|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1198
tas-7 ta’ Awwissu 2020
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem elenkat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Piave” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Piave” li ġiet irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2010 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Piave” (DOP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2010 tal-21 ta’ Mejju 2010 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Piave (DPO)] (ĠU L 126, 22.5.2010, p. 10).
|
14.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1199
tat-13 ta’ Awwissu 2020
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 ħalli ssir projbizzjoni temporanja fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu frott li joriġina mill-Arġentina ħalli jkunu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE. (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2), flimkien mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni hi pprojbita, flimkien mal-pajjiżi terzi, gruppi ta’ pajjiżi terzi jew żoni speċifiċi ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika l-projbizzjoni, kif previst fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 (3) tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-frott ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, għajr il-frott ta’ Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka, li joriġinaw mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t’Isfel jew mill-Urugwaj, biex tipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta’ Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (“il-pest speċifikat”). |
|
(3) |
F’Mejju, f’Ġunju, f’Lulju u fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2020, l-Istati Membri nnotifikaw b’mod rikorrenti lill-Kummissjoni b’interċezzjonijiet tal-pest speċifikat fuq il-frott ta’ Citrus limon (L.) N. Burm.f. u Citrus sinensis (L.) Osbeck li joriġina mill-Arġentina (“il-frott speċifikat”), misjuba waqt l-ispezzjonijiet tagħhom tal-importazzjonijiet. |
|
(4) |
Dawk l-interċettazzjonijiet rikorrenti juru li s-salvagwardji fitosanitarji fis-seħħ bħalissa fl-Arġentina mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-pest speċifikat fl-Unjoni. Għaldaqstant, hemm riskju fitosanitarju inaċċettabbli minħabba l-preżenza tal-pest speċifikat fil-frott speċifikat, u dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b’xi waħda mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(5) |
Minħabba f’hekk, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-frott speċifikat jenħtieġ tiġi pprojbita temporanjament, irrispettivament minn jekk ikunx destinat esklussivament għall-ipproċessar industrijali tal-meraq jew le. |
|
(6) |
Dik il-projbizzjoni temporanja jenħtieġ tapplika sat-30 ta’ April 2021 biex tindirizza r-riskju kontinwu tal-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-pest speċifikat, biex l-Arġentina tkun tista’ taġġorna s-sistema taċ-ċertifikazzjoni tagħha u tiġi awditjata mill-Kummissjoni. Dik id-data jenħtieġ tiġi riveduta skont il-bżonn, abbażi tas-sejbiet tal-awditu. |
|
(7) |
Għalhekk l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/2072 jenħtieġ jiġi emendat skont dan, filwaqt li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/715 jenħtieġ tibqa’ tapplika għall-frott u l-pajjiżi terzi kollha kkonċernati. |
|
(8) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat ir-riskju fitosanitarju kkawżat mill-pest speċifikat u l-frott speċifikat, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għall-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
Fl-Anness VI tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
“21. |
Citrus limon (L.) N. Burm.f. u Citrus sinensis (L.) Osbeck (sat-30 ta’ April 2021) |
ex 0805 50 10 0805 10 22 0805 10 24 0805 10 28 ex 0805 10 80 |
L-Arġentina”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta’ ċertu frott f’xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta’ ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 16).
Rettifika
|
14.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/5 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-Istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019 )
F’paġna 154, fl-Artikolu 81(1):
minflok:
“f’pajjiżi jew f’territorji terzi”,
aqra:
“f’pajjiżi terzi jew territorji”.
F’paġna 154, fl-Artikolu 81(2):
minflok:
“minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi”,
aqra:
“minn pajjiżi terzi jew territorji”.
F’paġna 160, fl-Anness I, fil-Parti 4, fil-Punt 3(b)(iv) u f’paġna 163, fil-Parti 8, fil-Punt 1(a)(iii):
minflok:
“minn pajjiżi u territorji terzi”,
aqra:
“minn pajjiżi terzi u territorji”.