ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
6 ta' Awwissu 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 tal-5 ta’ Awwissu 2020 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 5 ta’ Awwissu 2020. li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1160 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea ( 1 )

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1161 tal-4 ta’ Awwissu 2020 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2020) 5205)  ( 1 )

32

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2020 Tal-Kumitat Konġunt Ke/Gżejjer Faeroe tas-27 ta’ Lulju 2020 li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra [2020/1162]

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga ( ĠU L 250, 3.8.2020 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TA’IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1158

tal-5 ta’ Awwissu 2020

dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(4), l-punti (a), (c) u (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 (3) kien stabbilixxa l-livelli massimi ta’ radjuattività permessi f’ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Stabbilixxa wkoll li l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-kontrolli fuq it-tali prodotti sabiex jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-livelli ta’ radjuattività stabbiliti f’dak ir-Regolament, qabel ma l-prodott jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dak ir-Regolament skada fil-31 ta’ Marzu 2020. Peress li r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/274/Euratom (4) tirreferi għal-livelli massimi permessi ta’ radjuattività stabbiliti minn dak ir-Regolament tal-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata biex tirreferi għal-livelli massimi stabbiliti b’dan ir-Regolament.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl fis-26 ta’ April 1986, ammonti konsiderevoli ta’ elementi radjuattivi ġew rilaxxati fl-atmosfera u affettwaw firxa wiesgħa ta’ pajjiżi terzi. Kontaminazzjoni bħal din tista’ xorta tikkostitwixxi theddida għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk jixraq li jkun hemm miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni biex tkun żgurata s-sikurezza tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew jiġu kkunsinnati minn dawn il-pajjiżi terzi.

(3)

L-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi għall-possibbiltà li jiġu adottati ċerti miżuri tal-Unjoni għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz fejn huwa evidenti li dak l-ikel jew għalf probabbli li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u tali riskju ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru/l-Istati Membri kkonċernat(i). F’konformità mal-prattika adottata wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fukushima li tibda bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (5) biex tibbaża dawn il-miżuri fuq l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu introdotti miżuri ta’ segwitu bbażati fuq dik id-dispożizzjoni.

(4)

Fl-opinjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2018 (6) u tat-13 ta’ Ġunju 2019 (7), il-Grupp ta’ Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom ikkonferma li l-livelli ta’ radjuattività massimi permessi attwalment f’termini ta’ ċeżju radjuattiv huma ta’ 370 Bq/kg għall-ħalib, il-prodotti tal-ħalib u l-“oġġetti tal-ikel għat-trabi” u ta’ 600 Bq/kg għall-prodotti l-oħra kollha jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni. Billi t-terminu “oġġetti tal-ikel għat-trabi” fl-opinjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti jirreferi għal oġġetti tal-ikel għal tfal sa tliet snin, jixraq li jintuża t-terminu “oġġetti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar”, f’konformità mad-definizzjonijiet għat-trabi u t-tfal żgħar previsti fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-prodotti l-oħra li għalihom japplika l-livell massimu ta’ 600 Bq/kg huma ikel, inkluż ikel ta’ importanza minuri, minbarra oġġetti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar, u għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (9).

(5)

Ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi affettwati mill-aċċident ta’ Chernobyl għadhom juru kontaminazzjoni biċ-ċeżju radjuattiv li taqbeż il-livelli massimi permessi msemmija hawn fuq. Sejbiet fl-aħħar snin jipprovdu evidenza li l-kontaminazzjoni biċ-ċeżju-137 wara l-aċċident ta’ Chernobyl għadha għolja għal numru ta’ prodotti li joriġinaw minn speċi li jgħixu u li qed jikbru fil-foresti u fil-boskijiet. Dan huwa relatat ma’ livelli sinifikanti kontinwi ta’ ċeżju radjuattiv f’din l-ekosistema u n-nofs ħajja fiżika tiegħu ta’ 30 sena.

(6)

Filwaqt li ir-radjonuklide ċesju-134, b’nofs ħajja fiżika ta’ madwar sentejn, iddiżintegra kompletament mill-aċċident ta’ Chernobyl ’l hawn, jixraq li l-livell massimu jirreferi biss għaċ-ċeżju-137, peress li minn perspettiva analitika, l-analiżi taċ-ċeżju-134 tikkostitwixxi piż addizzjonali.

(7)

Każijiet ta’ nonkonformità mal-livelli massimi ġew innotifikati fl-aħħar 10 snin lis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) f’kunsinni ta’ faqqiegħ importati minn għadd ta’ pajjiżi terzi. Fl-aħħar 10 snin, ġew irrappurtati ftit każijiet ta’ nonkonformità mal-livelli massimi lir-RASFF f’unsinni ta’ cranberries, mirtill u frott ieħor u prodotti derivati tal-ġens Vaccinium u ma ġiet irrappurtat l-ebda nonkonformità fil-laħam tal-kaċċa.

(8)

Minn dan isegwi li l-ikel u l-għalf importati minn ċerti pajjiżi terzi jista’ jkun fihom kontaminazzjoni radjuattiva u għalhekk huwa probabbli li joħolqu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent li jeħtieġ miżuri fil-livell tal-Unjoni qabel dawk il-prodotti jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 (10) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 733/2008. Dan jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi affettwati mill-aċċident ta’ Chernobyl joħorġu ċertifikati tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli li jattestaw li l-prodotti li jakkumpanjawhom jikkonformaw mal-livelli massimi permessi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 733/2008. Il-pajjiżi terzi speċifiċi kkonċernati huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2000 (11) jistabbilixxi elenku ta’ prodotti li għalihom kien japplika r-Regolament (KE) Nru 733/2008.

(11)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jintegra r-regoli applikabbli għall-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni f’qafas leġiżlattiv uniku sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-katina agroalimentari tal-Unjoni u jirregola l-obbligi li jiġu ppreżentati ċerti kategoriji ta’ oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għal kontrolli uffiċjali li jeħtieġ isiru qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni.

(12)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni, jixraq li jiġi stabbilit mudell uniku għaċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ikel u għalf soġġett għal kundizzjonijiet speċjali għad-dħul fl-Unjoni.

(13)

Iċ-ċertifikati uffiċjali jenħtieġ li jinħarġu bil-miktub jew f’forma elettronika. Għalhekk, jixraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali fiż-żewġ każijiet, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625. F’dan ir-rigward, il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u għall-użu ta’ firem elettroniċi inkluż fir-rigward ta’ ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati uffiċjali li ma jiġux sottomessi fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (12), japplikaw ukoll għal ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità mà dan ir-Regolament.

(14)

Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin u l-abbuż, huwa importanti li jiġu definiti l-każijiet fejn jista’ jinħareġ ċertifikat uffiċjali sostitut u r-rekwiżiti li jeħtieġ jiġu ssodisfati minn tali ċertifikat. Każijiet bħal dawn ġew stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628 fir-rigward ta’ ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Bil-għan li jiġi żgurat approċċ koerenti, jixraq li jiġi previst li fil-każ ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni, ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu sostitwiti f’konformità mal-proċeduri għaċ-ċertifikati ta’ sostituzzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628

(15)

Minħabba l-effetti dejjiema tal-kontaminazzjoni radjuattiva, jixraq li l-elenku tal-pajjiżi terzi affettwati mill-inċident ta’ Chernobyl ma tinbidilx f’dan l-istadju. Madankollu, il-Bulgarija u r-Rumanija, li sadanittant saru Stati Membri, jenħtieġ li għalhekk ma jiġux inklużi f’dak l-elenku. Il-Liechtenstein u n-Norveġja, li huma parti miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għalhekk mhumiex soġġetti għall-kontrolli rilevanti, jenħtieġ li ma jiġux inklużi f’dak l-elenku. Rieżami ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-elenku tal-pajjiżi terzi affettwati jenħtieġ li jsir sal-31 ta’ Marzu 2030. B’mod parallel, jista’ jsir aġġustament għall-miżuri fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, fi stadju iktar bikri, jekk analiżi aktar dettaljata tal-livell ta’ kontaminazzjoni f’pajjiż rispettiv turi livelli aktar baxxi.

(16)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ġie miżjud mal-lista tal-pajjiżi koperti mir-Regolament (KE) Nru 733/2008 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/595 mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih (13). Ir-Regolament (KE) Nru 733/2008 ġie inkluż iktar tard fl-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ (14). Skont l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, din ir-referenza tinkludi wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1635/2006. Minn dan isegwi, li għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1635/2006, u (KE) Nru 733/2008 flimkien mar-Regolament (UE) 2019/595, kif ukoll ta’ dan ir-Regolament li jissostitwixxi dawn l-atti, ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq jeħtieġ japplika dan ir-Regolament daqs li kieku l-Irlanda ta’ Fuq kienet Stat Membru tal-Unjoni. L-Irlanda ta’ Fuq għalhekk jenħtieġ li ma tkunx inkluża fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament filwaqt li l-bqija tar-Renju Unit jenħtieġ li jkun inkluż f’dak l-Anness. Peress li dan ir-Regolament japplika biss għal pajjiżi terzi, iż-żieda tar-Renju Unit mal-Anness tapplika biss mid-data li fiha d-dritt tal-Unjoni ma jibqax applikabbli għar-Renju Unit u fih skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(17)

Minħabba l-esperjenza bil-kontrolli attwali u n-numru baxx ta’ każijiet li jaqbżu l-livelli massimi permessi, jitqies biżżejjed li jiġu meħtieġa jsiru kontrolli tad-dokumentazzjoni fuq il-kunsinni kollha ta’ faqqiegħ ħlief faqqiegħ ikkultivat u ta’ cranberries selvaġġi, mirtill u frott ieħor u prodotti derivati tal-ġens Vaccinium akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, ikkomplementat b’kontrolli tal-identità u verifiki fiżiċi, inkluż analiżi tal-laboratorju dwar il-preżenza taċ-ċeżju radjuattiv, ta’ dawn il-kunsinni bi frekwenza ta’ 20 %.

(18)

Peress li dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolamenti (KE) Nru 1609/2000 u (KE) Nru 1635/2006, dawk ir-Regolamenti jenħtieġ li jitħassru.

