parzjali jew Differiment Tagħhom għal sa Tliet Snin"";

(b)

l-għotja għal żmien ta' waqfien mix-xogħol, kif previst abbażi tar-"Regolament tal-Kabinett Nru 236 "Regolamenti Rigward l-Għotja ta' Assistenza għall-Inattività għall-Impjegati jew għall-Persuni li Jaħdmu għal Rashom affettwati mill-firxa tal-COVID-19"";

(c)

il-bonus tal-ħaddiema għat-tfal, kif previst fl-"Ordni tal-Kabinett Nru 178 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji għall-Programm tal-Baġit tal-Istat 'Fondi għal Emerġenzi Nazzjonali"";

(d)

l-iskema għas-sussidji tal-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, kif previst fir-"Rapport ta’ informazzjoni dwar miżuri biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru ekonomiku";

(e)

pagamenti ta’ appoġġ għall-paga għal professjonisti mediċi u dawk impjegati mill-industrija kulturali, kif previst fil-"Liġi dwar il-Miżuri għall-Prevenzjoni u t-Trażżin ta’ Theddid għall-Istat u l-Konsegwenzi Tagħha Minħabba l-Firxa tal-COVID-19", u l-"Liġi dwar it-Trażżin tal-Konsegwenzi tal-Infezzjoni tal-COVID-19" u l-"Ordni tal-Kabinett Nru 303 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Programm tal-Baġit tal-Istat "Fondi ta’ Kontinġenza'"", rispettivament;

(f)

in-nefqa relatata mas-saħħa fit-tagħmir ta' protezzjoni personali, kif previst fl-"Ordnijiet tal-Kabinett Nru 79, 118 u 220 "Dwar l-Allokazzjoni tar-Riżorsi Finanzjarji mill-Programm tal-Baġit tal-Istat 'fondi għall-emerġenzi"";

(g)

benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19, kif previst fi "9 ta ’Ġunju 2020. Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 380 minn 9 ta ’Ġunju 2020"Regolamenti dwar ir-riżorsi biex tiġi żgurata s-sikurezza epidemjoloġika meħtieġa għall-istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet u ħtiġijiet ta’ prijorità"".

Artikolu 4

Il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara dan dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1352

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika ta’ Malta biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, Malta talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati minn Malta biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, Malta kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,7 % u 50,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir interim tas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG ta’ Malta huwa previst li jonqos b’6,0 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol f’Malta. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika f’Malta fir-rigward ta’ miżura ta’ suppliment għall-paga, miżura ta’ benefiċċju tad-diżabbiltà, miżura ta’ benefiċċju għall-ġenituri u b’appoġġ għal miżuri tas-saħħa pubblika għal miżura ta’ benefiċċju mediku, kif stabbilit fil-premessi minn (4) sa (7).

(4)

L-“Att dwar il-Korporazzjoni għall-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta)”/“Malta Enterprise Act (Cap. 463 of the Laws of Malta)” u n-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 389 tat-13 ta’ April 2020”/“Government Notice No. 389 of 13 April 2020”, imsemmija fit-talba ta’ Malta tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċew suppliment tal-paga tal-COVID-19, li jkopri lill-impjegati u lil dawk li jaħdmu għal rashom, biex jindirizza t-tfixkil ikkawżat mill-pandemija. L-impjegati full-time li jaħdmu fis-setturi l-aktar milquta mill-kriżi elenkati fl-Anness A, imsemmi fl-Avviż tal-Gvern, (pereż. is-settur tal-ospitalità) huma eliġibbli għal appoġġ tal-pagi ta’ EUR 800 fix-xahar. F’setturi inqas affettwati elenkati fl-Anness B, imsemmi fl-Avviż tal-Gvern, l-impjegati full-time jistgħu jirċievu EUR 160 fix-xahar. F’Lulju 2020, l-iskema ġiet estiża sa Settembru 2020 u ġiet riveduta l-lista ta’ setturi inklużi fiż-żewġ annessi. Setturi li qabel kienu appoġġati permezz tal-iskema iżda mhux inklużi fl-Anness A jew l-Anness B aġġornati jiġu megħjuna b’żieda fil-paga ta’ EUR 600 għall-impjegati full-time.

(5)

In-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 331 tal-25 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 331 of 25 March 2020”, imsemmija fit-talba ta’ Malta tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa benefiċċju għad-diżabilità tal-COVID-19 li jippermetti lill-persuni b’diżabbiltà li jaħdmu fis-settur privat biex jibqgħu d-dar minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà, filwaqt li jżommu l-kuntratt tagħhom ma’ min iħaddimhom. Dan il-benefiċċju jammonta għal EUR 166,15 fil-ġimgħa għal min jaħdem full-time.

(6)

Abbażi tan-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 330 tal-25 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 330 of 25 March 2020”, imsemmija fit-talba ta’ Malta tas-7 ta’ Awwissu 2020, skema ta’ benefiċċji tal-COVID-19 għall-ġenituri tipprovdi benefiċċju għall-ġenituri li jaħdmu fis-settur privat li huma meħtieġa li jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb ta’ tfal tal-età tal-iskola. Il-benefiċċju jingħata bil-kundizzjoni li l-ġenitur ma jkunx jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ arranġamenti ta’ telexogħol. L-impjegati full-time huma eliġibbli li jirċievu pagament dirett ta’ EUR 166,15 fil-ġimgħa.

(7)

Fl-aħħar nett, in-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 353 tat-30 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 353 of 30 March 2020”, imsemmija fit-talba ta’ Malta tas-7 ta’ Awwissu 2020, jintroduċi miżura ta’ benefiċċju mediku COVID-19, mis-27 ta’ Marzu 2020, għal persuni impjegati fis-settur privat li ma setgħux jitilqu mid-dar biex imorru għax-xogħol għax ġew ordnati jibqgħu d-dar. Il-persuni eliġibbli huma dawk li ma jistgħux jaħdmu mid-dar u ma jitħallsux minn min iħaddimhom matul l-assenza tagħhom mix-xogħol. Il-persuni eliġibbli jirċievu pagament dirett ta’ EUR 166,15 fil-ġimgħa.

(8)

Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Malta pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 243 632 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba ż-żieda fl-ammont direttament relatat mas-suppliment tal-pagi tal-COVID-19, il-benefiċċju ta’ diżabbiltà tal-COVID-19 u l-benefiċċju tal-COVID-19 għall-ġenituri. Din tikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li l-miżuri l-ġodda jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol f’Malta.

(9)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil Malta u vverifikat iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li Malta tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(11)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(12)

Jenħtieġ li Malta tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn Malta implimentat dik in-nefqa.

(13)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija ta’ Malta, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ Malta self li jammonta għal massimu ta’ EUR 243 632 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil Malta f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Malta għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Malta tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

is-suppliment tal-paga COVID-19, kif previst fl-“Att dwar il-Korporazzjoni għall-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta)"/“Malta Enterprise Act (Cap. 463 of the Laws of Malta)” u n-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 389 tat-13 ta’ April 2020”/“Government Notice No. 389 of 13 April 2020”;

(b)

il-benefiċċju ta’ diżabbiltà COVID-19, kif previst fin-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 331 tal-25 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 331 of 25 March 2020”;

(c)

il-benefiċċju COVID-19 għall-ġenituri, kif previst fin-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 330 tal-25 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 330 of 25 March 2020”;

(d)

il-benefiċċju mediku COVID-19, kif previst fin-“Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 353 tat-30 ta’ Marzu 2020”/“Government Notice No. 353 of 30 March 2020”.

Artikolu 4

Malta għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/45


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1353

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Polonja biex jittaffew r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, il-Polonja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal min jaħdem għal rasu.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Polonja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha mistennija jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Polonja kienet mistennija jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 9,5 % u 58,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Polonja huwa previst li jonqos b’4,6 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Polonja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fil-Polonja fir-rigward ta’ tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal min jaħdem għal rasu, għall-kooperattivi soċjali kollha (irrispettivament mill-għadd ta’ impjegati) u għall-kumpaniji li ma jimpjegawx aktar minn 50 persuna, benefiċċju għall-perijodu ta’ inattività għal min jaħdem għal rasu u dawk li jaħdmu b’kuntratti tal-liġi ċivili, sussidji għas-salarji u l-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sussidji għal min jaħdem għal rasu u m’għandux impjegati, u self li jista’ jiġi konvertit f’sussidji mogħtija lil min jaħdem għal rasu, lill-mikrokumpaniji u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif stipulat fil-premessi minn (4) sa (8).

(4)

B’mod aktar speċifiku, l-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, mal-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom” (2), imsemmi fit-talba tal-Polonja tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċa tnaqqis temporanju fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal min jaħdem għal rasu, għall-kooperattivi soċjali kollha (irrispettivament mill-għadd ta’ impjegati) u għall-kumpaniji b’mhux aktar minn 50 impjegat biex jitħarsu l-postijiet tax-xogħol b’risposta għat-tifqigħa tal-COVID-19. It-tnaqqis applika għall-perijodu bejn Marzu u Mejju 2020. Dawk li jimpjegaw sa 10 min-nies u, fil-biċċa l-kbira, dawk li jaħdmu għal rashom, u għall-kooperattivi soċjali kollha (irrispettivament mill-għadd ta’ impjegati), setgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ, filwaqt li għall-entitajiet li jimpjegaw bejn 10 u 50 impjegat, it-tnaqqis kien jammonta għal sa 50 %. It-tnaqqis temporanju fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jista’ jitqies bħala miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, minħabba li għandu l-għan li jipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom minn tnaqqis jew telf tad-dħul u, fil-każ tal-kumpaniji li ma jimpjegawx aktar minn 50 ruħ u għall-kooperattivi soċjali kollha, jappoġġa lill-impjegati tal-kumpaniji dment li jibqgħu f’impjieg sa tmiem il-miżura. It-tnaqqis temporanju fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jwassal għal dħul mitluf għall-Gvern, li għall-għan tal-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/672 jista’ jitqies ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(5)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew benefiċċju għal perijodu ta’ inattività għal dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li jaħdmu skont kuntratti tal-liġi ċivili li esperjenzaw tnaqqis fid-dħul minħabba l-kriżi. Il-miżura tikkonsisti minn somma f’daqqa għal dawk li jaħdmu għal rashom (50 % jew 80 % tal-paga minima – skont it-tnaqqis fid-dħul) u dawk li qed jaħdmu taħt kuntratti atipiċi (sa 80 % tal-paga minima) biex tikkumpensahom għal tnaqqis fid-dħul.

