|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1293 tal-15 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ażadiraktin ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1285
tal-11 ta’ Settembru 2020
li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020. |
|
(2) |
Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-pixxispad li l-bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Portugall għall-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N, imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikulari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
10/TQ/123 |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
SWO/AS05N u kondizzjoni speċjali SWO/*AN05N |
|
Speċi |
Pixxispad (Xiphias gladius) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N |
|
Data tal-għeluq |
14.8.2020 |
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1286
tad-9 ta’ Settembru 2020
li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Scotch Whisky)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Renju Unit tat-8 ta’ Mejju 2018 biex tapprova emenda fl-iskeda teknika marbuta mal-Indikazzjoni Ġeografika “Scotch Whisky”, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-iskedi tekniċi mressqa fil-kuntest ta’ kwalunkwe applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti. |
|
(3) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(4) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rigward l-isem “Scotch Whisky”, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1287
tad-9 ta’ Settembru 2020
li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Hierbas de Mallorca)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja tas-17 ta’ Diċembru 2018 għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-iskeda teknika marbuta mal-Indikazzjoni Ġeografika “Hierbas de Mallorca”, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem “Hierbas de Mallorca” f’“Hierbas de Mallorca”/“Herbes de Mallorca”. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-iskedi tekniċi mressqa fil-kuntest ta’ kwalunkwe applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti. |
|
(3) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(4) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rigward għall-isem “Hierbas de Mallorca”, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni,
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1288
tad-9 ta’ Settembru 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
Prodott li jikkonsisti f’likwidu bla kulur f’kontenitur ċilindriku żgħir, li jesa’ 2 ml, b’pinzell fin wieħed fuq l-għatu li jinqala’. Il-pinzell huwa ddisinjat biex jintuża biex jiġi applikat il-likwidu. Il-prodott huwa conditioner għax-xagħar tal-għajnejn u huwa maħsub biex jintuża biex irattabhom u bħala nutrijent. Jgħin biex jipproteġihom mill-fraġilità u mit-tkissir u billi tiġi estiża l-fażi ta’ tkabbir tax-xagħar tal-għajnejn u b’hekk it-tul tal-ħajjithom. Il-prodott fih l-ingredjenti ewlenin li ġejjin:
Il-prodott huwa ppreżentat f’kaxxa tal-kartun, għall-bejgħ bl-imnut. |
3304 99 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 3304 u 3304 99 00. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3305 hija eskluża minħabba li l-prodott huwa preparat li jiġi applikat fuq ix-xagħar f’partijiet tal-ġisem tal-bniedem għajr ir-ras (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 3305, nota ta’ esklużjoni). Peress li l-prodott jgħin biex ix-xagħar ikun aktar flessibbli, artab u jleqq, jitqies bħala preparat għas-sbuħija (ara wkoll n-NSSA tal-intestatura 3304, (A)(3)). Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3307 bħala “preparati tal-fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra” hija eskluża. Konsegwentement, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3304 99 00 bħala preparat tas-sbuħija. |
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1289
tad-9 ta’ Settembru 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Wipes tal-karti mhux minsuġa mhux riutilizzabbli (madwar 3 cm x 6 cm kull waħda), imġeżwra individwalment u ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’kaxxi li jesgħu 100 wipe. Il-wipes huma imprenjati b’soluzzjoni alkoħolika li tikkonsisti minn 70 % isopropil alkoħol u 30 % ilma. Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża għad-diżinfezzjoni ġenerali tal-ġilda u ta’ superfiċi oħrajn (bħal pereżempju s-superfiċi tal-istrumenti mediċi mhux invażivi). |