(19)

Sabiex tkun tista’ ssir tranżizzjoni bla xkiel għall-miżuri l-ġodda, jixraq li tiġi prevista miżura tranżizzjonali rigward il-kunsinni akkumpanjati b’ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1635/2006, dment li dawn iċ-ċertifikati jinħarġu qabel l-1 ta’ Settembru 2020.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal ikel, inkluż ikel ta’ importanza minuri, u għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament (Euratom) 2016/52 li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament (“il-prodotti”), jew jiġu kkunsinnati minn tali pajjiżi, li huma maħsuba għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kategoriji ta’ kunsinni tal-prodotti li ġejjin, sakemm il-piż gross tagħhom ma jaqbiżx 10 kg ta’ prodott frisk jew 2 kg ta’ prodott niexef:

(a)

kunsinni mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali, kampjuni tal-laboratorju jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

(b)

kunsinni li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u huma maħsuba għall-konsum jew għall-użu personali;

(c)

kunsinni mhux kummerċjali mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

(d)

kunsinni maħsuba għall-finijiet xjentifiċi.

F’każ ta’ dubju dwar l-użu maħsub tal-prodotti msemmija fil-punti (b) u (c), l-oneru tal-provi huwa tas-sid tal-bagalja personali u tar-riċevitur tal-kunsinna, rispettivament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser “post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(2)

“kunsinna” tfisser “kunsinna” kif iddefinita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni

1.   Il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2.   Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livelli massimi permessi akkumulati ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fit-termini taċ-ċeżju-137, li ġejjin:

(a)

370 Bq/kg għal ħalib u prodotti tal-ħalib u ikel għal trabi u tfal żgħar kif definit fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;

(b)

600 Bq/kg għall-prodotti l-oħrajn kollha ikkonċernati.

3.   Kull kunsinna ta’ prodotti elenkati fl-Anness II, b’referenza għall-kodiċi relevanti min-Nomenklatura Magħquda, minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4. Kull kunsinna għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi tal-identifikazzjoni li għandu jkun indikat fuq iċ-ċertifikat uffiċjali u fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED), kif previst fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 4

Ċertifikat uffiċjali

1.   Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 3(3) għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini jew tal-pajjiż terz fejn tiġi kkunsinnata l-kunsinna, jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini, f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.

2.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandu jkollu l-kodiċi tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(3) tal-kunsinna li jirreferi għaliha;

(b)

għandu jinħareġ qabel ma l-kunsinna li huwa relatat magħha titlaq minn taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat;

(c)

għandu jkun validu għal mhux aktar minn erba’ xhur mid-data tal-ħruġ, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fil-paragrafu 6.

3.   Iċ-ċertifikat uffiċjali li ma jiġix sottomess fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat, għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti għall-mudelli ta’ ċertifikati uffiċjali mhux sottomessi fl-IMSOC stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni biss f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628.

5.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela abbażi tal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

6.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu juri li l-prodotti jikkonformaw mal-livelli massimi permessi stabbiliti fl-Artikolu 3(2). Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkun akkumpanjat mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi mwettqa fuq dik il-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini jew tal-pajjiż minn fejn tkun ikkunsinnata l-kunsinna, jekk dak il-pajjiż huwa differenti mill-pajjiż ta’ oriġini.

Artikolu 5

Kontrolli uffiċjali fid-dħul fl-Unjoni

1.   Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fid-dħul tagħhom fl-Unjoni permezz ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u fil-punti ta’ kontroll.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom iwettqu kontrolli tal-identità u kontrolli fiżiċi fuq dawn il-kunsinni, inkluż analiżi tal-laboratorju dwar il-preżenza taċ-ċeżju-137, bi frekwenza ta’ 20 %.

Artikolu 6

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu biss ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3), fuq preżentazzjoni ta’ CHED iffinalizzat b’mod xieraq kif previst fl-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jikkonferma li l-kunsinna hija f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2030.

Valutazzjoni dettaljata fuq il-livell ta’ kontaminazzjoni fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I għandha ssir abbażi tar-riżultati tal-kontroll disponibbli u, jekk xieraq, abbażi tal-eżitu ta’ din il-valutazzjoni, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, il-prodotti elenkati fl-Anness II u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2), għandhom jiġu rieżaminati skont dan qabel dik id-data.

Artikolu 8

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1609/2000 u (KE) Nru 1635/2006 huma mħassra.

Artikolu 9

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) akkumpanjati b’ċertifikati rilevanti maħruġa qabel l-1 ta’ Settembru 2020 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006, għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/274/Euratom dwar il-protezzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-esponiment li jirriżulta mill-kontaminazzjoni kontinwa biċ-ċeżju radjuattiv f’ċerti prodotti tal-ikel mhux ikkultivati, bħala konsegwenza tal-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 55).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(6)  Opinjoni tal-Grupp ta’ Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom dwar il-Prolongament tal-aktar Regolament riċenti wara Chernobyl – ir-Regolament tal-Kunsill 733/2008 emendat bir-Regolament tal-Kunsill 1048/2009 (Adottat fil-laqgħa tal-15 ta’ Novembru 2018). Disponibbli fuq:

https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/opinion_on_prolongation_of_post-chernobyl_regulations_15_november_2018.pdf

(7)  Opinjoni tal-Grupp ta’ Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom dwar abbozz ta’ proposta għal regolament ta’ implimentazzjoni li jimponi kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ikel, ikel ta’ importanza minuri u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (Adottat fil-laqgħa tat-13 ta’ Ġunju 2019) [Bl-Ingliż]. Disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/opinion_on_implementing_regulation_on_post-chernobyl_measures_13_june_2019.pdf

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 306, 7.11.2006, p. 3).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi kull elenku ta’ prodotti esklużi mill-applikar ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 185, 25.7.2000, p. 27).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati, (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 101).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/595 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (ĠU L 103, 12.4.2019, p. 22).

(14)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(1)

L-Albanija

Il-Belarussja

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Il-Kosovo (1)

Il-Maċedonja ta’ Fuq

Il-Moldova

Il-Montenegro

Ir-Russja

Is-Serbja

L-Iżvizzera

It-Turkija

L-Ukrajna

Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja eskluża l-Irlanda ta’ Fuq (2)


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Applikabbli mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ.


ANNESS II

Lista ta’ prodotti li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0709 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0709 59

faqqiegħ, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0710 80 61

faqqiegħ tal-ġens Agaricus (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0710 80 69

faqqiegħ ieħor (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat b’mod proviżorju (pereżempju, b’gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0711 59 00

faqqiegħ ieħor ippreservat b’mod proviżorju (pereżempju, b’gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 31 00

faqqiegħ tal-ġens Agaricus, imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 32 00

faqqiegħ tal-ispeċi (Auricularia spp.) imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 33 00

faqqiegħ tal-ispeċi (Tremella spp.) imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 39 00

faqqiegħ ieħor, imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2001 90 50

faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2003

faqqiegħ u tartuf, ippreparat jew preservat b'mod ieħor barra minn bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0810 40

cranberries selvaġġi, mirtill selvaġġ u frott ieħor salvaġġ tal-ġens Vaccinium, frisk

ex 0811 90 50

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat, kemm jekk biż-żieda taz-zokkor jew ta’ xi materja oħra tal-ħlewwa jew mingħajrhom

ex 0811 90 70

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtilloides u Vaccinium angustifolium, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat, kemm jekk biż-żieda taz-zokkor jew ta’ xi materja oħra tal-ħlewwa jew mingħajrhom

ex 0812 90 40

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, ippreservat provviżjonalment (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw) iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għal konsum immedjat

ex 2008 93

cranberries selvaġġi (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

ex 2008 99

frott selvaġġ ieħor tal-ispeċi Vaccinium, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

ex 2009 81

meraq tal-cranberries tal-frott selvaġġ (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le

ex 2009 89

meraq tal-frott ta’ frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le


ANNESS III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1158 DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-IMPORTAZZJONI TA’ IKEL U GĦALF LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻI TERZI WARA L-AĊĊIDENT FL-IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI TA’ CHERNOBYL

Image 1

Image 2


ANNESS IV

STRUZZJONIJIET GĦAT-TLESTIJA TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE)2020/1158 DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ IKEL U GĦALF LI JORIĠINA MINN PAJJIŻI TERZI WARA L-AĊĊIDENT FL-IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI TA’ CHERNOBYL

Ġenerali

Biex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti b’salib (X).

Kull meta jissemma’, “ISO” tfisser il-kodiċi standard internazzjonali b’żewġ ittri għal pajjiż, f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alfa-2 (1).

Tista’ tintgħażel waħda biss mill-għażliet fil-kaxex I.15, I.18, I.20.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-kaxex huma obbligatorji.

Jekk il-konsenjatarju, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f’talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni.

Fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi sottomess fl-IMSOC, japplika dan li ġej:

l-entrati jew il-kaxex speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali;

is-sekwenzi tal-kaxex fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u d-daqs u l-forma ta’ dawn il-kaxex huma indikattivi;

meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu jkun siġill elettroniku. Tali siġill għandu jikkonforma mar-regoli għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi msemmija f’punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta

Pajjiż:

Isem il-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.1.

Konsenjatur/Esportatur: isem u indirizz (triq, belt u reġjun, provinċja jew stat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tkun tinsab fil-pajjiż terz.

Kaxxa I.2.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-klassifikazzjoni tiegħu stess. Din il-kaxxa hija obbligatorja għaċ-ċertifikati kollha mhux sottomessi fl-IMSOC.

Kaxxa I.2.a

Nru ta’ referenza IMSOC: il-kodiċi ta’ referenza uniku assenjat b’mod awtomatiku mill-IMSOC, jekk iċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma tridx timtela jekk iċ-ċertifikat ma jiġix sottomess fl-IMSOC.

Kaxxa I.3.

Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.4.

Awtorità kompetenti lokali: meta applikabbli, isem l-awtorità lokali fil-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.5.

Konsenjatarju/Importatur: isem u indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li l-kunsinna fl-Istat Membru hija maħsuba għaliha.

Kaxxa I.6.

Operatur responsabbli mill-kunsinna: L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni Ewropea responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Din il-kaxxa hija fakultattiva.

Kaxxa I.7.

Pajjiż tal-oriġini: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż minn fejn ikunu qed joriġinaw, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti l-oġġetti.

Kaxxa I.9.

Pajjiż tad-destinazzjoni: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti.

Kaxxa I.11.

Post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-azjendi jew tal-istabbilimenti minn fejn jiġu l-prodotti.

Kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel. Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti bil-baħar. Fil-każ ta’ kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (moviment triangolari), il-post tad-dispaċċ huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta’ esportazzjoni li minnha l-kunsinna finali tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.12.

Post tad-destinazzjoni: din l-informazzjoni hija fakultattiva.

Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti tal-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli.

Kaxxa I.14.

Data u ħin tat-tluq: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

Kaxxa I.15.

