|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1128
tat-30 ta’ Lulju 2020
li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (‘il-lista’). |
|
(2) |
Fejn kien possibbli fil-prattika, il-Kunsill ipprovda dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista. |
|
(3) |
B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. |
|
(4) |
Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta’ individwi u entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali. |
|
(5) |
Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
|
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 jitħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/19 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1337 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 1).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).
ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
I. PERSUNI
|
1. |
ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878. |
|
2. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
3. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
4. |
ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
5. |
ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657. |
|
6. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands). |
|
7. |
EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada). |
|
8. |
HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019. |
|
9. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu. |
|
10. |
MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja). |
|
11. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555. |
|
12. |
ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija). |
|
13. |
SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran. |
|
14. |
SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran. |
II. GRUPPI U ENTITAJIIET
|
1. |
L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’). |
|
2. |
Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’. |
|
3. |
‘Al-Aqsa e.V’. |
|
4. |
‘Babbar Khalsa’. |
|
5. |
Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini. |
|
6. |
Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà. |
|
7. |
‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’). |
|
8. |
‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’). |
|
9. |
‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’. |
|
10. |
Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)). |
|
11. |
‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’. |
|
12. |
‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’. |
|
13. |
Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’). |
|
14. |
It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’. |
|
15. |
‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’). |
|
16. |
Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’. |
|
17. |
Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’. |
|
18. |
Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’). |
|
19. |
‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’). |
|
20. |
‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’). |
|
21. |
‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’). |
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1129
tat-30 ta’ Lulju 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII għal dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ li jinżammu, li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dsatax-il persuna u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ ħames persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jiġu aġġornati u li l-ġeneru tal-persuni fiżiċi kollha elenkati fl-Anness XV jenħtieġ li jiġi inkluż fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, l-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
(1)
Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (a) (‘Persuni fiżiċi indikati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrati 1 sa 27 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“1. |
CHON Chi Bu (CHON Chi-bu) |
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, eks direttur tekniku ta’ Yongbyon. Ritratti rabtuh ma’ reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007. |
|
2. |
HYON Chol-hae (magħruf ukoll bħala HYON Chol Hae) |
Data tat-Twelid: 13.8.1934 Post tat-Twelid: Manchuria, iċ-Ċina Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Marixxall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Eks Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK. |
|
3. |
O Kuk-Ryol (magħruf ukoll bħala O Kuk Ryol) |
Data tat-Twelid: 7.1.1930 Post tat-Twelid: il-Provinċja ta’ Jilin, iċ-Ċina. Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet tad-difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġie rrifurmat fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affairs Commission, SAC), li tissorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta’ teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK. |
|
4. |
PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong; PAK Jae Gyong) |
Data tat-Twelid: 10.6.1933 Numru tal-passaport: 554410661 Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni ta’ KIM Jong Un tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu. |
|
5. |
RYOM Yong |
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali. |
|
6. |
SO Sang-kuk (magħruf ukoll bħala SO Sang Kuk) |
Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938 Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung. |
|
7. |
Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol (magħruf ukoll bħala: KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul) |
Data tat-Twelid: 1946 Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, RDPK Ġeneru: maskil |
19.12.2011 |
Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea; tal-Politburo u l-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. |
|
8. |
CHOE Kyong-song (magħruf ukoll bħala CHOE Kyong song) |
Data tat-Twelid: 1945 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
9. |
CHOE Yong-ho (magħruf ukoll bħala CHOE Yong Ho) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u tal-Forzi Kontra l-Inġenji tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
10. |
HONG Sung-Mu (magħruf ukoll bħala HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu) |
Data tat-Twelid: 1.1.1942 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet (Munitions Industry Department, MID). Inkarigat mill-iżvilupp ta’ programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta’ Novembru 2017. |