(6)

Ġew introdotti sussidji għal salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bil-kundizzjoni li kien hemm tnaqqis fil-fatturat minħabba l-kriżi. Irrispettivament mid-daqs tagħhom, l-impriżi jistgħu jitolbu kofinanzjament temporanju tal-ispejjeż tas-salarji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom. Is-sussidji għas-salarji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jistgħu jitqiesu li huma miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, f’dak li jirrigwarda n-nefqa mġarrba minn kumpaniji u entitajiet oħra li jużaw ix-xogħol b’ħinijiet aqsar jew li jnaqqsu l-ħin tax-xogħol volontarjament jew, meta l-impjegati kienu kontinwament f’impjieg sal-aħħar data dwar l-eżitu tal-baġit disponibbli, minħabba li jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu l-impjiegi, sew tul il-perijodu tal-ħin tax-xogħol imqassar jew sal-aħħar data dwar l-eżitu tal-baġit disponibbli.

(7)

L-awtoritajiet introduċew sussidji għal dawk li jaħdmu għal rashom u ma jkollux impjegati. Is-sussidji jipprovdu kofinanzjament temporanju ta’ parti mill-ispejjeż tal-operat ta’ negozju li jiġġarrbu minn persuni fiżiċi mingħajr impjegati. L-ammont jiddependi fuq it-tnaqqis fil-fatturat u jammonta għal bejn 50 % u 90 % tal-paga minima.

(8)

Finalment, l-awtoritajiet introduċew miżura li tipprovdi self li jista’ jiġi kkonvertit f’għotjiet lil dawk li jaħdmu għal rashom, mikrokumpaniji u organizzazzjonijiet nongovernattivi. Il-miżura tipprovdi mikroself ta’ sa PLN 5 000. Is-self jista’ jiġi kkonvertit f’għotjiet jekk il-benefiċjarju jkompli l-operazzjonijiet għal tliet xhur wara li s-self ikun tħallas. Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li n-nefqa tkun pubblika, jenħtieġ li tkun in-nefqa relatata ma’ self li jiġi konvertit f’għotjiet biss li tiġi appoġġata skont ir-Regolament (UE) 2020/672.

(9)

Il-Polonja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Polonja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 11 668 118 894 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ miżuri ġodda u estensjoni tal-miżuri eżistenti, li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Polonja.

(10)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Polonja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Polonja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjo-ekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(12)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma teliminax il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(13)

Jenħtieġ li l-Polonja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Polonja implimentat dik in-nefqa.

(14)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Polonja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza. B’mod partikolari, l-ammont tas-self ġie stabbilit biex jiżgura l-konformità mar-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll tas-self kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2020/672,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Polonja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Polonja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 11 236 693 087. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Polonja f’massimu ta’ għaxar ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Polonja għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Polonja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kif previst fl-Art. 31zo tal-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, għall-kooperattivi soċjali kollha (irrispettivament mill-għadd ta’ impjegati) u, għal kumpaniji li ma jimpjegawx aktar minn 50 persuna, il-parti tan-nefqa fir-rigward tal-ħaddiema li baqgħu f’impjieg;

(b)

benefiċċju għal perijodu ta’ inattività għal min jaħdem għal rasu u dawk li jaħdmu skont kuntratti tal-liġi ċivili, kif previst fl-Art. 15zq u 15zua tal-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom”;

(c)

sussidji għal salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ kumpaniji u entitajiet oħra li qed jużaw ix-xogħol b’ħinijiet aqsar jew li volontarjament naqqsu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati kienu kontinwament f’impjieg, kif previst fl-Art. 15 g, 15ga, 15gg, 15zzb, 15zze, 15zze2 tal-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom”;

(d)

sussidji għal persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati kif previst fl-Artikolu 15zzc tal-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom”;

(e)

self konvertibbli f’sussidji mogħtija lil min jaħdem għal rasu, mikrokumpaniji u organizzazzjonijiet nongovernattivi, għall-ammont realment ikkonvertit f’għotjiet, kif previst fl-Art. 15zzd u fl-Art. 15zzda tal-“Att tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-eradikazzjoni tal-COVID-19, mard infettiv ieħor u sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati minnhom”.

Artikolu 4

Il-Polonja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Dz.U. 2020 poz. 374, bl-emendi.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1354

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Portugiża biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Awwissu 2020, il-Portugall talab assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tiegħu biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Portugall biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Portugall kien mistenni li jkollu defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,5 % u 131,6 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Portugall huwa previst li jonqos b’9,8 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Portugall. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Portugall fir-rigward tal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti tas-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, kif stabbiliti fil-premessi minn (4) sa (17).

(4)

‘Il-Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar’, imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, tintroduċi miżura li tappoġġa ż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali stabbilit fil-Kodiċi tax-Xogħol tal-Portugall. Il-miżura tipprovdi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom. Il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi hija soġġetta għal limitu aktar baxx ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attività kummerċjali tagħhom jew ikunu qed jesperjenzaw telf sinifikanti fid-dħul.

(5)

Id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’ u d-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, kienu l-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ miżuri li jindirizzaw l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dawn jinkludu l-appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali. Din il-miżura hija simili għall-miżura msemmija fil-premessa (4) iżda għandha proċeduri simplifikati biex tippermetti aċċess aktar mgħaġġel għall-fondi. Il-miżura tipprovdi benefiċċju lid-ditti eliġibbli biex ikopru 70 % tal-kumpens tal-impjegati, bil-kumpens tal-impjegati jkun ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju gross normali tagħhom, kif ukoll l-eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur. Il-korrezzjoni ta’ żewġ terzi hija soġġetta għal limitu aktar baxx ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Id-ditti eliġibbli jridu jkunu ssospendew l-attività kummerċjali tagħhom jew esperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perijodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn qabel dak il-perijodu. Il-miżura ġiet estiża diversi drabi inkluż bir-reviżjoni tal-kalkolu tal-kumpens tal-impjegati għal 80 % tas-salarju gross normali tagħhom u l-introduzzjoni tat-twaqqif gradwali tal-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tad-ditti benefiċjarji. Peress li l-eżonerazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tikkonsisti fi dħul mitluf għall-Gvern, għall-fini tar-Regolament (UE) 2020/672 din tista’ titqies li hija ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(6)

F’każijiet fejn id-ditti jkunu fi kriżi minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, qed jibbenefikaw minn miżuri msemmija fil-premessa (4) jew (5) u għandhom programm tat-taħriġ approvat mis-servizzi pubbliċi nazzjonali tal-impjiegi u tat-taħriġ, fil-qafas ta’ programmi vokazzjonali speċjali, l-impjegati u l-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw, minflok tnaqqis tal-ħin tax-xogħol, minn kumpens għat-taħriġ biex ikopru s-sostituzzjoni tal-introjtu, kif ukoll il-kostijiet marbuta għat-taħriġ, li jrid isir matul il-ħinijiet tax-xogħol.

(7)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet introduċew miżura ta’ appoġġ speċjali għad-ditti biex l-attività tan-negozju terġa’ tibda. Sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lura għax-xogħol u jiffaċilitaw iż-żamma tal-impjiegi, id-ditti li l-impjegati tagħhom ibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-premessa (4) jew (5) jistgħu jirċievu benefiċċju ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali għal kull impjegat rilevanti mħallas f’pagament wieħed, jew għal darbtejn is-salarju minimu nazzjonali għal kull impjegat imħallas b’mod gradwali fuq perijodu ta’ sitt xhur. Meta l-appoġġ jingħata b’mod gradwali, id-ditti jibbenefikaw ukoll minn eżenzjoni parzjali ta’ 50 % fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur rispettiv b’referenza għall-impjegati rilevanti.

(8)

Finalment, fil-qafas tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’ u d-‘Digriet Amministrattiv Nru 58-A/2020 tal-14 ta’ Awwissu’, l-awtoritajiet introduċew suppliment għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-premessa (4) jew (5). L-impjegati eliġibbli huma dawk li, b’referenza għal Frar 2020, is-salarju tagħhom ma kienx jaqbeż darbtejn is-salarju minimu nazzjonali. L-impjegati jirċievu benefiċċju ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju gross ta’ Frar 2020 u dak tal-perijodu li fih l-impjegat kien kopert minn xi waħda miż-żewġ skemi ta’ appoġġ imsemmija hawn fuq, b’livell limitu ta’ EUR 100 u limitu massimu ta’ EUR 351.

(9)

Id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u l-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ (2) imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, introduċew miżura ta’ appoġġ speċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema informali u s-soċji maniġerjali. Il-miżura tipprovdi benefiċċju ta’ kull xahar ugwali għall-introjtu rreġistrat tal-individwu, b’limitu massimu ta’ EUR 438,81 meta l-introjtu jkun inqas minn EUR 658,21, jew għal żewġ terzi tal-introjtu rreġistrat tal-individwu b’limitu massimu ta’ EUR 438,81 meta l-introjtu jkun akbar minn EUR 658,21. Limitu inizjali ta’ EUR 219,41 kien applikat għall-ammont globali ta’ appoġġ ta’ kull xahar bejn it-13 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju 2020. Il-persuni eliġibbli huma l-individwi li ssospendew l-attività kummerċjali tagħhom jew li qed jesperjenzaw telf fid-dħul ta’ mill-inqas 40 % fil-perijodu ta’ 30 jum qabel it-talba għal appoġġ, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel jew mal-medja fix-xahar tax-xahrejn qabel dak il-perijodu.