Mezzi tat-trasport: il-mezzi tat-trasport li jitilqu mill-pajjiż tad-dispaċċ.

Modi tat-trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew oħrajn. “Oħrajn” tfisser modi ta’ trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2).

Identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, l-isem/l-ismijiet tal-bastiment, għall-ferroviji, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tan-numru ta’ reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler, jekk applikabbli.

Fil-każ ta’ vapur, iridu jingħataw ukoll l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler meta applikabbli, u l-isem tal-vapur skedat.

Kaxxa I.16.

BCP tad-dħul: iddikjara isem il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC.

Kaxxa I.17.

Dokumenti ta’ akkumpanjament:

Rapport tal-laboratorju: indika n-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ tar-rapport/riżultati tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 .

Oħrajn: it-tip u n-numru ta’ referenza tad-dokument iridu jiġu ddikjarati meta kunsinna tiġi akkumpanjata minn dokumenti oħra bħal dokument kummerċjali (pereżempju, in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq).

Kaxxa I.18.

Kundizzjonijiet tat-trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport tal-prodotti (ambjentali, imkessaħ, iffriżat). Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss.

Kaxxa I.19.

Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: meta applikabbli, in-numri korrispondenti.

In-numru tal-kontejner irid jingħata jekk l-oġġetti jkunu ttrasportati f’kontejners magħluqin.

In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.20.

Oġġetti ċċertifikati bħala: iddikjara l-użu maħsub għall-prodotti kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Konsum mill-bniedem: tikkonċerna biss lill-prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

Kaxxa I.22.

Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha ddestinati li jeħtieġ jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.23.

Numru totali ta’ pakketti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni bl-ingrossa, din il-kaxxa hija fakultattiva.

Kaxxa I.24.

Kwantità:

Piż nett totali: dan huwa definit bħala l-massa tal-oġġetti nfushom mingħajr ebda kontenitur jew imballaġġ.

Piż gross totali: piż totali f’kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, iżda l-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport huma esklużi.

Kaxxa I.25.

Deskrizzjoni tal-oġġetti: Iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (kodiċi SA) rilevanti u t-titlu ddefinit mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, b’informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prodotti.

Indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u l-konsumatur finali (jiġifieri l-prodotti huma ppakkjati għall-konsumatur finali).

Speċi: l-isem xjentifiku jew kif iddefinit f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Tip ta’ imballaġġ: identifika t-tip ta’ imballaġġ f’konformità mad-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni Nru 21 (4) tal-UN/CEFACT (Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku).

Parti II: Ċertifikazzjoni

Din il-parti trid timtela minn uffiċjal li jiċċertifika awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz biex jiffirma ċ-ċertifikat uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Kaxxa II.

Informazzjoni dwar is-saħħa: jekk jogħġbok imla din il-parti f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea relatati man-natura tal-prodotti u kif iddefinit fil-ftehimiet ta’ ekwivalenza ma’ ċerti pajjiżi terzi jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal dik għaċ-ċertifikazzjoni.

Fil-każ li ċ-ċertifikati uffiċjali ma jiġux sottomessi fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu, jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi sottomess fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Kaxxa II.a.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.

Kaxxa II.b.

Nru ta’ referenza IMSOC: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.a. Obbligatorju biss għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fl-IMSOC.

Uffiċjal li jiċċertifika:

Uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz awtorizzat biex jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet: Indika l-isem b’ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma.


(1)  Lista tal-ismijiet tal-pajjiżi u l-elementi tal-kodiċi fuq: http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  L-aħħar verżjoni: Reviżjoni 9 Annessi V u VI kif ippubblikat nhar: http://www.unece.org/tradewelcome/un-centre-for-trade-facilitation-and-e-business-uncefact/outputs/cefactrecommendationsrec-index/list-of-trade-facilitation-recommendations-n-21-to-24.ahtml.


6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1159

5 ta’ Awwissu 2020.

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-punt (h) tal-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (iktar ’il quddiem l-“Aġenzija”) tippubblika speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (iktar ’il quddiem “CS”) u taġġornahom regolarment. Madankollu, inġenju tal-ajru, li d-disinn tiegħu jkun diġà ġie ċċertifikat, mhuwiex meħtieġ jikkonforma ma’ verżjoni aġġornata tas-CS meta jiġi prodott jew waqt li jkun fis-servizz. Għalhekk, sabiex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni u ta’ rekwiżiti ambjentali fl-Unjoni, jenħtieġ li tiġi introdotta l-konformità ta’ tali inġenji tal-ajru mar-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li ma kinux inklużi fis-CS inizjali fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (2) jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà bħal dawn. Jenħtieġ li dan ir-Regolament issa jiġi emendat biex jiżdiedu rekwiżiti ġodda dwar inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu.

(2)

Fl-2007, l-Aġenzija ħarġet Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) 20-20, li jipprovdu gwida teknika għall-iżvilupp ta’ programm kontinwu ta’ integrità strutturali bl-għan li tiġi żgurata l-operazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu matul il-ħajja operattiva tagħhom. Minħabba n-natura mhux vinkolanti tal-AMC, l-applikazzjoni ta’ dik il-gwida tista’ ma tkunx konsistenti fl-Unjoni kollha. B’konsegwenza ta’ dan, bħalissa jistgħu jkunu qed jitħaddmu inġenji tal-ajru kbar li kienu ddisinjati, modifikati jew imsewwija mingħajr ma ġew indirizzati effettivament l-evalwazzjonijiet tat-tolleranza għad-danni, tad-danni kkawżati minn reħja mifruxa u tal-prevenzjoni tal-korrużjoni. Bil-għan li jiġi evitat li jkun hemm fallimenti katastrofiċi minħabba r-reħja, inklużi reħja u korrużjoni mifruxa, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà fir-Regolament (UE) 2015/640.

(3)

Kull inġenju tal-ajru jista’ jitqies li qed jeqdiem mill-mument tal-manifattura tiegħu. It-tiqdim ta’ inġenju tal-ajru jiddependi minn fatturi bħall-età, l-għadd ta’ ċikli ta’ titjir u l-għadd ta’ sigħat ta’ titjir. Il-komponenti individwali tal-inġenji tal-ajru jeqdiemu b’mod differenti u wħud minn dawn il-fatturi ta’ tiqdim huma r-reħja minn ċikli repetittivi, it-tkagħbir bl-użu, id-deterjorament u l-korrużjoni. Dawk il-fatturi jistgħu jikkawżaw tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza jekk ma jkunux ġestiti kif xieraq matul il-ħajja tal-inġenju tal-ajru. L-esperjenza tas-servizz uriet li hemm bżonn ta’ aġġornament kontinwu tal-għarfien dwar l-integrità strutturali tal-inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu. Għalhekk, jenħtieġ li fir-Regolament (UE) 2015/640 jiġu introdotti rekwiżiti ġodda biex l-għarfien dwar il-fatturi tat-tiqdim jinżamm aġġornat abbażi tal-esperjenza operazzjonali f’ħin reali u bl-użu ta’ għodod moderni ta’ analiżi u ttestjar.

(4)

Dawk ir-rekwiżiti dwar inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu jenħtieġ li jiżguraw li d-detenturi tal-approvazzjoni tad-disinn jipproduċu d-data u l-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-manwali li ġejjin, meħtieġa biex jipprevjenu fallimenti ta’ strutturi minħabba l-korrużjoni u r-reħja u biex jagħmluhom disponibbli għall-operaturi. Sabiex jinkiseb dan, jenħtieġ li d-detenturi tal-approvazzjoni tad-disinn ikunu meħtieġa jiżviluppaw programm ta’ integrità strutturali komprensiv u kontinwu għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, u jevalwaw il-bidliet u d-disinni tat-tiswijiet eżistenti għat-tolleranza għad-danni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-operaturi jkunu meħtieġa jinkorporaw fil-programm tal-manutenzjoni tagħhom dik id-data, filwaqt li jindirizzaw l-effetti negattivi tal-bidliet u tat-tiswijiet fuq kull qafas tal-inġenju tal-ajru u r-rekwiżiti ta’ manutenzjoni assoċjati miegħu.

(5)

Sabiex ikun żgurat li dik id-data, dawk il-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-manwali li ġew prodotti abbażi ta’ dawk ir-rekwiżiti l-ġodda jintużaw ukoll meta jinżammu ajruplani kbar, il-punt M.A.302 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (3) jeħtieġ ikun jirreferi għar-rekwiżiti introdotti fil-Parti-26 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640.

(6)

Bħalissa hemm diversi mijiet ta’ ajruplani kbar mgħammra b’kompartimenti tal-merkanzija jew tal-bagalji tal-Klassi D li huma reġistrati fl-Istati Membri. Ir-riskju ta’ nirien inkontrollabbli f’dan it-tip ta’ kompartiment huwa kkunsidrat għoli, b’mod partikolari meta wieħed iqis li t-trasport tal-batteriji tal-litju fil-kompartimenti tal-merkanzija żdied f’dawn l-aħħar snin, flimkien mar-riskju identifikat ta’ reazzjoni termika instabbli u n-nirien sussegwenti relatati ma’ dawk il-batteriji.

(7)

F’Settembru 2007, l-Aġenzija kienet introduċiet standards ġodda tad-disinn li eliminaw l-kompartimenti tal-merkanzija u tal-bagalji tal-Klassi D mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ajruplani kbar. Dawk l-istandards kellhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ korrimenti jew fatalitajiet fil-każ ta’ nirien matul it-titjira fil-kompartiment tal-merkanzija jew tal-bagalji, iżda japplikaw biss għal ajruplani kbar iċċertifikati abbażi ta’ talbiet li saru wara Settembru 2007. Meta wieħed iqis li ċerti ajruplani kbar jistgħu ma jikkonformawx ma’ dawk l-istandards u wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u r-riskju tal-operazzjonijiet b’ajruplani kbar, jenħtieġ issa li dawk l-istandards japplikaw għall-ajruplani kbar kollha fis-servizz iċċertifikati mill-Aġenzija.

(8)

Għal dawn l-aħħar deċennji, l-eskursjonijiet fuq ir-runway kienu kontributuri kbar għall-inċidenti madwar id-dinja, u kienu riskju sinifikanti għas-sikurezza tal-avjazzjoni. Ir-Rieżami Annwali dwar is-Sikurezza tal-EASA għall-2018 jidentifika l-eskursjonijiet fuq ir-runway bħala wieħed mill-ogħla żewġ oqsma ta’ riskju ewlenin. Barra minn hekk, l-eskursjonijiet fuq ir-runway kienu jammontaw għal 30 % tal-aċċidenti mhux fatali matul l-istess perjodu u għall-istess popolazzjoni. L-għadd ta’ okkorrenzi ta’ eskursjonijiet fuq ir-runway matul l-illandjar żdied skont iż-żieda fit-traffiku. Peress li t-traffiku tal-avjazzjoni huwa mistenni jkompli jikber mad-dinja kollha, kif ukoll fl-Ewropa, l-għadd ta’ eskursjonijiet fir-runway jista’ wkoll jiġi mistenni li se jiżdied aktar jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni.