3808 94 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3808, 3808 94 u 3808 94 90. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3005 hija eskluża minħabba li l-wipes ma jintużaw għall-ebda skop mediku, kirurġiku, dentali jew veterinarju (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3005, l-ewwel paragrafu). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3402 hija eskluża minħabba li l-iskop ewlieni tal-prodott mhuwiex it-tindif iżda d-diżinfezzjoni. Il-prodott jitqies bħala diżinfettant u huwa ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut bħala diżinfettant (ara n-nota 2 tat-Taqsima VI). Konsegwentement, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3808 94 90 bħala diżinfettant, ippreżentat għall-bejgħ bl-imnut. |
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1290
tad-9 ta’ Settembru 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Paletti tal-injam magħmulin minn diversi saffi ta’ fuljetti tal-fagu jew tal-betula, b’tul ta’ bejn 480 mm u 1960 mm, wisa’ ta’ bejn 25 mm u 105 mm u ħxuna ta’ madwar 10 mm. Huma mqaxxrin, laminati, mwaħħlin bil-kolla u miksija. Il-ġnub tal-paletti huma ttundjati u l-paletti jistgħu jkunu dritti jew imżaqqin. Għandhom kapaċità għolja ta’ tagħbija u saħħa kbira tal-liwi. Huma mfasslin biex jiġu assemblati mingħajr proċessar ulterjuri fl-oqfsa tas-sodod, tal-pultruni jew tas-sufanijiet. Ara l-istampa (*1) |
4421 99 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 4421, 4421 99 u 4421 99 99. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9401 jew 9403 bħala parts tal-għamara hija eskluża, l-ewwel nett, minħabba li mhuwiex possibbli li wieħed jiddetermina jekk il-paletti humiex unikament/speċifikament maħsuba biex jiġu assemblati fl-oqfsa tal-prodotti tal-intestatura 9401 jew fl-oqfsa tal-prodotti tal-intestatura 9403. Il-Kapitolu 94 ikopri biss il-parts tal-oġġetti tal-intestaturi 9401 u 9403, meta jkunu jistgħu jiġu identifikati permezz tal-forma tagħhom jew permezz ta’ karatteristiki speċifiċi oħra ta’ dawn l-intestaturi (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) tal-Kapitolu 94, Parts). It-tieni nett, il-paletti ma jikkostitwixxux parts ta’ sodod, pultruni jew sufanijiet, iżda peress li huma ddisinjati biex jiġu assemblati fl-oqfsa tagħhom, jikkostitwixxu parts ta’ irfid għas-saqqijiet tal-intestatura 9404. Skont in-Nota 3 (B) tal-Kapitolu 94, l-irfid tas-saqqijiet, ippreżentati separatament, ma għandhomx jiġu kklassifikati, inter alia, fl-intestaturi 9401 jew 9403 bħala parts ta’ oġġetti. Peress li l-intestatura 9404 ma tkoprix il-“parts”, iżda l-prodott kompluti biss, il-klassifikazzjoni taħt dik l-intestatura hija eskluża wkoll. Skont il-karatteristiki oġġettivi tagħhom (dimensjonijiet akkoppjati, ġnub ittundjati, trattament tal-wiċċ, kapaċità għolja ta’ tagħbija u saħħa kbira tal-liwi) il-paletti jistgħu jintgħarfu bħala parts tal-oqfsa. Dawn inħadmu b’tali mod li ngħataw il-karattru essenzjali ta’ oġġetti ta’ intestatura oħra (oġġetti tal-injam laminat) (ara wkoll l-HSEN tal-intestatura 4412, it-tieni paragrafu). Għaldaqstant il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4412 bħala injam laminat hija eskluża. Għalhekk il-paletti għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-materjal kostitwenti tagħhom taħt il-kodiċi NM 4421 99 99 bħala oġġetti oħrajn tal-injam. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1291
tad-9 ta’ Settembru 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett (imsejjaħ “kaxxa għall-konnettur”) fil-forma ta’ kaxxa rettangolari vojta minn ġewwa, magħmula mill-plastik, ta’ daqs ta’ madwar 60 x 190 x 170 mm. L-oġġett huwa maħsub biex jintuża ħalli jingħalqu fih moduli ta’ kontroll elettroniċi f’tipi differenti ta’ vetturi jew magni biex jipproteġi fiżikament il-kuntatti elettroniċi mill-ħmieġ u mill-umdità. Ara l-istampa (*1). |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3926, 3926 90 u 3926 90 97. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8536 bħala “apparat elettriku għall-iswitching jew għall-protezzjoni ta’ ċirkwiti elettriċi, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet ma’ jew ġewwa ċirkwiti elettriċi” hija eskluża, minħabba li l-oġġett inkwistjoni huwa biss kaxxa u ma jinkludix konnetturi, kuntatti jew komponenti tagħhom (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 8536, il-parti (III), (C)). L-oġġett ma jitqiesx li huwa parti minn magna skont it-tifsira tan-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI, peress li l-konnettur, il-kuntatt jew il-komponenti tagħhom jaħdmu xorta waħda mingħajru u l-oġġett qiegħed hemm biss biex itejjeb il-funzjonalità tagħhom. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8538 bħala parti tajba biss jew prinċipalment għall-użu mal-apparat tal-intestatura 8536, hija eskluża. Il-prodott ma jitqiesx bħala fitting iżolanti għall-apparat elettriku tal-intestatura 8547 billi mhuwiex imfassal speċifikament għal skopijiet ta’ iżolament iżda huwa mfassal biex jipproteġi l-konnessjonijiet elettriċi (ara wkoll l-NSSA tal-intestatura 8547, il-parti (A)). Għaldaqstant, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti (plastik) taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħra tal-plastik. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1292