|
11. |
JO Kyongchol (magħruf ukoll bħala JO Kyong Chol) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul. |
|
12. |
KIM Chun-sam (magħruf ukoll bħala KIM Chun Sam) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral Logutenent, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
13. |
KIM Chun-sop (magħruf ukoll bħala KIM Chun Sop) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Eks Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet (Munitions Industry Department, MID). Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li issa ġiet irriformata fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Kien f’sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwew għas-suċċess tat-test SLBM f’Mejju 2015. |
|
14. |
KIM Jong-gak (magħruf ukoll bħala KIM Jong Gak) |
Data tat-Twelid: 20.7.1941 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Eks Direttur tad-Dipartiment Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta’ Kim Il-Sung, eks Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
15. |
KIM Rak Kyom (magħruf ukoll bħala KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral b’Erba’ Stilel, Kmandant tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi, entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, li hu rappurtat li issa jikkmanda erba’ unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN-08 (ICBM). Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f’April 2016 ma’ KIM Jong Un. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Ordna t-taħriġ tal-isparar tal-missili ballistiċi. |
|
16. |
KIM Won-hong (magħruf ukoll bħala KIM Won Hong) |
Data tat-Twelid: 7.1.1945 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Nru tal-passaport: 745310010 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral. Eks Viċi Direttur Ewlieni tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
17. |
PAK Jong-chon (magħruf ukoll bħala PAK Jong Chon) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Persunal Ġenerali minn April 2019; membru tal-Politburo minn April 2020. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
18. |
LI Yong-ju (magħruf ukoll bħala RI Yong Ju) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali tal-Poplu Korean li huma involuti fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
19. |
SON Chol-ju (magħruf ukoll bħala SON Chol Ju) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u eks Direttur Politiku tal-forzi tal-Ajru u ta’ Kontra l-ajru, li tissorvelja l-iżvilupp ta’ rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
20. |
YUN Jong-rin (magħruf ukoll bħal YUN Jong Rin) |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin kollha għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
21. |
HONG Yong Chil |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Id-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta’ Marzu 2016— huwa involut f’aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta’ armi u ta’ programmi ta’ Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f’Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f’għadd ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta’ Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Kien preżenti fuq il-post għat-test tal-ġett b’magna tat-tip ICBM ġdida f’April 2016. |
|
22. |
RI Hak Chol (magħruf ukoll bħala RI Hak Chul, RI Hak Cheol) |
Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966 Passaport: 381320634; PS-563410163 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f’idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f’April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta’ armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta’ prodotti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mir-RDPK. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-KSNU. |
|
23. |
YUN Chang Hyok |
Data tat-Twelid: 9.8.1965 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta’ xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta’ satelliti u rokits li jġorru missili. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta’ Frar 2016 minħabba l-użu ta’ teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. |
|
24. |
RI Myong Su |
Data tat-Twelid: 1937 Post tat-Twelid: Myongchon, Tramuntana ta’ Hamgyong, ir-RDPK Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Ri Myong Su għadu influwenti fi kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva. Ri ilu żmien twil membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA); li bħalissa hija l-14-il waħda. |
|
25. |
SO Hong Chan |
Data tat-Twelid: 30.12.1957 Post tat-Twelid: Kangwon, RDPK Passaport: PD836410105 Data ta’ skadenza tal-passaport: 27.11.2021 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
L-ewwel Viċi Ministru u Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Ġeneral fil-Forzi Armati tal-Poplu. F’din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
26. |
WANG Chang Uk |
Data tat-Twelid: 29.5.1960 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F’din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
27. |
JANG Chol |
Data tat-Twelid: 31.3.1961 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Numru tal-passaport: 563310042 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Eks president tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F’din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp ta’ attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli mill-għoti ta’ sostenn jew mill-promozzjoni ta’ programmi tar-RDPK li għandhom x’jaqsmu ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħra ta’ qerda massiva.”. |
(2)
Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (b) (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrata 2 tiġi sostitwita b’dan li ġej:|
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Post |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“2. |
Korean Ryengwang Trading Corporation magħrufa ukoll bħala KOREA RAYONGWANG TRADING CORPORATION |
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK |
22.12.2009 |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddeżinjata mill-KSNU, 24.4.2009).”. |
(3)
Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (c) (‘Persuni fiżiċi indikati f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)’), l-entrati 1 sa 6 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“1. |
JON Il-chun (magħruf ukoll bħala JON Il Chun) |
Data tat-Twelid: 24.8.1941 Ġeneru: maskil |
22.12.2010 |
Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ direttur tal-“Uffiċċju 39”, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta’ prodotti mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet tad-difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġie rriformat fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affairs Commission, SAC), ġie elett direttur ġenerali tal-Bank għall-Iżvilupp Statali f’Marzu 2010. Membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema elett f’Mejju tal-2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK. |
|
2. |
KIM Tong-un (magħruf ukoll bħala KIM Tong Un) |
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Eks direttur ta’ “Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament kien responsabbli minn “Uffiċċju 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u għall-elit. |
|
3. |
KIM Yong Nam (KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon) |
Data tat-Twelid: 2.12.1947 Post tat-Twelid: Sinuju, RDPK Ġeneru: maskil |
20.4.2018 |
KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta’ tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f’għadd ta’ trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta’ ibnu KIM Kyong Hui. |
|
4. |
DJANG Tcheul Hy (JANG Tcheul-hy, JANG Cheul-hy, JANG Chol-hy, DJANG Cheul-hy, DJANG Chol-hy, DJANG Tchou-lhy, Kim Tcheul-hy) |
Data tat-Twelid: 11.5.1950 Post tat-Twelid: Kangwon Ġeneru: femminil |
20.4.2018 |
DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta’ binha KIM Kyong Hui f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta’ diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f’isimha. Kienet involuta wkoll f’diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta’ binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni. |
|
5. |
KIM Su Gwang (KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang, KIM Su-gwang, KIM Son-gwang) |
Data tat-Twelid: 18.8.1976 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Diplomatiku, Ambaxxata tal-RDPK, Belarus Ġeneru: maskil |
20.4.2018 |
KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta’ kontijiet bankarji f’diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta’ membri tal-familja. Kien involut f’diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui. |
|
6. |
KIM Kyong Hui |
Data tat-Twelid: 6.5.1981 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Ġeneru: femminil |
20.4.2018 |
KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f’isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”. |
(4)
Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (a) (‘Persuni fiżiċi’), l-entrati 4 u 24 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“4. |
JON Chol Young magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong |
Numru tal-passaport: 563410192 Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola Data tat-Twelid: 30.4.1975 |
22.1.2018 |
Eks rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta’ bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
24. |
SO Tong Myong |
Data tat-Twelid: 10.9.1956 |
3.7.2015 |
Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Maniġer Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f’isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”. |
(5)
Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Parti (b) (‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi’), l-entrata 4 tiġi sostitwita b’dan li ġej:|
|
Isem (u alternattivi possibbli) |
Post |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“4. |
Pan Systems Pyongyang magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System |
Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK. |
16.10.2017 |
Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta’ bejgħ ta’ armi jew materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f’isem, Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti.”. |
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1130
tat-30 ta’ Lulju 2020
li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ jinżammu, u li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna waħda għandha tiġi aġġornata. |
|
(4) |
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 18 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“18. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa GHAWIL, Khalifa Mohamed |
Data tat-twelid: l-1 ta’ Jannar 1956 jew l-1 ta’ Jannar 1951 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ April 2015, skada fil-11 ta’ April 2017 u J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta’ Ġunju 2024 Sess: raġel Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta’ Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta’ 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta’ gvern ta’ unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta’ Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta’ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-GNC ta’ Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta’ kull membru tat-Tim ta’ Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b’Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta’ Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru għad-Difiża’ tal-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016”. |
DEĊIŻJONIJIET
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1131
tat-30 ta’ Lulju 2020
li tniedi l-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-Pjan Operazzjonali (OPLAN) għall-EUAM RCA jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(3) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-kisba ta’ kapaċità operattiva inizjali mill-EUAM RCA, jenħtieġ li l-Missjoni tiġi mnedija fid-9 ta’ Awwissu 2020 għal perijodu ta’ sentejn. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 ipprovdiet ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 7 100 000 biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA matul l-ewwel sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni tal- Kunsill (PESK) 2020/664 (2) estendiet il-validità tal-ammont ta’ referenza finanzjarja sat-8 ta’ Awwissu 2020. Jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont ta’ referenza addizzjonali li jkopri l-perijodu mit-tnedija tal-Missjoni sat-8 ta’ Awwissu 2022. |
|
(5) |
L-EUAM RCA jenħtieġ li jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’oqsma relatati mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
L-EUAM RCA ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-OPLAN għal EUAM RCA huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