(9)

F’Jannar 2020, l-Aġenzija introduċiet standards ta’ disinn ġodda għall-installazzjoni ta’ sistemi li jappoġġjaw l-ekwipaġġ tat-titjira fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom waqt l-avviċinament u l-illandjar. Dawk l-istandards għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ eskursjonijiet fuq ir-runway matul l-illandjar. Wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u r-riskju tal-operazzjonijiet b’ajruplani kbar, jenħtieġ issa li dawk l-istandards japplikaw għall-ajruplani kbar kollha fis-servizz iċċertifikati mill-Aġenzija.

(10)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, ġie inkluż perjodu ta’ tranżizzjoni biex jiġi evitat piż addizzjonali għall-industrija matul din il-kriżi u biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda introdotti minn dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni Nru 12/2016 (4) u l-opinjoni 04/2019 (5) maħruġin mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat kif ġej

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà marbuta mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-titjib fis-sikurezza tal-inġenji tal-ajru.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

l-operaturi ta’:

(i)

inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru;

(ii)

inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u użati minn operatur li għalih hemm Stat Membru li jiżgura s-sorveljanza;

(b)

id-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, jew approvazzjoni ta’ tibdil u ta’ disinn tat-tiswija approvati mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (*) jew meqjusa li ġew maħruġa f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

l-applikanti għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini, li għalih l-applikazzjoni ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u li nħarġilhom iċ-ċertifikat wara 26 ta' Awwissu 2020. meta jiġi speċifikat fl-Anness I (Parti-26).

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”;"

(2)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (e) sa (o) li ġejjin:

“(e)

“limitu ta’ validità” (LOV) tfisser, fil-kuntest tad-data ta’ inġinerija li tappoġġa l-programm ta’ manutenzjoni strutturali, perjodu ta’ żmien, iddikjarat bħala numru taċ-ċikli ta’ titjir totali jew sigħat ta’ titjir akkumulati jew it-tnejn li huma, li matulhom jintwera li mhux se jkun hemm danni kkawżati minn reħja mifruxa fuq l-ajruplan;

(f)

“taqsima tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà” (ALS) tfisser taqsima fl-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa, kif meħtieġ mill-punti 21.A.61, 21.A.107 u 21.A.120 A tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, li fiha limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà li jistabbilixxu kull ħin ta’ sostituzzjoni mandatorju, intervall ta’ spezzjoni u proċedura ta’ spezzjoni relatata;

(g)

“programm ta’ prevenzjoni u kontroll tal-korrużjoni” (CPCP) tfisser dokument li jirrifletti approċċ sistematiku li jipprevjeni u jikkontrolla l-korrużjoni fl-istruttura primarja ta’ ajruplan, li jikkonsisti f’kompiti bażiċi ta’ korrużjoni, inklużi l-ispezzjonijiet, iż-żoni soġġetti għal dawk il-kompiti, il-livelli ta’ korrużjoni ddefiniti u l-ħinijiet ta’ konformità (il-limiti tal-implimentazzjoni u l-intervalli ripetuti). Is-CPCP tal-linja bażi tiġi stabbilita mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, li tista’ tiġi adattata mill-operaturi biex joħolqu CPCP fil-programm ta’ manutenzjoni tagħhom li jkun speċifiku għall-operazzjonijiet tagħhom;

(h)

“danni kkawżati minn reħja mifruxa” (WFD) tfisser il-preżenza simultanja ta’ xquq f’diversi postijiet fl-istruttura ta’ ajruplan li jkunu ta’ tali daqs u numru li l-istruttura ma tibqax tilħaq il-qawwa ta’ sikurezza jew il-qawwa residwa użata għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dik l-istruttura;

(i)

“struttura tal-linja bażi” tirreferi għall-istruttura li hija ddisinjata skont iċ-ċertifikat tat-tip għal dak il-mudell tal-ajruplan (jiġifieri, “il-konfigurazzjoni tal-mudell tal-ajruplan kif kien ikkonsenjat”);

(j)

“struttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja” (FCBS) tfisser l-istruttura tal-linja bażi ta’ ajruplan li hija kklassifikata mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip bħala struttura kritika mill-aspett tar-reħja;

(k)

“struttura mmodifikata kritika f’każ ta’ reħja” (FCMS) tfisser kwalunkwe struttura kritika ta’ ajruplan introdotta jew affettwata minn tibdil fid-disinn tat-tip tagħha u li mhijiex diġà elenkata bħala parti mill-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja;

(l)

“evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni” (DTE) hija proċess li jwassal biex jiġu ddeterminati l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni li huma meħtieġa biex jiġi identifikat jew eskluż il-qsim tar-reħja li jista’ jikkontribwixxi għal falliment katastrofiku. Meta tiġi applikata għat-tiswijiet u għall-bidliet, DTE tinkludi l-evalwazzjoni tat-tiswija jew tal-bidla u l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja affettwata mit-tiswija jew mill-bidliet;

(m)

“spezzjoni tat-tolleranza għad-danni” (DTI) tfisser rekwiżit ta’ spezzjoni jew azzjoni ta’ manutenzjoni oħra żviluppata mid-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett bħala riżultat ta’ evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni. DTI tinkludi ż-żoni li għandhom jiġu spezzjonati, il-metodu ta’ spezzjoni, il-proċeduri ta’ spezzjoni (inklużi l-passi ta’ spezzjoni sekwenzjali u l-kriterji tal-aċċettazzjoni u tar-rifjut), il-limitu tal-ispezzjoni u kwalunkwe intervalli ripetittivi assoċjati ma’ dawk l-ispezzjonijiet. DTIs jistgħu jispeċifikaw wkoll azzjonijiet ta’ manutenzjoni bħal sostituzzjoni, tiswija jew modifika;

(n)

“linja gwida ta’ evalwazzjoni tat-tiswija” (REG) tfisser proċess stabbilit mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip li tagħti gwida lill-operaturi biex jistabbilixxu spezzjonijiet tat-tolleranza għad-danni għat-tiswijiet li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja biex tiġi żgurata l-integrità strutturali kontinwa tat-tiswijiet rilevanti kollha;

(o)

“struttura kritika f’każ ta’ reħja” (FCS) tfisser struttura ta’ ajruplan li hija suxxettibbli għall-qsim tar-reħja li jista’ jwassal għal falliment katastrofiku tal-ajruplan.”;

(3)

L-Anness I (Parti-26) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-26 ta' Frar 2021. bl-eċċezzjoni tal-punt (4) tal-Anness II li għandu japplika minn 26 ta' Awwissu 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(4)  L-Opinjoni 12/2016: Strutturi tal-inġenji tal-ajru li qed jeqdiemu.

(5)  L-Opinjoni 04/2019: Tnaqqis tal-eskursjonijiet fuq ir-runway u tal-kompartimenti tal-Klassi D


ANNESS I

Fil-punt M.A.302(d) tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jiżdied il-punt (3) li ġej:

“(3)

id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness I (Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640.”.


ANNESS II

L-Anness I (Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Parti-26

SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET

WERREJ

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

26.10

L-awtorità kompetenti

26.20

It-tagħmir temporanjament mhux operattiv

26.30

It-turija ta’ konformità

SUBPARTI B — AJRUPLANI KBAR

26.50

Is-sits, il-kuċċetti, iċ-ċintorini tas-sikurezza, u ċ-ċineg

26.60

L-inżul ta’ emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi

26.100

Il-lok tal-ħruġ tal-emerġenza

26.105

L-aċċess għall-ħruġ tal-emerġenza

26.110

Is-sinjali tal-ħruġ tal-emerġenza

26.120

It-tidwil interjuri tal-emerġenza u t-tħaddim tad-dwal tal-emerġenza

26.150

L-arredamenti interni tal-kompartiment

26.155

Il-fjammabbiltà tal-inforri tal-istiva tal-merkanzija

26.156

Il-materjali termali jew ta’ iżolament akustiku

26.157

Il-konverżjoni tal-kompartimenti tal-Klassi D

26.160

Il-protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits

26.170

L-estinturi tan-nar

26.200

Il-ħoss ta’ twissija fit-tagħmir tal-inżul

26.205

Is-sistemi ta’ għarfien u ta’ twissija tal-ħruġ mir-runway

26.250

Is-sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola

26.300

Il-programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi ta’ ajruplani li qed jeqdiemu — rekwiżiti ġenerali

26.301

Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-(R)TC

26.302

L-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u għar-reħja

26.303

Il-Limitu ta’ Validità

26.304

Il-programm tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni

26.305

Il-validità tal-programm ta’ integrità strutturali kontinwu

26.306

L-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja

26.307

Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-bidliet eżistenti fi struttura kritika f’każ ta’ reħja

26.308

Id-data tat-tolleranza għat-tiswijiet eżistenti għal struttura kritika f’każ ta’ reħja

26.309

Il-linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija

26.330

Id-data tat-tolleranza għad-danni taċ-ċertifikati tat-tip supplementari (STCs) eżistenti, għal bidliet kbar oħra eżistenti u għal tiswijiet li jaffettwaw lil dawk il-bidliet jew l-STCs

26.331

Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-STC

26.332

L-identifikazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja

26.333

Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u t-tiswijiet f’dawk l-STCs approvati fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara

26.334

Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u għal bidliet oħra u tiswijiet f’dawk il-bidliet approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2003

26.370

Il-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u tal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI C — ĦELIKOPTERS KBAR

26.400

L-estinturi tan-nar

Appendiċi I – Lista ta’ mudelli ta’ ajruplan li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-26)

;

(2)

il-punt 26.10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

26.10   L-awtorità kompetenti

(a)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti, li lilha l-operaturi jeħtieġ juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness tal-inġenji tal-ajru, li d-disinn tagħhom ikun diġà ġie ċċertifikat, għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

(b)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti li lilha d-detenturi taċ-ċertifikati tat-tip (TC), taċ-ċertifikati tat-tip ristretti, taċ-ċertifikati tat-tip supplimentari (STC), tal-approvazzjoni tal-bidliet u tad-disinn tat-tiswija jeħtieġ juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness taċ-ċertifikati tat-tip eżistenti (TC), taċ-ċertifikati tat-tip ristretti, taċ-ċertifikati tat-tip supplementari (STC), tal-bidliet u tad-disinn tat-tiswija għandha tkun l-Aġenzija.”;

(3)

il-punt 26.30 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità ma’ dan l-Anness. L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu ddettaljati u speċifiċi biżżejjed li jindikaw il-kundizzjonijiet li skonthom il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness tista’ tintwera.