(10)

Id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, imsemmi fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jintroduċi benefiċċju tal-familja għall-impjegati li ma jistgħux jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jassistu lil uliedhom taħt it-12-il sena jew persuni dipendenti oħra. Il-miżura tipprovdi benefiċċju li jkopri 50 % tal-kumpens tal-impjegati. Bħala regola, il-kumpens tal-impjegati jikkorrispondi għal żewġ terzi tas-salarju gross normali, b’limitu aktar baxx ekwivalenti għas-salarju minimu nazzjonali u limitu massimu ekwivalenti għal tliet darbiet is-salarju minimu nazzjonali. Din il-miżura tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, billi tipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati li jgħin biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tħaris tat-tfal meta l-iskejjel ikunu magħluqin u b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu u r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom ma titpoġġiex f’riskju.

(11)

L-‘Ordni tal-Gvern Nru 3485-C/2020 tas-17 ta’ Marzu’, l-‘Ordni tal-Gvern Nru 4395/2020 tal-10 ta’ April’ u l-‘Ordni tal-Gvern Nru 5897-B/2020 tat-28 ta’ Mejju’,imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jintroduċu miżura ta’ appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali. L-appoġġ pubbliku jikkonsisti f’benefiċċju li jkopri s-salarju ta’ min iħarreġ anki jekk it-taħriġ vokazzjonali ma jsirx.

(12)

Ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 97/2020 tat-8 ta’ April’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 120/2020 tat-28 ta’ April’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 128/2020 tal-5 ta’ Mejju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 129/2020 tal-5 ta’ Mejju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 195/2020 tal-15 ta’ Lulju’, ir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 196/2020 tal-15 ta’ Lulju’ u r-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 200/2020 tas-17 ta’ Lulju’, imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jintroduċu numru ta’ miżuri reġjonali relatati max-xogħol fir-reġjun awtonomu tal-Azores. Il-miżuri speċifiċi li jinkludu pagament supplimentari reġjonali fuq skemi nazzjonali, jiġifieri fuq xogħol b’ħinijiet iqsar, appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal ditti bil-għan li jerġgħu jibdew attività kummerċjali, huma maħsuba biex jippreservaw l-impjiegi fl-Azores waqt it-tifqigħa tal-COVID-19. L-appoġġ fil-qafas tal-miżuri jiddependi fuq iż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol u fuq it-tkomplija tal-attività kummerċjali.

(13)

Ir-‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira Nru 101/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u l-‘Ordinanza Nru 133-B/2020 tal-Viċi Presidenza tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira u tas-Segretarjat Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali u ċ-Ċittadinanza tat-22 ta’ April’, imsemmijin fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jintroduċu għadd ta’ miżuri reġjonali relatati mal-impjieg fir-reġjun awtonomu ta’ Madeira. Il-miżuri speċifiċi li jinkludu pagament supplimentari reġjonali fuq skemi nazzjonali, jiġifieri fuq xogħol b’ħinijiet iqsar, appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal ditti bil-għan li jerġgħu jibdew attività kummerċjali, huma maħsuba biex jippreservaw l-impjiegi f’Madeira waqt it-tifqigħa tal-COVID-19. L-appoġġ fil-qafas tal-miżuri jiddependi fuq iż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol u fuq it-tkomplija tal-attività kummerċjali.

(14)

Id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u l-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ (3), imsemmijin fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jipprovdu benefiċċju għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li bħalissa ma jistgħux iwettqu l-attività professjonali tagħhom minħabba iżolament profilattiku. Dawn il-ħaddiema għandhom dritt għal benefiċċju ekwivalenti għas-salarju bażiku tagħhom. Dawk l-atti legali jintroduċu wkoll benefiċċju tal-mard minħabba infezzjoni bil-COVID-19. Imqabbel mal-iskema standard tal-Portugall tal-benefiċċju tal-mard, l-għoti tal-benefiċċju tal-mard tal-COVID-19 mhuwiex soġġett għal perijodu ta’ stennija. L-appoġġ pubbliku jikkonsisti f’benefiċċju ugwali għas-salarju gross.

(15)

Id-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’, imsemmi fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, jippermetti x-xiri ta’ tagħmir protettiv personali biex jintuża fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari fi sptarijiet pubbliċi, fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira bħala miżura relatata mas-saħħa. Barra minn hekk, dak l-att legali jintroduċi kampanja ta’ iġjene fl-iskejjel bil-għan li jiġi żgurat ir-ritorn sikur għax-xogħol tal-lekċerers, ta’ membri oħra tal-persunal u tal-istudenti.

(16)

L-awtoritajiet introduċew l-ittestjar rigward infezzjoni bil-COVID-19 għall-pazjenti stazzjonarji u l-ħaddiema ta’ sptarijiet pubbliċi, kif ukoll għall-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet tat-tħaris tat-tfal. Il-kost tal-ittestjar huwa ffinanzjat mill-baġit ġenerali u, għalhekk, ma għandux bażi legali espliċita.

(17)

Finalment, il-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’, imsemmija fit-talba tal-Portugall tal-11 ta’ Awwissu 2020, tintroduċi kumpens speċjali għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkonsisti f’bonus għall-prestazzjoni, li jitħallas darba biss, korrispondenti għal ammont ekwivalenti għal 50 % tas-salarju gross normali tal-impjegat.

(18)

Il-Portugall jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Portugall ipprovda lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 5 934 462 488 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Iż-żieda relatata direttament mal-miżuri ta’ hawn fuq li huma skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija għax hija relatata kemm maż-żewġ miżuri ġodda kif ukoll maż-żieda fid-domanda għall-miżuri eżistenti, li flimkien ikopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Portugall.

(19)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Portugall u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19 imsemmija fit-talba tal-11 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(20)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Portugall jiġi megħjun jindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(21)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(22)

Jenħtieġ li l-Portugall jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Portugall implimenta dik in-nefqa.

(23)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Portugall, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Portugall jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Portugall self li jammonta għal massimu ta’ EUR 5 934 462 488. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Portugall f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Il-Portugall għandu jħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Il-Portugall jista’ jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-appoġġ għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli minn 298 sa 308 tal-‘Liġi Nru 7/2009 tat-12 ta’ Frar’;

(b)

l-appoġġ speċjali ġdid u simplifikat għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu 2 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’;

(c)

il-programmi vokazzjonali speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fl-Artikoli minn 7 sa 9 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-G/2020 tas-26 ta’ Marzu’;

(d)

l-appoġġ speċjali ġdid għad-ditti għat-tkomplija tal-attività kummerċjali, kif previst fl-Artikolu 4(1) sa (7) u (10) sa (12) u fl-Artikolu 5 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’;

(e)

is-suppliment il-ġdid għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu għall-impjegati koperti jew bl-appoġġ imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tal-interruzzjoni temporanja tax-xogħol jew bit-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol normali mħaddan fil-Kodiċi tax-Xogħol tal-Portugall, jew bl-appoġġ ġdid u simplifikat introdott b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 3 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 27-B/2020 tad-19 ta’ Ġunju’, kif emendat bil-‘Liġi 58-A/2020 tal-14 ta’ Awwissu’;

(f)

l-appoġġ speċjali ġdid u progressiv għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol permezz tat-tnaqqis temporanju tal-ħin tax-xogħol normali, kif previst fid-‘Digriet Amministrattiv Nru 46-A/2020 tas-30 ta’ Lulju’;

(g)

l-appoġġ speċjali ġdid għal dawk li jaħdmu għal rashom, ħaddiema informali u s-soċji maniġerjali kif previst fl-Artikoli minn 26 sa 28 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu 325-G tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif emendata bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(h)

il-benefiċċju tal-familja għall-impjegati li ma jistgħux jaħdmu minħabba l-ħtieġa li jassistu lil uliedhom taħt it-12-il sena jew persuni dipendenti oħra kif previst fl-Artikolu 23 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(i)

l-appoġġ speċjali għaż-żamma tal-kuntratti ta’ xogħol ta’ min iħarreġ fid-dawl tal-kanċellazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali kif previst fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 3485-C/2020 tas-17 ta’ Marzu’, fl-‘Ordni tal-Gvern Nru 4395/2020 tal-10 ta’ April’ u l-‘Ordni tal-Gvern Nru 5897-B/2020 tat-28 ta’ Mejju’;

(j)

il-miżuri reġjonali relatati mal-impjiegi fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores, kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 97/2020 tat-8 ta’ April’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 120/2020 tat-28 ta’ April’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 128/2020 tal-5 ta’ Mejju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 129/2020 tal-5 ta’ Mejju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 195/2020 tal-15 ta’ Lulju’, fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 196/2020 tal-15 ta’ Lulju’ u fir-‘Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern Reġjonali tal-Azores Nru 200/2020 tas-17 ta’ Lulju’;

(k)

il-miżuri reġjonali relatati mal-impjieg fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira, kif previst fir-‘Riżoluzzjoni tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira Nru 101/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-‘Ordinanza Nru 133-B/2020 tal-Viċi Presidenza tal-Gvern Reġjonali ta’ Madeira u tas-Segretarjat Reġjonali għall-Inklużjoni Soċjali u ċ-Ċittadinanza tat-22 ta’ April’;

(l)

il-benefiċċju għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom f’iżolament profilattiku, kif previst fl-Artikolu 19 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif emendata bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(m)

il-benefiċċju tal-mard dovut minħabba infezzjoni bil-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 20 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’ u fl-Artikolu Nru 325-F tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’ kif emendata bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’;

(n)

ix-xiri ta’ tagħmir protettiv personali biex jintuża fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fi sptarijiet pubbliċi, fil-ministeri kompetenti, il-muniċipalitajiet u r-Reġjuni Awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira, kif previst fl-Artikolu 3 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(o)

il-kampanja dwar l-iġjene fl-iskejjel kif previst fl-Artikolu 9 tad-‘Digriet Amministrattiv Nru 10-A/2020 tat-13 ta’ Marzu’;

(p)

l-ittestjar rigward infezzjoni bil-COVID-19 għall-pazjenti stazzjonarji u l-ħaddiema ta’ sptarijiet pubbliċi, kif ukoll għall-impjegati tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet tat-tħaris tat-tfal;

(q)

il-kumpens speċjali ġdid għall-ħaddiema fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, kif previst fl-Artikolu 42-A tal-‘Liġi Nru 2/2020 tal-31 ta’ Marzu’, kif emendata bl-Artikolu 3 tal-‘Liġi Nru 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju’.

