ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
20 ta' Lulju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1058 tas-27 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

1

 

*

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1059 tas-27 ta’ April 2020 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 fir-rigward tat-tikkettar ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1060 tat-13 ta’ Lulju 2020 li japprova l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Terrazze Retiche di Sondrio (IĠP))

41

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1061 tat-13 ta’ Lulju 2020 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Dealurile Sătmarului (IĠP))

42

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1062 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Csopak/Csopaki (DOP)

43

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1063 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Achterhoek — Winterswijk (DOP)

44

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1064 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem delle Venezie/Beneških okolišev (DOP)

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1065 tat-13 ta’ Lulju 2020 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (delle Venezie (IĠP))

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1058

tas-27 ta’ April 2020

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58 u l-Artikolu 61 tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“il-UAS”), li t-tħaddim tagħhom jippreżenta riskju baxx u li għalihom l-operatur tal-UAS jitħalla jissottometti dikjarazzjoni bbażata fuq ix-xenarju standard elenkat fl-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2) ma jkunux soġġetti għal proċeduri standard tal-konformità ajrunawtika. Il-possibbiltà li tiġi stabbilita l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jenħtieġ tintuża għal dawk il-UAS. Għalhekk hemm bżonn jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li jindirizzaw ir-riskji kkawżati mit-tħaddim ta’ dawk il-UAS, filwaqt li titqies bis-sħiħ kull leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Minħabba f’hekk, jenħtieġ jinħolqu żewġ klassijiet differenti ġodda tal-UAS, ikkaratterizzati minn settijiet differenti ta’ rekwiżiti li jindirizzaw riskji differenti. Għaldaqstant, il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (3) jenħtieġ ikun ikopri dawn il-klassijiet ġodda.

(2)

Il-UAS li jridu jintużaw fix-xenarji standard definiti fl-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jenħtieġ ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott definiti fil-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u għalhekk jenħtieġ jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III.

(3)

Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ ikopru r-rekwiżiti essenzjali previsti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1139, b’mod partikolari rigward il-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet speċifiċi meħtieġa biex jittaffew ir-riskji relatati mas-sikurezza tat-titjira, il-privatezza, u l-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, ikkawżati mit-tħaddim ta’ dawn il-UAS.

(4)

Meta l-manifatturi jqiegħdu UAS fis-suq bil-ħsieb li jagħmluha disponibbli għat-tħaddim skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kategorija “miftuħa” jew skont id-dikjarazzjoni operazzjonali, u għalhekk iwaħħlu tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi fuqha, dawn jenħtieġ jiżguraw il-konformità tal-UAS mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi. Bl-istess mod, meta manifatturi jqiegħdu fis-suq settijiet ta’ aċċessorji li jittrasformaw il-UAS tal-klassi C3 f’UAS tal-klassi C5, jenħtieġ li dawn jiżguraw il-konformità tal-UAS mgħammra bis-settijiet tal-aċċessorji mar-rekwiżiti kollha tal-klassi C5.

(5)

Biex l-identifikazzjoni mill-bogħod tiġi appoġġata bħala wieħed mill-elementi meħtieġa għall-funzjonament tas-sistema U-spazjali li qed tiġi żviluppata bħalissa, jenħtieġ li kull UAS imħaddma fil-kategorija speċifika tkun mgħammra b’sistema ta’ identifikazzjoni mill-bogħod.

(6)

Jenħtieġ li dawk il-UAS imħaddma fil-kategorija speċifika u li ma jeħtiġux reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, ikollhom numru tas-serje uniku, sakemm ma jkunux mibnija privatament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 05/2019 (4) maħruġa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar it-tqegħid fis-suq tal-UAS u tas-settijiet tal-aċċessorji u tal-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod, kif ukoll dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

Il-UAS maħsuba biex jitħaddmu skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kategorija “miftuħa” tal-operazzjonijiet tal-UAS jew għad-dikjarazzjonijiet operazzjonali skont il-kategorija “speċifika” f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/947, għajr il-UAS mibnija privatament, u li jkollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi kif stabbilit fil-Partijiet 1 sa 5, 16 u 17 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament li tkun tindika għal liema klassi mis-seba’ klassijiet tal-UAS imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 tappartjeni;

(b)

is-settijiet tal-aċċessorji tal-klassi C5 kif stabbilit fil-Parti 16;

(c)

l-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod kif stabbilit fil-Parti 6 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament japplika għall-UAS imħaddma skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’ tal-operazzjonijiet tal-UAS f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, għajr meta mħaddma b’dikjarazzjoni.”;

(3)

Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti (38), (39) u (40) li ġejjin:

“(38)

‘unità tal-kmand’ (‘CU’) tfisser it-tagħmir jew is-sistema ta’ tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod kif definit fil-punt 32 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jappoġġa l-kontroll jew il-monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord waqt kull fażi tat-titjira, għajr l-infrastrutturi kollha li jappoġġaw is-servizz ta’ kollegament C2 tal-kmand u l-kontroll;

(39)

‘servizz ta’ kollegament C2’ tfisser servizz ta’ komunikazzjoni pprovdut minn parti terza, li jipprovdi kmand u kontroll bejn l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-unità tal-kmand (CU);”

(40)

‘billejl’ tfisser is-sigħat bejn tmiem l-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012. (*1)

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;"

(4)

it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“UAS maħsuba biex jitħaddmu fil-kategorija ‘miftuħa’ jew fil-kategorija ‘speċifika’ bid-dikjarazzjoni operazzjonali, settijiet tal-aċċessorji li jkollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi u aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod”

(5)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”;

(6)

fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw mis-16 ta’ Lulju 2021.”;

(7)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta jqiegħdu l-prodott tagħhom fis-suq tal-Unjoni, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dan ikun ġie ddisinjat u manifatturat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”;

(8)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika prevista fl-Artikolu 17 u jwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 13, jew jesternalizzawha.

Meta l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness tintwera b’dik il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.”;

(9)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-manifatturi tal-UAS għandhom jiżguraw li l-UA ikollhom fuqhom it-tip skont id-Deċiżjoni 768/2008/KE kif ukoll numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u, meta applikabbli, li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fil-Partijiet 2 sa 4, 16 u 17 korrispondenti tal-Anness. Il-manifatturi tas-settijiet tal-aċċessorji tal-klassi C5 għandhom jiżguraw li dawn is-settijiet ikollhom tip u numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. Il-manifatturi tal-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod għandhom jiżguraw li l-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod ikollhom fuqhom tip u numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 6 tal-Anness. F’kull każ, il-manifatturi għandhom jiżguraw li jitwaħħal numru tas-serje uniku wkoll fuq id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew fuq id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 14.”;

(10)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jistgħu jinqraw.”;

(11)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

“Meta jqiegħdu fis-suq UAS tal-klassi C5 jew C6 jew aċċessorju supplimentari tal-klassi C5, il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn iwettqu l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom.”;

(12)

fl-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta importatur ikun jidhirlu jew ikollu raġunijiet biex jagħraf li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma dan isir konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ikun jippreżenta riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumaturi u ta’ partijiet terzi, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar dan.”;

(13)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u leġibbli.”;

(14)

fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:

“10   Meta jqiegħdu fis-suq UAS tal-klassi C5 jew C6 jew aċċessorju supplimentari tal-klassi C5, l-importaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn iwettqu l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom.”;

(15)

fl-Artikolu 9, l-ewwel żewġ subparagrafi tal-paragrafu 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE u, meta applikabbli, it-tikketta tal-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA u l-indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika, li qed jingħata bid-dokumenti msemmija fil-paragrafi 7 u 8 tal-Artikolu 6, u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 6 u fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8.