(b)

L-operaturi u d-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari jew ta’ approvazzjoni tal-bidliet jew tad-disinn tat-tiswija jistgħu juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness billi jikkonformaw ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont il-paragrafu (a) ta’ dan il-punt jew l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti maħruġa mill-Aġenzija fil-punt 21.B.70 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(ii)

l-istandards tekniċi li joffru livell ekwivalenti ta’ sikurezza lil dawk inklużi f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet.”

(b)

jiżdied il-paragrafu (c) li ġej:

“(c)

Id-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari jew approvazzjoni tal-bidliet jew tad-disinn tat-tiswija għandhom jagħmlu disponibbli lil kull operatur magħruf tal-ajruplani kwalunkwe bidliet fl-“Istruzzjonijiet għal Ajrunavigabbiltà Kontinwa” (ICA) li huma meħtieġa biex tintwera l-konformità ma’ dan l-Anness. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ICA tinkludi wkoll spezzjonijiet ta’ tolleranza għad-danni (DTIs), linji gwida għall-evalwazzjoni tat-tiswija (REGs), programm tal-linja bażi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP) u lista ta’ strutturi kritiċi f’każ ta’ reħja (FCSs) u taqsimiet tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà (ALSs).”;

(4)

Jiddaħħal il-punt 26.157 li ġej:

26.157   Il-konverżjoni tal-kompartimenti tal-Klassi D

L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, b’ċertifikazzjoni tat-tip fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, għandhom jiżguraw li:

(a)

għall-ajruplani li t-tħaddim tagħhom jinvolvi t-trasport tal-passiġġieri, kull kompartiment tal-merkanzija jew tal-bagalji tal-Klassi D, irrispettivament mill-volum tiegħu, ikun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal kompartiment tal-Klassi C;

(b)

għall-ajruplani li t-tħaddim tagħhom jinvolvi t-trasport tal-merkanzija biss, kull kompartiment tal-merkanzija tal-Klassi D, irrispettivament mill-volum tiegħu, ikun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli jew għal kompartiment tal-Klassi C jew tal-Klassi E.”;

(5)

Jiddaħħal il-punt 26.205 li ġej:

26.205   Is-sistemi ta’ għarfien u ta’ twissija tal-ħruġ mir-runway

(a)

L-operaturi ta’ ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li kull ajruplan li għalih ikun inħareġ l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara, ikun mgħammar b’sistema ta’ għarfien u twissija tal-ħruġ mir-runway.

(b)

Din is-sistema għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tnaqqas ir-riskju ta’ eskursjoni lonġitudinali fuq ir-runway matul l-inżul billi tipprovdi twissija, fit-titjira u fuq l-art, lill-ekwipaġġ tat-titjira meta l-ajruplan ikun f’riskju li ma jkunx jista’ jieqaf fid-distanza disponibbli sa tmiem ir-runway.”;

(6)

Jiddaħħlu l-punti 26.300, 26.301, 26.302, 26.303, 26.304, 26.305, 26.306, 26.307, 26.308, 26.309, 26.330, 26.331, 26.332, 26.333, 26.334 u 26.370 li ġejjin:

26.300   Il-programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi ta’ ajruplani li qed jeqdiemu — rekwiżiti ġenerali

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.301 u 26.309.

(b)

Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal mudell ta’ ajruplan li jkun inħareġ b’ċertifikat tat-tip qabel is-26 ta’ Frar 2021, u li jkun jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

ikun elenkat fit-tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

(ii)

ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;

(iii)

ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili bit-tagħbija jew bil-passiġġieri;

(iv)

ikollu TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni sakemm ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tagħha u jkun jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi tal-approvazzjoni;

(v)

ikun iċċertifikat b’TC ristrett u jkun mfassal primarjament għat-tifi tan-nar.

L-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu (b)(ii) u (b)(v) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett jippreżenta għall-approvazzjoni lill-Aġenzija qabel s-27 ta’ Mejju 2021 lista li tidentifika t-tipi u l-mudelli tal-ajruplani, il-varjazzjonijiet jew in-numri tas-serje flimkien mal-informazzjoni li ssostni r-raġunijiet li għalihom l-ajruplan ġie inkluż fil-lista.

(c)

Għal mudell ta’ ajruplan li jkun inħariġlu ċ-ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 u li għalih ma tkunx inkorporata u ma tkunx se tiġi inkorporata xi bidla jew tiswija fi kwalunkwe ajruplan li qed jitħaddem mis-26 ta’ Frar 2022, il-paragrafi (a)(ii) u (a)(iii) tal-punt 26.307 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.308 m’għandhomx japplikaw jekk qabel is-26 ta’ Frar 2022 id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett jippreżenta lill-Aġenzija, il-lista ta’ bidliet u tiswijiet għall-approvazzjoni.

26.301   Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-(R)TC

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu:

(i)

jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.302 sa 26.309;

(ii)

jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 għall-approvazzjoni.

(b)

Applikant għal TC jew TC ristrett imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu:

(i)

jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.303 sa 26.306;

(ii)

jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, jekk dan iseħħ aktar tard, għall-approvazzjoni.

26.302   L-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u għar-reħja

(a)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih l-applikazzjoni għal TC ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għar-reħja u għad-danni tal-istruttura tal-ajruplan u jiżviluppa d-DTI li tevita l-fallimenti katastrofiċi minħabba r-reħja matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan.

(b)

Sakemm id-dokumentazzjoni li tiddeskrivi d-DTI msemmija fil-paragrafu (a) tkun diġà ġiet approvata mill-Aġenzija skont l-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti dik id-dokumentazzjoni lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni.

26.303   Il-Limitu ta’ Validità

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, iċċertifikat b’piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) li jkun akbar minn 34 019 kg (75 000 lbs), għandu:

(i)

jistabbilixxi limitu ta’ validità (LOV) u jinkludi dak l-LOV f’ALS emendat;

(ii)

jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni ta’ servizz neċessarja sabiex l-operaturi jimplimentaw dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija skont l-iskeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.

Il-konfigurazzjonijiet strutturali tal-ajruplan li jkunu se jiġu evalwati bl-iskop li jiġu stabbiliti l-LOV għandhom jinkludu l-varjazzjonijiet u d-derivattivi tal-mudell kollha approvati qabel fil-kuntest tat-TC qabel is-26 ta’ Frar 2021 u l-bidliet u s-sostituzzjonijiet strutturali kollha fil-konfigurazzjonijiet strutturali ta’ dawk l-ajruplan li huma meħtieġa minn direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà maħruġa qabel is-26 ta’ Frar 2021.

B’deroga mill-paragrafu (a)(ii), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini m’għandux jkun meħtieġ li jiżviluppa u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz lill-Aġenzija għall-azzjoni ta’ manutenzjoni applikabbli għal mudell ta’ ajruplan li ma jkunx se jibqa’ jitħaddem wara l-punt skedat għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-servizz ta’ dik l-azzjoni ta’ manutenzjoni. Sabiex din l-eċċezzjoni tidħol fis-seħħ, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jinforma lill-Aġenzija mhux aktar tard mid-data li fiha l-mudell tal-ajruplan jieqaf jitħaddem.

(b)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta għall-approvazzjoni l-LOV stabbilit skont il-paragrafu (a) u l-emenda tal-ALS imsemmija f’dak il-paragrafu flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija, qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi (i) sa (iii):

(i)

Is-26 ta’ Awwissu 2022 għal struttura kritika f’każ ta’ reħja b’bażi ta’ ċertifikazzjoni li ma tinkludix evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii)

Is-26 ta’ Frar 2026 għal struttura tal-ajruplan li tkun soġġetta għal ittestjar tar-reħja fuq skala sħiħa fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament emendatorju;

(iii)

Is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi tal-ajruplan kollha l-oħra.

(c)

Applikat għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini tal-piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) ta’ aktar minn 34 019 kg (75 000 lbs), għandu:

(i)

jistabbilixxi limitu ta’ validità (LOV) u jinkludi dak il-LOV f’ALS;

(ii)

jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni ta’ servizz neċessarja sabiex l-operaturi jimplimentaw dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija skont l-iskeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.

(d)

L-applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu jippreżenta għall-approvazzjoni l-LOV stabbilit skont il-paragrafu (c) u l-ALS imsemmi f’dak il-paragrafu flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija.

(e)

L-iskadenzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-obbligi msemmija fil-paragrafu (d)

(i)

qabel id-data approvata mill-Aġenzija fil-pjan tal-applikant biex jitlestew it-testijiet u l-analiżijiet ta’ kwalunkwe struttura ta’ ajruplan li teħtieġ ittestjar tar-reħja ġdid fuq skala sħiħa biex jiġi appoġġat l-istabbiliment tal-LOV;

(ii)

qabel is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi tal-ajruplan kollha l-oħra.

26.304   Il-programm tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958, li għalih l-applikazzjoni għal TC ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm tal-linja bażi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP).

(b)

Sakemm is-CPCP tal-linja bażi msemmi fil-paragrafu (a) ma jkunx diġà ġie approvat mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.3B(c)(1) tal-Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f’rapport tal-bord ta’ rieżami tal-manutenzjoni (MRBR) approvat mill-Aġenzija, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta s-CPCP lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni.

(c)

Applikat għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini għandu jistabbilixxi programm tal-linja bażi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP) qabel ma jinħareġ TC.

26.305   Il-validità tal-programm ta’ integrità strutturali kontinwu

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu jibqa’ validu matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali.

(b)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta deskrizzjoni tal-proċess imsemmi fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni. Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jimplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.

(c)

Applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali. Għandha tippreżenta deskrizzjoni tal-proċess lill-Aġenzija qabel [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jew qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni u għandha timplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.

26.306   L-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, u li huwa ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar għandu jidentifika u jelenka l-istrutturi kritiċi tal-linja bażi (FCBS) għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudelli tal-ajruplani inklużi fit-TC jew fl-RTC.

(b)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta lista tal-istrutturi msemmija fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021 għall-approvazzjoni.