L-EUAM RCA għandha titnieda fid-9 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 3
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-EUAM RCA huwa b’dan awtorizzat b’effett immedjat li jagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-Missjoni.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA għall-perijodu mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 30 352 481,10. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kwalunkwe perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”. |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Ċellula ta’ Proġetti 1. L-EUAM RCA għandu jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUAM RCA għandha, skont il-ħtieġa, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’oqsma marbutin mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. Soġġetta għall-paragrafu 3, l-EUAM RCA għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b’mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUAM RCA, jekk il-proġett ikun:
L-EUAM RCA għandha tikkonkludi arranġament mal-Istati li jikkontribwixxu, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kwalunkwe ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta’ Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/664 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 157, 19.5.2020, p. 3).
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1132
tat-30 ta’ Lulju 2020
li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 (2) li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (‘il-lista’). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, jenħtieġ li f’intervalli regolari jsir reviżjoni tal-ismijiet ta’ persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fiha. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(5) |
Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/20 tal-13 ta’ Jannar 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1341 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 5).
ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
I. PERSUNI
|
1. |
ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878. |
|
2. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
3. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
|
4. |
ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
5. |
ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657. |
|
6. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands). |
|
7. |
EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada). |
|
8. |
HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019. |
|
9. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu. |
|
10. |
MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja). |
|
11. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555. |
|
12. |
ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija). |
|
13. |
SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran. |
|
14. |
SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran. |
II. GRUPPI U ENTITAJIIET
|
1. |
L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’). |
|
2. |
Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’. |
|
3. |
‘Al-Aqsa e.V’. |
|
4. |
‘Babbar Khalsa’. |
|
5. |
Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini. |
|
6. |
Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà. |
|
7. |
‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’). |
|
8. |
‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’). |
|
9. |
‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’. |
|
10. |
Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħalal-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)). |
|
11. |
‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’. |
|
12. |
‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’. |
|
13. |
Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’). |
|
14. |
It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’. |
|
15. |
‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’). |
|
16. |
Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’. |
|
17. |
Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’. |
|
18. |
Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’). |
|
19. |
‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’). |
|
20. |
‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’). |
|
21. |
‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’). |
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1133
tat-30 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1), li stabbiliet Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b’mandat sa 24 xahar wara li l-Missjoni tkun laħqet Kapaċità Operattiva Sħiħa, jiġifieri sad-19 ta’ Settembru 2018, u ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri dak il-perijodu. |
|
(2) |
Fit-30 ta’ Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1082 (2), li estendiet il-mandat tal-EUTM RCA sad-19 ta’ Settembru 2020. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Mejju 2020, abbażi ta’ Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM RCA jiġi estiż b’sentejn oħra. |
|
(4) |
L-EUTM RCA jenħtieġ li tikkoordina mal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), ladarba l-EUAM RCA titnieda, u ma’ atturi internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA), bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti ta’ appoġġ integrat koerenti lill-Gvern u lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u lanqas ma hi marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tieħux sehem fil-finanzjament tal-EUTM RCA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bejn il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, l-atturi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-EUAM RCA, u s-sħab strateġiċi lokali ewlenin rilevanti għall-operazzjoni għandhom jiġu definiti fil-Pjan tal-Missjoni.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2020 sad-19 ta’ Settembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 36 960 000. Il-perċentwal ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta’ 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 10 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-EUTM RCA għandha tintemm fid-19 ta’ Settembru 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)(ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1082 tat-30 ta’ Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta’ taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 140).