Id-distributuri għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u leġibbli.”;

(16)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Prodott li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”;

(17)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-manifattur għandu jwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott b’xi waħda mill-proċeduri li ġejjin ħalli jistabbilixxi l-konformità ta’ dan mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tqis il-kundizzjonijiet operazzjonali maħsuba u prevedibbli kollha.”;

(18)

fl-Artikolu 13, il-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontroll intern tal-produzzjoni stabbilit fil-Parti 7 tal-Anness, meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1, 5, 6, 16 jew 17 tal-Anness, diment li l-manifattur ikun applika standards armonizzati, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għar-rekwiżiti kollha li għalihom jeżistu standards bħal dawn;”;

(19)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 6 għandha tiddikjara li intweriet il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness u, għall-UAS, tidentifika l-klassi tagħha.”;

(20)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   It-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx fuq il-UA jew, meta rilevanti, fuq kull aċċessorju tas-sett tal-aċċessorji tal-klassi C5, u fuq l-imballaġġ tiegħu, u tal-anqas għandha tkun għolja 5 mm. Għandu jkun ipprojbit kull twaħħil ta’ markaturi, sinjali jew skrizzjonijiet fuq il-prodott, li aktarx ifixklu lill-partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tat-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi.”;

(21)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-data u d-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi li juża l-manifattur biex jiżgura li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness. Tal-anqas għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-Parti 10 tal-Anness.”;

(22)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta d-dokumentazzjoni teknika ma tikkonformax mal-paragrafi 1, 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titlob lill-manifattur jew lill-importatur biex jaraw li jsir test minn korp meqjus aċċettabbli mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bl-ispejjeż imġarrba mill-manifattur jew mill-importatur fi żmien speċifikat biex tiġi verifikata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness li japplikaw għalih.”;

(23)

fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta korp notifikat isib li manifattur ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness jew fl-istandards armonizzati korrispondenti jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra, dan għandu jeżiġi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ l-ebda ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew l-ebda approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità.”;

(24)

fl-Artikolu 36, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari ikollhom raġunijiet biżżejjed biex jagħrfu li xi prodott jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku li huma koperti minn dan il-Kapitolu, dawn għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott konċernat, li tkun tkopri r-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkoperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.”;

(25)

it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rekwiżiti għall-UAS imħaddma fil-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’, għajr meta jsiru b’dikjarazzjoni”;

(26)

L-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 40

Rekwiżiti għall-UAS imħaddma fil-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’, għajr meta jsiru b’dikjarazzjoni.

1.

Id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-UAS għandhom jiġu ċċertifikati jekk il-UAS tkun tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha dimensjoni karatteristika ta’ 3 m jew aktar, u tfasslet biex titħaddem fuq gruppi ta’ persuni;

(b)

ġiet iddisinjata biex tittrasporta lin-nies;

(c)

tfasslet biex tittrasporta l-oġġetti perikolużi u teħtieġ livell għoli ta’ robustezza biex jittaffew ir-riskji għall-partijiet terzi f’każ ta’ inċident;

(d)

ġiet maħsuba biex tintuża fil-kategorija ‘speċifika’ tal-operazzjonijiet definita fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u fl-awtorizzazzjoni tat-tħaddim li trid tinħareġ mill-awtorità kompetenti, wara valutazzjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 li turi li r-riskju tal-operazzjoni ma jistax jittaffa b’mod adegwat mingħajr iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS.

2.

UAS soġġetta għal ċertifikazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.

3.

Sakemm ma jkunx meħtieġ li tiġi ċċertifikata skont il-paragrafu 1, UAS li tintuża fil-kategorija ‘speċifika’ għandu jkollha l-kapaċitajiet tekniċi stipulati fl-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti jew kif definit miċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-UAS Ħfief (l-LUC) skont il-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947.

4.

Għajr meta mibnija privatament, kull UAS li mhix soġġetta għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, għandu jkollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019.

5.

Kull UA maħsub biex jitħaddem fil-kategorija ‘speċifika’ u f’għoli ta’ inqas minn 120 metru għandu jkun mgħammar b’sistema tal-identifikazzjoni mill-bogħod li tippermetti:

(a)

li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni. Is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni. F’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS;

(b)

it-trażmissjoni perjodika ta’ mill-inqas id-data li ġejja, f’ħin reali, waqt il-ħin kollu tat-titjira, b’mod li tkun tista’ tasal għand l-apparati mobbli eżistenti:

(i)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm il-kontroll tal-konsistenza definit fil-punt (a) ma jkunx għadda b’suċċess;

(ii)

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-paragrafu 4 jew, jekk l-UA jinbena privatament, in-numru tas-serje uniku tal-aċċessorju supplimentari, kif speċifikat fil-Parti 6 tal-Anness;

(iii)

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

(iv)

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

(v)

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot;

(vi)

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS.

(c)

li titnaqqas l-abbiltà tat-tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod.”;

(27)

l-Anness għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45)

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).

(4)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS

PARTI 1

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C0

UAS tal-klassi C0 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 1

UAS tal-klassi C0 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

ikollha MTOM ta’ anqas minn 250 g, inkluż it-tagħbija utli;

(2)

ikollha veloċità massima ta’ 19 m/s f’titjira livell;

(3)

ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m;

(4)

tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda;

(5)

tkun iddisinjata u mibnija b’mod li timminimizza l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura. Jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen;

(6)

tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku;

(7)

jekk tkun mgħammra b’modalità ta’ insegwiment u din il-funzjoni tkun attivata, tkun f’medda li ma taqbiżx il-50 m mill-bdot remot, u tagħmilha possibbli li l-bdot remot jerġa’ jikseb il-kontroll tal-UA;

(8)

titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(a)

il-karatteristiċi tal-UA, inkluż iżda mhux biss dawn li ġejjin:

il-klassi tal-UA

il-massa tal-UA (b’deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ referenza) u l-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM);

il-karatteristiċi ġenerali tat-tagħbijiet utli permessi f’termini ta’ massa, dimensjonijiet, interfaċċi mal-UA u restrizzjonijiet possibbli oħra;

it-tagħmir u s-software għall-kontroll tal-UA mill-bogħod; u

deskrizzjoni tal-imġiba tal-UA meta jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll;

(b)

struzzjonijiet operazzjonali ċari;

(c)

limitazzjonijiet operazzjonali (inkluż iżda mhux biss il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-operazzjonijiet binhar/billejl); u

(d)

deskrizzjoni xierqa tar-riskji kollha relatati mal-operazzjonijiet tal-UAS adattati għall-età tal-utent;

(9)

tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-EASA) li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947;

(10)

il-punti (4), (5) u (6) ma japplikawx għall-UAS li huma ġugarelli skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli.

PARTI 2

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C1

UAS tal-klassi C1 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 2

UAS tal-klassi C1 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

tkun magħmula minn materjali u jkollha karatteristiċi tal-prestazzjoni u fiżiċi li jiżguraw li waqt impatt b’veloċità terminali ma’ ras ta’ bniedem, l-enerġija trażmessa lejn ir-ras tal-bniedem tkun anqas minn 80 J jew, inkella, għandu jkollha MTOM ta’ anqas minn 900 g, inkluż it-tagħbija utli;

(2)

ikollha veloċità massima ta’ 19 m/s f’titjira livell;

(3)

ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot; jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira;

(4)

tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda;

(5)

ikollha s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-UA, li tinkludi kull fattur tas-sikurezza meħtieġa u, meta xieraq, l-istabbiltà biex tiflaħ għal kull strapazz li tkun soġġetta għalih waqt l-użu mingħajr tkissir jew deformazzjoni li jistgħu jinterferixxu mat-titjir sikur tiegħu;

(6)

tkun iddisinjata u mibnija b’mod li jiġu minimizzati l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu tal-UA għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura; jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen;

(7)

jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art;

(8)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminat skont il-Parti 13, li ma jaqbiżx il-livelli stabbiliti fil-Parti 15;

(9)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14;

(10)

tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku;

(11)

ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019;

(12)

ikollha sistema għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod li:

(a)

tippermetti li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni; is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni; f’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS;

(b)

tiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, ix-xandir perjodiku dirett mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir:

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt (a);

ii

in-numru tas-serje fiżiku uniku tal-UA konformi mal-punt (11);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(c)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod;

(13)

tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:

(a)

interfaċċa li tillowdja u taġġorna d-data b’informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru b’rabta mal-pożizzjoni tal-UA u l-għoli impost miż-żoni ġeografiċi tal-UAS, kif definit bl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, li jiżgura li l-proċess tal-illowdjar jew tal-aġġornar ta’ din id-data ma jdgħajjifx l-integrità u l-validità tagħha;

(b)

avviż ta’ twissija lill-bdot remot meta jinstab xi ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru; u

(c)

informazzjoni lill-bdot remot dwar l-istatus tal-UA u avviż ta’ twissija meta s-sistemi tal-pożizzjonament jew tan-navigazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġeokonsapevolezza;

(14)

jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta l-funzjoni tagħha tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru;

(15)

tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx ħalli l-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur;

(16)

tkun mgħammra:

(a)

bi dwal għall-fini tal-kontrollabbiltà tal-UA; u

(b)

b’mill-inqas dawl aħdar wieħed li jpetpet għall-fini tal-konspikwità tal-UA billejl ħalli l-persuni fl-art ikunu jistgħu jiddistingwu bejn UA u inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ;

(17)

jekk tkun mgħammra b’modalità ta’ insegwiment u din il-funzjoni tkun attivata, tkun f’medda li ma taqbiżx il-50 m mill-bdot remot, u tagħmilha possibbli li l-bdot remot jerġa’ jikseb il-kontroll tal-UA;

(18)

titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(a)

il-karatteristiċi tal-UA, inkluż iżda mhux biss dawn li ġejjin:

il-klassi tal-UA;

il-massa tal-UA (b’deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ referenza) u l-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM);

il-karatteristiċi ġenerali tat-tagħbijiet utli permessi f’termini ta’ massa, dimensjonijiet, interfaċċi mal-UA u restrizzjonijiet possibbli oħra;

it-tagħmir u s-software għall-kontroll tal-UA mill-bogħod;

il-proċeduri biex in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS jittella’ fis-sistema tal-identifikazzjoni mill-bogħod;

referenza tal-protokoll ta’ trażmissjoni użat għall-emissjoni tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod;

il-livell tal-potenza akustika; u

deskrizzjoni tal-imġiba tal-UA jekk jintilef il-kollegament tad-data; u l-metodu għall-irkupru tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll tal-UA.