(c)

Hekk kif tiġi approvata l-lista msemmija fil-paragrafu (a) mill-Aġenzija, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew TC ristrett għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punti 26.330 u 26.370.

(d)

Applikant għal TC jew għal TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1, paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini li se jiġi ċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar għandu jidentifika u jelenka l-istrutturi kritiċi tal-linja bażi (FCBS) għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudelli tal-ajruplani inklużi fit-TC jew fit-TC ristrett. Huwa għandu jissottometti l-lista ta’ dawn l-istrutturi lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni.

(e)

Hekk kif tiġi approvata l-lista msemmija fil-paragrafu (d) mill-Aġenzija, l-applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370.

26.307   Id-data tat-tolleranza għad-dannu għall-bidliet eżistenti għall-istruttura kritika f’każ ta’ reħja

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għall-bidliet u l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja (FCMS) mmodifikata li jkunu jeżistu fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:

(i)

jirrieżamina l-bidliet fid-disinn (modifikazzjonijiet fid-disinn) u jidentifika l-bidliet kollha li jaffettwaw l-FCBS identifikati skont il-punt 26.306;

(ii)

għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), jidentifika kwalunkwe struttura assoċjata kritika f’każ ta’ reħja mmodifikata (FCMS);

(iii)

għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjonijiet tat-tolleranza għad-danni assoċjati;

(b)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta lista tal-istrutturi kritiċi f’każ ta’ reħja kollha mmodifikati (FCMS) identifikati skont il-paragrafu (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni.

(c)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni, inkluż DTI, li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(iii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2022, għall-approvazzjoni.

(d)

Hekk kif tiġi approvata mill-Aġenzija l-lista tal-FCMS ippreżentata skont il-paragrafu (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punti 26.330 u 26.370.

26.308   Id-data tat-tolleranza għat-tiswijiet eżistenti għal struttura kritika f’każ ta’ reħja

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għat-tiswijiet ippubblikati li jkunu jeżistu fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:

(i)

jirrieżamina d-data tat-tiswija u jidentifika kull tiswija speċifikata fid-data li taffettwa l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja identifikata skont il-paragrafu (a) tal-punt 26.306 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.307;

(ii)

iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni għal kull tiswija identifikata skont il-paragrafu (a)(i), sakemm din ma tkunx diġà saret.

(b)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni, inkluż DTI, li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Mejju 2022 għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx diġà approvata skont il-punt 21.A.435(b)(2) tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 qabel is-26 ta’ Awwissu 2022.

26.309   Il-linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija

(a)

Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar u li għalih inħareġ TC, jew TC ristrett qabel il-11 ta’ Jannar 2008, għandu jiżviluppa linji gwida tal-evalwazzjoni għat-tiswija (REGs) biex jiġi stabbilit:

(i)

proċess għat-twettiq ta’ stħarriġ tal-ajruplan affettwat li jippermetti l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tat-tiswijiet kollha eżistenti li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja identifikata skont il-paragrafu (a) tal-punt 26.306 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.307;

(ii)

proċess li jippermetti lill-operaturi jiksbu DTI għat-tiswijiet identifikati skont il-paragrafu (a)(i);

(iii)

skeda ta’ implimentazzjoni li tipprovdi skedi ta’ żmien għat-twettiq ta’ stħarriġ tal-ajruplani, il-kisba ta’ DTIs u l-inkorporazzjoni tad-DTIs fil-programm ta’ manutenzjoni tal-operatur tal-ajruplan.

(b)

Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta linji gwida għall-evalwazzjoni tat-tiswijiet żviluppati skont il-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni.

26.330   Id-data tat-tolleranza għad-danni taċ-ċertifikati tat-tip supplementari (STCs) eżistenti, għal bidliet kbar oħra eżistenti u għal tiswijiet li jaffettwaw lil dawk il-bidliet jew l-STCs

(a)

Detentur ta’ STC maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 għal bidliet kbar, jew detentur ta’ bidla kbira li tqieset bħala approvata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, għall-ajruplani kbar iċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollhom kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għandhom jappoġġaw lill-operaturi meħtieġa li jikkonformaw mal-punt 26.370(a)(ii) billi jindirizzaw l-effetti negattivi ta’ dawk il-bidliet u t-tiswijiet fuq l-istruttura tal-ajruplan u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.331 sa 26.334.

(b)

Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’mudell ta’ ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta dak il-mudell tal-ajruplan ikun jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

ikun elenkat fit-tabella A.1 tal-Appendiċi 1;

(ii)

ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;

(iii)

ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili bit-tagħbija jew bil-passiġġieri;

(iv)

ikollu TC ristrett u jkun ġie ċċertifikat skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, sakemm ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tagħha u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi ta’ TC;

(v)

ikun iċċertifikat b’TC ristrett u jkun mfassal primarjament għat-tifi tan-nar;

(c)

Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta l-bidliet jew it-tiswijiet ma jiġux inkorporati u ma jkunux se jiġu inkorporati fi kwalunkwe ajruplan li jkun qed jitħaddem fi jew wara s-26 ta’ Awwissu 2022.

(d)

L-eċċezzjonijiet previsti mill-paragrafu (b)(ii) sa (b)(v) u (c) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla jippreżenta lista ta’ bidliet li jaffettwaw l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja, flimkien ma’ informazzjoni li tappoġġa r-raġunijiet għala kull bidla ġiet inkluża fil-lista, lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022 għall-approvazzjoni.

26.331   Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-STC

Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ konformità li jindirizza r-rekwiżiti tal-punti 26.332 sa 26.334;

(b)

jissottometti l-pjan ta’ konformità msemmi fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel il-25 ta’ Awwissu 2021, għall-approvazzjoni.

26.332   L-identifikazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja

(a)

Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu:

(i)

jirrieżamina l-bidliet u jidentifika dawk il-bidliet li jaffettwaw l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja;

(ii)

għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), jidentifika kwalunkwe struttura assoċjata FCMS;

(iii)

jidentifika t-tiswijiet ippubblikati li jaffettwaw kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i).

(b)

Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, għandu jiżviluppa u jippreżenta lista ta’ bidliet jew FCMS identifikati skont il-paragrafi (a)(i) u (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni, u wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel din il-lista disponibbli għall-persuni u l-operaturi meħtieġa jikkonformaw mal-paragrafu (b)(ii) tal-punt 26.370.

(c)

Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 għandu:

(i)

jiżviluppa u jippreżenta lista tal-bidliet identifikati skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni;

(ii)

fuq it-talba ta’ operatur li jkun meħtieġ jikkonforma mal-punt 26.370(a)(ii) għal bidla, jidentifika u jelenka kwalunkwe FCMS assoċjati mal-bidla u jippreżenta din id-data lill-Aġenzija fi żmien 12-il xahar mit-talba tal-operaturi, għall-approvazzjoni;

(iii)

wara l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe data ppreżentata skont il-paragrafi (c)(i) u (c)(ii), jagħmel id-data disponibbli lill-persuni u l-operaturi meħtieġa li jikkonformaw mal-paragrafu (b)(ii) tal-punt 26.370.

26.333   Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u t-tiswijiet f’dawk l-STCs approvati fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara

(a)

Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, għandu:

(i)

għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati, jidentifika skont il-paragrafu (a)(i) tal-punt 26.332 u l-paragrafu (a)(iii) tal-punt 26.332, iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii)

jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjoni tat-tolleranza għad-danni assoċjata, sakemm ma tkunx diġà saret.

(b)

Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx diġà approvata skont il-punt 21.B.111 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(c)

B’deroga mill-paragrafu (b), għal bidliet li ma kellhomx rekwiżit ta’ evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, id-detentur tal-approvazzjoni tat-tip identifikat fil-paragrafu (a) għandu jippreżenta għall-approvazzjoni d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa skont il-paragrafu (a) lill-Aġenzija, fl-iskadenzi li ġejjin, skont liema sseħħ l-aħħar:

(i)

qabel ma’ jitħaddem ajruplan bl-inkorporazzjoni ta’ dik il-bidla skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (*); jew

(ii)

qabel is-26 ta’ Frar 2023.

26.334   Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u għal bidliet oħra u tiswijiet f’dawk il-bidliet approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2003

(a)

Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 għandu:

(i)

għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati, jidentifika skont il-paragrafu (a)(i) tal-punt 26.332 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.332 iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;

(ii)

jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjoni tat-tolleranza għad-danni assoċjata, sakemm ma tkunx diġà saret;

(b)

Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija, fl-iskadenzi li ġejjin, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni:

(i)

qabel ma’ jitħaddem ajruplan bl-inkorporazzjoni ta’ dik il-bidla skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; jew

(ii)

qabel is-26 ta’ Frar 2023.

26.370   Il-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u tal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru

(a)

L-operaturi jew is-sidien ta’ ajruplani kbar li jaħdmu bit-turbini ċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara għandhom jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu billi jippreparaw il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru previst fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (**) li għandu jinkludi:

(i)

għall-ajruplani ċċertifikati biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollhom kapaċità tat-tagħbija akbar minn 3 402 kg (7 500 lbs), programm approvat ta’ spezzjoni bbażat fuq it-tolleranza għad-danni;

(ii)

għall-ajruplani li jitħaddmu skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u ċċertifikati biex iġorru 30 passiġġier jew aktar jew b’kapaċità tat-tagħbija akbar minn 3 402 kg (7 500 lbs), mezz biex jindirizzaw l-effetti negattivi li t-tiswijiet u l-modifiki jista’ jkollhom fuq struttura kritika f’każ ta’ reħja u fuq l-ispezzjonijiet previsti fil-punt (a)(i);

(iii)

għall-ajruplani ċċertifikati b’piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) ta’ aktar minn 34 019 kg (75 000 lbs), LOV approvat;

(iv)

CPCP;

(b)

L-iskadenzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-obbligi msemmija fil-paragrafu (a):

(i)

il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) qabel is-26 ta’ Frar 2024 jew, qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema sseħħ l-aħħar;

(ii)

il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punti (a)(iii) qabel is-26 ta’ Awwissu 2021, jew sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-LOV, jew qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema sseħħ l-aħħar;

(c)

Għal mudell ta’ ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel s-26 ta’ Frar 2021 u:

(i)

li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2024 il-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) m’għandhomx japplikaw;

(ii)

li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Awwissu 2021 il-punt (a)(iii) m’għandux japplika;

(iii)

li jkollu TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, sakemm dan ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tiegħu u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi tal-approvazzjoni l-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) m’għandhomx japplikaw;

(d)

Għal mudell ta’ ajruplan b’ċertifikat tat-tip ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 u l-iskop prinċipali tiegħu jkun it-tifi tan-nar, il-punti (a)(i) u (a)(ii) m’għandhomx japplikaw.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1)."