Artikolu 4

Il-Portugall għandu jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Kif emendata bil-Liġi 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju 2020.

(3)  Kif emendata bil-Liġi 27-A/2020 tal-24 ta’ Lulju 2020.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1355

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Rumanija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, ir-Rumanija talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-għan li tissupplimenta l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mir-Rumanija biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju mistennija li jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, ir-Rumanija kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 9,2 % u 46,2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tar-Rumanija huwa mbassar li jonqos b’6,0 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 waqqfet parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fir-Rumanija. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fir-Rumanija fir-rigward ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll miżuri relatati mas-saħħa, kif stabbilit fil-premessi minn (4) sa (11).

(4)

‘L-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 30/2020’ (2), imsemmija fit-talba tar-Rumanija tas-7 ta’ Awwissu 2020, tipprovdi benefiċċju lill-impjegati ta’ dawk l-impjegaturi li jnaqqsu jew li temporanjament jinterrompu l-attività tagħhom minħabba l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19. Il-benefiċċju huwa limitat għal 75 % tas-salarju bażiku ta’ dawk l-impjegati (iżda mhux aktar minn 75 % tas-salarju gross medju fl-ekonomija) għal kemm idum l-istat ta’ emerġenza.

(5)

“L-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 92/2020” (3), imsemmija fit-talba tar-Rumanija tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċiet benefiċċju għal dawk li l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom ġie sospiż għal mill-inqas 15-il jum matul l-istat ta’ emerġenza jew ta’ twissija, sakemm ir-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom tinżamm sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-benefiċċju jammonta għal 41,5 % tas-salarju bażiku gross ta’ dawk l-impjegati (iżda mhux aktar minn 41,5 % tas-salarju gross medju fl-ekonomija).

(6)

“L-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 132/2020” (4) introduċiet skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, li skontha, fil-każ ta’ tnaqqis temporanju tal-attività kkawżat minn stat ta’ emerġenza jew ta’ twissija, l-impjegatur għandu l-possibbiltà li jnaqqas is-sigħat tax-xogħol tal-impjegati b’sa 50 %. Matul il-perijodu ta’ tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, il-ħaddiema milquta jibbenefikaw minn kumpens ta’ 75 % tad-differenza bejn is-salarju gross għall-ħin tax-xogħol normali u s-salarju effettiv tagħhom.

(7)

Għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-professjonijiet liberi, ġew introdotti żewġ miżuri. Għal dawk li waqfu jaħdmu kompletament minħabba l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-istat jipprovdi benefiċċju ta’ 75 % tas-salarju gross medju (5). Għal dawk li jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol tagħhom, l-Istat jipprovdi benefiċċju sa 41,5 % tas-salarju gross medju.

(8)

Għal dawk li jaħdmu bil-ġurnata li jieqfu mix-xogħol b’konsegwenza tas-sospensjoni tal-attivitajiet kummerċjali minħabba l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-awtoritajiet introduċew miżura li tipprovdi benefiċċju ta’ appoġġ ta’ 35 % tar-remunerazzjoni dovuta għal kull jum ta’ xogħol, għal perijodu massimu ta’ tliet xhur.

(9)

“L-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 11/2020” (6), imsemmija fit-talba tar-Rumanija tas-7 ta’ Awwissu 2020, tipprovdi bonus għal xogħol supplimentari lill-persunal tal-istrutturi speċjalizzati tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika u tad-direttorati tas-saħħa pubblika tal-kontej u/jew tad-direttorat tas-saħħa pubblika ta’ Bucharest li jaġixxi biex jikkoordina u jimplimenta l-miżuri ta’ prevenzjoni u limitazzjoni ta’ avvenimenti li l-WHO ddikjarathom emerġenza tas-saħħa pubblika globali minħabba l-infezzjonijiet tal-COVID-19. Il-miżura tipprovdi benefiċċju ekwivalenti għal 75 % tas-salarju bażiku, għas-sigħat maħduma matul is-sigħat normali tax-xogħol u għal 100 % tas-salarju bażiku, għas-sigħat maħduma fi tmiem il-ġimgħa, fil-ġranet festivi u fi ġranet oħra mhux magħduda bħala jiem ta’ xogħol. Dik il-miżura tista’ titqies li hija miżura relatata mas-saħħa, kif imsejħa fir-Regolament (UE) 2020/672.

(10)

Lill-impjegati tas-sistema nazzjonali tad-difiża, tal-istabbilimenti ta’ detenzjoni, tal-unitajiet tas-saħħa pubblika u ta’ kategoriji oħra stabbiliti permezz ta’ ordnijiet ministerjali, l-awtoritajiet ipprovdewlhom bonus għat-tħaris tat-tfal. Il-benefiċċju huwa bil-kundizzjoni li l-ġenitur l-ieħor li ma jibbenefikax minn drittijiet alternattivi li jagħtu jiem ta’ liv lill-ġenituri għas-superviżjoni ta’ tfal fil-każ tal-għeluq temporanju tal-unitajiet edukattivi. Dik il-miżura tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol għal żmien qasir, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li tipprovdi appoġġ għall-introjtu lill-impjegati, li se tgħin biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tħaris tat-tfal waqt li l-iskejjel jinsabu magħluqa u għalhekk tgħin lill-ġenituri biex ikomplu jaħdmu, u b’hekk tipprevjeni li r-relazzjoni tax-xogħol titqiegħed f’riskju.

(11)

Fl-aħħar nett, il-“Liġi Nru 56/2020” (7), imsemmija fit-talba tar-Rumanija tas-7 ta’ Awwissu 2020, tintroduċi bonus fir-rigward ta’ kundizzjonijiet partikolarment perikolużi sa 30 % tas-salarju tal-persunal mediku li jipparteċipa fl-azzjonijiet mediċi kontra l-COVID-19.

(12)

Ir-Rumanija tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tintalab assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Ir-Rumanija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 4 370 779 006 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba ż-żieda fl-ammonti direttament relatati mal-benefiċċji tal-qgħad għall-impjegati u għal kategoriji oħra għajr l-impjegati, benefiċċju għal impjegati li jirritornaw għax-xogħol u kategoriji oħra għajr l-impjegati, skema imminenti ta’ xogħol għal żmien qasir, benefiċċju ta’ appoġġ għal dawk li jaħdmu bil-ġurnata u bonus għat-tħaris tat-tfal lil persunal speċifiku. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li huwa marbut ma’ miżuri ġodda, li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fir-Rumanija. Ir-Rumanija biħsiebha tiffinanzja EUR 271 534 419 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(13)

Il-Kummissjoni kkonsultat lir-Rumanija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li tgħin lir-Rumanija tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(15)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma tneħħix il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(16)

Jenħtieġ li r-Rumanija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn ir-Rumanija implimentat dik in-nefqa.

(17)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tar-Rumanija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li ġew applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rumanija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli self lir-Rumanija li jammonta għal massimu ta’ EUR 4 099 244 587. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lir-Rumanija f’massimu ta’ tmien ħlasijiet. L-iżborż ta’ kull ħlas parzjali jista’ jsir f’parti waħda jew aktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet ulterjuri għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Ir-Rumanija għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kull tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Ir-Rumanija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

il-benefiċċju tal-qgħad tekniku għal impjegati ta’ impjegaturi li jnaqqsu jew jinterrompu temporanjament l-attività tagħhom, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 30/2020”, l-Artikolu XI;

(b)

il-benefiċċju applikat għall-impjegati ta’ dawk l-impjegaturi li jnaqqsu jew jinterrompu temporanjament l-attività tagħhom kif previst fll-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 92/2020”, l-Artikolu I;

(c)

l-iskema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 132/2020”, l-Artikolu 1;

(d)

il-benefiċċju simili għal dak imsemmi fil-punt (a) għal kategoriji oħra għajr l-impjegati, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u l-professjonijiet liberi, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 30/2020”, l-Artikolu XV;

(e)

il-benefiċċju pprovdut mil-“Liġi Nru 6/2020 dwar il-baġit tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat għall-2020” għal kategoriji oħra għajr l-impjegati inklużi dawk li jaħdmu għal rashom u l-professjonijiet liberi, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 132/2020”, l-Artikolu 3;

(f)

il-benefiċċju ta’ sostenn għal dawk li jaħdmu bil-ġurnata kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 132/2020”, l-Artikolu 4;

(g)

il-bonus fir-rigward ta’ xogħol supplimentari għall-persunal tal-istrutturi speċjalizzati tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika u tad-direttorati tas-saħħa pubblika tal-kontej u/jew tad-direttorat tas-saħħa pubblika ta’ Bucharest, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 11/2020”, l-Artikolu 8(6);

(h)

il-bonus għat-tħaris tat-tfal mogħti lill-impjegati tas-sistema nazzjonali tad-difiża, tal-istabbilimenti ta’ detenzjoni, tal-unitajiet tas-saħħa pubblika u ta’ kategoriji oħra stabbiliti permezz ta’ ordnijiet ministerjali, kif previst fl-“Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 30/2020”, l-Artikolu I(6);

(i)

il-bonus fir-rigward ta’ kundizzjonijiet partikolarment perikolużi mogħti b’rikonoxximent tal-merti tal-persunal mediku, kif previst mil-“Liġi Nru 56/2020”, l-Artikolu 7.

Artikolu 4

Ir-Rumanija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Ippubblikata fil-Monitor Uffiċjali 231 tal-21 ta’ Marzu 2020.

(3)  Ippubblikata fil-Monitor Uffiċjali 459 tad-29 ta’ Mejju 2020.

(4)  Ippubblikata fil-Monitor Uffiċjali 720 tal-10 ta’ Awwissu 2020.