(b)

struzzjonijiet operazzjonali ċari;

(c)

proċeduri biex il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru jittellgħu fil-funzjoni tal-ġeokonsapevolezza;

(d)

struzzjonijiet għall-manutenzjoni;

(e)

il-proċeduri tal-individwazzjoni ta’ soluzzjoni;

(f)

limitazzjonijiet operazzjonali (inkluż iżda mhux biss il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-operazzjonijiet binhar/billejl); u

(g)

deskrizzjoni xierqa tar-riskji kollha relatati mal-operazzjonijiet tal-UAS;

(19)

tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947;

(20)

jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:

(a)

tippermetti, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, it-trażmissjoni mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha minn network;

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt (a);

ii

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-punt (11);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(b)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

PARTI 3

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C2

UAS tal-klassi C2 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 3

UAS tal-klassi C2 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

ikollha MTOM ta’ anqas minn 4 kg, inkluż it-tagħbija utli;

(2)

ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot. Jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira;

(3)

tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda;

(4)

ikollha s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-UA, li tinkludi kull fattur tas-sikurezza meħtieġa u, meta xieraq, l-istabbiltà biex tiflaħ għal kull strapazz li tkun soġġetta għalih waqt l-użu mingħajr tkissir jew deformazzjoni li jistgħu jinterferixxu mat-titjir sikur tiegħu;

(5)

fil-każ ta’ UA marbut, l-irbit ma jkunx itwal minn 50 m u saħħa mekkanika ma tkunx anqas minn:

(a)

għall-inġenji tal-ajru itqal mill-arja, 10 darbiet tal-piż tal-ajrudina bil-massa massima;

(b)

għall-inġenji tal-ajru eħfef mill-arja, 4 darbiet tal-forza eżerċitata mill-kombinament tal-imbottatura statika massima u tal-forza ajrudinamika tal-veloċità permessa massima tar-riħ waqt it-titjir;

(6)

tkun iddisinjata u mibnija b’mod li jiġu minimizzati l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu tal-UA għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura; jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen;

(7)

sakemm ma tkunx marbuta, jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew, jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art;

(8)

sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’kollegament tal-kmand u tal-kontroll protett mill-aċċess mhux awtorizzat għall-funzjonijiet tal-kmand u tal-kontroll;

(9)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikun mgħammar b’modalità ta’ veloċità baxxa li tista’ tintgħażel mill-bdot remot u tiġi limitata l-veloċità fuq l-art għal mhux aktar minn 3 m/s.

(10)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminat skont il-Parti 13, li ma jaqbiżx il-livelli stabbiliti fil-Parti 15;

(11)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14;

(12)

tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku;

(13)

ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019;

(14)

ikollha sistema għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod li:

(a)

tippermetti li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni. Is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni. F’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS;

(b)

tiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, ix-xandir perjodiku dirett mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir:

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt (a);

ii

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-punt (13);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(c)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

(15)

tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:

(a)

interfaċċa li tillowdja u taġġorna d-data b’informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru b’rabta mal-pożizzjoni tal-UA u l-għoli impost miż-żoni ġeografiċi tal-UAS, kif definit bl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, li jiżgura li l-proċess tal-lowdjar jew tal-aġġornar ta’ din id-data ma jdgħajjifx l-integrità u l-validità tagħha;

(b)

avviż ta’ twissija lill-bdot remot meta jinstab xi ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru; u

(c)

informazzjoni lill-bdot remot dwar l-istatus tal-UA u avviż ta’ twissija meta s-sistemi tal-pożizzjonament jew tan-navigazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġeokonsapevolezza;

(16)

jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta din il-funzjoni tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru;

(17)

tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx ħalli l-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur;

(18)

tkun mgħammra:

(a)

bi dwal għall-fini tal-kontrollabbiltà tal-UA; u

(b)

b’mill-inqas dawl aħdar wieħed li jpetpet għall-fini tal-konspikwità tal-UA billejl ħalli l-persuna fl-art tkun tista’ tiddistingwi bejn UA u inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ;

(19)

titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(a)

il-karatteristiċi tal-UA, inkluż iżda mhux biss dawn li ġejjin:

il-klassi tal-UA;

il-massa tal-UA (b’deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ referenza) u l-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM);

il-karatteristiċi ġenerali tat-tagħbijiet utli permessi f’termini ta’ massa, dimensjonijiet, interfaċċi mal-UA u restrizzjonijiet possibbli oħra;

it-tagħmir u s-software għall-kontroll tal-UA mill-bogħod;

il-proċeduri biex in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS jittella’ fis-sistema tal-identifikazzjoni mill-bogħod

referenza tal-protokoll ta’ trażmissjoni użat għall-emissjoni tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod;

il-livell tal-potenza akustika; u

deskrizzjoni tal-imġiba tal-UA meta jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, u l-metodu għall-irkupru tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll tal-UA; u

(b)

struzzjonijiet operazzjonali ċari;

(c)

il-proċedura biex il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru jittellgħu fil-funzjoni tal-ġeokonsapevolezza;

(d)

struzzjonijiet għall-manutenzjoni;

(e)

il-proċeduri tal-individwazzjoni ta’ soluzzjoni;

(f)

limitazzjonijiet operazzjonali (inkluż iżda mhux biss il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-operazzjonijiet binhar/billejl); u

(g)

deskrizzjoni xierqa tar-riskji kollha relatati mal-operazzjonijiet tal-UAS;

(20)

tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947;

(21)

jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:

(a)

tiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, it-trażmissjoni mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha minn network:

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt 14(a);

ii

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-punt (13);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(b)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

PARTI 4

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C3

UAS tal-klassi C3 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 4

UAS tal-klassi C3 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

ikollha MTOM ta’ anqas minn 25 kg, inkluż it-tagħbija utli, u jkollha dimensjoni karatteristika massima ta’ inqas minn 3 m;

(2)

ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot. Jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira;

(3)

tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda;

(4)

fil-każ ta’ UA marbut, l-irbit ma jkunx itwal minn 50 m u saħħa mekkanika ma tkunx anqas minn:

(a)

għall-inġenji tal-ajru itqal mill-arja, 10 darbiet tal-piż tal-ajrudina bil-massa massima;

(b)

għall-inġenji tal-ajru eħfef mill-arja, 4 darbiet tal-forza eżerċitata mill-kombinament tal-imbottatura statika massima u tal-forza ajrudinamika tal-veloċità permessa massima tar-riħ fit-titjira;

(5)

sakemm ma tkunx marbuta, jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew, jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art;

(6)

sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminata skont il-Parti 13 imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14;

(7)

tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku;

(8)

ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019;

(9)

sakemm ma tkunx marbuta, ikollha sistema diretta għall-identifikazzjoni mill-bogħod li:

(a)

tippermetti li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni; is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni; f’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS;

(b)

tiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, ix-xandir perjodiku dirett mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir:

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt (a);

ii

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-punt (8);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(c)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod;

(10)

tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:

(a)

interfaċċa li tillowdja u taġġorna d-data b’informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru b’rabta mal-pożizzjoni tal-UA u l-għoli impost miż-żoni ġeografiċi tal-UAS, kif definit bl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, li jiżgura li l-proċess tal-lowdjar jew tal-aġġornar ta’ din id-data ma jdgħajjifx l-integrità u l-validità tagħha;

(b)

avviż ta’ twissija lill-bdot remot meta jinstab xi ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru; u

(c)

informazzjoni lill-bdot remot dwar l-istatus tal-UA u avviż ta’ twissija meta s-sistemi tal-pożizzjonament jew tan-navigazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġeokonsapevolezza;

(11)

jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta din il-funzjoni tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru;

(12)

sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’kollegament tal-kmand u tal-kontroll protett mill-aċċess mhux awtorizzat għall-funzjonijiet tal-kmand u tal-kontroll;

(13)

tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx biex il-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur;

(14)

tkun mgħammra:

(a)

bi dwal għall-fini tal-kontrollabbiltà tal-UA; u

(b)

b’mill-inqas dawl aħdar wieħed li jpetpet għall-fini tal-konspikwità tal-UA billejl ħalli l-persuna fl-art tkun tista’ tiddistingwi bejn UA u inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ;

(15)

titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(a)

il-karatteristiċi tal-UA, inkluż iżda mhux biss dawn li ġejjin:

il-klassi tal-UA;

il-massa tal-UA (b’deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ referenza) u l-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM);

il-karatteristiċi ġenerali tat-tagħbijiet utli permessi f’termini ta’ massa, dimensjonijiet, interfaċċi mal-UA u restrizzjonijiet possibbli oħra;

it-tagħmir u s-software għall-kontroll tal-UA mill-bogħod;

il-proċeduri biex in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS jittella’ fis-sistema tal-identifikazzjoni mill-bogħod;

referenza tal-protokoll ta’ trażmissjoni użat għall-emissjoni tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod;

il-livell tal-potenza akustika;

deskrizzjoni tal-imġiba tal-UA meta jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, u l-metodu għall-irkupru tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll tal-UA.