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"

(7)

jiżdied l-Appendiċi 1 li ġej:

““Appendiċi 1

Lista ta’ mudelli ta’ ajruplan li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-26)

Tabella A.1

Detentur tat-TC

Tip

Mudelli

Dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-26) li ma japplikawx

The Boeing Company

707

Kollha

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

720

Kollha

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-10

DC-10-10

DC-10-30

DC-10-30F

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-8

Kollha

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

DC-9

DC-9-11, DC-9-12, DC-9-13, DC-9-14,DC-9-15, DC-9-15F, DC-9-21, DC-9-31,DC-9-32, DC-9-32 (VC-9C), DC-9-32F,DC-9-32F (C-9 A, C-9B), DC-9-33F, DC-9-34, DC-9-34F, DC-9-41, DC-9-51

26.301 sa 26.334

The Boeing Company

MD-90

MD-90-30

26.301 sa 26.334

FOKKER SERVICES B.V.

F27

Mark 100, 200, 300, 400, 500, 600, 700

26.301 sa 26.334

FOKKER SERVICES B.V.

F28

Mark 1000, 1000C, 2000, 3000, 3000C, 3000R, 3000RC, 4000

26.301 sa 26.334

GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

G-159

G-159 (Gulfstream I)

26.301 sa 26.334

GULFSTREAM AEROSPACE CORP.

G-II_III_IV_V

G-1159 A (GIII)

G-1159B (GIIB)

G-1159 (GII)

26.301 sa 26.334

KELOWNA FLIGHTCRAFT LTD.

CONVAIR 340/440

440

26.301 sa 26.334

LEARJET INC.

Learjet 24/25/31/36/35/55/60

24,24 A,24B,24B-A,24D, 24D-A,24F,24F-A,25,25B,25C,25D,25F

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

1329

Kollha

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

188

Kollha

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

382

382, 382B, 382E, 382F, 382G

26.301 sa 26.334

LOCKHEED MARTIN CORPORATION

L-1011

Kollha

26.301 sa 26.334

PT. DIRGANTARA INDONESIA

CN-235

Kollha

26.301 sa 26.334

SABRELINER CORPORATION

NA-265

NA-265-65

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

SD3

SD3-30

Sherpa

SD3 Sherpa

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

DHC-7

Kollha

26.301 sa 26.334

VIKING AIR LIMITED

CL-215

CL-215-6B11

26.301 sa 26.334

TUPOLEV PUBLIC STOCK COMPANY

TU-204

204-120CE

26.301 sa 26.334


(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;”


6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1160

tal-5 ta’ Awwissu 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/195 (3) estenda l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea sal 31 ta’ Awwissu 2020, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanza attiva tebukonażol sal-31 ta’ Awwissu 2020.

(3)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5).

(4)

Il-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi kollha ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti u, għalhekk, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(5)

F’każijiet meta jkun se jiġi adottat Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, id-data ta’ skadenza li trid tiġi ffissata jenħtieġ li tkun l-istess data ta’ qabel ma ġie adottat dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Meta jiġi adottat Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jixraq li tiġi stabbilita, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

(6)

Peress li xi wħud mill-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ma jiġix emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos‐methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 222, Smida tad-demm, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 224, Karbonat tal-Kalċju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 225, Diossidu tal-karbonju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 231, Estratt tat-tewm, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellins, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 236, Kieselgur (Trab tad-dijatoma), id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 244, Karbonat idroġenu tal-Potassju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ir-ramel tal-kwarz, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(18)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(19)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(20)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(22)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”.


DEĊIŻJONIJIET

6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1161

tal-4 ta’ Awwissu 2020

li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2020) 5205)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8b(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8b(1) tad-Direttiva 2008/105/KE jipprevedi l-istabbiliment ta’ lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom trid tinġabar data tal-monitoraġġ minn madwar l-Unjoni għall-finijiet ta’ appoġġ fil-ġejjieni ta’ eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-ewwel lista ta’ sorveljanza ta’ dan it-tip kellha tinkludi indikazzjoni tal-matriċijiet ta’ monitoraġġ u metodi possibbli ta’ analiżi li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi għal kull sustanza.

(2)

Is-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza jridu jintgħażlu minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti, fil-livell tal-Unjoni, għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, iżda li għalihom id-data tal-monitoraġġ disponibbli mhix biżżejjed biex wieħed jasal għal konklużjoni dwar ir-riskju reali maħluq. Jenħtieġ li s-sustanzi ta’ tossiċità kbira, li jintużaw f’ħafna Stati Membri u li jintremew fl-ambjent akkwatiku iżda li ma jiġux immonitorjati jew li rari jsirilhom monitoraġġ, jiġu kkunsidrati biex jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza. Dak il-proċess tal-għażla jenħtieġ li jqis l-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 8b(1) tad-Direttiva 2008/105/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari s-sustanzi niġġiesa emerġenti.

(3)

Il-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiġġenera data ta’ kwalità għolja dwar il-konċentrazzjonijiet tagħhom fl-ambjent akkwatiku, li tkun tajba biex, f’eżerċizzju separat ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, tappoġġa l-valutazzjonijiet tar-riskju li fuqhom tistrieħ l-identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ prijorità. F’dak ir-reviżjoni, jenħtieġ li s-sustanzi li jinstab li joħolqu riskju sinifikanti jiġu kkunsidrati biex jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità. Imbagħad jiġi stabbilit ukoll standard tal-kwalità ambjentali li l-Istati Membri jridu jilħqu. Sabiex sustanza tiġi proposta biex tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità trid tiġi soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt.

(4)

L-ewwel lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (3) u kienet tinkludi għaxar sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi, flimkien ma’ indikazzjoni tal-matriċi tal-monitoraġġ, metodi analitiċi possibbli li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi, u limiti aċċettabbli massimi tad-detezzjoni tal-metodu.

(5)

Skont l-Artikolu 8b(2) tad-Direttiva 2008/105/KE, il-Kummissjoni trid taġġorna l-lista ta’ sorveljanza kull sentejn. Meta taġġorna l-lista, il-Kummissjoni trid tneħħi kwalunkwe sustanza li għaliha tista’ tiġi konkluża valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE mingħajr data tal-monitoraġġ addizzjonali.

(6)

Il-lista ta’ sorveljanza ġiet aġġornata fl-2018 kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 (4) bit-tneħħija ta’ ħames sustanzi u biż-żieda ta’ tliet sustanzi, b’tali mod li l-lista kien fiha tmien sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi.

(7)

Skont l-Artikolu 8b(2) tad-Direttiva 2008/105/KE, it-tul ta’ żmien ta’ perjodu ta’ monitoraġġ kontinwu ta’ lista ta’ sorveljanza għal kwalunkwe sustanza individwali ma għandux jaqbeż erba’ snin. Għalhekk, l-obbligu ta’ monitoraġġ tal-lista ta’ sorveljanza għall-ħames sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li kienu ilhom fil-lista mill-2015, jiġifieri s-17-alpha-ethinylestradiol (EE2), is-17-beta-estradiol (E2) u l-estron (E1), il-grupp ta’ antibijotiċi makrolidi, il-metijokarb, u l-grupp ta’ neonikotinojdi, spiċċa fl-2019. Id-data tal-monitoraġġ miksuba se tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ prijoritizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(8)

Abbażi tad-data tal-monitoraġġ miksuba mill-2018 ’l hawn għat-tliet sustanzi l-oħra, jiġifieri l-metaflumiżon, l-amoksiċillina u ċ-ċiprofloksaċina, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx inkisbet biżżejjed data tal-monitoraġġ ta’ kwalità għolja, u li għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jibqgħu fil-lista ta’ sorveljanza.

(9)

Matul l-2019, il-Kummissjoni ġabret data dwar firxa ta’ sustanzi oħra li jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza. Qieset it-tipi differenti ta’ informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 8b(1) tad-Direttiva 2008/105/KE, u kkonsultat lil esperti mill-Istati Membri u lil gruppi tal-partijiet ikkonċernati. Meta jkun hemm dubju dwar it-tossiċità ta’ xi sustanzi, jew meta s-sensittività, l-affidabbiltà jew il-komparabbiltà tal-metodi tal-monitoraġġ disponibbli ma jkunux adegwati, jenħtieġ li dawk is-sustanzi ma jiġux inklużi fil-lista ta’ sorveljanza. L-antibijotiku tas-sulfonammid sulfametoksażolu u l-antibijotiku tad-diamminopirimidina trimetoprim, l-antidipressant venlafaksina u l-metabolita tiegħu O-desmetilvenlafaksina, grupp ta’ tliet farmaċewtiċi ażoliċi (klotrimażolu, flukonażolu u mikonażolu) u seba’ pestiċidi ażoliċi (imażalil, ipkonażolu, metkonażolu, penkonażolu, prokloraż, tebukonażolu, tetrakonażolu), u l-fungiċidi famoksadon u dimossistrobina ġew identifikati bħala kandidati xierqa. L-inklużjoni tad-diversi farmaċewtiċi hija konsistenti mal-Approċċ Strateġiku tal-UE għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent (5), u l-inklużjoni taż-żewġ antibijotiċi hija konsistenti wkoll mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew “Saħħa Waħda” kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR) (6), li jappoġġa l-użu tal-lista ta’ sorveljanza biex “jittejjeb l-għarfien dwar l-okkorrenza u t-tixrid tal-antimikrobiċi fl-ambjent”.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 8b(1) tad-Direttiva 2008/105/KE, il-Kummissjoni identifikat xi metodi possibbli ta’ analiżi għas-sustanzi proposti. Għal kull sustanza, inkluż kull sustanza individwali fi grupp, jenħtieġ li l-limitu tad-detezzjoni tal-metodu jkun baxx minn tal-inqas daqs il-konċentrazzjoni mingħajr effett prevista (PNEC) u speċifika għas-sustanza fil-matriċi rilevanti.