(5)  Kif previst mil-“Liġi Nru 6/2020 dwar il-baġit tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat għall-2020”.

(6)  Ippubblikata fil-Monitor Uffiċjali 102 tal-11 ta’ Frar 2020.

(7)  Ippubblikata fil-Monitor Uffiċjali 402 tal-15 ta’ Mejju 2020.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/59


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1356

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tas-Slovenja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, is-Slovenja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-għan li tissupplimenta l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mis-Slovenja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju mistennija li jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, is-Slovenja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,2 % u 83,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir interim tas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tas-Slovenja huwa pprojettat li jonqos b’7,0 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 waqqfet parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fis-Slovenja. Dan wassal għal żieda f’daqqa u għolja ħafna fin-nefqa pubblika fis-Slovenja fir-rigward ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif stabbilit fil-premessi minn (4) sa (9).

(4)

L-‘ Att li Jiddetermina l-Miżuri ta’ Intervent fuq is-Salarji u l-Kontribuzzjonijiet (ZIUPPP)’ (2) u l-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija (ZIUZEOP)’ (3), imsemmija fit-talba tas-Slovenja tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċew skema ta’ kumpens ta’ pagi għall-impjegati li ma ħadmux (jew stennew għax-xogħol) minħabba li l-impjegaturi għal xi żmien ma setgħux jipprovdu xogħol għal raġunijiet kummerċjali, forza maġġuri jew kwarantina. Il-benefiċċju pagabbli skont l-iskema huwa limitat għal 80 % tal-paga medja tal-impjegat f’dawn l-aħħar tliet xhur, iżda mhuwiex inqas mill-paga minima fis-Slovenja, u jiddependi fuq iż-żamma tal-impjegat matul il-parteċipazzjoni tal-impjegatur. Il-miżura kienet fis-seħħ mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020. Fuq il-bażi tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent biex Jittaffew u Jiġu Rimedjati l-Konsegwenzi tal-Epidemija tal-COVID-19 (ZIUOOPE)’ (4), l-iskema minn dakinhar ġiet estiża b’xi emendi mill-1 ta’ Ġunju 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020 b’estensjoni ulterjuri ppjanata sal-aħħar ta’ Settembru 2020.

(5)

Ġiet introdotta eżenzjoni mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati li jibbenefikaw mill-iskema ta’ kumpens tal-pagi. Il-miżura kienet fis-seħħ mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020.

(6)

Inħolqot skema ta’ xogħol għal żmien qasir li tippermetti lill-impjegaturi biex temporanjament jintroduċi x-xogħol part-time, filwaqt li l-impjegati jitħallsu salarju full-time. L-impjegatur jirċievi sussidju ta’ ammont fiss għas-sigħat mhux maħduma minn kull impjegat taħt il-kundizzjoni li l-impjegat jinżamm matul il-parteċipazzjoni tal-impjegatur flimkien ma’ xahar addizzjonali. L-iskema hija fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(7)

Għall-impjegati li baqgħu fil-post tax-xogħol, l-awtoritajiet introduċew skema li tissussidja l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni għad-diżabbiltà, inklużi l-kontribuzzjonijiet għal pensjonijiet professjonali. Il-miżura kienet abbinata ma’ obbligu li l-impjegatur iħallas kumpens mensili għall-kriżi ta’ EUR 200 lill-impjegati li jaħdmu u li jaqilgħu paga inferjuri għal tliet darbiet il-paga minima. L-awtoritajiet talbu biss il-parti tan-nefqa relatata mal-impjegati li kienu kontinwament fl-impjieg sal-aktar data riċenti disponibbli dwar l-eżitu. Il-miżura kienet fis-seħħ mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020.

(8)

Ġiet introdotta miżura li tipprovdi l-finanzjament tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-bdiewa u l-ħaddiema reliġjużi. Il-miżura tkopri l-kontribuzzjonijiet kollha tal-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali għal tali benefiċjarji li kienu assigurati u ma setgħux iwettqu l-attività ekonomika tagħhom, jew setgħu jwettqu biss parti minn dik l-attività, matul l-epidemija. Il-miżura kienet fis-seħħ mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020.

(9)

Fl-aħħar nett, ġiet introdotta miżura ta’ appoġġ bażiku għad-dħul għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-bdiewa u l-ħaddiema reliġjużi li pprovda sostenn ta’ EUR 350 f’Marzu 2020 u ta’ EUR 700 f’April u Mejju 2020 għal dawk il-benefiċjarji li kienu assigurati u ma setgħux iwettqu l-attività ekonomika tagħhom, jew setgħu jwettqu biss parti minn dik l-attività, matul l-epidemija. Il-miżura kienet fis-seħħ mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020.

(10)

Is-Slovenja tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tintalab assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Is-Slovenja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 203 670 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u għolja ħafna minħabba li l-miżuri l-ġodda jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fis-Slovenja. Is-Slovenja biħsiebha tiffinanzja EUR 90 000 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni kkonsultat lis-Slovenja u vverifikat iż-żieda f’daqqa u għolja ħafna fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili imsemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li tgħin lis-Slovenja tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(13)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma tneħħix il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(14)

Jenħtieġ li s-Slovenja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn is-Slovenja implimentat dik in-nefqa.

(15)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tas-Slovenja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li ġew applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Slovenja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli self lis-Slovenja li jammonta għal massimu ta’ EUR 1 113 670 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lis-Slovenja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. L-iżborż ta’ kull ħlas parzjali jista’ jsir f’parti waħda jew aktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet ulterjuri għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Is-Slovenja għandha tħallas il-kost għall-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kull tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Is-Slovenja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

skema ta’ kumpens tal-paga, kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tal-‘Att li Jiddetermina l-Miżuri ta’ Intervent fuq is-Salarji u l-Kontribuzzjonijiet’ u l-Artikoli 21 sa 32 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija’, kif emendata u kif estiża bl-Artikoli 24 sa 34 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent biex Jittaffew u Jiġu Rimedjati l-Konsegwenzi tal-Epidemija tal-COVID-19’;

(b)

eżenzjoni mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema li jibbenefikaw mill-iskema ta’ kumpens tal-pagi, kif previst fl-Artikoli 21 sa 32 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija’;

(c)

skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li tissussidja l-impjieg part-time temporanju, kif previst fl-Artikoli 11 sa 23 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent biex Jittaffew u Jiġu Rimedjati l-Konsegwenzi tal-Epidemija tal-COVID-19’;

(d)

il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni u tad-diżabilità għall-ħaddiema u kumpens mensili għall-kriżi, kif previst fl-Artikolu 33 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija’, għall-parti tan-nefqa relatata mal-impjegati li kienu kontinwament fl-impjieg sal-aktar data riċenti disponibbli dwar l-eżitu’,

(e)

il-finanzjament ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-bdiewa u l-ħaddiema reliġjużi, kif previst fl-Artikolu 38 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija’;

(f)

miżura ta’ appoġġ bażiku għad-dħul lil dawk li jaħdmu għal rashom, il-bdiewa u l-ħaddiema reliġjużi, kif previst fl-Artikolu 34 tal-‘Att li Jistabbilixxi l-Miżuri ta’ Intervent għall-Konteniment tal-Epidemija tal-COVID-19 u Jittaffew il-Konsegwenzi tagħha għaċ-Ċittadini u l-Ekonomija’.

Artikolu 4

Is-Slovenja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 36/20.

(3)  Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 49/20.

(4)  Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 80/20.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/63


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1357

tal-25 ta’ Settembru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Slovakka biex jittaffew r-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, is-Slovakkja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mis-Slovakkja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha mistennija jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, is-Slovakkja kienet mistennija jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 8,5 % u 59,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tas-Slovakkja huwa projettat li jonqos b’9,0 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fis-Slovakkja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fis-Slovakkja fir-rigward tal-iskema nazzjonali tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif stipulat fil-premessa (4).

(4)

B’mod aktar speċifiku, l-“Att Nru 5/2004 Coll. dwar is-Servizz għall-Impjiegi”, imsemmi fit-talba tas-Slovakkja tas-6 ta’ Awwissu 2020, kien il-bażi għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ miżuri biex jindirizzaw l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, inkluża skema għall-appoġġ tal-impjegaturi li kellhom jagħtu assenzi bil-permess lill-impjegati bejn Marzu 2020 u Diċembru 2021. Tali impjegaturi jistgħu jitolbu rimborż tal-ispejjeż tal-paga li jasal sa 80 % tas-salarju gross tas-soltu tal-impjegat assenti bil-permess, sa mhux aktar minn EUR 880 fix-xahar, dment li l-impjegat jinżamm. Barra minn hekk, ġie introdott għadd ta’ miżuri akkumpanjatorji: (a) kontribuzzjoni b’ammont fiss għal kull impjegat minn Marzu sa tmiem Settembru 2020 li tiddependi fuq tnaqqis fil-bejgħ ta’ mill-inqas 20 % (b’appoġġ kull xahar li jmur minn EUR 180 għal EUR 540, skont it-tnaqqis fil-bejgħ); (b) kontribuzzjoni b’ammont fiss sa tmiem Settembru 2020 pagabbli lil dawk li jaħdmu għal rashom li għandhom assigurazzjoni soċjali obbligatorja li tiddependi fuq tnaqqis fil-bejgħ ta’ mill-inqas 20 % (appoġġ ta’ kull xahar ta’ bejn EUR 180 u EUR 540, skont it-tnaqqis fil-bejgħ); (c) rimborż ta’ 80 % tas-salarju gross tal-impjegat (sa massimu ta’ EUR 1 100) sa tmiem Settembru 2020 għall-impriżi magħluqa b’digriet; u (d) għotja b’rata fissa ta’ EUR 210 fix-xahar sa tmiem Settembru 2020 għall-ħaddiema li jaħdmu b’kuntratt, kumpaniji b’persuna waħda, u dawk li jaħdmu għal rashom. L-għotja b’rata fissa tista’ titqies li hija miżura li tixbah l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, minħabba li għandha l-mira li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis jew telf tal-introjtu.