tal-15 ta’ Settembru 2020
fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-Agrilus planipennis Fairmaire mill-Ukrajna u li jemenda l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(2) u 72(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Agrilus planipennis Fairmaire (“il-pest speċifikat”) huwa mniżżel bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2). Huwa wkoll elenkat bħala pest ta’ prijorità fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3). |
|
(2) |
Fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għall-pajjiżi terzi fejn il-pest ikun preżenti ġew stabbiliti rekwiżiti tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata tas-siġar iżolati fir-rigward tal-pest speċifikat. Skont il-Parti A tal-Anness XI għal dak ir-Regolament, huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti jew prodotti mill-pjanti bħal dawn mill-pajjiżi terzi tal-oriġini rispettivi. |
|
(3) |
F’Novembru 2019, l-Ukrajna kkonfermat l-ewwel sejbiet uffiċjali tal-pest speċifikat fit-territorju tagħha. |
|
(4) |
Dak il-pajjiż mhuwiex elenkat fost il-pajjiżi terzi li l-importazzjoni minnu fit-territorju tal-Unjoni hija permessa skont l-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi biex tiġi evitata l-introduzzjoni possibbli fl-Unjoni tal-pest speċifikat preżenti fuq ċerti tipi ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata mill-Ukrajna. |
|
(5) |
Filwaqt li jitqies ir-riskju fitosanitarju tal-pest speċifikat, il-pjanti rispettivi, l-injam u l-qoxra magħrufa li huma ospitanti tiegħu u li joriġinaw mill-Ukrajna, meta jiġu introdotti fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi dikjarazzjoni addizzjonali li tiddikjara li joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat. Jenħtieġ li tali dikjarazzjoni addizzjonali tiġi stabbilita skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti u tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni minn qabel. Ċerti tipi ta’ injam jenħtieġ li jiġu importati biss jekk ikun sar trattament xieraq jew jekk ikunu tneħħew il-qoxra u parti mill-ilbieba tal-injam, sabiex ikun żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni fitosanitarja. |
|
(6) |
Minħabba li l-istatus tal-pest speċifikat fl-Ukrajna jeħtieġ konferma ulterjuri, jenħtieġ li tinkiseb evidenza teknika u xjentifika addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju fitosanitarju li dan joħloq għall-Unjoni. Tali evidenza jeħtieġ li tinkiseb ukoll dwar il-preżenza tiegħu f’pajjiżi terzi oħra, sabiex jiġu aġġornati l-miżuri rispettivi elenkati mniżżla fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu rieżaminati malajr kemm jista’ jkun. |
|
(7) |
Anki l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ jiġi emendat, sabiex jirrikjedi li l-pjanti u l-prodotti mill-pjanti rispettivi li jiġu introdotti mill-Ukrajna fl-Unjoni jkollhom ċertifikat fitosanitarju. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-Agrilus planipennis Fairmaire mill-Ukraina.
Artikolu 2
Introduzzjoni f’Unjoni ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata li joriġinaw mill-Ukrajna
Il-pjanti, l-injam u l-qoxra iżolata li joriġinaw mill-Ukrajna għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mal-miżuri rispettivi mniżżla fl-Anness.
Artikolu 3
Emenda għall-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
Il-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
fil-punt 3, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.”, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”; |
|
(b) |
fil-punt 11, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.”, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”; |
|
(c) |
fil-punt 12, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch., u inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu” it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”. |
Artikolu 4
Rieżami tal-miżuri provviżorji
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma mmirati lejn l-indirizzar tar-riskji fitosanitarji li mhumiex ivvalutati b’mod sħiħ u li għandhom karattru temporanju.
Dawn il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn sena wara l-jum tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).
ANNESS
Lista ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li joriġinaw mill-Ukrajna, u r-rekwiżiti korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2
|
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Miżuri |
||||||||||||||
|
ex 0602 10 90 ex 0602 20 20 ex 0602 20 80 ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50 ex 0602 90 70 ex 0602 90 99 ex 0604 20 90 ex 1404 90 00 |
Il-pjanti għandhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||
|
ex 4401 12 00 ex 4403 12 00 ex 4403 99 00 ex 4404 20 00 ex 4406 12 00 ex 4406 92 00 4407 95 10 4407 95 91 4407 95 99 ex 4407 99 27 ex 4407 99 40 ex 4407 99 90 ex 4408 90 15 ex 4408 90 35 ex 4408 90 85 ex 4408 90 95 ex 4416 00 00 ex 9406 10 00 |
L-injam jissodisfa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
|
||||||||||||||
|
ex 4401 22 00 ex 4401 40 10 ex 4401 40 90 |
L-injam jissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||
|
ex 1404 90 00 ex 4401 40 90 |
Il-qoxra għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1293
tal-15 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ażadiraktin
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE (2) inkludiet l-ażadiraktin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ażadiraktin, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, kienet ristretta għall-użu bħala insettiċida. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-27 ta’ Frar 2012, Trifolio-M GmbH, wieħed mill-produtturi tas-sustanza attiva, ippreżenta applikazzjoni lill-Ġermanja, l-Istat Membru maħtur bħala relatur, fejn talab emenda għall-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tal-ażadiraktin sabiex jiġi permess l-użu tagħha bħala akariċida. L-Istat Membru maħtur bħala relatur sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli. |
|
(5) |
L-Istat Membru maħtur bħala relatur ivvaluta kif l-użu ġdid tas-sustanza attiva ażadiraktin jista’ jaffettwa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u pprepara addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rapport addizzjonali li ġie ppreżentat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2013. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ċċirkolat l-addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rapport addizzjonali lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti u qegħditu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant intalab jibgħat informazzjoni addizzjonali. Il-Ġermanja vvalutat l-informazzjoni addizzjonali u ppreżentat addendum rivedut mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rapport addizzjonali lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-19 ta’ Settembru 2017. |
|
(7) |
Fl-14 ta’ Settembru 2018, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha (5) lill-Kummissjoni dwar jekk hux mistenni li l-użu l-ġdid tas-sustanza attiva ażadiraktin jissodisfax il-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz tal-addendum mar-rapport tar-rieżami tal-ażadiraktin u abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(8) |
L-applikant ġie mistieden jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-addendum mar-rapport tar-rieżami. |
|
(9) |
Dwar l-użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati meta l-prodott jintuża bħala akariċida. Għaldaqstant, jixraq li tiġi rtirata r-restrizzjoni għall-użu tal-ażadiraktin bħala insettiċida biss. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tat-13 ta’ April 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ażadiraktin bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 43).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance azadirachtin (Margosa extract) EFSA Journal 2018;16(9):5234. Doi: 10.2903/j.efsa.2018.5234.
ANNESS I
Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 343, ażadiraktin, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-ażadiraktin, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-addendum mar-rapport ta’ rieżami dwar l-ażadiraktin, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fis-17 ta’ Lulju 2020, għandhom jiġu kkunsidrati.
F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
|
(1) |
għall-esponiment dijetetiku tal-konsumaturi fid-dawl ta’ reviżjonijiet futuri tal-Livelli Massimi tar-Residwi; |
|
(2) |
għall-ħarsien tal-atropodi u l-organiżmi akkwatiċi mhux fil-mira. |
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji.”
Rettifika
|
16.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/27 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1276 tal-11 ta’ Settembru 2020 dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bromossinil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 300 tal-14 ta’ Settembru 2020 )
|
1. |
Fil-paġna 34, fl-Artikolu 3, id-data tinbidel kif ġej: |
minflok:
sal-14 ta’ Marzu 2021,
aqra:
sas-17 ta’ Marzu 2021;
|
2. |
Fil-paġna 34, fl-Artikolu 4, id-data tinbidel kif ġej: |
minflok:
sal-14 ta’ Settembru 2021,
aqra:
sas-17 ta’ Settembru 2021.