(b)

struzzjonijiet operazzjonali ċari;

(c)

il-proċedura biex il-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru jittellgħu fil-funzjoni tal-ġeokonsapevolezza;

(d)

struzzjonijiet għall-manutenzjoni;

(e)

il-proċeduri tal-individwazzjoni ta’ soluzzjoni;

(f)

limitazzjonijiet operazzjonali (inkluż iżda mhux biss il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-operazzjonijiet binhar/billejl); u

(g)

deskrizzjoni xierqa tar-riskji kollha relatati mal-operazzjonijiet tal-UAS;

(16)

tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947;

(17)

jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:

(a)

tiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, it-trażmissjoni mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha minn network:

i.

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt 9(a);

ii.

in-numru tas-serje uniku tal-UA konformi mal-punt (8);

iii.

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv.

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA;

v.

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ; u

vi.

indikazzjoni tal-istatus ta’ emerġenza tal-UAS;

(b)

tnaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

PARTI 5

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C4

UAS tal-klassi C4 ikollha din it-tikketta li ġejja fuq il-UA b’mod viżibbli:

Image 5

UAS tal-klassi C4 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(1)

ikollha MTOM ta’ anqas minn 25 kg, inkluż it-tagħbija utli;

(2)

tkun kontrollabbli u manuvrabbli b’mod sikur minn bdot remot li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tfalli xi sistema waħda jew, jekk xieraq, aktar minn waħda;

(3)

ma jkollhiex modalitajiet tal-kontroll awtomatiku ħlief għall-assistenza tal-istabbilizzazzjoni tat-titjir bl-ebda effett dirett fuq it-trajettorja u l-assistenza meta jintilef kollegament diment li jkun hemm disponibbli pożizzjoni fissa predeterminata tal-kontrolli tat-titjir meta l-kollegament mitluf ikun disponibbli;

(4)

titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(a)

il-karatteristiċi tal-UA, inkluż iżda mhux biss dawn li ġejjin:

il-klassi tal-UA

il-massa tal-UA (b’deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ referenza) u l-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM);

il-karatteristiċi ġenerali tat-tagħbijiet utli permessi f’termini ta’ massa, dimensjonijiet, interfaċċi mal-UA u restrizzjonijiet possibbli oħra;

it-tagħmir u s-software għall-kontroll tal-UA mill-bogħod; u

deskrizzjoni tal-imġiba tal-UA meta jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll;

(b)

struzzjonijiet operazzjonali ċari;

(c)

struzzjonijiet għall-manutenzjoni;

(d)

il-proċeduri tal-individwazzjoni ta’ soluzzjoni;

(e)

limitazzjonijiet operazzjonali (inkluż iżda mhux biss il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-operazzjonijiet binhar/billejl); u

(f)

deskrizzjoni xierqa tar-riskji kollha relatati mal-operazzjonijiet tal-UAS;

(5)

tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947.

PARTI 6

Rekwiżiti għal aċċessorju supplimentari tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod

Aċċessorju supplimentari għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod għandu jikkonforma ma’ dawn li ġejjin:

(1)

jippermetti li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni; is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni; f’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS;

(2)

ikollu numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019, imwaħħal mal-aċċessorju supplimentari u mal-imballaġġ tiegħu jew fl-istruzzjonijiet tal-manifattur b’mod li jinqara;

(3)

jiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, ix-xandir perjodiku dirett mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir:

i

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-kodiċi ta’ verifika pprovduti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, sakemm ma tkunx għaddiet il-verifika tal-konsistenza definita fil-punt (a);

ii

in-numru tas-serje uniku tal-aċċessorju supplimentari konformi mal-punt (2);

iii

it-timbru tal-ħin, il-pożizzjoni ġeografika tal-UA u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

iv

il-korsa tar-rotta mkejla kif idur l-arloġġ mit-Tramuntana ġeografika u l-veloċità fuq l-art tal-UA; u

v

il-pożizzjoni ġeografika tal-bdot remot jew, jekk ma tkunx disponibbli, il-punt tat-tlugħ;

(4)

inaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod; u

(5)

jitqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jagħtu r-referenza tal-protokoll tat-trażmissjoni użat għall-emissjoni tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod u l-istruzzjoni biex:

(a)

il-modulu jiġi installat fuq il-UA; u

(b)

jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS.

PARTI 7

Il-Modulu A tal-valutazzjoni tal-konformità – Kontroll intern tal-produzzjoni

1.

Il-kontroll intern tal-produzzjoni hu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4 ta’ din il-Parti, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1, 5, 6, 16 jew 17 li japplikaw għalihom.

2.

Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jiżviluppa d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

3.

Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-prodott manifatturat jikkonforma mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 ta’ din il-Parti u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1, 5, 6, 16 jew 17 li japplikaw għalihom.

4.

L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

(1)

Skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, meta applikabbli, it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA, fuq kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1, 5, 6, 16 jew 17 li japplikaw għalihom.

(2)

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott u jehmiżha mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar (10) snin minn meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika biċ-ċar il-prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti meta tintalab.

5.

Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 4 jista’ jissodisfahom rappreżentant awtorizzat, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

PARTI 8

Il-Moduli B u C tal-valutazzjoni tal-konformità – Eżami tat-tip tal-UE u konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni

Meta ssir referenza għal din il-Parti, il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għandha ssegwi l-Moduli B (l-eżami tat-tip tal-UE) u C (il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni) ta’ din il-Parti.

Il-Modulu B

L-eżami tat-tip tal-UE

1.

L-eżami tat-tip tal-UE hu l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li matulha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku tal-prodott u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tal-prodott jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17.

2.

L-eżami tat-tip tal-UE għandu jsir b’valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott b’eżami tad-dokumentazzjoni teknika u tal-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, flimkien ma’ eżami tal-eżemplari, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, ta’ parti waħda kritika jew aktar tal-prodott (kombinament tat-tip tal-produzzjoni u tat-tip tad-disinn).

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni jippreżentaha r-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll;

(2)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata ma’ xi korp notifikat ieħor;

(3)

id-dokumentazzjoni teknika; id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju/i; id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, kull fejn applikabbli;

(4)

l-eżemplari rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista; il-korp notifikat jista’ jitlob aktar eżemplari jekk ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-programm tat-test;

(5)

l-evidenza ta’ sostenn tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku; din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument użat, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux ġew applikati għalkollox; l-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu.

4.

Il-korp notifikat għandu:

Għall-prodott:

(1)

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott.

Għall-eżemplari:

(2)

jivverifika li l-eżemplari ġew manifatturati f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll l-elementi li tfasslu mingħajr l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards;

(3)

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika jekk, meta l-manifattur għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dawn ġewx applikati sew;

(4)

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika jekk, meta jiġux applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tal-istrument leġiżlattiv;

(5)

jagħmel ftehim mal-manifattur dwar il-post fejn se jsiru l-eżamijiet u t-testijiet.

5.

Il-korp notifikat għandu jfassal rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru skont il-punt 4 u l-eżiti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu previsti fil-punt 8, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dan ir-rapport, kollu kemm hu jew parti minnu, biss bi qbil mal-manifattur.

6.

Meta t-tip ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, l-aspetti rilevanti tar-rekwiżiti koperti mill-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk hemm) għall-validità tiegħu, u d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Maċ-ċertifikat jista’ jinhemeż anness wieħed jew aktar.

Iċ-ċertifikat tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip eżaminat u biex ikun hemm lok għal kontroll fis-servizz.