(5)

Is-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Is-Slovakkja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 077 457 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din tikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li l-miżuri jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fis-Slovakkja. Is-Slovakkja beħsiebha tiffinanzja EUR 390 262 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tal-Unjoni u EUR 56 311 400 permezz tal-finanzjament tagħha stess.

(6)

Il-Kummissjoni kkonsultat lis-Slovakkja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tas-6 ta’ Awwissu 2020, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li s-Slovakkja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(8)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma teliminax il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(9)

Jenħtieġ li s-Slovakkja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn is-Slovakkja implimentat dik in-nefqa.

(10)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tas-Slovakkja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-Slovakkja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 630 883 600. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni disponibbli għas-Slovakkja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   Is-Slovakkja għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

Is-Slovakkja tista’ tiffinanzja l-iskema nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u l-miżuri akkumpanjatorji kif previst fl-Artikolu 54(1)(e) tal-“Att Nru 5/2004 Coll. dwar is-Servizz għall-Impjiegi”.

Artikolu 4

Is-Slovakkja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.


29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/66


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1358

tat-28 ta’ Settembru 2020

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kontrolli fuq l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur normalment ibbażati fil-Bożnija-Ħerzegovina

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2, il-punt (b), f’rabta mal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/103/KE, vetturi normalment ibbażati f’pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati, fir-rigward tad-dokumentazzjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ tali vetturi, bħala vetturi normalment ibbażati fl-Unjoni fejn l-uffiċċji nazzjonali tal-Istati Membri kollha jiggarantixxu flimkien, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali proprja tiegħu dwar assigurazzjoni obbligatorja, ħlas ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkaġunati minn dawk il-vetturi.

(2)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/103/KE jagħmel l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva għal vetturi normalment ibbażati f’pajjiż terz soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assikuraturi tal-Istati Membri u l-uffiċċji tal-assikuraturi nazzjonali ta’ tali pajjiż terz. Barra minn hekk, biex jiġi applikat l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva għal tali vetturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal dawn il-vetturi, u t-tipi ta’ vetturi li għalihom għandha tapplika din id-dispożizzjoni, wara li jkun ġie stabbilit b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li tali ftehim ikun ġie konkluż.

(3)

Fit-30 ta’ Mejju 2002, l-uffiċċju nazzjonali tal-assikuraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħra kkonkludew ftehim li permezz tiegħu l-ħlas ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minħabba inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom, li jkunu kkawżati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-partijiet l-oħra għal dan il-ftehim, ikun iggarantit, irrispettivament minn jekk dawn il-vetturi ikunux assikurati (il-“Ftehim”).

(4)

Fit-13 ta’ Ġunju 2019 l-uffiċċji nazzjonali tal-assikuraturi tal-Istati Membri u dawk ta’ Andorra, l-Islanda, in-Norveġja, is-Serbja u l-Iżvizzera ffirmaw l-Addendum Nru 2 għall-Ftehim biex jinkludi l-uffiċċju nazzjonali tal-assikuraturi tal-Boznija-Ħerzegovina. Dan l-Addendum jipprovdi għall-arranġamenti prattiċi li jippermettu t-tneħħija ta’ kontrolli fuq l-assigurazzjoni għal vetturi msemmija fil-Ftehim li jkunu normalment ibbażati fit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina, li jkopru t-tipi kollha ta’ vetturi ħlief il-vetturi militari rreġistrati f’dan il-pajjiż.

(5)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-verifiki dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra responsabbiltà ċivili skont id-Direttiva 2009/103/KE fir-rigward ta’ vetturi li normalment jkunu bbażati fit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina huma ssodisfati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mid-19 ta’ Ottubru 2020, l-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu kontrolli dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tat-tipi kollha ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi militari rreġistrati f’dak il-pajjiż, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/68


DEĊIŻJONI nru 2/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM

tal-5 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359]

IL-KUMITAT KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 11 sa 13 tal-Ftehim ġew applikati b’mod proviżorju minn mindu ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017.

(2)

L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(3)

L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni fih emendi għall-Annessi I u II tal-Ftehim, li jaġġornaw l-aspetti rilevanti tal-Annessi I u II oriġinali li ġew miftiehma fl-2015. Jipprevedi wkoll soluzzjoni proviżorja biex jitħaddem il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera.

(4)

F’konformità mat-Taqsima B tal-Anness I tal-Ftehim, l-Unjoni jenħtieġ li, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), teskludi t-titjiriet li jidħlu minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. Dan ma jaffettwax il-kopertura tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru mill-EU ETS, li hija bbażata fuq l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li tipprevedi li l-kategorija ta’ attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2003/87/KE tinkludi t-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim jenħtieġ jiġi rivedut f’konformità mal-Artikolu 13(7) tal-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perjodu ta’ negozjar il-ġdid 2021–2030. Jenħtieġ li jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-Anness I tal-Ftehim bħala minimu tippreserva l-integrità tal-impenji rispettivi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet domestiċi tal-Unjoni u tal-Iżvizzera u l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Iridu jiġu evitati r-rilaxx tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tal-Ftehim huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Annessi I u II fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt

Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea

Maja-Alexandra DITTEL

Il-President

Marc CHARDONNENS

Is-Segretarju għall-Iżvizzera

Caroline BAUMANN


(1)  ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).


ANNESS

“ANNESS I

KRITERJI ESSENZJALI

A.   Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji

Din it-taqsima għandha tiġi riveduta f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dan il-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perjodu ta’ negozjar 2021–2030, kif propost mill-gvern Żvizzeru. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li r-reviżjoni ta’ din it-taqsima tippreserva bħala minimu l-integrità tal-impenji rispettivi tal-partijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi kif ukoll l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Ir-rilaxx tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati għandhom jiġu evitati.

 

Kriterji essenzjali

Fl-EU ETS

Fl-ETS tal-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra elenkati hawn taħt.

2.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi:

L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 40(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs kif stabbiliti fi:

L-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 1(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.

Għandu jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi:

L-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 1,74 % fis-sena se jiżdied għal 2,2 % fis-sena mill-2021, u se japplika għas-setturi kollha f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/410, kif kien fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 45(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 1,74 % fis-sena sal-2020.

5.

Il-mekkaniżmu ta’ stabbiltà tas-suq

Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410.

L-Artikolu 19(5) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 48 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-leġiżlazzjoni Żvizzera tipprevedi l-possibbiltà li jitnaqqsu l-volumi tal-irkanti fejn ikun hemm żieda sinifikanti ta’ kwoti fis-suq għal raġunijiet ekonomiċi.

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżviluppaw kontribut xieraq għall-istabbiltà tas-suq.

6.

Il-livell ta’ ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs dawk skont:

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II)

L-Att Federali dwar l-Awtorità Żvizzera għas-Superviżjoni tas-Swieq Finanzjarji tat-22 ta’ Ġunju 2007

L-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta’ Ġunju 2015

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR)

Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD)

L-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta’ Ġunju 2018

L-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta’ Ottubru 1997,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-regolamentazzjoni Żvizzera tas-swieq finanzjarji ma tiddefinixxix in-natura legali tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f’ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-OTC fi swieq sekondarji.

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE),

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta’ emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

7.

Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar tali arranġamenti.

8.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali

L-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 46, 4 a, 46b, 46c u 48 ta’, u l-Anness 2, tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

9.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-Artikolu 16(2) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 55b tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu biss l-użu ta’ krediti internazzjonali sal-2020.

10.

L-allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Matul il-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2020 għandu jitwarrab massimu ta’ħamsa fil-mija tal-kwantità ta’ kwoti għal entrati ġodda. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa:

L-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

L-Artikolu 18(3) u l-Artikolu (2) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 45(2) u l-Artikoli 46, 46a, 46b, 46c u 48, u l-Anness 9, tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jaqbżux il-livelli ta’ allokazzjonijiet mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/126 tal-24 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/448/UE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Kalkoli għad-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS mill-2013 sal-2020)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/746/UE tas-27 ta’ Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019

Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

(lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2015–2020)

 

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

kwalunkwe fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS fl-2015-2020 jew fl-2026-2030,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

11.

L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs kif stabbilit f’dawk skont:

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

12.

Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs fi:

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Anness IV tagħha

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ GHG skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2,

L-Artikoli minn 50 sa 53 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

13.

Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs fi:

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Anness V tagħha

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-GHG u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli minn 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

B.   Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni

 

Kriterji essenzjali

Għall-UE

Għall-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-kriterji elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-kriterji elenkati hawn taħt.

2.

Kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ GHG u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif stabbilit fi:

Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta’ Diċembru 2017 biex tidderoga temporanjament l-infurzar fir-rigward ta’ titjiriet minn u lejn pajjiżi li magħhom ma ntlaħaqx ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-Artikoli 17, 29, 35 u 56, u l-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

1.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura

Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-ŻEE.

Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS, bħal derogi fis-sens tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2003/87/KE, tista’ tapplika fir-rigward tal-ETS tal-Iżvizzera f’konformità ma’ dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

Mill-1 ta’ Jannar 2020, titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) għal ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom jiġu koperti mill-EU ETS, filwaqt li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż-ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.

Limitazzjonijiet tal-kopertura

Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tinkludi:

1.

Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta’ monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira.

2.

Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija.

3.

Titjiriet relatati ma’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza;

4.

Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944.

 

5.

Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat;

6.

Titjiriet ta’ taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta’ ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta’ trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu.

7.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika.

8.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ verifika, ittestjar jew ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art.

9.

Titjiriet imwettqa b’inġenji tal-ajru b’massa massima tat-tluq ta’ anqas minn 5 700 kilogramma.

10.

Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru kummerċjali b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 10 000 tunnellata fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b’inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

11.

Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Dawn il-limitazzjonijiet ta’ kopertura huma previsti fi:

L-Artikolu 16a tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 46(d) u l-Artikoli 55(2) u l-Anness 13 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.

Skambju ta’ data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali b’mod konformi ma’ dan l-Anness. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS.

4.