(11)

Is-sulfametoksażolu u t-trimetoprim, spiss iżda mhux dejjem, jintużaw f’kombinament minħabba l-effetti sinerġistiċi ddikjarati tagħhom; dawn jistgħu u jenħtieġ li jiġu analizzati flimkien minkejja li mhumiex miġbura flimkien fil-lista. Il-venlafaksina u l-metabolita tiegħu huma raggruppati minħabba l-effetti potenzjalment addittivi tagħhom; dawn jistgħu u jenħtieġ li jiġu analizzati flimkien. Is-sustanzi ażoliċi huma raggruppati minħabba li għandhom l-istess modalità ta’ azzjoni u jista’ jkollhom ukoll effetti addittivi, minkejja l-emissjonijiet tagħhom li jiġu minn firxa ta’ sorsi u li x’aktarx ivarjaw maż-żmien; dawn jistgħu u jenħtieġ li jiġu analizzati flimkien ukoll. Iż-żewġ fungiċidi, li l-emissjonijiet tagħhom x’aktarx ivarjaw ukoll, jistgħu jiġu analizzati flimkien iżda ma hemmx għalfejn.

(12)

Il-metodi analitiċi speċifikati fil-lista ta’ sorveljanza mhumiex ikkunsidrati li jinvolvu spejjeż eċċessivi. Jekk fil-ġejjieni ikun hemm xi informazzjoni ġdida li twassal biex tonqos il-konċentrazzjoni mingħajr effett prevista għal sustanzi speċifiċi, il-limitu massimu aċċettabbli tad-detezzjoni tal-metodu jaf ikollu jitnaqqas sakemm dawk is-sustanzi jibqgħu fil-lista.

(13)

Għall-komparabbiltà, jenħtieġ li jsir monitoraġġ tas-sustanzi kollha f’kampjuni tal-ilma sħaħ.

(14)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/840 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/840 titħassar.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha msemmija fl-Artikolu 8b tad-Direttiva 2008/105/KE hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/840 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

(2)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 tal-20 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 40).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 tal-5 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi għal monitoraġġ fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (ĠU L 141, 7.6.2018, p. 9).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent, COM(2019) 128 final.

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Pjan ta’ Azzjoni Ewropew “Saħħa Waħda” kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR) (COM(2017) 339 final).


ANNESS

Lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha kif stabbilit fl-Artikolu 8b tad-Direttiva 2008/105/KE

Isem is-sustanza/il-grupp ta’ sustanzi

Numru CAS  (1)

Numru tal-UE  (2)

Metodu analitiku indikattiv  (3)  (4)

Limitu massimu aċċettabbli ta’ detezzjoni tal-metodu (ng/l)

Metaflumiżon

139968-49-3

604-167-6

LLE-LC-MS-MS jew SPE–LC-MS-MS

65

Amoksiċillina

26787-78-0

248-003-8

SPE-LC-MS-MS

78

Ċiprofloksaċina

85721-33-1

617-751-0

SPE-LC-MS-MS

89

Sulfametoksażolu  (5)

723-46-6

211-963-3

SPE-LC-MS-MS

100

Trimetoprim  (5)

738-70-5

212-006-2

SPE-LC-MS-MS

100

Venlafaksina u

O-desmetilvenlafaksina  (6)

93413-69-5

93413-62-8

618-944-2

700-516-2

SPE-LC-MS-MS

6

Komposti ażoliċi  (7)

 

 

SPE-LC-MS-MS

 

Klotrimażolu

Flukonażolu

Imażalil

Ipkonażolu

Metkonażolu

Mikonażolu

Penkonażolu

Prokloraż

Tebukonażolu

Tetrakonażolu

23593-75-1

86386-73-4

35554-44-0

125225-28-7

125116-23-6

22916-47-8

66246-88-6

67747-09-5

107534-96-3

112281-77-3

245-764-8

627-806-0

252-615-0

603-038-1

603-031-3

245-324-5

266-275-6

266-994-5

403-640-2

407-760-6

 

20

250

800

44

29

200

1 700

161

240

1 900

Dimossistrobina

149961-52-4

604-712-8

SPE-LC-MS-MS

32

Famoksadon

131807-57-3

603-520-1

SPE-LC-MS-MS

8,5


(1)  Chemical Abstracts Service (Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi).

(2)  Numru tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tar-riżultati minn Stati Membri differenti, is-sustanzi kollha għandhom jiġu mmonitorjati f’kampjuni tal-ilma sħaħ.

(4)  Metodi tal-estrazzjoni:

 

LLE – estrazzjoni b’ripartizzjoni likwidu-likwidu

 

SPE – estrazzjoni f’fażi solida

Metodi analitiċi:

 

LC-MS-MS – Spettrometrija tal-massa bi kwadrupol triplu bi kromatografija likwida (tandem).

(5)  Is-sulmetametoksażolu u t-trimetoprim għandhom jiġu analizzati flimkien fl-istess kampjuni iżda għandhom jiġu rrappurtati bħala konċentrazzjonijiet individwali.

(6)  Il-venlafaksina u l-O-desmetilvenlafaksina għandhom jiġu analizzati flimkien fl-istess kampjuni iżda għandhom jiġu rrappurtati bħala konċentrazzjonijiet individwali.

(7)  Il-komposti ażoliċi għandhom jiġu analizzati flimkien fl-istess kampjuni iżda għandhom jiġu rrappurtati bħala konċentrazzjonijiet individwali.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/36


DEĊIŻJONI Nru 1/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE/GŻEJJER FAEROE

tas-27 ta’ Lulju 2020

li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra [2020/1162]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jikkonċerna t-trattament tariffarju u l-arranġamenti applikabbli għal ċerti ħut u prodotti tas-sajd rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea jew importati fil-Gżejjer Faeroe. L-Anness tal-Protokoll 1 jindika d-dazji doganali preferenzjali u l-kundizzjonijiet l-oħra li għandhom jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe.

(2)

Il-Gżejjer Faeroe ressqu talba abbażi tal-Artikolu 36 tal-Ftehim biex il-kodiċijiet NM 0303 53 90 u 1604 13 90 jiżdiedu mal-Anness tal-Protokoll 1. L-Unjoni Ewropea tikkunsidra, wara l-eżami tas-suq rilevanti, li l-prodotti li dawk il-kodiċijiet jirreferu għalihom jistgħu jiġu importati mingħajr dazju fl-Unjoni Ewropea u mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi.

(3)

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim jikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli għajr dawk elenkati fil-Protokoll 1.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 4, l-Unjoni Ewropea inizjalment tat konċessjonijiet tariffarji għall-għalf tal-ħut tal-Gżejjer Faeroe, fir-rigward ta’ kwota tariffarja mingħajr dazju annwali ta’ 5 000 tunnellata. Dik il-kwota tariffarja bla dazju ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe (2), li żdiedet għal 10 000 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2000 u bid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe (3), li żdiedet għal 20 000 tunnellata u bil-kundizzjoni li l-għalf tal-ħut li jibbenefika mir-reġim preferenzjali ta’ importazzjoni ma jistax ikollu glutina miżjuda.

(5)

Il-Gżejjer Faeroe talbu li jiġi emendat il-Protokoll 4 billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-glutina miżjuda li tinsab fl-għalf tal-ħut li jibbenefika mit-trattament preferenzjali, peress li l-glutina saret materja prima essenzjali fil-kompożizzjoni tal-għalf tal-ħut.

(6)

L-Artikolu 2 tal-Protokoll 4 jelenka l-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea, li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, li għalihom il-Gżejjer Faeroe ma jagħtux libertà minn tariffi u dazji meta jiġu importati fil-Gżejjer Faeroe.

(7)

L-Unjoni Ewropea talbet li tinfetaħ kwota tariffarja bla dazju għall-kodiċijiet NM 0204, 0206 80 99, 0206 90 99, 0210 90 11, 0210 90 60, ex 0210 90 90, li huma elenkati fl-Artikolu 2 tal-Protokoll 4. Il-Gżejjer Faeroe jikkunsidraw li tista’ tingħata kwota tariffarja bla dazju ta’ 80 tunnellata ta’ esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti li jirreferu dawk il-kodiċijiet, suġġetti għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin bi kwota tariffarja bla dazju ta’ 40 tunnellata.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokolli 1 u 4 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tabella I tal-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, tiġi emendata kif ġej:

(1)

dan li ġej jiddaħħal bejn il-kodiċi NM 0303 50 98 u l-kodiċi NM 0303 60 11:

“0303 53 90

– – – Aringi żgħar (Sprattus sprattus)

0”;

 

(2)

dan li ġej jiddaħħal bejn il-kodiċi NM 1604 12 99 u l-kodiċi NM 1604 19:

“1604 13

– – Sardin, sardinelli u aringi żgħar jew laċċi koħol

 

 

 

– – – Sardin:

 

 

1604 13 90

– – – Oħrajn

0”.

 

Artikolu 2

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-prodotti li joriġinaw minn u li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe l-kwoti tariffarji li ġejjin:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

Kwota tat-tariffi (TQ) fit-tunnellata

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

0

Image 3

20

0206 80 99

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, frisk jew mkessaħ

0

0206 90 99

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, friżat

0

0210 90 11

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, mielaħ, ġos-salmura, niexef jew affumikat, bl-għadma

0

0210 90 19

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, mielaħ, ġos-salmura, niexef jew affumikat, mingħajr għadma

0

0210 90 60

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, mielaħ, ġos-salmura, niexef jew affumikat

0

ex 1601 u

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

 

Tan-nagħaġ u tal-mogħoż

0

ex 1602 u

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati:

 

Tan-nagħaġ u tal-mogħoż

0

ex 2309 90 10

ex 2309 90 31

ex 2309 90 41

Għalf tal-ħut

0

20 000 ”;

(2)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

Artikolu 3

Il-Gżejjer Faeroe għandhom jiftħu l-kwoti tariffarji li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Unjoni Ewropea:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

Kwota tat-tariffi (TQ) fit-tunnellata

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

0

40 fl-2020, fl-2021 u fl-2022: 80 mis-sena 2023”;

0206 80 99

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, frisk jew mkessaħ

0

0206 90 99

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, friżat

0

0210 90 11

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, mielaħ, ġos-salmura, niexef jew affumikat, bl-għadma

0

0210 90 60

Ġewwieni tan-nagħaġ jew tal-mogħoż tajjeb għall-ikel, mielaħ, ġos-salmura, niexef jew affumikat

0

ex 0210 90 90

Dqiq u ikliet ta’ laħam u tal-ġewwieni tajbin għall-ikel, tan-nagħaġ u l-mogħoż

0

(3)

l-Anness I jitħassar.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Tórshavn, is-27 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

K. SANDERSON


(1)   ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe tal-31 ta’ Awwissu 1998 li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim (ĠU L 263, 26.9.1998, p. 37).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Faeroe tat-8 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 32).


Rettifika

6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/39


Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 250 tat-3 ta’ Awwissu 2020 )

Fil-paġna 124, l-Artikoli 1 u 2,

minflok:

“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956”,

aqra:

“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956”.