Meta t-tip ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b’dan u jagħtih raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jibqa’ aġġornat dwar kull żvilupp fl-aqwa avvanzi rikonoxxuti ġeneralment li jkun jindika li t-tip approvat jaf ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, u għandu jiddetermina jekk dan l-iżvilupp jeħtieġx aktar investigazzjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, bil-bidliet kollha fit-tip approvat li jaf jaffettwaw il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew mal-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-bidliet għandhom jeżiġu approvazzjoni addizzjonali u jinhemżu maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità ta’ notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħhom li dan ikun ħareġ jew irtira u, b’mod perjodiku jew meta jintalab, għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ notifika tiegħu l-lista taċ-ċertifikati u/jew ta’ kull żieda magħhom li ġew rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħhom, li dan ikun irrifjuta, irtira, issospenda jew inkella rrestrinġa u, meta jintalab, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, meta jitolbuha, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew taż-żidiet magħhom. Meta jagħmlu talba motivata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-riżultati tal-eżamijiet li għamel il-korp notifikat.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, kif ukoll il-fajl tekniku li jinkludi d-dokumentazzjoni li ppreżenta l-manifattur għal għaxar (10) snin minn meta jkun ġie vvalutat il-prodott jew sakemm tiskadi l-validità taċ-ċertifikat.

9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar (10) snin minn meta l-prodott jitqiegħed fis-suq.

10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 7 u 9, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

Il-Modulu C

Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni

1.

Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni hi l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara li l-prodotti kkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

2.

Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodott manifatturat mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17.

3.

L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

(1)

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, meta rilevanti, it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament fuq kull prodott li jkun konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17.

(2)

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ għaxar (10) snin minn meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika b’mod ċar it-tip ta’ prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti meta tintalab.

4.

Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 3 jista’ jissodisfahom ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

PARTI 9

Il-Modulu H – Valutazzjoni tal-Konformità – Konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità

1.

Il-konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fir-responsabbiltà unika tiegħu li l-prodott ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17.

2.

Il-manifattura

Il-manifattur għandu jħaddem sistema tal-kwalità approvata għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-prodott ikkonċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun soġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.

Is-sistema tal-kwalità

(1)

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tal-kwalità tiegħu lill-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-prodott ikkonċernat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni jippreżentaha r-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika għal kull tip ta’ prodott previst li jiġi manifatturat, li jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-Parti 10 meta applikabbli;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema tal-kwalità;

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata ma’ xi korp notifikat ieħor.

(2)

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u b’mod ordnat bil-għamla ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema tal-kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords tal-kwalità.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-objettivi tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tat-tfassil u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inkluż l-istandards, li se jiġu applikati, u meta l-istandards armonizzati rilevanti mhux se jiġu applikati għalkollox, il-mezzi li se jintużaw biex ikun żgurat li se jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c)

it-tekniki tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw waqt it-tfassil tal-prodotti li jappartjenu għat-tip ta’ prodott kopert;

(d)

il-manifattura korrispondenti, it-tekniki tal-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza tagħhom;

(f)

ir-reġistri tal-kwalità, bħar-rapporti tal-ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki jew l-approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati, eċċ.;

(g)

il-mezz li jimmonitorja li qed tinkiseb il-kwalità meħtieġa tad-disinn u tal-prodott, u t-tħaddim effettiv tas-sistema tal-kwalità.

(3)

Il-korp notifikat għandu jivvaluta s-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk din tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3(2).

Għandu jassumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema tal-kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu mill-anqas membru wieħed esperjenzat bħala assessur fil-qasam tal-prodott rilevanti u fit-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u li jkollu għarfien fir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. L-awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3(1)(b) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u biex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa ħalli jiżgura l-konformità tal-prodott ma’ dawn ir-rekwiżiti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni.

In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

(4)

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li timponi s-sistema tal-kwalità kif approvata u jmantniha biex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla intiża fis-sistema tal-kwalità.

(5)

Il-korp notifikat għandu jevalwa kull bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità modifikata għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3(2) jew jekk hemmx bżonn valutazzjoni ġdida.

Il-korp notifikat għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.

Is-sorveljanza li hu responsabbli għaliha l-korp notifikat

(1)

Is-sorveljanza ssir bl-iskop li tiżgura li l-manifattur jissodisfa kif xieraq l-obbligi li timponi s-sistema tal-kwalità approvata.

(2)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-manifattur għandu jagħti aċċess lill-korp notifikat għas-siti tad-disinn, tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna, u għandu jagħtih kull informazzjoni meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità;

(b)

ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema tal-kwalità, fosthom ir-riżultati ta’ analiżijiet, kalkoli, testijiet eċċ.;

(c)

ir-reġistri tal-kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura tas-sistema tal-kwalità, bħar-rapporti tal-ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal, eċċ.

(3)

Il-korp notifikat għandu jwettaq awditjar perjodiku biex jiżgura li l-manifattur imantni u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-awditjar lill-manifattur.

(4)

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għal għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat u meta meħtieġ, il-korp notifikat jista’ jagħmel jew iqabbad lil min jagħmillu testijiet fuq il-UA jew il-UAS, biex jivverifika li s-sistema tal-kwalità qed taħdem sew. Għandu jagħti rapport taż-żjara lill-manifattur u, jekk ikunu saru xi testijiet, jagħtih rapport tat-testijiet.

5.

L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

(1)

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, meta rilevanti, it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi tal-UAS skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament u, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3(1) ta’ din il-Parti, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ prodott u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ għaxar (10) snin minn meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika it-tip ta’ prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti meta tintalab.

6.

Għal perjodu li jintemm għaxar (10) snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(1)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3(1);

(2)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 3(1);

(3)

il-bidliet imsemmija fil-punt 3(5), kif approvati;

(4)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp notifikat imsemmija fil-punti 3(5), 4(3) u 4(4).

7.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità ta’ notifika tiegħu dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li dan ikun ħareġ jew irtira u, b’mod perjodiku jew meta jintalab, għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ notifika tiegħu l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li ġew rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li dan ikun irrifjuta, issospenda jew irtira u, meta jintalab, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun ħareġ.

8.

Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3(1), 3(5), 5 u 6 jista’ jissodisfahom ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

PARTI 10

Il-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli.

Meta applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi mill-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

deskrizzjoni sħiħa tal-prodott li tinkludi:

(a)

ritratti jew tpinġijiet li juru l-karatteristiċi esterni, il-marki u t-tifsila interna tiegħu;

(b)

il-verżjonijiet ta’ kull software jew firmware involut fil-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(c)

l-istruzzjonijiet tal-manifattur u tal-installazzjoni;

2.

id-disinn kunċettwali u d-disinji tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, is-subassemblaġġi, iċ-ċirkwiti u elementi simili rilevanti oħra;

3.

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu dawk id-disinji u l-iskemi, u kif jaħdem il-prodott;

4.

lista tal-istandards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 4, inkluż lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Jekk l-istandards armonizzati ikunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

5.

kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE;

6.

meta jkun ġie applikat il-Modulu tal-valutazzjoni tal-konformità fil-Parti 8, kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu kif imwassla mill-korp notifikat involut;

7.

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u elementi simili rilevanti oħra;

8.

ir-rapporti tat-testijiet;

9.

kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun ippreżenta lill-korp notifikat, jekk kien hemm xi wieħed involut;

10.

l-evidenza ta’ sostenn tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument użat, b’mod partikolari meta l-istandards armonizzati rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati għalkollox. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu.

11.

l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u tal-ħażna.

PARTI 11

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

1.

Il-prodott (it-tip, il-lott jew in-numru tas-serje).

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ fir-responsabbiltà unika tal-manifattur. [f’każ ta’ sett tal-aċċessorji, il-manifattur tas-sett tal-aċċessorji jista’ jindika li dan iċ-ċertifikat jiddependi fuq iċ-ċertifikat tal-UAS li s-sett tal-aċċessorji jiżgura l-konverżjoni.]

4.

L-oġġett tad-dikjarazzjoni [Identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà; din tista’ tinkludi stampa bil-kulur b’biżżejjed riżoluzzjoni skont il-ħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodotti; fil-każ ta’ sett tal-aċċessorji, indika t-tip ta’ UAS li għalihom is-sett tal-aċċessorji jiżgura l-konverżjoni.]

5.

L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq hu tal-klassi… [għal UAS, inkludi n-numru tal-klassi kif definit mill-Partijiet 1 sa 5, 16 u 17 ta’ dan l-Anness; għal sett tal-aċċessorji, indika l-klassi li għaliha l-UAS qed tiġi konvertita].

6.

Il-livell tal-potenza akustika garantit għal dan it-tagħmir tal-UAS hu … dB(A) [għall-UAS mingħajr ġwienaħ fissi tal-klassijiet 1 sa 3 biss].

7.

L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq hu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:

[inkludi r-referenza għal dan ir-Regolament u l-Anness rilevanti għall-klassi tal-prodott];

jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta applikabbli.

8.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li għalihom hi ddikjarata l-konformità. Ir-referenzi jridu jkunu elenkati bin-numru ta’ identifikazzjoni u bil-verżjoni tagħhom u, meta applikabbli, bid-data tal-ħruġ.