Limitu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE inizjalment alloka kwoti kif ġej:

15 % rkantati

3 % twarrbu f’riżerva speċjali

82 % ġew allokati mingħajr ħlas.

L-allokazzjonijiet ġew emendati bir-Regolament (UE) Nru 421/2014 billi l-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas tnaqqset bi proporzjon mat-tnaqqis tal-obbligu ta’ restituzzjoni (l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE). Ir-Regolament (UE) 2017/2392, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, estenda dan l-approċċ sal-2023, u japplika l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 2,2 % mill-1 ta’ Jannar 2021.

Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perjodi ta’ negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu allokati kif ġej:

15 % għandhom jiġu rkantati,

3 % għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali

82 % għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas.

Din l-allokazzjoni tista’ tiġi riveduta f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim.

 

Sal-2020, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi kkalkulata minn isfel għal fuq abbażi tal-kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skont id-distribuzzjoni tal-limitu kif imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS għandha teħtieġ l-aġġustamenti proporzjonali korrispondenti għall-ammonti li jridu jiġu allokati.

Mill-2021, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi determinata mil-limitu fl-2020, filwaqt li titqies rata perċentwali ta’ tnaqqis possibbli skont l-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 18 tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

5.

L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar ta’ kwoti

L-Artikoli 3d u 28a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 19(a) u (4) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6.

Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru

L-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għal parteċipanti ġodda u għal dawk bi tkabbir mgħaġġel, ħlief li sal-2020, minħabba li s-sena ta’ referenza għall-akkwist ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018, l-Iżvizzera mhux se jkollha riżerva speċjali.

Din ir-riżerva speċjali hija prevista fi:

L-Artikolu 18(3) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

7.

Parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-parametru referenzjarju annwali huwa ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun għola minn dak fl-EU ETS.

Sal-2020, il-parametru referenzjarju annwali għandu jkun ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Dan il-parametru referenzjarju huwa previst fi:

L-Artikolu 46f(1) u (2) u l-Anness 15, l-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

8.

Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-aġġustamenti għandhom isiru skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-ħruġ ta’ kwoti b’mod proporzjonali mal-obbligi korrispondenti ta’ rapportar u ta’ ċediment li jirriżultaw mill-kopertura attwali skont l-EU ETS ta’ titjiriet bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera.

L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data dwar tunnellati-kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza bil-parametru referenzjarju applikabbli.

Din l-allokazzjoni bla ħlas hija prevista fi:

L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 46f(1) u (2) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

9.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 4 u l-Artikolu 4a(1) u l-Anness 2 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

10.

Limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali.

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-użu tal-krediti internazzjonali għandu jkun ta’ 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati sal-2020.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 55d tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

11.

Kisba ta’ data dwar tunnellatai-kilometri għas-sena ta’ referenza

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni hawn taħt, il-kisba ta’ data dwar tunnellati-kilometri għandha ssir fl-istess ħin u bl-istess metodu bħall-kisba ta’ data dwar tunnellati-kilometri għall-EU ETS.

Sal-2020 u f’konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

l-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

12.

Monitoraġġ u rapportar

L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ GHG skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2,

L-Artikoli minn 50 sa 52 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

13.

Verifika u Akkreditament

L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-GHG u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

14.

Amministrazzjoni

Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).

F’konformità mal-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru:

b’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew

bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera fil-qafas tal-ETS kollegati.

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni, il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni, il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-UE.

Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

15.

Ċediment

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-EU (ŻEE) għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS.

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera.

16.

Infurzar ġuridiku

Il-Partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.

17.

Attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jiġu attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ April tas-sena ta’ attribuzzjoni u qabel l-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ attribuzzjoni.

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.

L-attribuzzjoni ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru m’għandhiex taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta’ obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS Żvizzera, u viċeversa).

18.

Modalitajiet għall-implimentazzjoni

Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data meta japplika dan il-Ftehim.

19.

Assistenza mill-Eurocontrol

Għall-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.

C.   Kriterji Essenzjali għar-Reġistri

L-ETS ta’ kull Parti għandha tinkludi reġistru u reġistru tat-tranżazzjonijiet, li għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin b’rabta mal-mekkaniżmi u mal-proċeduri tas-sigurtà u b’rabta mal-ftuħ u mal-ġestjoni tal-kontijiet:

Kriterji Essenzjali b’rabta mal-Mekkaniżmi u mal-Proċeduri tas-Sigurtà

Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tad-data maħżuna fis-sistema. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi tas-sigurtà li ġejjin:

Kriterji Essenzjali

Biex jiġu aċċessati l-kontijiet, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi għall-utenti kollha li jaċċessaw il-kont.

Kemm biex tinbeda tranżazzjoni kif ukoll biex din tiġi approvata hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ ffirmar tat-tranżazzjoni. Il-kodiċi ta’ konferma għandu jintbagħat lill-utenti barra mill-kanal fiss ta’ komunikazzjoni.

Kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet segwenti għandha tinbeda minn persuna waħda u tiġi approvata minn oħra (il-prinċipju ta’ 4-għajnejn):

l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn amministratur, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet kif definiti fl-LTS

it-trasferimenti kollha ta’ unitajiet sakemm ma jkunux ġustifikati minn miżura alternattiva li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà.

Għandu jkun hemm sistema ta’ notifiki fis-seħħ li twissi lill-utenti meta jitwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-kontijiet u l-kontijiet ta’ depożitu tagħhom.

Japplika dewmien minimu ta’ 24 siegħa bejn il-bidu ta’ trasferiment u l-eżekuzzjoni tiegħu lill-utenti kollha sabiex jirċievu l-informazzjoni u jwaqqfu kwalunkwe trasferiment illeġittimu suspettat.

L-amministratur Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-utenti dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom (pereżempju PC, network) u fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-data/tan-navigazzjoni fuq l-Internet.

Fir-rigward tal-kwoti, l-emissjonijiet għas-sena 2020 jistgħu jiġu koperti biss minn kwoti maħruġa fil-perjodu mill-2013 sal-2020.

Kriterji Essenzjali b’rabta mal-Ftuħ u l-Ġestjoni tal-Kontijiet

Kriterji Essenzjali

Ftuħ ta’ Kont tal-Operatur/Kont ta’ Depożitu tal-Operatur

L-applikazzjoni mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti għat-talba ta’ ftuħ ta’ Kont (ta’ Depożitu) tal-Operatur għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (Uffiċċju Federali tal-Ambjent, FOEN, għall-Iżvizzera). L-applikazzjoni għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika l-installazzjoni tal-ETS u ID xierqa tal-installazzjoni.

Ftuħ ta’ Kont ta’ Operatur tal-Inġenji tal-Ajru/Kont ta’ Depożitu ta’ Operatur tal-Inġenji tal-Ajru

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru kopert mill-ETS tal-Iżvizzera jew mill-EU ETS għandu jkollu kont tal-operatur tal-inġenji tal-ajru/kont ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru wieħed. Fil-każ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-awtorità kompetenti Żvizzera dan il-kont għandu jinżamm fir-reġistru Żvizzeru. L-applikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur tl-inġenji tal-ajru jew mit-trasferiment tiegħu minn Stat Membru tal-UE (ŻEE) lill-awtoritajiet Żvizzeri. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi jew kodiċijiet uniċi tal-inġenju tal-ajru operat mill-applikant li jaqgħu fil-qafas tal-ETS tal-Iżvizzera u/jew tal-EU ETS.

Ftuħ ta’ Kont Personali/Kont ta’ Depożitu Personali

L-applikazzjoni għal talba għall-ftuħ ta’ kont personali jew ta’ kont ta’ depożitu personali għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera). Għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-detentur/tal-applikant tal-kont u għandha tinkludi tal-anqas:

għal persuna fiżika: prova tal-identità u d-dettalji ta’ kuntatt

għal persuna ġuridika:

il-kopja tar-reġistru kummerċjali, jew

l-istrumenti li jistabbilixxu l-entità legali u dokument ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-entità legali

ir-rekords kriminali tal-persuna fiżika jew fil-każ ta’ persuna ġuridika tad-diretturi tagħha

Rappreżentanti Awtorizzati/tal-Kont

Kull kont għandu jkollu tal-anqas rappreżentant awtorizzat/tal-kont wieħed innominat mid-detentur tal-kont prospettiv. Ir-rappreżentanti awtorizzati/tal-kont għandhom jibdew it-tranżazzjonijiet u proċessi oħra f’isem id-detentur tal-kont. Meta jiġi nnominat ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont, għandha tiġi trażmessa l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont:

isem u dettalji ta’ kuntatt

id-dokument ġustifikattiv tal-identifikazzjoni

rekord kriminali.

Kontroll tad-dokumenti

Kull kopja ta’ dokument li tiġi sottomessa bħala evidenza għall-ftuħ ta’ kont personali/kont ta’ depożitu personali jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/ta’ kont trid tkun ċertifikata bħala kopja vera. Fir-rigward ta’ dokumenti maħruġa barra mill-Istat li jkun qed jitlob kopja, il-kopja għandha tiġi legalizzata. Id-data taċ-ċertifikazzjoni u, fejn rilevanti, tal-leġiżlazzjoni ma tridx tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

Rifjut għall-ftuħ jew għall-aġġornament ta’ kont jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/tal-kont

Amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) jista’ jirrifjuta li jiftaħ jew li jaġġorna kont jew li jinnomina rappreżentant awtorizzat/ta’ kont diment li r-rifjut ikun raġonevoli u ġustifikabbli. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom ikunu ġustifikati abbażi ta’ mill-inqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu mhux kompluti, skaduti, jew inkella skorretti

ir-rappreżentant prospettiv ikun qed jiġi investigat jew ikun instab ħati fil-ħames snin preċedenti ta’ frodi li tinvolvi kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew reati gravi oħra li għalihom il-kont seta’ kien strumentali

raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

Reviżjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-kont

Id-detenturi tal-kont għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe tibdil fil-kont jew fid-data dwar l-utent lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) appoġġat minn informazzjoni kif meħtieġ mill-amministratur nazzjonali li huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni.