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1134
tat-30 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fit-22 u fid-29 ta’ Ġunju 2020 rispettivament, -l-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA) u Expertise France, fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom bħala aġenziji ta’ implimentazzjoni, talbu estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 sat-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba l-isfidi li qed jirriżultaw mill-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja. |
|
(4) |
It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 5
“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1135
tat-30 ta’ Lulju 2020
li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*1)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1338 (1) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo u li taħtar lis-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala r-RSUE fil-Kosovo. Il-Kunsill estenda ulterjorment dak il-mandat bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2017/348 (2), (PESK) 2018/903 (3) u (PESK) 2020/249 (4). Dak il-mandat ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2020. |
|
(2) |
Jenħtieġ li s-Sur Tomáš SZUNYOG jiġi maħtur bħala r-RSUE fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Is-Sur Tomáš SZUNYOG huwa b’dan maħtur bħala r-RSUE fil-Kosovo mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”).
Artikolu 2
Objettivi ta’ politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-Kosovo. Dawn jinkludu: rwol ta’ tmexxija fil-promozzjoni ta’ Kosovo stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multietniku li jikkoopera mar-reġjun; it-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u l-kontribut għal kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat fil-Balkani tal-Punent; il-promozzjoni ta’ Kosovo impenjat favur l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż; l-appoġġ għall-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u r-ravviċinament tiegħu lejn l-Unjoni b’mod allinjat mal-perspettiva tar-reġjun u f’konformità mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (5) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 (6), u b’mod konformi mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(a) |
joffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-Unjoni fil-proċess politiku; |
|
(b) |
jippromwovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fil-Kosovo; |
|
(c) |
isaħħaħ il-preżenza tal-Unjoni fil-Kosovo u jiżgura l-koerenza, l-effettività u l-viżibilità tagħha; |
|
(d) |
jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi; |
|
(e) |
jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni fil-Kosovo, inkluż sabiex tiġi ggwidata lokalment it-tranżizzjoni tal-EULEX KOSOVO għat-trasferiment eventwali tal-attivitajiet lill-Uffiċċju tar-RSUE jew tal-UE fil-Kosovo u/jew l-awtoritajiet lokali, kif xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu; |
|
(f) |
jappoġġa l-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u r-ravviċinament tiegħu lejn l-Unjoni, b’mod allinjat mal-perspettiva tar-reġjun u f’konformità mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1988, u b’mod konformi mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, permezz ta’ komunikazzjoni pubblika mmirata u attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni mfassla biex ikunu żgurati l-fehim u l-appoġġ usa’ mill-pubbliku tal-Kosovo dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni, inkluż il-ħidma tal-EULEX KOSOVO; |
|
(g) |
jimmonitorja, jassisti u jiffaċilita, permezz tal-mezzi u l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tar-RSUE u bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo, il-progress fil-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej, f’konformità mal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet istituzzjonali rispettivi, u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni inkluż permezz tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma; |
|
(h) |
jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, inkluż fir-rigward tan-nisa u t-tfal u l-protezzjoni tal-minoranzi, f’konformità mal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
(i) |
jappoġġa, kif meħtieġ, id-Djalogu bejn Belgrad u Pristina ffaċilitat mill-Unjoni, inkluż il-kompiti ta’ appoġġ operazzjonali li eventwalment jridu jiġi trasferiti minn EULEX KOSOVO, f’koordinazzjoni mar-RSUE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali tal-Balkani tal-Punent oħrajn u b’enfasi fuq il-promozzjoni ta’ ambjent favorevoli għall-proċess; |
|
(j) |
jappoġġa l-mandat tal-Awli Speċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat, kif xieraq, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kuntatt privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021 għandu jkun ta’ EUR 3 300 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali kkuntrattat għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jissekonda, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tissekonda jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan.
Artikolu 8
Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
1. Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (7).
2. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
3. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, f’konformità mal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dak il-għan.
4. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil partijiet terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni dokumenti mhux klassifikati tal-UE li jkunu relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-azzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (8).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. L-uffiċċju tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:
|
(a) |
jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta’ responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jipprevedu pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni; |
|
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ responsabbiltà; |
|
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal li jkun ingħata kuntratt lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta’ responsabbiltà jew kif jaslu fiha, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula b’segwitu għal valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rapporti
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, kif meħtieġ. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fit-teħid tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. Għandhom jintalbu kuntatti mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk ta’ RSUE oħrajn li jkunu attivi fir-reġjun, kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandhom jinżammu kuntatti mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-EULEX KOSOVO, inkluż dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatti ma’ aġenziji lokali rilevanti u ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.
3. Ir-RSUE, flimkien ma’ atturi oħra tal-Unjoni preżenti fuq il-post, għandu jiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fost l-atturi tal-Unjoni fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ għarfien u valutazzjoni komuni dwar is-sitwazzjoni.
Artikolu 13
Assistenza rigward pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta’ elementi b’rispons għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-Kosovo, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.
Artikolu 14
Rieżami
L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-31 ta’ Ottubru 2020 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2021.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1338 tal-4 ta’ Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 109).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/348 tas-27 ta’ Frar 2017 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 75).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/903 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 7).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/249 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/903 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 54I, 26.2.2020, p. 1).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 tat-22 ta’ Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ĠU L 290, 6.11.2015, p. 4)
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/EU tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1136
tat-30 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II, III, V u VI għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li jinżammu, li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dsatax-il persuna u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ ħames persuni u żewġ entitajiet jenħtieġ li jiġu aġġornati u li l-ġeneru tal-persuni fiżiċi kollha elenkati fl-Anness II jenħtieġ li jiġi inkluż fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
(1)
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti I(A) (“Persuni”), l-entrati 1 sa 27 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
|
“1. |
CHON Chi Bu |
CHON Chi-bu |
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta’ Yongbyon. Permezz ta’ ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma’ reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007. |
|
2. |
HYON Chol-hae |
HYON Chol Hae |
Data tat-twelid: 13.8.1934 Post tat-Twelid: Manchuria, iċ-Ċina Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Marixxall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Eks Viċi Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu, eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (kien konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f’Mejju 2016 fis-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
|
3. |
O Kuk-Ryol |
O Kuk Ryol |
Data tat-twelid: 7.1.1930 Post tat-Twelid: il-Provinċja ta’ Jilin, iċ-Ċina. Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), issorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta’ teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Eks Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea elett f’Mejju 2016 waqt is-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex ikompli bil-programm nukleari tar-RDPK. |
|
4. |
PAK Jae-gyong |
Chae-Kyong PAK Jae Gyong |
Data tat-twelid: 10.6.1933 Numru tal-passaport: 554410661 Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni minn KIM Jong Un tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu. |
|
5. |
RYOM Yong |
|
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali. |
|
6. |
SO Sang-kuk |
SO Sang Kuk |
Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938 Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung. |
|
7. |
Logutenent Ġeneral KIM Yong Chol |
KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, RDPK Ġeneru: maskil |
19.12.2011 |
Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea; tal-Politburo u l-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Eks direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. |
|
8. |
CHOE Kyong-song |
CHOE Kyong song |
Data tat-twelid: 1945 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
9. |
CHOE Yong-ho |
CHOE Yong Ho |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
10. |
HONG Sung-Mu |
HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu |
Data tat-twelid: 1.1.1942 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta’ programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta’ żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta’ Novembru 2017. |
|
11. |
JO Kyongchol |
JO Kyong Chol |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar drill tal-isparar tal-artillerija fuq distanza twila li qatt sar. |
|
12. |
KIM Chun-sam |
KIM Chun Sam |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tal-Poplu Korean u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
13. |
KIM Chun-sop |
KIM Chun Sop |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Eks direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (MID). Eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li issa ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC) li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f’Mejju 2015. |
|
14. |
KIM Jong-gak |
KIM Jong Gak |
Data tat-twelid: 20.7.1941 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ex-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta’ Kim Il-Sung, eks Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu u eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
15. |
KIM Rak Kyom |
KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral b’Erba’ Stilel, Kmandant tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi, entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, li hu rrappurtat li issa tikkmanda erba’ unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluż il-brigata KN-08 (ICBM). Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f’April 2016 ma’ KIM Jong Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Ordna drill tal-isparar ta’ rokits ballistiċi. |
|
16. |
KIM Won-hong |
KIM Won Hong |
Data tat-twelid: 7.1.1945 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Nru tal-passaport: 745310010 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral. Ex Viċi Direttur Ewlieni tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
17. |
PAK Jong-chon |
PAK Jong Chon |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Persunal Ġenerali minn April 2019; membru tal-Politburo minn April 2020. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
18. |
LI Yong-ju |
RI Yong Ju |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ammirall tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Poplu Korean, li hija involuta fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
19. |
SON Chol-ju |
SON Chol Ju |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Viċi Direttur responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Armata tal-Poplu Korean u ex-Direttur Politiku tal-Forza tal-Ajru u tal-forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti-Air forces), li tissorvelja l-iżvilupp ta’ rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
20. |
YUN Jong-rin |
YUN Jong Rin |
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Ġeneral, eks kmandant tal-Kmand tal-Gwardja Suprema. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
21. |
HONG Yong Chil |
|
Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — deżinjat mill-KSNU fit-2 ta’ Marzu 2016— huwa involut f’aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta’ armi u ta’ programmi ta’ Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta’ Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f’Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Fis-snin reċenti d-DIM ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f’għadd ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta’ Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Kien preżenti waqt it-test tal-ġett tal-art tat-tip il-ġdid tal-magna ICBM f’April 2016. |
|
22. |
RI Hak Chol |
RI Hak Chul; RI Hak Cheol |
Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966 Numri tal-Passaport: 381320634, PS- 563410163 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f’idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f’April 2009 u hija n-negozjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatati ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta’ armi jew materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
23. |
YUN Chang Hyok |
|
Data tat-twelid: 9.8.1965 Ġeneru: maskil |
20.5.2016 |
Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta’ xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta’ satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta’ Frar 2016 minħabba l-użu ta’ teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
24. |
RI Myong Su |
|
Data tat-twelid: 1937 Post tat-Twelid: Myongchon, Tramuntana ta’ Hamgyong, ir-RDPK Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Viċi Marixxall tal-Armata tal-Poplu Korean, l-ewwel viċi kmandant tal-Kmand Suprem tal-Armata tal-Poplu Korean. Sal-2018, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Poplu. Ri Myong Su għadu influwenti fi kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali inkluż il-programmi tar-RDPK relatati ma’ armi nukleari, ma’ missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. Ri ilu żmien twil membru tal-Assemblea Suprema tal-Poplu (SPA); li bħalissa hija l-14-il waħda. |
|
25. |
SO Hong Chan |
|
Data tat-twelid: 30.12.1957 Post tat-Twelid: Kangwon, RDPK Passaport: PD836410105 Data ta’ skadenza tal-passaport: 27.11.2021 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
L-ewwel Viċi Ministru u Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Ġeneral fil-Forzi Armati tal-Poplu. F’din il-kapaċità, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
26. |
WANG Chang Uk |
|
Data tat-twelid: 29.5.1960 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F’din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva. |
|
27. |
JANG Chol |
|
Data tat-twelid: 31.3.1961 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Numru tal-passaport: 563310042 Ġeneru: maskil |
7.4.2017 |
Eks president tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F’din il-kapaċità, Jang Chol kellu pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva.”. |
(2)
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti I(B) (‘Entitajiet’), l-entrata 2 tiġi sostitwita b’dan li ġej:|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
“2. |
Korean Ryengwang Trading Corporation |
KOREA RYONGWANG TRADING CORPORATION |
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK |
22.12.2009 |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009).”. |
(3)
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti II.(A) (“Persuni”), l-entrati 1 sa 6 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
|
“1. |
JON Il-chun |
JON Il Chun |
Data tat-twelid: 24.8.1941 Ġeneru: maskil |
22.12.2010 |
Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ direttur tal-“Office 39”, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta’ merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta’ difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), ġie elett bħala d-direttur ġenerali tal-iState Development Bank f’Marzu 2010. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f’Mejju 2016 fis-Seba’ Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
|
2. |
KIM Tong-un |
KIM Tong Un |
Ġeneru: maskil |
22.12.2009 |
Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament responsabbli għal “Office 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u l-elit. |
|
3. |
KIM Yong Nam |
KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon |
Data tat-twelid: 2.12.1947 Post tat-Twelid: Sinuju, RDPK Ġeneru: maskil |
20.4.2018 |
KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta’ tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f’għadd ta’ trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta’ ibnu KIM Kyong Hui. |
|
4. |
DJANG Tcheul Hy |
JANG Tcheul-hy, JANG Cheul-hy, JANG Chol-hy, DJANG Cheul-hy, DJANG Chol-hy, DJANG Tchoul-hy, KIM Tcheul-hy |
Data tat-twelid: 11.5.1950 Post tat-Twelid: Kangwon Ġeneru: femminil |
20.4.2018 |
DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta’ binha KIM Kyong Hui f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta’ diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f’isimha. Kienet involuta wkoll f’diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta’ binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni. |
|
5. |
KIM Su Gwang |
KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang, KIM Su-gwang, KIM Son-gwang |
Data tat-twelid: 18.8.1976 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Diplomatiku tar-RDPK, Ambaxxata għall-Belarussja Ġeneru: maskil |
20.4.2018 |
KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta’ Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta’ Esperti bħala involuti f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta’ kontijiet bankarji f’diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta’ membri tal-familja. Kien involut f’diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f’isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui. |
|
6. |
KIM Kyong Hui |
|
Data tat-twelid: 6.5.1981 Post tat-Twelid: Pyongyang, RDPK Ġeneru: femminil |
20.4.2018 |
KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f’sensiela ta’ prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f’isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”. |
(4)
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti(A) (‘Persuni’), l-entrati 4 u 24 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
‘4. |
JON Chol Young magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong |
Numru tal-passaport: 563410192 Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola Data tat-Twelid: 30.4.1975 |
22.1.2018 |
Eks rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat tar-RDPK fl-Angola. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta’ bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
24. |
SO Tong Myong |
Data tat-twelid: 10.9.1956 |
3.7.2015 |
Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Ġestjoni Eżekuttiva tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Manager Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f’isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.’. |
(5)
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Parti (B) (‘Entitajiet’), l-entrata 4 tiġi sostitwita b’dan li ġej:|
|
Isem (u psewdonimi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
|
“4. |
Pan Systems Pyongyang magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System |
Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK. |
16.10.2017 |
Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta’ bejgħ ta’ armi jew materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f’isem, ir-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti.”. |
|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/40 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1137
tat-30 ta’ Lulju 2020
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fis-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jenħtieġ li jinżammu, u li l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal persuna waħda jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
(1)
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:|
“15. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa GHAWIL, Khalifa Mohamed |
Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 jew l-1 ta' Jannar 1951 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015, skada fil-11 ta' April 2017 u J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2024 Sess: raġel Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali ('GNC') li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali'), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-'Prim Ministru' u lill-'Ministru għad-Difiża' tal-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali' biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016” |
(2)
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 20 hija sostitwita b'dan li ġej:|
“20. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa GHAWIL, Khalifa Mohamed |
Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 jew l-1 ta' Jannar 1951 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015, skada fil-11 ta' April 2017 u J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2024 Sess: raġel Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali ('GNC') li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali'), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-'Prim Ministru' u lill-'Ministru għad-Difiża' tal-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali' biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016”. |