9.

Meta applikabbli, il-korp notifikat … [l-isem, in-numru] … wettaq … [deskrizzjoni tal-intervent] … u ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tal-UE tat-tip.

10.

Meta applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u tal-komponenti, inkluż is-software, li jippermettu lill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew lis-sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord joperaw kif suppost u kif kopert mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.

11.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmata għal u f’isem: …

[post u data tal-ħruġ]:

[isem, kariga] [firma]:

PARTI 12

Id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE

Id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 14(3) għandha tingħata kif ġej:

[Isem il-manifattur] b’dan jiddikjara li l-UAS [identifikazzjoni tal-UAS: it-tip jew in-numru tas-serje] hi tal-klassi … … [għal UAS, inkludi n-numru tal-klassi tal-prodott kif definit fil-Partijiet 1 sa 5, 16 jew 17 ta’ dan l-Anness; għal sett tal-aċċessorji, indika l-klassi li għaliha l-UAS qed tiġi konvertita] u għandha livell tal-potenza akustika garantit ta’ … dB(A) [għall-UAS mingħajr ġwienaħ fissi tal-klassijiet 1, 2, 3, 5 u 6 biss].

u konformi mar-Regolamenti … [elenka r-Regolamenti kollha li l-prodott jikkonforma magħhom].

Id-dikjarazzjoni sħiħa tal-konformità tal-UE tinsab fuq is-sit web li ġej: [l-indirizz tas-sit web].

PARTI 13

Kodiċi tat-test tal-istorbju

Din il-Parti tistabbilixxi l-metodi tal-kejl tal-istorbju fl-ajru li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-livelli tal-potenza akustika ponderati-A tal-klassijiet 1, 2, 3, 5 u 6 tal-UA.

Tistabbilixxi l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u l-kodiċi tat-test dettaljat biex jitkejjel il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fuq superfiċe tal-kejl li tkun tiksi s-sors u biex jiġi kkalkulat il-livell tal-potenza akustika ġġenerat mis-sors.

1.   STANDARD BAŻIKU TAL-EMISSJONIJIET TAL-ISTORBJU

Għad-determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A LWA tal-UA, se jintużaw l-istandards bażiċi tal-emissjonijiet tal-istorbju EN ISO 3744:2010 soġġetti għas-supplimenti li ġejjin:

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-INSTALLAZZJONI U TAL-IMMUNTAR

Żona tal-ittestjar:

Il-UA se jinżamm fl-arja fuq pjan riflessiv (akustikament iebes) wieħed. Il-UA għandu jitqiegħed ’il bogħod biżżejjed minn kull ħajt jew saqaf riflessiv jew minn kull oġġett riflessiv ħalli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness A EN ISO 3744:2010 fuq is-superfiċe tal-kejl.

Is-superfiċe tal-kejl tal-ħoss u l-arranġament tal-mikrofoni:

Il-UA ikun magħluq għalkollox f’superfiċe emisferika tal-kejl bħall-par § 7.2.3 tal-EN ISO 3744:2010.

In-numru u l-pożizzjoni tal-mikrofoni huma definiti fl-Anness F tal-EN ISO 3744:2010.

L-oriġini tas-superfiċe tal-kejl għandu jkun fil-punt O fuq il-pjan tal-art direttament taħt il-UA.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI WAQT IT-TEST

It-testijiet tal-istorbju għandhom isiru b’rotors tal-UA li jaħdmu b’veloċità li tikkorrispondi għal meta l-UA jisseqqer bil-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM).

Jekk il-UA jitqiegħed fis-suq b’aċċessorji li jistgħu jitqabbdu miegħu, dan jista’ jiġi ttestjat b’dawn l-aċċessorji u mingħajrhom f’kull konfigurazzjoni possibbli tal-UA.

4.   KALKOLU TAL-LIVELL TA’ PRESSJONI AKUSTIKA TAS-SUPERFIĊE SKONT IL-MEDJA TAL-ĦIN

Il-livell ta’ pressjoni akustika ponderat-A tas-superfiċe skont il-medja tal-ħin għandu jiġi ddeterminat mill-anqas tliet darbiet għal kull konfigurazzjoni tal-UA. Jekk mill-anqas tnejn mill-valuri ddeterminati ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB, ma jkunx hemm bżonn isir aktar kejl; inkella l-kejl għandu jissokta sakemm jinkisbu żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB. Il-livell ta’ pressjoni akustika tas-superfiċe skont il-medja tal-ħin li jrid jintuża għall-kalkolu tal-livell tal-potenza akustika ta’ konfigurazzjoni tal-UA hu l-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB.

5.   INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

Ir-rapport għandu jinkludi d-data teknika meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors ittestjat kif ukoll il-kodiċi tat-test tal-istorbju u d-data akustika.

Il-valur tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A li jrid jiġi rrappurtat hu l-ogħla valur tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-UA ittestjati, arrotondat lejn l-eqreb numru sħiħ (jekk anqas minn 0,5 uża l-iżgħar numru; jekk 0,5 jew akbar uża l-akbar numru).

PARTI 14

Indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika garantit

L-indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika garantit trid tikkonsisti min-numru uniku tal-potenza akustika garantita f’dB, is-sinjal LWA u pittogramma b’din l-għamla li ġejja:

Image 6

Jekk l-indikazzjoni titnaqqas skont id-daqs tat-tagħmir, iridu jiġu rispettati l-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija ta’ hawn fuq. Iżda jekk possibbli, jenħtieġ li d-dimensjoni vertikali tal-indikazzjoni ma tkunx anqas minn 20 mm.

PARTI 15

Il-livell massimu tal-potenza akustika għal kull klassi tal-UA (inkluż il-perjodi tranżizzjonali)

il-klassi tal-UA

L-MTOM m fi grammi

Il-livell massimu tal-potenza akustika LWA f’dB

mid-dħul fis-seħħ

wara sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ

wara erba’ (4) snin mid-dħul fis-seħħ

C1 u C2

m < 900

85

83

81

C2

900 ≤ m < 4 000

85 + 18,5 lg

Image 7

83 + 18,5 lg

Image 8

81 + 18,5 lg

Image 9

Fejn “lg” hi l-logaritmu bażi 10.

PARTI 16

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C5 u l-aċċessorji C5

UAS tal-klassi C5 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 10

UAS tal-klassi C5 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 4, ħlief dawk definiti fil-paragrafi (2) u (10) tal-Parti 4.

Barra minn hekk, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

tkun inġenju tal-ajru li mhux inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi sakemm ma tkunx marbuta;

(2)

jekk tkun mgħammra b’funzjoni tal-ġeokonsapevolezza skont il-paragrafu (10) tal-Parti 4;

(3)

waqt it-titjira, tipprovdi informazzjoni ċara u konċiża lill-bdot remot dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

(4)

sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’modalità ta’ veloċità baxxa li tista’ tintgħażel mill-bdot remot u tiġi limitata l-veloċità fuq l-art għal mhux aktar minn 5 m/s.

(5)

sakemm ma tkunx marbuta, tkun tipprovdi mezz biex il-bdot remot itemm it-titjira tal-UA, li għandu:

(a)

ikun affidabbli, prevedibbli u indipendenti mis-sistema awtomatika tal-kontroll u l-gwida tat-titjir; dan japplika wkoll għall-attivazzjoni ta’ dan il-mezz;

(b)

iġiegħel it-tniżżil tal-UA u jevita l-ispostament orizzontali motorizzat tagħha; u

(c)

jinkludi mezz li jnaqqas l-effett tad-dinamiki tal-impatt tal-UA;

(6)

sakemm ma tkunx marbuta, tipprovdi mezz lill-bdot remot biex jimmonitorja kontinwament il-kwalità tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll u jirċievi twissija meta aktarx se jintilef il-kollegament jew se jiddgħajjef sal-punt li jkun jikkomprometti t-twettiq sikur tal-operazzjoni, u twissija oħra meta l-kollegament jintilef; u

(7)

minbarra l-informazzjoni indikata fil-punt (15)(a) tal-Parti 4, fl-istruzzjonijiet tal-manifattur agħti deskrizzjoni tal-mezz li jtemm it-titjira meħtieġ fil-punt (5).

(8)

UAS tal-klassi C5 tista’ tikkonsisti minn UAS tal-klassi C3 mgħammra b’sett tal-aċċessorji li jiżgura l-konverżjoni tal-UAS tal-klassi C3 f’UAS tal-klassi C5. F’dan il-każ, it-tikketta tal-klassi C5 għandha titwaħħal fuq l-aċċessorji kollha.

Sett tal-aċċessorji jista’ jiżgura biss il-konverżjoni ta’ UAS tal-klassi C3 li tkun konformi mal-punt (1) u tkun tipprovdi l-interfaċċi meħtieġa għall-aċċessorji.

Is-sett tal-aċċessorji ma għandux jinkludi bidliet fis-software tal-UAS tal-klassi C3.

Is-sett tal-aċċessorji għandu jiġi ddisinjat, u kull aċċessorju għandu jiġi identifikat, biex tkun żgurata installazzjoni sħiħa u korretta minn operatur tal-UAS fuq UAS tal-klassi C3 skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur tas-sett tal-aċċessorji.

Is-sett għall-aċċessorji jista’ jitqiegħed fis-suq indipendentement mill-UAS tal-klassi C3 li għaliha jiżguraw il-konverżjoni. F’dan il-każ, il-manifattur tas-sett tal-aċċessorji għandu jqiegħed fis-suq sett tal-aċċessorji uniku għal konverżjoni li għandu:

(1)

ma jbiddilx il-konformità tal-UAS tal-klassi C3 mar-rekwiżiti tal-Parti 4;

(2)

jiżgura l-konformità tal-UAS mgħammra bis-sett tal-aċċessorji mar-rekwiżiti addizzjonali kollha definiti f’din il-Parti ħlief il-punt (3) hawn fuq; u

(3)

ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:

(i)

il-lista tal-UAS tal-klassi C3 kollha li għalihom jista’ jiġi applikat is-sett tal-aċċessorji; u

(ii)

struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġi installat u operat is-sett tal-aċċessorji.

PARTI 17

Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C6

UAS tal-klassi C6 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:

Image 11

UAS tal-klassi C6 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 4, ħlief dawk definiti fil-paragrafi (2), (7) u (10).

Barra minn hekk, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

ikollha veloċità massima fuq l-art ta’ mhux aktar minn 50 m/s f’titjira livell;

(2)

jekk tkun mgħammra b’funzjoni tal-ġeokonsapevolezza skont il-paragrafu (10) tal-Parti 4;

(3)

waqt it-titjira, tipprovdi informazzjoni ċara u konċiża lill-bdot remot dwar il-pożizzjoni ġeografika tal-UA, il-veloċità tiegħu, u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ;

(4)

tipprovdi mezz li jevita li l-UA jikser il-limiti orizzontali u vertikali ta’ volum operattiv programmabbli;

(5)

tipprovdi mezz biex il-bdot remot itemm it-titjira tal-UA, li għandu:

(a)

ikun affidabbli, prevedibbli, indipendenti mis-sistema awtomatika tal-kontroll u l-gwida tat-titjir u indipendenti mill-mezz li jevita li l-UA jikser il-limiti orizzontali u vertikali kif meħtieġ fil-punt (4); dan japplika wkoll għall-attivazzjoni ta’ dan il-mezz; u

(b)

iġiegħel it-tniżżil tal-UA u jevita l-ispostament orizzontali motorizzat tiegħu;

(6)

tipprovdi mezz li jipprogramma t-trajettorja tal-UA;

(7)

tipprovdi mezz lill-bdot remot biex jimmonitorja kontinwament il-kwalità tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll u jirċievi twissija meta aktarx se jintilef il-kollegament jew se jiddgħajjef sal-punt li jkun jikkomprometti t-twettiq sikur tal-operazzjoni, u twissija oħra meta l-kollegament jintilef; u

(8)

minbarra l-informazzjoni indikata fil-punt (15)(a) tal-Parti 4, l-istruzzjonijiet tal-manifattur ikunu jinkludu:

(a)

deskrizzjoni tal-mezzi biex tintemm it-titjira meħtieġa fil-punt (5);

(b)

deskrizzjoni tal-mezz li jevita li l-UA jikser il-limiti orizzontali u vertikali tal-volum operattiv u d-daqs tal-volum ta’ kontinġenza meħtieġ biex jiġu akkomodati l-errur tal-valutazzjoni tal-pożizzjoni, il-ħin tar-reazzjoni u l-marġni tal-manuvrar ta’ korrezzjoni; u

(c)

id-distanza li aktarx se jivvjaġġa l-UA wara l-attivazzjoni tal-mezz li jtemm it-titjira definit fil-punt (5), li jrid iqis l-operatur tal-UAS meta jkun qed jiddefinixxi l-buffer tar-riskju fuq l-art.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/28


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1059

tas-27 ta’ April 2020

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 fir-rigward tat-tikkettar ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (2) fihom żbalji fil-punti 1(1)(IV) u 1(1)(V) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, u fil-punti 1(f) u 1(i) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena fl-iskeda tal-prodott tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra mogħtija mal-prodott.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 1(c) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata dwar il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tingħata dwar il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(4)

Il-verżjoni lingwistika bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fiha żball fil-punt 1(c)(ii) tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’kWh kull sena tal-konsum annwali standard tal-enerġija (SAEC ) ta’ ċerti magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(5)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 3 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’litri tal-konsum annwali tal-ilma (AWC ) tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(6)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (3) fihom żball fil-punt 1(1)(IV) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għat-tagħmir refriġeranti domestiku kklassifikat fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa C.

(7)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 fihom żball fil-punt 1(f) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena fl-iskeda tal-prodott tat-tagħmir refriġeranti domestiku li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott.

(8)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 fihom żball fil-punt 1(b) tal-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata dwar it-tagħmir refriġeranti domestiku f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri.

(9)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (4) fihom żbalji fil-punti 1(1)(IV) u 1(1)(V) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u l-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(10)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żbalji fil-punti 1(f) u 1(i) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u l-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena fl-iskeda tal-prodott tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott.

(11)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żball fil-punt 1(c) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata fir-rigward tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(12)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żball fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tingħata fir-rigward tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(13)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żbalji fil-punt 2 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’litri tal-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(14)

Il-verżjoni lingwistika bil-Ġermaniż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fiha żball fil-punt 3 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’perċentwali tal-kontenut ippeżat ta’ ndewwa residwali (D) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(15)

Il-verżjoni lingwistika bil-Grieg tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (5) fiha żball fil-punt 1(a)(IV) tal-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts fil-modalità mixgħul li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għat-televixins.

(16)

Il-verżjoni lingwistika bit-Taljan tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 (6) fiha żbalji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4 f’dak li jirrigwarda r-referenzi għall-klassi enerġetika fir-riklami u fil-materjal promozzjonali tekniku għall-kundizzjonaturi tal-arja u r-referenzi għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu fuq l-imballaġġ, fid-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fil-materjal promozzjonali jew pubbliċitarju.

(17)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 1.1(a)(V), 1.1(a)(VI), 1.1(a)(VII) u 1.1(a)(VIII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn f’kW għall-modalità tat-tkessiħ, it-tagħbija tad-disinn f’kW għall-modalità tat-tisħin, il-valur tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (SEER) għall-modalità tat-tkessiħ u l-valur tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għall-modalità tat-tisħin li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, ikklassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(18)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 1.1(a)(IX) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, ikklassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(19)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 1.5(iv)(10) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri SCOP u SEER għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli.

(20)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 2.1(a)(V) u 2.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ f’kW u l-valur SEER li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(21)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 2.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(22)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 2.5(iv)(10) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur SEER għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss.

(23)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 3.1(a)(V) u 3.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin f’kW u l-valur SCOP li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(24)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 3.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(25)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 3.5(iv)(9) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri SCOP għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss.

(26)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.1(a)(V) u 4.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’ kW u dwar il-valuri tal-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) u tal- koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated) li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(27)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(28)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.2(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EER) għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(29)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.3(a)(V) u 4.3(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW u dwar il-valur EERrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(30)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.3(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(31)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.4(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur EER għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(32)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.5(a)(V) u 4.5(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW u dwar il-valur COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(33)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.5(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(34)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.6(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur COP għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(35)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.1(a)(V) u 5.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għall-modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW u dwar il-valuri EERrated u COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(36)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fil-punt 5.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta minn dawk l-iżbalji.

(37)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.2(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri tal-EER u tal-COP għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(38)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.3(a)(V) u 5.3(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW u dwar il-valur l-EERrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(39)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fil-punt 5.3(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta minn dawk l-iżbalji.

(40)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.4(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur EER għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(41)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.5(a)(V) u 5.5(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW u dwar il-valur COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(42)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.5(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(43)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.6(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur COP għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(44)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 (7) fihom żball fil-punt 1(1.1)(IV) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeg b’vent tal-arja.

(45)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fihom żbalji fil-punt 1(f) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) fl-iskeda tal-prodott għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, u l-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) fl-iskeda tal-prodott għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bil-gass, li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott, u fil-punt 1(f)(i) tal-Anness III fir-rigward tal-parametri tekniċi għall-kejl tal-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bil-gass li jridu jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega.

(46)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fihom żbalji fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) li trid tiġi pprovduta għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku u l-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) li trid tiġi pprovduta għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost, u fil-punt 1(f) ta’ dak l-Anness fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija (Edry, Edry½, Egdry, Egdry½, Egdry,a, Egdry½,a ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali li trid tingħata għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(47)

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fih żball fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tal-Anness VI fir-rigward tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta b’dak l-iżball.

(48)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (8) fihom żbalji fil-punt 1(2)(IV) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum ippeżat tal-enerġija (EC ) f’kWh kull 1000 siegħa, li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-bozoz tal-elettriku.

(49)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 fihom żball fil-punt 1(b) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum ippeżat tal-enerġija f’kWh kull 1000 siegħa li trid tingħata fir-rigward tal-bozoz tal-elettriku f’każijiet fejn is-sidien aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(50)

Il-verżjoni lingwistika bil-Ġermaniż tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012 fiha żball fit-tieni u fit-tielet paragrafu tal-parti 1 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta’ mudell ta’ bozza.

(51)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 jiġu kkoreġuti kif xieraq.

(52)

Ir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 ġew adottati bl-użu tal-istess bażi ġuridika. Huma jikkonċernaw rekwiżiti relatati fir-rigward ta’ gruppi speċifiċi ta’ prodotti relatati mal-enerġija. Sabiex jiġi żgurat li l-iżbalji f’dawk l-atti relatati jkunu indirizzati b’mod koerenti, dawk ir-Regolamenti Delegati jenħtieġ li jiġu kkoreġuti permezz ta’ att wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1(1), il-punti IV u V huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII. Dan għandu jkun deskritt bħala “Konsum tal-Enerġija ’X’ kWh fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif li fihom jintużaw ilma kiesaħ u modalitajiet b’konsum baxx. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku.”;”;

(b)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum tal-ilma ’X’ litri fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku.”;”;

3.

fl-Anness IV, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ), f’kWh fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(b);”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ), f’litri fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 3;”;

4.

l-Anness VII huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

(b)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA

Il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi kkalkulat f’litri, u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ, permezz ta’ din il-formula:

AWC = Wt × 280

fejn:

Wt = il-konsum tal-ilma għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’litri u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.”.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness II, fil-punt 1(1), il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f’kWh fis-sena aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;”;

2.

fl-Annex III, fil-punt 1, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ’XYX’ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard għal 24 siegħa. Il-konsum propju ta’ enerġija jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir u fejn ikun jinsab”;”;

3.

fl-Anness V, fil-punt 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-konsum annwali tal-enerġija espress f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;”.

Artikolu 3

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1(1), il-punti IV u V huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AWC ), f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta’ enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta’ ħasil għall-programm għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C u 40 °C b’tagħbija sħiħa u parzjali, u l-konsum tal-modalitajiet ta’ enerġija baxxa. Il-konsum proprju ta’ enerġija jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;”;

(b)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AW C ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta’ ilma ‘X’ litri fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta’ ħasil għall-programmi għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C u 40 °C b’tagħbija sħiħa u parzjali. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;”;

3.

fl-Anness IV, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat, indikat f’kWh fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(c);”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat f’litri fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 2(a);”;

4.

l-Anness VII huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA PPEŻAT

(а)

Il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ jiġi kkalkulat kif ġej u aġġustat ’il fuq għal numru sħiħ:

AWC = Wt × 220

fejn:

Wt

=

il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat;

220

=

l-għadd totali taċ-ċikli standard tal-ħasil fis-sena.

(b)

Il-konsum tal-ilma ppeżat (Wt ) jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja u aġġustat ’il fuq għal numru sħiħ:

Image 12

fejn:

Wt,60

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Image 13

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Image 14

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.”;

(b)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 4

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 5

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

2.

l-Anness III huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1(a), il-punti V, VI, VII u VIII huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

għall-modalità tat-tkessiħ: it-tagħbija tad-disinn f’kW, aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed;

VI.

għall-modalità tat-tisħin: it-tagħbija tad-disinn f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;

VII.

għall-modalità tat-tkessiħ: il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed;

VIII.

għall-modalità tat-tisħin: koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (valur SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(b)

fil-punt 1.1(a), il-punt IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IX.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, għat-tkessiħ u t-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-profili klimatiċi li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(c)

fil-punt 1.5(iv), il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 15

Valuri SCOP u SEER, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘SEER’/ ‘SCOP’: Calibri regulari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ’X,Y’: Calibri tipa grassa 11 pt, 100 % iswed.”;

(d)

fil-punt 2.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(e)

fil-punt 2.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(f)

fil-punt 2.5(iv), il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 16

Valur tas-SEER aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Bordura: 3 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Kitba ‘SEER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(g)

fil-punt 3.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;

VI.

il-koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq għall-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(h)

fil-punt 3.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(i)

fil-punt 3.5(iv), il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 17

Il-valuri tas-SCOP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘SCOP’: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.

Value ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 11 pt, 100 % iswed.”;

(j)

fil-punt 4.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel punt deċimali;”;

(k)

fil-punt 4.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għall-modalità tkessiħ u tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(l)

fil-punt 4.2(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 18

Valuri COP u EER, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’/ ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(m)

fil-punt 4.3(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur EERrated, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(n)

fil-punt 4.3(a il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(o)

fil-punt 4.4(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 19

Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(p)

fil-punt 4.5(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tisħin, f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur COPrated, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(q)

fil-punt 4.5(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(r)

fil-punt 4.6(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 20

Valur COP, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 %.”;

(s)

fil-punt 5.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(t)

fil-punt 5.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għat-tkessiħ u għat-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(u)

fil-punt 5.2(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 21

Valuri EER u COP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(v)

fil-punt 5.3(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur EERrated aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(w)

punt 5.3(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(x)

fil-punt 5.4(iv), il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 22

Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(y)

fil-punt 5.5(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur COPrated, aġġustat ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(z)

fil-punt 5.5(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq għall-eqreb numru sħiħ;”;

(aa)

fil-punt 5.6(iv), il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 23

Valur COP, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Value ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”.

Artikolu 6

Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1.1, il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, fil-punt 1, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;”;

3.

fl-Anness III, fil-punt 1(f), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum tal-enerġija (Edry, Image 24 , Egdry, Image 25 , Egdry,a, Image 26 ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali,

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;”;

4.

fl-Anness IV, il-punt (1) huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru sħiħ, li għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal- enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum tal-enerġija (Edry , Image 27 , Egdry , Image 28 , Egdry,a , Image 29 ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, aġġustat ’il fuq sa żewġ punti deċimali u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

5.

fl-Anness VI, fil-punt 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tiġi stabbilita skont il-punt 3 tal-Anness VII.”.

Artikolu 7

Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt (2), il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (EC ) f’kWh għal kull 1 000 siegħa, ikkalkulat u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness VII.”;

2.

fl-Anness IV, fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fejn meħtieġ mill-Anness I, il-konsum tal-enerġija ppeżat f’kWh għal kull 1 000 siegħa, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-parti 2 tal-Anness VII.”;

3.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/41


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1060

tat-13 ta’ Lulju 2020

li japprova l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Terrazze Retiche di Sondrio” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Terrazze Retiche di Sondrio” li tressqet mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-bidliet jinkludu bidla fl-isem minn “Terrazze Retiche di Sondrio” għal “Alpi Retiche”.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Terrazze Retiche di Sondrio” (IĠP) huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 63, 26.2.2020, p. 6.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1061

tat-13 ta’ Lulju 2020

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Dealurile Sătmarului” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Dealurile Sătmarului” li bagħtet ir-Rumanija f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Dealurile Sătmarului” (IĠP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 100, 27.3.2020. p. 6.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1062

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Csopak”/“Csopaki” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Csopak”/“Csopaki” mibgħuta mill-Ungerija, u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “Csopak”/“Csopaki” jenħtieġ li jkun protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Csopak”/“Csopaki” (DOP) b’dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 70, 4.3.2020, p. 12.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1063

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Achterhoek — Winterswijk” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mibgħuta min-Netherlands biex jiġi rreġistrat l-isem “Achterhoek — Winterswijk” u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “Achterhoek — Winterswijk” jenħtieġ li jkun protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Achterhoek — Winterswijk” (DOP) huwa b’dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 94, 23.3.2020, p. 4.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1064

tat-13 ta’ Lulju 2020

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” jenħtieġ li jkun protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (DOP) b’dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 58, 21.2.2020, p. 21.


20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1065

tat-13 ta’ Lulju 2020

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“delle Venezie” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta “delle Venezie” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fost il-bidliet hemm bidla tal-isem minn “delle Venezie” għal “Trevenezie”/“Tri Benečije”.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “delle Venezie” (IĠP), huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 63, 26.2.2020, p. 17.