Mill-anqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jirrevedi jekk l-informazzjoni relatata ma’ kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur tal-kont jinnotifika kwalunkwe tibdil skont kif ikun xieraq.

Sospensjoni ta’ Aċċess għal Kont

Fejn tinkiser kwalunkwe dispożizzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim relattivament għal reġistri jew tkun pendenti xi investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-aċċess għall-kontijiet jista’ jiġi sospiż.

Kunfidenzjalità u żvelar tal-informazzjoni

L-informazzjoni, inkluż iż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unità tal-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL jew fl-SSTL, fir-Reġistru tal-Unjoni, fir-reġistru Żvizzeru u fi kwalunkwe reġistru ieħor tal-Protokoll ta’ Kjoto għandhom jitqiesu kunfidenzjali.

Tali informazzjoni kunfidenzjali tista’ tingħata lill-entitajiet pubbliċi rilevanti wara talba tagħhom jekk dawn it-talbiet isegwu objettiv leġittimu u huma ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati (għall-finijiet ta’ investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni tat-taxxa, infurzar, awditjar u superviżjoni finanzjarja għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, kriminalità serja oħra, il-manipulazzjoni tas-suq jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali ta’ Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-EU ETS u tal-ETS tal-Iżvizzera.

D.   Kriterji Essenzjali għall-Pjattaformi tal-Irkantar u għall-Attivitajiet tal-Irkantar

L-entitajiet li jwettqu l-irkanti tal-kwoti fl-ETS tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin u għandhom iwettqu l-irkanti skont dan:

 

Kriterji Essenzjali

1.

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tintgħażel permezz ta’ proċess li jiżgura trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs, nondiskriminazzjoni u kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant potenzjali differenti abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist.

2.

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun awtorizzata għal din l-attività u għandha tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha; dawk is-salvagwardji jinkludu, fost l-oħrajn, arranġamenti għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom ikun espost is-suq, li jkun hemm regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għal irkantar ġust u ordnat u biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġi faċilitat il-funzjonament kif suppost.

3.

L-aċċess għall-irkanti għandu jkun soġġett għal rekwiżiti minimi fir-rigward ta’ kontrolli adegwati tad-diliġenza tal-klijenti biex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jimminawx l-operat tal-irkanti.

4.

Il-proċess tal-irkantar għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien u tas-sekwenza tal-bejgħ u tal-volumi stmati li għandhom ikunu disponibbli. L-elementi prinċipali tal-metodu tal-irkantar, inkluż l-iskeda, id-dati u l-volumi stmati tal-bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-entità li tmexxi l-irkant tal-anqas xahar qabel il-bidu tal-irkanti. Kwalunkwe aġġustament sinifikanti għandu jitħabbar malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, inkluż minn qabel ukoll.

5.

L-irkantar tal-kwoti għandu jitwettaq bl-objettiv li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt fuq l-ETS ta’ kull Parti. L-entità inkarigata mill-irkant għandha tiżgura l-prezzijiet uniformi tal-irkanti ma jiddevjawx b’mod sinifikanti mill-prezz rilevanti għall-kwoti fis-suq sekondarju matul il-perjodu tal-irkant, sitwazzjoni li tkun tindika nuqqas fl-irkanti. Il-metodoloġija li tiddetermina d-devjazzjoni msemmija fis-sentenza ta’ qabel għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq.

6.

L-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li hija pertinenti għall-irkanti, inklużi l-leġiżlazzjoni, il-gwidi u l-formoli kollha, għandha tiġi ppubblikata b’mod miftuħ u trasparenti. Ir-riżultati ta’ kull irkant mwettaq għandhom jiġu ppubblikati malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli u jinkludu l-informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti. Ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-irkanti għandhom jiġu ppubblikati tal-anqas darba fis-sena.

7.

L-irkant tal-kwoti għandu jkun soġġett għal regoli u proċeduri adegwati biex itaffi r-riskju ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu fl-irkanti. Kemm jista’ jkun possibbli, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom ma jkunux inqas stretti minn dawk applikabblki għas-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet. B’mod partikolari, l-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ miżuri, proċeduri u proċessi sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti. Għandha timmonitorja wkoll l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq u tinnotifika lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’każ ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

8.

L-entità li twettaq l-irkanti u l-irkantar tal-kwoti għandha tkun soġġetta għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom il-kompetenzi legali neċessarji u l-arranġamenti tekniċi biex jagħmlu superviżjoni ta’:

l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-operaturi tal-pjattaformi tal-irkanti

l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-intermedjarji professjonali li jaġixxu f’isem il-klijenti

l-imġiba u t-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, sabiex jiġi evitat abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

it-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, sabiex jiġi evitat il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Sa fejn ikun possibbli, is-superviżjoni ma għandhiex tkun inqas stretta mis-superviżjoni fuq is-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet.

L-Iżvizzera għandha tagħmel sforz biex tagħmel użu minn entità privata għall-irkantar tal-kwoti tagħha, f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Sa meta tiġi kuntrattata tali entità, u diment li l-għadd ta’ kwoti li jkunu se jiġu rkantati f’sena jkun taħt limitu fiss, l-Iżvizzera tista’ tkompli tuża l-arranġamenti attwali għall-irkantar, jiġifieri l-irkanti operati mill-FOEN, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Il-livell limitu għandu jkun ta’ 1 000 000 kwota, li jinkludi l-kwoti li għandhom jiġu rkantati għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

2.

Għandhom japplikaw il-kriterji essenzjali minn 1 sa 8, bl-eċċezzjoni tal-kriterji 1 u 2, filwaqt li l-aħħar sentenza tal-kriterju 5 u l-kriterji 7 u 8 japplikaw biss għall-FOEN sal-limitu possibbli.

Għandu japplika l-Kriterju Essenzjali 3, flimkien mad-dispożizzjoni li ġejja: l-ammissjoni għas-sottomissjoni ta’ offerti fl-irkanti tal-kwoti Żvizzeri skont l-arranġamenti għall-irkantar li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih ġie ffirmat dan il-Ftehim għandhom jiġu garantiti għall-entitajiet kolla fiż-ŻEE li huma ammessi biex jissottomettu offerti fl-irkanti fl-Unjoni.

L-Iżvizzera tista’ toħroġ mandat lill-entitajiet li jwettqu l-irkant li jinsabu fiż-ŻEE.

ANNESS II

STANDARDS TEKNIĊI TAL-KOLLEGAMENT

Biex jitħaddem il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera, għandha tiġi stabbilita soluzzjoni proviżorja sa Mejju 2020 jew kemm jista’ jkun malajr wara. Kemm jista’ jkun malajr, il-partijiet għandhom jikkooperaw biex jissostitwixxu s-soluzzjoni proviżorja b’kollegament ta’ reġistru permanenti.

L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) għandhom jispeċifikaw:

l-arkitettura tal-kollegament ta’ komunikazzjoni

is-sigurtà tat-trasferiment tad-data

il-lista ta’ funzjonijiet (tranżazzjonijiet, rikonċiljazzjoni …)

id-definizzjoni ta’ servizzi web

ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tad-data

l-arranġamenti operattivi (uffiċċju ta’ informazzjoni, appoġġ)

il-pjan dwar l-attivazzjoni ta’ komunikazzjoni u l-proċedura tal-ittestjar

il-proċedura tal-ittestjar tas-sigurtà.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-amministraturi jridu jieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-SSTL, l-EUTL kif ukoll il-kollegament ikunu operazzjonali 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, u li l-interruzzjonijiet fl-operat tal-SSTL, tal-EUTL u fil-kollegament iridu jinżammu għall-minimu.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-komunikazzjonijiet bejn l-SSTL u l-EUTL jikkonsistu minn skambji siguri ta’ messaġġi tas-servizzi web abbażi tat-teknoloġiji li ġejjin (1) 1:

servizzi web bl-użu tal-Protokoll SOAP (Simple Object Access Protocol) jew ekwivalenti

Network Privat Virtwali (VPN) ibbażat fuq il-hardware

XML (Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli)

firma diġitali, u

protokolli ta’ sinkronizzazzjoni tal-ħin fuq network

L-LTS għandhom jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà għar-reġistru Żvizzeru, għall-SSTL, għar-reġistru tal-Unjoni u għall-EUTL u dawn għandhom jiġu dokumentati fi “pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà”. B’mod partikolari, l-LTS għandhom jispeċifikaw li:

jekk ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL allura ż-żewġ Partijiet għandhom minnufih javżaw lil xulxin u jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL

fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkondividu immedjatament l-informazzjoni ma’ xulxin. Skont kemm ikun hemm disponibbiltà tad-dettalji tekniċi, għandu jiġi kondiviż rapport li jiddeskrivi l-inċident (id-data, il-kawża, l-impatt, ir-rimedji) bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni fi żmien 24 siegħa wara l-ksur tas-sigurtà.

Il-proċedura dwar l-ittestjar tas-sigurtà stabbilita fl-LTS għandha titlesta qabel jiġi stabbilit il-kollegament ta’ komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL, u kull meta jkun hemm bżonn ta’ verżjoni jew rilaxx ġdid tal-SSTL jew tal-EUTL.

L-LTS għandhom jipprovdu żewġ ambjenti għall-ittestjar minbarra l-ambjent għall-produzzjoni: ambjent għall-ittestjar għall-iżviluppaturi u ambjent ta’ aċċettazzjoni.

Il-Partijiet għandhom jipprovdu evidenza permezz tal-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni li turi li matul l-aħħar tnax-il xahar tkun saret valutazzjoni indipendenti tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tas-sigurtà u b’mod partikolari l-ittestjar tal-penetrazzjoni għandu jsir fuq kull rilaxx ġdid maġġuri tas-software f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tal-penetrazzjoni ma għandux isir mill-iżviluppatur tas-software jew minn sottokuntrattur tal-iżviluppatur tas-software..


(1)  1 Attwalment dawk it-teknoloġiji qed jintużaw biex tiġi stabbilita konnessjoni bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet kif ukoll bejn ir-Reġistru Żvizzeru u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet.