ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1018 tat-13 ta’ Lulju 2020 li japprova l-pirofosfat ferriku bħala sustanza attiva b’risku baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1017
tat-13 ta’ Lulju 2020
li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, trid tiqies kwalunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni. |
(2) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta l-Kummissjoni tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, din trid tqis kwlunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni. |
(3) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Fir-rigward tal-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Fir-rigward tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II. |
(7) |
Meta l-ammont total tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li saret applikazzjoni għalih fl-2020 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza trid tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 51(2) ta’ dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru. |
(8) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(9) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif applikabbli fis-sena 2020 ma japplikax fir-Renju Unit għas-sena tat-talba 2020. Għal dik ir-raġuni, ma hemmx bżonn li jiġu stabbiliti l-limiti massimi rilevanti għall-2020 għar-Renju Unit f’dan ir-Regolament. |
(10) |
Fir-rigward tas-sena 2020, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta’ Jannar 2020. Għal raġunijiet ta’ konsistenza bejn l-applikabbiltà ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2020 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
7. L-ammonti massimi għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
8. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
I. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
211 289 |
Id-Danimarka |
530 782 |
Il-Ġermanja |
2 941 232 |
L-Irlanda |
825 611 |
Il-Greċja |
1 091 170 |
Spanja |
2 845 377 |
Franza |
3 025 958 |
Il-Kroazja |
149 768 |
L-Italja |
2 118 140 |
Il-Lussemburgu |
22 741 |
Malta |
650 |
In-Netherlands |
459 920 |
L-Awstrija |
470 383 |
Il-Portugall |
279 562 |
Is-Slovenja |
75 223 |
Il-Finlandja |
262 840 |
L-Iżvezja |
399 568 |
II. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Bulgarija |
379 289 |
Iċ-Ċekja |
478 299 |
L-Estonja |
110 920 |
Ċipru |
29 643 |
Il-Latvja |
160 460 |
Il-Litwanja |
200 349 |
L-Ungerija |
727 048 |
Il-Polonja |
1 553 589 |
Ir-Rumanija |
974 939 |
Is-Slovakkja |
221 593 |
III. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
46 100 |
Il-Bulgarija |
55 900 |
Il-Ġermanja |
330 210 |
Franza |
687 718 |
Il-Kroazja |
33 208 |
Il-Litwanja |
77 554 |
Il-Polonja |
281 452 |
Il-Portugall |
23 050 |
Ir-Rumanija |
104 163 |
IV. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
144 557 |
Il-Bulgarija |
238 888 |
Iċ-Ċekja |
261 843 |
Id-Danimarka |
245 627 |
Il-Ġermanja |
1 415 187 |
L-Estonja |
50 810 |
L-Irlanda |
363 320 |
Il-Greċja |
550 385 |
Spanja |
1 468 030 |
Franza |
2 063 154 |
Il-Kroazja |
99 624 |
L-Italja |
1 111 301 |
Ċipru |
14 593 |
Il-Latvja |
90 826 |
Il-Litwanja |
155 108 |
Il-Lussemburgu |
10 030 |
L-Ungerija |
399 476 |
Malta |
1 573 |
In-Netherlands |
198 261 |
L-Awstrija |
207 521 |
Il-Polonja |
1 017 297 |
Il-Portugall |
179 807 |
Ir-Rumanija |
570 959 |
Is-Slovenja |
40 283 |
Is-Slovakkja |
118 316 |
Il-Finlandja |
157 389 |
L-Iżvezja |
209 930 |
V. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Id-Danimarka |
2 657 |
Is-Slovenja |
2 122 |
VI. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
9 095 |
Il-Bulgarija |
2 771 |
Iċ-Ċekja |
1 746 |
Id-Danimarka |
15 556 |
Il-Ġermanja |
47 173 |
L-Estonja |
1 321 |
L-Irlanda |
24 221 |
Il-Greċja |
36 692 |
Spanja |
97 869 |
Franza |
68 772 |
Il-Kroazja |
6 642 |
L-Italja |
74 087 |
Ċipru |
686 |
Il-Latvja |
6 055 |
Il-Litwanja |
6 463 |
Il-Lussemburgu |
501 |
L-Ungerija |
5 326 |
Malta |
21 |
In-Netherlands |
13 217 |
L-Awstrija |
13 835 |
Il-Polonja |
33 910 |
Il-Portugall |
11 987 |
Ir-Rumanija |
20 547 |
Is-Slovenja |
2 014 |
Is-Slovakkja |
1 706 |
Il-Finlandja |
5 246 |
L-Iżvezja |
13 995 |
VII. L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
9 637 |
Il-Bulgarija |
15 926 |
Iċ-Ċekja |
17 456 |
Id-Danimarka |
16 375 |
Il-Ġermanja |
94 346 |
L-Estonja |
3 387 |
L-Irlanda |
24 221 |
Il-Greċja |
36 692 |
Spanja |
97 869 |
Franza |
137 544 |
Il-Kroazja |
6 642 |
L-Italja |
74 087 |
Ċipru |
973 |
Il-Latvja |
6 055 |
Il-Litwanja |
10 341 |
Il-Lussemburgu |
669 |
L-Ungerija |
26 632 |
Malta |
105 |
In-Netherlands |
13 217 |
L-Awstrija |
13 835 |
Il-Polonja |
67 820 |
Il-Portugall |
11 987 |
Ir-Rumanija |
38 064 |
Is-Slovenja |
2 686 |
Is-Slovakkja |
7 888 |
Il-Finlandja |
10 493 |
L-Iżvezja |
13 995 |
VIII. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmija fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Sena kalendarja |
2020 |
Il-Belġju |
80 935 |
Il-Bulgarija |
119 444 |
Iċ-Ċekja |
130 921 |
Id-Danimarka |
24 135 |
L-Estonja |
6 315 |
L-Irlanda |
3 000 |
Il-Greċja |
182 056 |
Spanja |
584 919 |
Franza |
1 031 577 |
Il-Kroazja |
49 812 |
L-Italja |
478 600 |
Ċipru |
3 891 |
Il-Latvja |
45 413 |
Il-Litwanja |
77 554 |
Il-Lussemburgu |
160 |
L-Ungerija |
199 738 |
Malta |
3 000 |
In-Netherlands |
3 350 |
L-Awstrija |
14 526 |
Il-Polonja |
504 743 |
Il-Portugall |
117 535 |
Ir-Rumanija |
272 554 |
Is-Slovenja |
17 456 |
Is-Slovakkja |
59 120 |
Il-Finlandja |
102 828 |
L-Iżvezja |
90 970 |
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1018
tat-13 ta’ Lulju 2020
li japprova l-pirofosfat ferriku bħala sustanza attiva b’risku baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) flimkien mal-Artikolu 22(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-28 ta’ Diċembru 2015 BROS Sp. z o.o. Sp.k. ippreżentat lill-Polonja applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva pirofosfat ferriku. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, il-Polonja, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fl-24 ta’ Ġunju 2016. |
(3) |
Fil-21 ta’ Awwissu 2018, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Fid-9 ta’ Awwissu 2019 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali ġiet ippreżentata mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta’ abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni aġġornat. |
(5) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2019, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk is-sustanza attiva pirofosfat ferriku jistax jiġi mistenni li tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha. |
(6) |
Fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ir-rapport ta’ reviżjoni għall-pirofosfat ferriku u fid-19 ta’ Mejju 2020 ippreżentat l-abbozz ta’ dan ir-Regolament li jipprevedi li l-pirofosfat ferriku huwa approvat. |
(7) |
L-applikant ingħata l-opportunità li jressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta’ rieżami. |
(8) |
Ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b’mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ rieżami. |
(9) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-pirofosfat ferriku huwa sustanza attiva b’riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fil-fatt, il-pirofosfat ferriku mhuwiex sustanza ta’ tħassib u jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, inkluż it-tieni subparagrafu tal-punt 5.1.2. B’mod aktar speċifiku, anki jekk il-pirofosfat ferriku jitqies bħala persistenti, dan eventwalment jidissoċja f’joni li huma kostitwent naturali tad-dieta tal-bniedem, li jinsabu kullimkien fl-ambjent, u li huma essenzjali għall-funzjonijiet tal-annimali u tal-pjanti. B’hekk, l-esponiment addizzjonali tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent għall-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni f’sitwazzjonijiet naturali realistiċi. |
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li l-pirofosfat ferriku jiġi approvat bħala sustanza b’riskju baxx. |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva pirofosfat ferriku, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2020. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ferric pyrophosphate (Konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva pirofosfat ferriku). EFSA Journal 2020;18(1):5986, 25 pp. doi:10.2903/j.efsa.2020.5986.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità ( (1)) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
Pirofosfat ferriku Nru CAS: 10058-44-3 Nru CIPAC: - |
Difosfat tal-ħadid(3+) |
≥ 802 g/kg L-impuritajiet li ġejjin huma ta’ tħassib mil-lat tossikoloġiku u ambjentali u ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:
|
3.8.2020 |
3.8.2035 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pirofosfat ferriku, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ rieżami.
ANNESS II
Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
“20 |
Pirofosfat ferriku Nru CAS: 10058-44-3 Nru CIPAC: - |
Difosfat tal-ħadid(3+) |
≥ 802 g/kg L-impuritajiet li ġejjin huma ta’ tħassib mil-lat tossikoloġiku u ambjentali u ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:
|
3.8.2020 |
3.8.2035 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pirofosfat ferriku, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ rieżami.
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1019
tat-13 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tas-16 ta’ April 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/840 (2) jipprovdi li matul sena finanzjarja, l-Awtoritajiet Responsabbli għandhom iwettqu kontrolli operattivi fuq il-post li jkopru minimu ta’ 20 % tal-għadd ta’ proġetti li jkunu qiegħdin jiġu implimentati matul dik is-sena finanzjarja. |
(2) |
L-Istati Membri ġew effettwati mill-pandemija tal-COVID-19 b’mod mingħajr preċedent. Il-kriżi ġiegħlet lill-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment fuq it-territorju tagħhom li jagħmilha diffiċli biex jitwettqu l-kontrolli fuq il-post. |
(3) |
Biex tingħata flessibilità lill-Awtoritajiet Responsabbli biex iwettqu l-kontrolli operattivi meħtieġa fuq il-post, huwa xieraq li jiġu emendati r-regoli eżistenti biex jiġi evitat dewmien fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet. Flessibbiltà bħal din għandha tinkiseb billi tingħata l-possibilità lill-Awtoritajiet Responsabbli biex iwettqu r-rekwiżiti għal kontrolli operattivi fuq il-post fi stadju aktar tard matul il-perjodu ta’ programmar meta minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-minimu annwali ta’ 20 % tal-għadd ta’ proġetti implimentati matul sena finanzjarja partikolari ma jkunx jista’ jintlaħaq f’dik is-sena finanzjarja. |
(4) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b’hekk hija marbuta b’dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b’hekk hija marbuta b’dan ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3), il-liġi applikabbli tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, se tkompli tapplika għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020 sal-għeluq ta’ dawn il-programmi u attivitajiet tal-Unjoni. |
(6) |
Id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 b’dan ir-Regolament. |
(7) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna, stabbilit permezz tal-Artikolu 59(1) of Regulation (EU) No 514/2014. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li jmiss:
“2. Il-kontrolli operattivi fuq il-post li jsiru fis-sena finanzjarja N ikopru minn tal-inqas 20 % tal-għadd ta’ proġetti li jkunu qed jiġu implimentati matul dik is-sena finanzjarja, hekk kif iddikjarat fil-kontijiet annwali korrispondenti msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Meta dan il-minimu ma jkunx jista’ jintlaħaq fis-sena finanzjarja N minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-kontrolli li ma jkunux saru fis-sena finanzjarja N għandhom isiru fi stadju aktar tard matul il-perjodu ta’ programmar.”
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 tad-29 ta’ Mejju 2015 dwar il-kontrolli li jsiru mill-Awtoritajiet Responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 134, 30.5.2015, p. 1).
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1020
tat-13 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond tal-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1), b’mod partikolari l-Artikolu 17(8) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2014 (2) jipprevedi li sabiex jibbenefikaw mill-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati jridu jkunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu. |
(2) |
Madankollu, l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt bħal qatt qabel fuq l-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni li saru mill-Istati Membri. Il-kriżi obbligat lill-Istati Membri jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom ta’ risistemazzjoni u jimponu restrizzjonijiet fuq id-dħul fit-territorju tagħhom. |
(3) |
Barra minn hekk, l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), l-imsieħba ewlenin tal-Istati Membri għar-risistemazzjoni, issospendew b’mod temporanju l-operazzjonijiet tagħhom fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, minħabba l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar li ħarġu ħafna pajjiżi tal-ewwel ażil, fiċ-ċirkostanzi attwali l-Istati Membri ma jistgħux iwettqu missjonijiet ta’ għażla għar-risistemazzjoni. |
(4) |
L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 għandu implikazzjonijiet serji mhux biss fuq l-implimentazzjoni tal-wegħdi ta’ risistemazzjoni, iżda wkoll fuq il-kapaċità ta’ assorbiment fl-ambitu tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. |
(5) |
Sabiex jiġi onorat l-impenn qawwi tal-Istati Membri favur l-azzjonijiet ta’ risistemazzjoni, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sostenn finanzjarju korrispondenti jintuża b’mod flessibbli u effettiv. |
(6) |
Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-iskadenza tal-implimentazzjoni għall-perjodu ta’ risistemazzjoni li jkopri s-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi estiża mit-30 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. |
(7) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u konsegwentement hija marbuta b’dan ir-Regolament. |
(8) |
Ir-Renju Unit huwa marbut bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u konsegwentement huwa marbut b’dan ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3), il-liġi applikabbli tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, se tkompli tapplika għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020 sal-għeluq ta’ dawn il-programmi u attivitajiet tal-Unjoni. |
(9) |
Id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014, jew b’dan ir-Regolament. |
(10) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 801/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 801/2014, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Sabiex jibbenefikaw mill-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati għandhom ikunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu. Madankollu, għall-perjodu ta’ risistemazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(1)(c), il-persuni kkonċernati għandhom jiġu risistemati effettivament mill-bidu ta’ dak il-perjodu u sa tnax-il xahar wara tmiem dak il-perjodu.
L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom.
Fir-rigward tal-persuni li jaqgħu f’xi kategorija prijoritarja u xi grupp ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, l-Istati Membri għandhom iżommu wkoll evidenza li dawn jappartjenu għall-kategorija prijoritarja jew grupp ta’ persuni rilevanti.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2014 tal-24 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-iskeda taż-żmien u kundizzjonijiet oħra ta’ implimentazzjoni relatati mal-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 19).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/17 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Ir-Regolament Nru 12 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt [2020/1021]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
|
Is-Suppliment 5 għas-serje ta’ emendi 04 – Id-data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Lulju 2018 |
KONTENUT
REGOLAMENT
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet |
6. |
Testijiet |
7. |
Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew tat-tip ta’ kontroll tal-istering |
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
9. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
10. |
Struzzjonijiet |
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
13. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
1A |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, skont ir-Regolament Nru 12. |
1B |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ kontroll tal-istering fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, skont il-parti rilevanti tar-Regolament Nru 12. |
2. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
3. |
Test ta’ impatt frontali ma’ ostaklu |
4. |
Test bi blokka korporja Appendiċi: Blokka korporja |
5. |
Test b’mudell ta’ ras |
6. |
Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi motorizzati Appendiċi 1: Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” Appendiċi 2: Sistema ta’ referenza tridimensjonali Appendiċi 3: Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda |
7. |
Proċeduri tat-test għall-protezzjoni tal-okkupanti ta’ vetturi elettriċi minn vultaġġ għoli u minn tixrid tal-elettrolit Appendiċi 1: Saba’ tat-Test Artikolat (grad ta’ protezzjoni IPXXB) |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-imġiba tal-mekkaniżmu tal-istering u għas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli kif ukoll il-komponenti u s-sistemi b’vultaġġ għoli li huma konnessi galvanikament mal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli (high voltage bus) tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, ta’ vetturi motorizzati tal-kategorija M1, u vetturi tal-kategorija N1 b’massa massima permessibbli ta’ inqas minn 1 500 kg, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti f’każ ta’ kolliżjoni frontali. |
1.2. |
Fuq talba tal-manifattur, il-vetturi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.1. ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu approvati skont dan ir-Regolament. |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
2.1. |
“Approvazzjoni ta’ vettur a” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt; |
2.2. |
“Tip ta’ vettur a” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal: |
2.2.1. |
Vettura li taħdem b’magna ta’ kombustjoni interna: |
2.2.1.1. |
L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti ta’ dik il-parti tal-vettura li tinsab quddiem il-kontroll tal-istering; |
2.2.1.2. |
Il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, kif definita fil-paragrafu 2.18. ta’ hawn taħt; |
2.2.2. |
Vettura li taħdem b’magna elettrika |
2.2.2.1. |
L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti ta’ dik il-parti tal-vettura li tinsab quddiem il-kontroll tal-istering. |
2.2.2.2. |
Il-postijiet fejn tinsab is-Sistema Rikarikabbli ta’ Ħżin tal-Enerġija Elettrika (REESS), sa fejn dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test ta’ impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
2.2.2.3. |
Il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, kif definita fil-paragrafu 2.18. ta’ hawn taħt. |
2.3. |
“Approvazzjoni ta’ kontroll tal-isterin g” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ kontroll tal-istering fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt; |
2.4. |
“Tip ta’ kontroll tal-isterin g” tfisser kategorija ta’ kontrolli tal-istering li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal: |
2.4.1. |
L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti; |
2.5. |
“Kontroll tal-isterin g” tfisser l-apparat tal-istering, normalment ir-rota tal-istering, li jintuża mis-sewwieq; |
2.6. |
“Kontroll ġenerali tal-isterin g” tfisser kontroll tal-istering li jista’ jiġi ffittjat fuq diversi tipi ta’ vettura approvati u fejn id-differenzi fit-twaħħil tal-kontroll tal-istering mal-kolonna tal-istering ma jaffettwawx il-prestazzjoni tal-kontroll tal-istering f’każ ta’ impatt; |
2.7. |
“Air-ba g” tfisser borża flessibbli ddisinjata biex timtela b’gass taħt pressjoni, u li tkun: |
2.7.1. |
Iddisinjata biex tipproteġi lis-sewwieq tal-vettura f’każ ta’ impatt mal-kontroll tal-istering; |
2.7.2. |
Tintefaħ min apparat li jiġi attwat f’każ ta’ impatt tal-vettura; |
2.8. |
“Rimm tal-kontroll tal-isterin g” tfisser id-dawra ta’ barra kważi torojdali, fil-każ tar-rota tal-istering, li normalment is-sewwieq jaħfinha f’idejh waqt is-sewqan; |
2.9. |
“Magħżel” tfisser virga tal-ħadid li tqabbad ir-rimm tal-kontroll tal-istering mal-boxxla; |
2.10. |
“Boxxl a” tfisser il-parti tal-kontroll tal-istering, normalment tkun fin-nofs, li: |
2.10.1. |
Tqabbad il-kontroll tal-istering max-xaft tal-istering, |
2.10.2. |
Tittrażmetti t-torque mill-kontroll tal-istering għal fuq ix-xaft tal-istering; |
2.11. |
“Ċentru tal-boxxla tal-kontroll tal-isterin g” tfisser il-punt fuq is-superfiċe tal-boxxla li huwa f’linja mal-assi tax-xaft tal-istering; |
2.12. |
“Pjan tal-kontroll tal-isterin g” tfisser, fil-każ tar-rota tal-istering, is-superfiċe ċatt li jissepara r-rimm tar-rota tal-istering b’mod ugwali bejn is-sewwieq u l-parti ta’ quddiem tal-vettura; |
2.13. |
“Xaft tal-isterin g” tfisser il-komponent li jittrażmetti t-torque applikat fuq il-kontroll tal-istering għal fuq il-gear box; |
2.14. |
“Kolonna tal-isterin g” tfisser l-ilqugħ li jdawwar ix-xaft tal-istering; |
2.15. |
“Mekkaniżmu tal-isterin g” tfisser il-grupp li jikkostitwixxi l-kontroll tal-istering, il-kolonna tal-istering, l-aċċessorji tal-assemblaġġ, ix-xaft tal-istering, il-housing tal-gear box, u l-komponenti l-oħra kollha bħal dawk iddisinjati biex jgħinu fl-assorbiment tal-enerġija f’każ ta’ impatt mal-kontroll tal-istering; |
2.16. |
Kompartiment tal-passiġġieri |
2.16.1. |
“Kompartiment tal-passiġġieri fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupant i” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, delimitat bis-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta’ barra u l-paratija ta’ quddiem u l-pjan tal-paratija tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sits ta’ wara. |
2.16.2. |
“Kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrik a” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, delimitat bis-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta’ barra, il-paratija ta’ quddiem u l-paratija ta’ wara jew il-bieba ta’ wara, kif ukoll bl-ilqugħ u l-kaxxi ta’ protezzjoni elettrika provduti għall-protezzjoni tal-okkupanti mill-kuntatt dirett ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli. |
2.17. |
“Impattu r” huwa magħmul minn mudell ta’ ras emisferiku riġidu b’dijametru ta’ 165 mm, f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament; |
2.18. |
“Massa ta’ vettura f’kundizzjoni ta’ sewqa n” tfisser il-massa tal-vettura, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda bil-fjuwil, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikant, bl-għodod u bi stepni, jekk provdut bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura, u bir-REESS. |
2.19. |
“Vultaġġ għol i” tfisser il-klassifikazzjoni ta’ komponent jew ta’ ċirkwit elettriku, diment li l-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V f’kurrent dirett (DC) jew > 30 V u ≤ 1 000 V f’kurrent alternat (AC) root-mean-square (rms); |
2.20. |
“Sistema Rikarikabbli ta’ Ħżin tal-Enerġija Elettrika (REESS )” tfisser is-sistema rikarikabbli li taħżen l-enerġija, li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni; |
2.21. |
“Ilqugħ ta’ protezzjoni elettrik a” tfisser il-parti li tipprovdi protezzjoni mill-kuntatt dirett ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli; |
2.22. |
“Sistema tal-motopropulsjoni elettrik a” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni, u jista’ jinkludi wkoll ir-REESS, is-sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-kablaġġ u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema tal-akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS; |
2.23. |
“Partijiet live” tfisser il-parti(jiet) konduttiva/i maħsuba biex jiġu enerġizzati elettrikament waqt l-użu normali; |
2.24. |
“Parti konduttiva espost a” tfisser il-parti konduttiva li tista’ tintmess skont id-dispożizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB, u li tiġi enerġizzata elettrikament f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iżolazzjoni. Din tinkludi partijiet taħt għata li tista’ tinqala’ mingħajr l-użu ta’ għodda. |
2.25. |
“Kuntatt diret t” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli; |
2.26. |
“Kuntatt indiret t” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet konduttivi esposti; |
2.27. |
“Grad ta’ protezzjoni IPXXB” tfisser il-protezzjoni minn kuntatt ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli provduta minn ilqugħ jew kaxxa ta’ protezzjoni elettrika u li tiġi ttestjata permezz ta’ Saba’ tat-Test Artikolat (grad ta’ protezzjoni IPXXB) kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Anness 7; |
2.28. |
“Vultaġġ operatti v” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ root-mean-square (rms) ta’ ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista’ jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħ jew f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun separat permezz ta’ iżolazzjoni galvanika, il-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit isseparat, rispettivament. |
2.29. |
“Sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata s-sistema rikarikabbli ta’ ħżin tal-enerġija elettrika (REESS )” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat biex tiġi ċċarġjata r-REESS minn provvista esterna tal-enerġija elettrika inkluża l-plakka tal-vettura; |
2.30. |
“Xażi elettrik u” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi konnessi flimkien bl-elettriku, li l-potenzjal elettriku tiegħu jittieħed bħala referenza; |
2.31. |
“Ċirkwit elettrik u” tfisser assemblaġġ ta’ partijiet live b’vultaġġ għoli, konnessi flimkien, iddisinjat biex jiġi enerġizzat elettrikament waqt it-tħaddim normali; |
2.32. |
“Sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrik a” tfisser sistema li tiġġenera u tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika; |
2.33. |
“Konvertitur elettronik u” tfisser tagħmir li jista’ jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika; |
2.34. |
“Kaxx a” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni minn kwalunkwe kuntatt dirett; |
2.35. |
“Assemblaġġ b’Vultaġġ Għol i” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS li titħaddem b’vultaġġ għoli; |
2.36. |
“Iżolatur solid u” tfisser il-kisja ta’ iżolazzjoni tal-kablaġġ, ipprovduta sabiex tgħatti u tipprevjeni l-partijiet live b’vultaġġ għoli minn kwalunkwe kuntatt dirett. Dan jinkludi għotjien biex jiżolaw il-partijiet live b’vultaġġ għoli tal-konnetturi; u ż-żebgħa jew il-verniċ għall-iskop ta’ iżolazzjoni; |
2.37. |
“Skonnettur awtomatik u” tfisser apparat li meta jitħaddem, jissepara galvanikament is-sorsi ta’ enerġija elettrika mill-bqija taċ-ċirkwit b’vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika; |
2.38. |
“Batterija ta’ trazzjoni tat-tip miftuħ a” tfisser tip ta’ batterija li taħdem bil-likwidu u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu rilaxxat fl-atmosfera. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
3.1. Tip ta’ vettura
3.1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
3.1.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin: |
3.1.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura rigward l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti ta’ dik il-parti tal-vettura li tinsab quddiem il-kontroll tal-istering; |
3.1.2.2. |
Tpinġijiet, fuq skala xierqa u b’dettall suffiċjenti, tal-mekkaniżmu tal-istering u t-twaħħil tiegħu max-xażi u l-karozzerija tal-vettura; |
3.1.2.3. |
Deskrizzjoni teknika ta’ dan il-mekkaniżmu; |
3.1.2.4. |
Indikazzjoni tal-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan; |
3.1.2.5. |
Evidenza li l-kontroll tal-istering ġie approvat f’konformità mal-paragrafu 5.2 tar-Regolament, jekk applikabbli; |
3.1.2.6. |
Evidenza li l-mekkaniżmu tal-istering jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.2.2. tar-Regolament tan-NU Nru 94 jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.2.2.1. tar-Regolament tan-NU Nru 137 jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni titressaq mill-applikant skont il-paragrafu 5.1.2. ta’ hawn taħt; |
3.1.2.7. |
Evidenza li l-kontroll tal-istering jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.4. u 5.2.1.5. tar-Regolament tan-NU Nru 94 jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.1.3. u 5.2.1.1.4. tar-Regolament tan-NU Nru 137 jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni titressaq mill-applikant skont il-paragrafu 5.2.1. ta’ hawn taħt; |
3.1.2.8. |
Deskrizzjoni ġenerali tat-tip tas-sors tal-enerġija elettrika, il-post u s-sistema tal-motopropulsjoni elettrika (eż. ibrida, elettrika). |
3.1.3. |
Dan li ġej għandu jitressaq lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: |
3.1.3.1. |
Vettura, rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li trid tiġi approvata, għat-test imsemmi fil-paragrafu 5.1. ta’ hawn taħt; |
3.1.3.2. |
Vettura oħra, jew dawk il-partijiet tal-vettura li huma meqjusa essenzjali għat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 5.2. u 5.3. ta’ hawn taħt, fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku. |
3.1.3.3. |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip. |
3.2. Tip ta’ kontroll tal-istering
3.2.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ kontroll tal-istering fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt għandha titressaq mill-manifattur tal-kontroll tal-istering jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
3.2.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin: |
3.2.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ kontroll tal-istering rigward l-istruttura, id-dimensjonijiet u l-materjali kostitwenti tal-kontroll tal-istering; |
3.2.2.2. |
Tpinġijiet, fuq skala xierqa u b’dettall suffiċjenti, tal-mekkaniżmu tal-istering u t-twaħħil tiegħu max-xażi u l-karozzerija tal-vettura. |
3.2.2.3. |
Evidenza li l-kontroll tal-istering jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.4. u 5.2.1.5. tar-Regolament tan-NU Nru 94 jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.1.3. u 5.2.1.1.4. tar-Regolament tan-NU Nru 137 jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni titressaq mill-applikant skont il-paragrafu 5.2.1. ta’ hawn taħt. |
3.2.3. |
Kontroll tal-istering rappreżentattiv tat-tip ta’ kontroll tal-istering li jrid jiġi approvat kif ukoll, fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, dawk il-partijiet tal-vettura li huma meqjusa minnu bħala essenzjali għat-test, għandhom jitressqu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni għat-test imsemmi fil-paragrafi 5.2. u 5.3. ta’ hawn taħt. |
4. Approvazzjoni
4.1. |
Ċertifikat konformi mal-mudell speċifikat fil-paragrafi 4.1.1. jew 4.1.2. għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip: |
4.1.1. |
L-Anness 1 A għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.1.; |
4.1.2. |
L-Anness 1B għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2. |
4.2. Tip ta’ vettura
4.2.1. |
Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn taħt u tal-Annessi 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ din it-tip ta’ vettura għandha tingħata. |
4.2.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 04, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 04) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta’ vettura mgħammra b’tip ieħor ta’ mekkaniżmu tal-istering, jew lil tip ieħor ta’ vettura, kif definit fil-paragrafu 2.2. ta’ hawn fuq. |
4.2.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 A ta’ dan ir-Regolament. |
4.2.4. |
Ma’ kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka internazzjonali tal-approvazzjoni li tikkonsisti minn: |
4.2.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1); |
4.2.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.2.4.1. |
4.2.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2.4.1. |
4.2.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
4.2.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. |
4.3. Tip ta’ kontroll tal-istering
4.3.1. |
Jekk il-kontroll tal-istering imressaq għal approvazzjoni separata skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn taħt u tal-Annessi 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dan it-tip ta’ kontroll tal-istering għandha tingħata. Din tapplika biss għal kontrolli tal-istering li ma fihomx airbag. |
4.3.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 04, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 04) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ kontroll tal-istering kif definit fil-paragrafu 2.4. ta’ hawn fuq. |
4.3.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ kontroll tal-istering skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament. |
4.3.4. |
Ma’ kull kontroll tal-istering konformi ma’ tip ta’ kontroll tal-istering approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
4.3.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni1; |
4.3.4.2. |
In-numru tal-approvazzjoni, imqiegħed taħt iċ-ċirku. |
4.3.4.3. |
Is-simbolu R94-02 jew R137 fil-każ ta’ approvazzjoni skont il-paragrafu 5.2.1. ta’ hawn taħt. |
4.3.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
4.4. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5. Speċifikazzjonijiet
5.1. |
Meta l-vettura mhux mgħobbija, f’kundizzjoni ta’ sewqan, u mingħajr manikin, tiġi ttestjata għall-kolliżjoni ma’ ostaklu b’veloċità ta’ 48,3 km/h (30 mph), il-parti ta’ fuq tal-kolonna tal-istering u x-xaft tagħha ma għandhomx jiġu spostati lura, f’direzzjoni orizzontali u parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura, b’aktar minn 12,7 cm kif ukoll mhux aktar minn 12,7 cm f’direzzjoni vertikali ’l fuq, fejn iż-żewġ dimensjonijiet jitqiesu fir-rigward ta’ punt tal-vettura li mhux affettwat mill-impatt (2). |
5.1.1. |
Barra minn hekk, il-vetturi mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom ikunu konformi mal-paragrafu 5.5. Din il-konformità tista’ tintwera b’test separat ta’ impatt frontali fuq talba tal-manifattur u wara l-validazzjoni mis-Servizz Tekniku, u dan diment li l-komponenti elettriċi ma jinfluwenzawx il-prestazzjoni ta’ protezzjoni tas-sewwieq tat-tip ta’ vettura kif definit f’dan ir-Regolament. |
5.1.2. |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.1. ta’ hawn fuq jitqiesu bħala ssodisfati jekk il-vettura mgħammra b’tali sistema tal-istering tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.2.2. tar-Regolament tan-NU Nru 94 jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.2.2.1. tar-Regolament tan-NU Nru 137. |
5.2. |
Meta l-kontroll tal-istering jintlaqat minn blokka korporja rilaxxata għal fuq dan il-kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24,1 km/h (15 mph), il-forza applikata fuq il-blokka korporja mill-kontroll tal-istering ma għandhiex tkun akbar minn 1 111 daN. |
5.2.1. |
Jekk il-kontroll tal-istering ikun mgħammar b’airbag, l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5.2. ta’ hawn fuq jitqiesu bħala ssodisfati jekk il-vettura mgħammra b’tali sistema tal-istering tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.4. u 5.2.1.5. tar-Regolament tan-NU Nru 94 jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1.1.3. u 5.2.1.1.4. tar-Regolament tan-NU Nru 137. |
5.3. |
Meta l-kontroll tal-istering jintlaqat minn impattur rilaxxat għal fuq dan il-kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24,1 km/h, skont il-proċeduri tal-Anness 5, id-deċellerazzjoni tal-impattur ma għandhiex tkun aktar minn 80 g kumulattiva għal iktar minn 3 millisekondi. Id-deċellerazzjoni għandha dejjem tkun inqas minn 120 g, b’C.F.C. 600 Hz. |
5.4. |
Il-kontroll tal-istering għandu jkun iddisinjat, mibni u ffittjat b’tali mod li: |
5.4.1. |
Qabel it-test ta’ impatt preskritt fil-paragrafi 5.2. u 5.3. ta’ hawn fuq, l-ebda parti mis-superfiċe tal-kontroll tal-istering, diretta lejn is-sewwieq u li jista’ jsir kuntatt magħha bi sfera b’dijametru ta’ 165 mm, ma għandu jkollha truf raffi u li jaqtgħu b’raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2,5 mm.
Fil-każ ta’ kontroll tal-istering mgħammar b’airbag, dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-ebda parti, li jista’ jsir kuntatt magħha bi sfera b’dijametru ta’ 165 mm, ma jkollha truf perikolużi li jaqtgħu, kif definit fil-paragrafu 2.18. tar-Regolament Nru 21, li jistgħu jżidu r-riskju ta’ korriment serju lill-okkupanti. |
5.4.1.1. |
Wara kwalunkwe test ta’ impatt preskritt fil-paragrafi 5.2. u 5.3., il-parti tas-superfiċe tal-kontroll tal-istering diretta lejn is-sewwieq ma għandux ikollha truf raffi jew li jaqtgħu li jistgħu jżidu l-periklu jew is-severità ta’ korrimenti lis-sewwieq. Xquq u fissuri żgħar fis-superfiċe għandhom jiġu injorati. |
5.4.1.1.1. |
Fil-każ ta’ sporġenza li tikkonsisti minn komponent magħmul minn materjal mhux riġidu b’ebusija ta’ inqas minn 50 Shore A, immuntat fuq appoġġ riġidu, ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.4.1.1. għandu japplika biss għall-appoġġ riġidu. |
5.4.2. |
Il-kontroll tal-istering għandu jkun iddisinjat, mibni u ffittjat b’tali mod li ma jkunx fih komponenti jew aċċessorji, inkluż il-kontroll tal-ħorn u aċċessorji tal-assemblaġġ, li magħhom jistgħu jinqabdu l-ħwejjeġ jew ġojjellerija tas-sewwieq waqt il-movimenti tas-sewqan normali. |
5.4.3. |
Fil-każ ta’ kontrolli tal-istering li mhumiex intenzjonati li jifformaw parti mill-apparat oriġinali, dawn għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni meta jiġu ttestjati f’konformità mal-paragrafu 2.1.3. tal-Anness 4 u l-paragrafu 2.3. tal-Anness 5. |
5.4.4. |
Fil-każ ta’ “kontrolli ġenerali tal-istering”, ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati għal: |
5.4.4.1. |
Il-firxa sħiħa tal-angoli tal-kolonna, bil-fehim li t-testijiet għandhom isiru mill-inqas għall-angoli massimi u minimi tal-kolonna għall-firxa tat-tipi ta’ vetturi approvati li għalihom huma intenzjonati l-kontrolli; |
5.4.4.2. |
Il-firxa sħiħa tal-pożizzjonijiet possibbli tal-impattur u tal-blokka korporja fir-rigward tal-kontroll tal-istering, bil-fehim li t-test għandu jsir mill-inqas għall-pożizzjoni medja tal-firxa tat-tipi ta’ vetturi approvati li għalihom huma intenzjonati l-kontrolli. Meta tintuża kolonna tal-istering, din għandha tkun tat-tip li jikkorrispondi għall-kundizzjonijiet tal-“agħar każ”. |
5.4.5. |
Meta jintużaw adapters biex tip singlu ta’ kontroll tal-istering jiġi adattat għal firxa ta’ kolonni tal-istering, u jkun jista’ jintwera li b’dawn l-adapters il-karatteristiċi tal-assorbiment tal-enerġija tas-sistema jibqgħu l-istess, it-testijiet kollha jistgħu jsiru b’tip wieħed ta’ adapter. |
5.5. |
Wara li jkun sar it-test skont il-proċedura definita fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli kif ukoll il-komponenti u s-sistemi b’vultaġġ għoli, li huma konnessi galvanikament mal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli (high voltage bus) tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, iridu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti: |
5.5.1. |
Protezzjoni minn xokk elettriku
Wara l-impatt, tal-inqas irid jiġi ssodisfat wieħed mill-erba’ kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.5.1.1. sa 5.5.1.4.2. Jekk il-vettura jkollha funzjoni ta’ skonnessjoni awtomatika, jew apparat(i) li jisseparaw galvanikament iċ-ċirkwit tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, wara li tiġi attivata l-funzjoni ta’ skonnessjoni, għaċ-ċirkwit skonness jew għal kull ċirkwit isseparat, individwalment, għandu japplika tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin. Madankollu, il-kriterji definiti fil-paragrafu 5.5.1.4. ma japplikawx jekk ikun hemm iktar minn reżistenza waħda ta’ parti mill-assemblaġġ b’vultaġġ għoli li ma tkunx protetta bil-kundizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB. Jekk it-test jitwettaq bil-kundizzjoni li l-part(ijiet) tas-sistema b’vultaġġ għoli ma jkunux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tiġi ppruvata jew skont il-paragrafu 5.5.1.3. jew il-paragrafu 5.5.1.4. ta’ hawn taħt għall-parti(jiet) rilevanti. Għas-sistema ta’ akkoppjament li tiċċarġja r-REESS, li ma tkunx enerġizzata waqt kundizzjonijiet ta’ sewqan, tal-inqas għandu jiġi ssodisfat wieħed mill-erba’ kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.5.1.1. sa 5.5.1.4. |
5.5.1.1. |
Assenza ta’ vultaġġ għoli
Il-vultaġġi Vb, V1 u V2 tal-assemblaġġi b’vultaġġ għoli għandhom ikunu daqs jew inqas minn 30 VAC jew 60 VDC kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Anness 7. |
5.5.1.2. |
Livell baxx ta’ enerġija elettrika
L-Enerġija Totali (TE) fl-assemblaġġi b’vultaġġ għoli għandha tkun inqas minn 2,0 joules meta mkejla skont il-proċedura tat-test kif speċifikat fil-formula (a) fil-paragrafu 3 tal-Anness 7. Alternattivament, l-enerġija totali (TE) tista’ tiġi kkalkulata bil-vultaġġ imkejjel Vb tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) speċifikata mill-manifattur skont il-formula (b) fil-paragrafu 3 tal-Anness 7. Anke l-enerġija maħżuna fil-Y-capacitors (TEy1, TEy2) għandha tkun inqas minn 2,0 joules. Din għandha tiġi kkalkulata billi jitkejlu l-vultaġġi V1 u V2 tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u tax-xażi elettriku, u l-kapaċitanza tal-Y-capacitors speċifikata mill-manifattur skont il-formula (c) fil-paragrafu 3 tal-Anness 7. |
5.5.1.3. |
Protezzjoni fiżika
Għall-protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli, għandu jiġi provdut grad ta’ protezzjoni IPXXB. Barra minn hekk, għall-protezzjoni minn xokk elettriku li jista’ jirriżulta minn kuntatt dirett, ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 Ohm meta jkun hemm fluss ta’ kurrent ta’ mill-inqas 0,2 Ampere. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-konnessjoni galvanika tkun saret bil-welding. |
5.5.1.4. |
Reżistenza tal-iżolazzjoni
Għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.5.1.4.1. u 5.5.1.4.2. ta’ hawn taħt. Il-kejl għandu jitwettaq skont il-paragrafu 5. tal-Anness 7. |
5.5.1.4.1. |
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC separati
Jekk l-assemblaġġi b’vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b’vultaġġ għoli DC ikunu iżolati minn xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolazzjoni bejn l-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definita fil-paragrafu 5. tal-Anness 7) għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC. |
5.5.1.4.2. |
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC kkombinati
Jekk l-assemblaġġi b’vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b’vultaġġ għoli DC ikunu konnessi ma’ xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolazzjoni bejn l-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri kif definita fil-paragrafu 5 tal-Anness 7) għandu jkollha valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv. Madankollu, jekk il-grad ta’ protezzjoni IPXXB ikun issodisfat għall-assemblaġġi b’vultaġġ għoli AC kollha inkella l-vultaġġ AC ikun daqs jew inqas minn 30 V wara l-impatt tal-vettura, ir-reżistenza tal-iżolazzjoni bejn l-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri kif definita fil-paragrafu 5. tal-Anness 7) għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv. |
5.5.2. |
Tixrid tal-elettrolit
Fil-perjodu ta’ bejn l-impatt u 30 minuta wara, ma għandu jinxtered ebda elettrolit mir-REESS għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri, u ma għandux jinxtered iktar minn 7 fil-mija ta’ elettrolit mir-REESS, għajr fil-każ ta’ batteriji ta’ trazzjoni tat-tip miftuħa barra mill-kompartiment tal-passiġġieri. Fil-każ ta’ batteriji ta’ trazzjoni tat-tip miftuħa, ma għandux jinxtered iktar minn 7 fil-mija, b’massimu ta’ 5,0 litri, barra l-kompartiment tal-passiġġieri. Il-manifattur għandu juri l-konformità skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6. tal-Anness 7. |
5.5.3. |
Retenzjoni tar-REESS
Ir-REESS li jkunu fil-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jinżammu fejn ikunu ġew installati u l-komponenti tar-REESS għandhom jibqgħu fil-limiti tar-REESS. L-ebda part ta’ kwalunkwe REESS li tkun tinsab barra l-kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika ma tista’ tiddaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri waqt it-test ta’ impatt jew warajh. Il-manifattur għandu juri l-konformità skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7. tal-Anness 7. |
5.6. |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.5. sa 5.5.3. ta’ hawn fuq jitqiesu bħala ssodisfati jekk il-vettura mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.8. sa 5.2.8.3. tar-Regolament tan-NU Nru 94, is-serje ta’ emendi 02, jew mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 5.2.8. sa 5.2.8.3. tar-Regolament tan-NU Nru 137. |
6. Testijiet
6.1. |
Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1. sa 5.4. ta’ hawn fuq għandha tiġi verifikata skont il-metodi stipulati fl-Annessi 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5. ta’ hawn fuq għandha tiġi verifikata skont il-metodi stipulati fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-kejl kollu għandu jsir abbażi ta’ ISO 6487 1987. |
6.2. |
Madankollu testijiet oħra jistgħu jitħallew isiru skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip diment li tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. F’dan il-każ għandu jiġi mehmuż rapport mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodi użati u r-riżultati miksuba. |
7. Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew tat-tip ta’ kontroll tal-istering
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew tat-tip ta’ kontroll tal-istering jew tat-tnejn, għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ kontroll tal-istering. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew: |
7.1.1. |
Iqis li l-modifikazzjonijiet li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti; jew |
7.1.2. |
Jesiġi rapport ieħor tat-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
7.2. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1. ta’ hawn fuq, varjant tal-vettura li l-massa tagħha meta tkun lesta biex taħdem hija inqas minn dik tal-vettura li ġiet soġġetta għat-test tal-approvazzjoni ma għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura. |
7.3. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-bidla, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafi 4.2.3. jew 4.3.3. ta’ hawn fuq. |
7.4. |
L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 A jew 1B ta’ dan ir-Regolament. |
8. Konformità tal-produzzjoni
8.1. |
Kull vettura jew kontroll tal-istering approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn fuq. |
8.2. |
Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1. ġew issodisfati, għandhom isiru verifiki xierqa tal-produzzjoni. |
8.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari: |
8.3.1. |
Jiżgura li jeżistu proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vettura jew tal-kontroll tal-istering; |
8.3.2. |
Ikollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ għall-verifika tal-konformità għal kull tip approvat; |
8.3.3. |
Jiżgura li d-data tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip; |
8.3.4. |
Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jiżgura l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vettura jew tal-kontroll tal-istering, filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ varjazzjonijiet permissibbli fil-produzzjoni industrijali; |
8.3.5. |
Jiżgura li għal kull tip ta’ vettura jew kontroll tal-istering isiru tal-inqas it-testijiet li jikkonċernaw it-teħid tal-kejl; |
8.3.6. |
Jiżgura li kull sett ta’ kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta’ test inkwistjoni jkunu soġġetti għal aktar teħid ta’ kampjuni u testijiet. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex terġa’ tinkiseb il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. |
8.4. |
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull unità tal-produzzjoni. |
8.4.1. |
Waqt kull spezzjoni, ir-reġistri tat-testijiet u r-reġistri tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jżur. |
8.4.2. |
L-ispettur jista’ jagħżel kampjuni b’mod aleatorju biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-manifattur stess. |
8.4.3. |
Fejn il-livell tal-kwalità ma jkunx jidher sodisfaċenti jew ikun jidher li hemm bżonn li tiġi verifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.4.2., l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li jridu jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
8.4.4. |
L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament. Il-frekwenza normali tal-ispezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun darba fis-sena. F’każijiet fejn jinstabu riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda minn dawn l-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex terġa’ tinkiseb il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun. |
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura jew ta’ tip ta’ kontroll tal-istering, skont dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1. ta’ hawn fuq, jew jekk il-vettura/i jew il-kontroll(i) tal-istering magħżula ma għaddewx mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 8.2. ta’ hawn fuq. |
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 A jew fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament (kif xieraq). |
10. Struzzjonijiet
Fil-każ ta’ tip ta’ kontroll tal-istering fornit b’mod separat minn vettura, l-istruzzjonijiet għall-ippakkjar u l-installazzjoni għandhom jiddikjaraw b’mod ċar it-tip(i) ta’ vettura li għalih(om) hu maħsub.
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip ta’ vettura jew ta’ tip ta’ kontroll tal-istering approvat skont dan ir-Regolament, dan għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 A jew fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament (kif xieraq).
12. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
13. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
13.1. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti ma għandha tirrifjuta applikazzjoni għall-approvazzjoni li tkun tressqet skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 03. |
13.2. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 04. |
13.3. Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura
13.3.1. |
Malli jiskadi l-perjodu ta’ 36 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 13.1. ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-kontroll fuq quddiem tal-kategorija M1 u għal vetturi tal-kategorija N1 ta’ inqas minn 1,5 tunnellata ġaladarba biss it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 03, ħlief id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.1. ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-ispostament vertikali massimu tal-kolonna tal-istering, li għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet il-ġodda biss wara perjodu ieħor ta’ 12-il xahar. |
13.3.2. |
Malli jiskadi l-perjodu ta’ 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 13.1. ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi oħra tal-kategorija M1 li mhumiex vetturi bil-kontroll fuq quddiem ġaladarba biss it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 03. |
13.3.3. |
Malli jiskadi l-perjodu ta’ 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 13.1. ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet tat-tip, tat-tip ta’ vettura, li ma jkunux ingħataw skont is-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament. |
13.3.4. |
Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip biss lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 04.
Madankollu, fil-każ ta’ vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli, għandu jingħata perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar diment li l-manifattur juri, għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, li l-vettura tipprovdi livelli ta’ sikurezza ekwivalenti għal dawk mitluba f’dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 04. |
13.3.5. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip li nħarġu skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, meta din l-estensjoni ma tkunx tinvolvi xi bidla lis-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura. Madankollu, minn 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, ma għandhomx jingħataw estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip li nħarġu lis-serje preċedenti ta’ emendi fir-rigward ta’ vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli. |
13.3.6. |
Jekk fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament ikun hemm rekwiżiti nazzjonali fis-seħħ li jindirizzaw id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza ta’ vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli, dawk il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni nazzjonali ta’ tali vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti nazzjonali, sakemm dawn il-vetturi ma jkollomx approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament. |
13.3.7. |
Minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li jkollha sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament. |
13.3.8. |
L-Approvazzjonijiet tat-Tip tal-vetturi maħruġa skont is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 04 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom. |
13.4. Approvazzjonijiet tat-Tip tal-kontroll tal-istering
13.4.1. |
Anke wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-approvazzjonijiet tat-tip tal-kontroll tal-istering li nħarġu skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom, u l-Partijiet Kontraenti jistgħu jibqgħu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta’ emendi 03. |
13.4.2. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 03, il-Partijiet Kontraenti ma għandhomx jagħtu approvazzjonijiet tat-tip separati tat-tip ta’ kontroll tal-istering li jkollu airbag. |
13.4.3. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 03, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet tat-tip ta’ kontroll tal-istering li jkollu airbag. |
(1) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
(2) Ara l-paragrafu 3.1. tal-Anness 3.
ANNESS 1 A
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 x 297 mm))
(1) |
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni … … … |
dwar (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
Approvazzjoni estiża |
|
Approvazzjoni rifjutata |
|
Approvazzjoni rtirata |
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, skont ir-Regolament Nru 12.
Approvazzjoni Nru.: … |
Estensjoni Nru.:. … |
1.
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-vettura …
2.
It-tip ta’ vettura …
3.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur …
4.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur …
5.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-mekkaniżmu tal-istering u tal-komponenti tal-vettura li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt …
6.
Il-massa tal-vettura waqt it-test …Il-fus ta’ quddiem: …
Il-fus ta’ wara: …
Total: …
7.
Il-vettura tressqet għall-approvazzjoni fi …
8.
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni …
9.
Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …
10.
In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …
11.
L-Approvazzjoni ngħatat/ġiet rifjutata/ġiet estiża/ġiet irtirata (2) …
12.
Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura …
13.
Post …
14.
Data …
15.
Firma …
16.
Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ħassar dak li ma japplikax.
ANNESS 1 B
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 x 297 mm))
(1) |
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni … … … |
dwar (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
Approvazzjoni estiża |
|
Approvazzjoni rifjutata |
|
Approvazzjoni rtirata |
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ kontroll tal-istering fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, skont ir-Regolament Nru 12.
Approvazzjoni Nru.: … |
Estensjoni Nru.: … |
1.
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-kontroll tal-istering …
2.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur …
3.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur …
4.
It-tip(i) ta’ vettura li fuqha huwa maħsub li jiġi ffittjat il-kontroll …
5.
Deskrizzjoni qasira tal-kontroll tal-istering u tal-komponenti li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt …
6.
Il-kontroll tal-istering tressaq għall-approvazzjoni fi …
7.
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni …
8.
Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …
9.
In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …
10.
L-Approvazzjoni ngħatat/ġiet rifjutata/ġiet estiża/ġiet irtirata (2) …
11.
Il-pożizzjoni tal-marka/i tal-approvazzjoni fuq il-kontroll tal-istering …
12.
Post …
13.
Data …
14.
Firma …
15.
Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ħassar dak li ma japplikax.
ANNESS 2
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.2.4. ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament Nru 12. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 12 kif emendat bis-serje ta’ emendi 04.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.2.5. ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvata fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolamenti Nru 12 u Nru 42 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 12 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 04 u r-Regolament Nru 42 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
MUDELL C
(Ara l-paragrafu 4.3.4. ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla ma’ kontroll tal-istering turi li t-tip ta’ kontroll tal-istering ikkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-parti rilevanti tar-Regolament Nru 12 kif emendat bis-serje ta’ emendi 04.
MUDELL D
(Ara l-paragrafu 4.3.4.3. ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla ma’ kontroll tal-istering turi li t-tip ta’ kontroll tal-istering ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) fir-rigward tal-protezzjoni tas-sewwieq mill-mekkaniżmu tal-istering f’każ ta’ impatt, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.2.1. u/jew 5.3.1. tar-Regolament Nru 12 kif emendat bis-serje ta’ emendi 03.
(1) It-tieni numru qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
Test ta’ impatt frontali ma’ ostaklu
1. Għan
Dan it-test għandu l-għan li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.1.
2. Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl
2.1. L-art tat-test
Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-anqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, (inklinata anqas minn 3 fil-mija, imkejla fuq tul ta’ metru), ċatta u lixxa.
2.2. Ostakolu
L-ostaklu għandu jkun magħmul minn blokka ta’ konkrit rinforzat ta’ wisa’ frontali mhux inqas minn 3 m u ta’ għoli mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu għandu jkollu tali ħxuna li jiżen mill-anqas 70 tunnellata metrika. Il-faċċata ta’ quddiem għandha tkun ċatta, vertikali, u perpendikulari mal-assi tal-korsa tar-rankatura. Din għandha tkun koperta b’boards tal-plywood ta’ ħxuna ta’ 20 ± 2 mm, li jkunu f’kundizzjoni tajba. Bejn il-board tal-plywood u l-ostaklu tista’ titqiegħed struttura ta’ pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna ta’ mill-anqas 25 mm. Jista’ jintuża wkoll ostaklu b’karatteristiċi differenti, diment li l-erja tas-superfiċe tal-impatt tkun akbar mill-erja frontali tal-ħabta tal-vettura ttestjata u diment li din tagħti riżultati ekwivalenti.
2.3. Il-propulsjoni tal-vettura
Fil-mument tal-impatt il-vettura ma għandhiex tibqa’ soġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe apparat addizzjonali ta’ stering jew ta’ propulsjoni. Il-vettura għandha tasal fuq l-ostaklu fuq korsa perpendikulari mal-ħajt tal-kolliżjoni; l-allinjament ħażin laterali massimu tollerat bejn il-linja medja vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ± 30 cm.
2.4. L-istat tal-vettura
2.4.1. |
Għat-test, il-vettura għandha tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-massa mingħajr tagħbija f’kundizzjoni ta’ sewqan tagħha jew tkun fi stat tali li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir relatati mal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-massa tal-vettura kollha kemm hi, f’kundizzjoni ta’ sewqan.
Fuq talba tal-manifattur, b’deroga mill-paragrafu 5.1. ta’ dan ir-Regolament, it-test jista’ jsir b’manikini fil-post, diment li fl-ebda mument ma jtellfu l-moviment tal-mekkaniżmu tal-istering. Il-massa tal-manikini ma għandhiex titqies għall-finijiet tat-test. |
2.4.2. |
Jekk il-vettura tinsaq b’mezzi esterni, is-sistema tal-alimentazzjoni tal-fjuwil għandha timtela mill-inqas sa 90 % tal-kapaċità tagħha b’likwidu li ma jaqbadx li jkollu densità bejn 0,7 u 1.
Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-Idroġenu bħala fjuwil. Is-sistemi l-oħra kollha (kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) jistgħu jkunu vojta. |
2.4.3. |
Jekk il-vettura tinstaq mill-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija. Il-kontenituri l-oħra kollha għandhom ikunu mimlijin sa fuq.
Bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku, is-sistema tal-fjuwil tista’ tiġi modifikata sabiex ikun jista’ jintuża ammont xieraq ta’ fjuwil ħalli titħaddem il-magna jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika. F’dan il-każ, it-tank tal-fjuwil għandu jimtela sa mill-inqas 90 % tal-massa tal-kapaċità tiegħu, b’likwidu li ma jaqbadx li jkollu densità bejn 0,7 u 1. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tankijiet tal-Idroġenu. |
2.4.4. |
L-aġġustament tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika |
2.4.4.1. |
Ir-RESS għandha tkun fi kwalunkwe stat ta’ ċċarġjar, li jippermetti t-tħaddim normali tas-sistema tal-motopropulsjoni kif rakkomandat mill-manifattur. |
2.4.4.2. |
Is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandha tiġi enerġizzata bit-tħaddim tas-sorsi oriġinali tal-enerġija elettrika jew mingħajru (eż. il-ġeneratur tal-magna, ir-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika), madankollu: |
2.4.4.2.1. |
Bi ftehim bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur, għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bis-sistema tal-motopropulsjoni elettrika kollha, inkella b’partijiet tagħha li ma jkunux qegħdin jiġu enerġizzati sa fejn dan ma jħallix effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test. Għall-partijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika mhux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tintwera bi protezzjoni fiżika jew b’reżistenza tal-iżolazzjoni u b’mezzi oħra xierqa. |
2.4.4.2.2. |
Fil-każ fejn ikun hemm skonnettur awtomatiku, fuq talba tal-manifattur għandu jkun permessibbli li t-test jitwettaq waqt li l-iskonnettur awtomatiku jiġi attivat. F’dan il-każ għandu jintwera li l-iskonnettur awtomatiku kien jiffunzjona waqt it-test ta’ impatt. Dan jinkludi s-sinjal ta’ attivazzjoni awtomatika kif ukoll is-separazzjoni galvanika, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet osservati waqt l-impatt. |
2.4.5. |
Jekk jitlob il-manifattur, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża għat-testijiet preskritti f’dan ir-Regolament. |
2.4.6. |
L-istering, jekk ikun aġġustabbli, għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, jekk dan ma jsirx, fin-nofs ta’ bejn il-limiti tal-pożizzjonijiet estremi tiegħu. |
2.5. Il-veloċità waqt l-impatt
Il-veloċità fil-mument tal-impatt għandha tkun bejn 48,3 km/h (30 mph) u 53,1 km/h (33 mph). Madankollu, jekk it-test ikun sar b’veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.
2.6. L-istrumenti tal-kejl
L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità imsemmija fil-paragrafu 2.5. ta’ hawn fuq, għandu jkollha preċiżjoni ta’ 1 fil-mija.
3. Riżultati
3.1. |
Sabiex jiġi ddeterminat il-moviment lura u ’l fuq tal-kontroll tal-istering, għandha tiġi rreġistrata (1), waqt il-kolliżjoni, il-varjazzjoni fid-distanza – imkejla f’direzzjoni orizzontali (2) u parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura, u f’direzzjoni vertikali, fid-direzzjoni perpendikulari ma’ dak l-assi – bejn fuq tal-kolonna tal-istering (u x-xaft) u punt fuq il-vettura li ma jiġix affettwat mill-impatt. L-ikbar valur ta’ din il-varjazzjoni, meħud mir-reġistrazzjoni, għandu jitqies bħala l-moviment lura u ’l fuq. |
3.2. |
Wara t-test, il-ħsara mġarrba mill-vettura għandha tiġi deskritta f’rapport bil-miktub; għandu jittieħed mill-anqas ritratt wieħed ta’ kull waħda minn dawn in-naħat tal-vettura: |
3.2.1. |
Il-ġnub (lemin u xellug), |
3.2.2. |
Quddiem, |
3.2.3. |
Wara, |
3.2.4. |
Iż-żona kkonċernata fuq ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri. |
4. Fatturi ta’ korrezzjoni
4.1. |
Notazzjoni
|
4.2. |
Il-varjazzjoni kkoreġuta D1 użata biex tiġi vverifikata l-konformità tal-prototip mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula:
D1 = Do.K1.K2 |
4.3. |
Test ta’ impatt frontali ma’ ostaklu ma jkunx meħtieġ fil-każ ta’ vettura, li tkun identika għall-prototip meqjus fir-rigward tal-karatteristiċi speċifikati fil-paragrafu 2.2. ta’ dan ir-Regolament, u li iżda l-massa m1 tagħha tkun akbar minn mo, jekk m1 ma tkunx akbar minn 1,25 mo u jekk il-varjazzjoni kkoreġuta D2 miksuba mill-varjazzjoni D1 permezz tal-formula D2 = tkun tali li turi li l-vettura l-ġdida xorta tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ dan ir-Regolament. |
5. Proċeduri ekwivalenti
5.1. |
Testijiet alternattivi jistgħu jitħallew isiru skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip diment li tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. Għandu jiġi mehmuż rapport mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodi użati u r-riżultati miksuba jew ir-raġuni għalfejn it-test ma sarx. |
5.2. |
Ir-responsabbiltà li tintwera l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv għandha tkun f’idejn il-manifattur jew l-aġent tiegħu li jixtiequ jużaw dan il-metodu. |
(1) Din ir-reġistrazzjoni tista’ tiġi sostitwita minn kejl massimu.
(2) “F’direzzjoni orizzontali” tfisser b’referenza għall-kompartiment tal-passiġġieri meta l-vettura tkun wieqfa qabel it-test, u mhux fl-ispazju waqt il-moviment tal-vettura fir-rigward tal-art, u “f’direzzjoni vertikali” tfisser perpendikulari mal-assi orizzontali u ’l fuq.
ANNESS 4
Test bi blokka korporja
1. Għan
Dan it-test għandu l-għan li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament.
2. Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl
2.1. L-immuntar tal-kontroll tal-istering
2.1.1. |
Il-kontroll għandu jiġi mmuntat fis-sezzjoni ta’ quddiem tal-vettura li tinkiseb billi l-karozzerija tinqata’ trasversalment fil-livell tas-sits ta’ quddiem, u possibbilment billi jitneħħew is-saqaf, il-windscreen u l-bibien. Din is-sezzjoni għandha titwaħħal b’mod riġidu mal-bank tat-test, b’tali mod li ma tiċċaqlaqx waqt l-impatt tal-blokka korporja.
It-tolleranza tal-angolu tal-immuntar tal-kontroll għandha tkun ± 2 gradi tal-angolu tad-disinn. |
2.1.2. |
Madankollu, fuq talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, il-kontroll tal-istering jista’ jiġi mmuntat fuq qafas li jissimula l-immuntar tal-mekkaniżmu tal-istering diment li, meta mqabbel mal-assemblaġġ reali tas-“sezzjoni ta’ quddiem tal-karozzerija/mekkaniżmu tal-istering”, l-assemblaġġ tal-“qafas/mekkaniżmu tal-istering” ikollu: |
2.1.2.1. |
L-istess arranġament ġeometriku, |
2.1.2.2. |
Riġidità akbar. |
2.1.3. |
Il-kontroll tal-istering għandu jiġi mmuntat biss meta tintalab l-approvazzjoni.
Il-kontroll tal-istering għandu jiġi ttestjat bit-tapizzerija inkluża. Bejn il-kontroll tal-istering u l-bank tat-test irid ikun hemm spazju tal-kollass minimu ta’ 100 mm. Ix-xaft tal-istering għandu jitwaħħal b’mod sod mal-bank tat-test b’tali mod li x-xaft tal-istering ma jiċċaqlaqx waqt l-impatt (ara l-Figura 1 tal-Anness 5). |
2.2. It-tħejjija tal-mekkaniżmu tal-istering għat-testijiet
2.2.1. |
Waqt l-ewwel test, il-kontroll tal-istering għandu jiddawwar sabiex l-aktar magħżel riġidu jkun perpendikulari mal-punt tal-kuntatt ta’ mal-blokka korporja; jekk il-kontroll tal-istering ikun rota tal-istering, it-test għandu jiġi ripetut bl-iktar parti flessibbli tar-rota tal-istering perpendikulari ma’ dak il-punt ta’ kuntatt. Fil-każ ta’ kontroll tal-istering aġġustabbli, iż-żewġ testijiet għandhom isiru bir-rota aġġustata għall-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, jekk dan ma jsirx, fin-nofs ta’ bejn il-limiti tal-pożizzjonijiet estremi tal-aġġustament. |
2.2.2. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat li jaġġusta l-inklinazzjoni u l-pożizzjoni tar-rota tal-istering, it-test għandu jsir bir-rota tal-istering fil-pożizzjoni normali tal-użu indikata mill-manifattur u meqjusa mil-laboratorju bħala rappreżentattiva fir-rigward tal-assorbiment tal-enerġija. |
2.2.3. |
Jekk il-kontroll tal-istering ikun mgħammar b’airbag mar-rota tal-istering, it-test għandu jsir bl-airbag minfuħa. Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tas-servizz tekniku, it-test jista’ jsir mingħajr l-airbag minfuħa. |
2.3. Blokka korporja
Il-blokka korporja għandu jkollha l-għamla, id-dimensjonijiet, il-massa u l-karatteristiċi li jidhru fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness.
2.3.1. |
Dawn li ġejjin huma linji gwida addizzjonali u mhux obbligatorji għall-proprjetajiet mekkaniċi tal-blokka korporja:
|
2.4. Kejl tal-forzi
2.4.1. |
Għandu jsir il-kejl tal-forza massima, li taġixxi f’direzzjoni orizzontali u parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura, applikata fuq il-blokka korporja b’effett tal-impatt mal-kontroll tal-istering. |
2.4.2. |
Din il-forza tista’ titkejjel direttament jew indirettament jew tista’ tiġi kkalkulata mill-valuri rreġistrati waqt it-test. |
2.5. Il-propulsjoni tal-blokka korporja
2.5.1. |
Jista’ jintuża kwalunkwe metodu ta’ propulsjoni, diment li meta l-blokka korporja tolqot il-kontroll tal-istering, din ma jkollha ebda konnessjoni mal-apparat ta’ propulsjoni. Il-blokka korporja għandha tolqot dan il-kontroll wara trajettorja bejn wieħed u ieħor dritta, parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura. |
2.5.2. |
Il-punt H tal-blokka korporja, indikat b’marka speċjali, għandu jkun aġġustat b’tali mod li qabel l-impatt ikun fil-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt R kif indikat mill-manifattur tal-vettura. |
2.6. Veloċità
Il-blokka korporja għandha tolqot il-kontroll tal-istering b’veloċità ta’ 24,1 km/h +1,2 (15 mph +0,8). Madankollu, jekk it-test ikun sar b’veloċità tal-impatt ogħla u l-kontroll ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.
2.7. L-istrumenti tal-kejl
2.7.1. |
L-istrumenti użati biex jitkejlu l-parametri msemmija fil-paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu li jsir kejl b’din il-preċiżjoni: |
2.7.1.1. |
Veloċità tal-blokka korporja: sa 2 fil-mija; |
2.7.1.2. |
Reġistrazzjoni tal-ħin: sa 1/1 000 sekonda; |
2.7.1.3. |
Il-bidu tal-impatt (punt żero) fil-mument tal-ewwel kuntatt tal-blokka korporja mal-kontroll tal-istering għandu jiġi identifikat fir-reġistrazzjonijiet u fuq il-films użati għall-analiżi tar-riżultati tat-test. |
2.7.2. |
Kejl tal-forza
L-istrumenti użati għandhom ikunu konformi mal-ISO 6487: 1987 diment li ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
2.7.2.1. |
Bi transducers tat-tagħbija mdaħħla fuq is-sistema tal-istering:
Il-klassi tal-amplitudni tal-kanal (CAC) għandha tkun 1 960 daN (2 000 kg) u l-klassi tal-frekwenza tal-kanal għandha tkun 600. |
2.7.2.2. |
B’aċċellerometri u bi transducers tat-tagħbija mdaħħla fil-blokka korporja: Żewġ aċċellerometri unidirezzjonali għandhom jitqiegħdu b’mod simetriku fil-pjan trasversali taċ-ċentru tal-gravità tal-blokka korporja. Il-klassi tal-amplitudni tal-kanal (CAC) għandha tkun 60 g u l-klassi tal-frekwenza tal-kanal għandha tkun 180. Fir-rigward tal-għadd u tal-pożizzjoni tal-aċċellerometri tal-kejl għandhom ikunu permessi metodi oħra, pereżempju billi l-apparat tat-test jiġi mqassam f’partijiet separati fiċ-ċentru tal-gravità fejn jitqiegħdu l-aċċellerometri biex ikejlu l-aċċellerazzjoni f’direzzjoni orizzontali u parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura.
Il-forza riżultanti għandha tkun il-forza korrispondenti għall-massimu tal-għadd totali tal-forzi kkalkulati jew imkejla direttament għal kull parti tal-blokka korporja. |
2.8. |
It-temperatura ambjentali: stabbilizzata bħala 20 °C ± 5 C. |
3. Riżultati
3.1. |
Wara t-test, il-ħsara mġarrba mill-mekkaniżmu tal-istering għandha tiġi aċċertata u deskritta f’rapport bil-miktub; mill-inqas għandu jittieħed ritratt wieħed tad-dehra mill-ġenb u wieħed minn quddiem taż-żona tal-“kontroll tal-istering/kolonna tal-istering/pannell tal-istrumenti”. |
3.2. |
Il-valur massimu tal-forza għandu jitkejjel jew jiġi kkalkulat kif indikat fil-paragrafu 2.4. |
Anness 4 – Appendiċi
Blokka korporja
ANNESS 5
Test b’mudell ta’ ras
1. Għan
Dan it-test għandu l-għan li jivverifika jekk il-kontroll tal-istering jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5.3. ta’ dan ir-Regolament.
2. Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl
2.1. Ġenerali
2.1.1. |
Il-kontroll tal-istering għandu jiġi ttestjat bit-tapizzerija inkluża. |
2.1.2. |
Jekk il-kontroll tal-istering ikun mgħammar b’airbag mar-rota tal-istering, it-test għandu jsir bl-airbag minfuħa. Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tas-servizz tekniku, it-test jista’ jsir mingħajr l-airbag minfuħa. |
2.2. L-immuntar tal-kontroll tal-istering meta tintalab approvazzjoni tal-kontroll tal-istering relatata mal-approvazzjoni tal-vettura
2.2.1. |
Il-kontroll għandu jiġi mmuntat fis-sezzjoni ta’ quddiem tal-vettura li tinkiseb billi l-karozzerija tinqata’ trasversalment fil-livell tas-sits ta’ quddiem, u possibbilment billi jitneħħew is-saqaf, il-windscreen u l-bibien.
Din is-sezzjoni għandha titwaħħal b’mod riġidu mal-bank tat-test, b’tali mod li ma tiċċaqlaqx waqt l-impatt tal-mudell ta’ ras. It-tolleranza tal-angolu tal-immuntar tal-kontroll għandha tkun ± 2 gradi tal-angolu tad-disinn. |
2.2.2. |
Madankollu, fuq talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, il-kontroll tal-istering jista’ jiġi mmuntat fuq qafas li jissimula l-immuntar tal-mekkaniżmu tal-istering diment li, meta mqabbel mal-assemblaġġ reali tas-“sezzjoni ta’ quddiem tal-karozzerija/mekkaniżmu tal-istering”, l-assemblaġġ tal-“qafas/mekkaniżmu tal-istering” ikollu: |
2.2.2.1. |
L-istess arranġament ġeometriku, |
2.2.2.2. |
Riġidità akbar. |
2.3. L-immuntar tal-kontroll tal-istering meta tintalab l-approvazzjoni tal-kontroll tal-istering biss
Il-kontroll tal-istering għandu jiġi ttestjat bit-tapizzerija inkluża. Bejn il-kontroll tal-istering u l-bank tat-test irid ikun hemm spazju tal-kollass minimu ta’ 100 mm. Ix-xaft tal-istering għandu jitwaħħal b’mod sod mal-bank tat-test b’tali mod li x-xaft tal-istering ma jiċċaqlaqx waqt l-impatt (ara l-Figura 1).
2.3.1. |
Madankollu, fuq talba tal-manifattur, it-test jista’ jsir fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2.2. ta’ hawn fuq. F’dan il-każ, l-approvazzjoni tkun valida biss għat-tip(i) ta’ vettura/i speċifikat(i). |
3. L-apparat tat-test
3.1. |
Dan l-apparat huwa magħmul minn impattur lineari kompletament iggwidat, riġidu u li jkollu massa ta’ 6.8 kg. Is-superfiċe tal-impatt tiegħu għandu forma emisferika b’dijametru ta’ 165 mm. |
3.2. |
Il-mudell ta’ ras għandu jkun mgħammar b’żewġ aċċellerometri li kapaċi jkejlu l-valuri fid-direzzjoni tal-impatt. |
3.3. |
L-istrumenti tal-kejl |
3.3.1. |
L-istrumenti tal-kejl użati għandhom ikunu konformi mal-ISO 6487: 1987. Barra minn hekk, dawn għandu jkollhom dawn il-karatteristiċi: |
3.3.2. |
Aċċellerazzjoni
Klassi tal-amplitudni tal-kanal, 150 g CAC Klassi tal-frekwenza tal-kanal, 600 Hz CFC. |
3.3.3. |
Veloċità
Preċiżjoni sa ± 1 fil-mija. |
3.3.4. |
Reġistrazzjoni tal-ħin
L-istrumenti għandhom jippermettu li l-azzjoni tiġi rreġistrata tul id-durata kollha tagħha u li l-qari tal-kejl isir bi preċiżjoni ta’ wieħed minn elf ta’ sekonda. Il-bidu tal-impatt fil-mument tal-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kontroll tal-istering għandu jiġi indikat fir-reġistrazzjonijiet użati għall-analiżi tat-test. |
4. Proċedura tat-test
4.1. |
Il-pjan tal-kontroll tal-istering għandu jkun perpendikulari mad-direzzjoni tal-impatt. |
4.2. |
Kull tip ta’ kontroll tal-istering għandu jiġi soġġett għal test tal-impatt fuq massimu ta’ erba’ pożizzjonijiet u minimu ta’ tliet pożizzjonijiet. Għal kull test tal-impatt għandu jintuża kontroll tal-istering ġdid. Fl-impatti suċċessivi, l-assi assjali tal-impattur għandu jkun allinjat ma’ wieħed minn dawn il-punti li ġejjin: |
4.2.1. |
Iċ-ċentru tal-boxxla tal-kontroll tal-istering; |
4.2.2. |
Il-punt fejn il-magħżel l-aktar iebes jew l-aktar rinforzat jiltaqa’ mat-tarf ta’ ġewwa tar-rimm tal-kontroll tal-istering; |
4.2.3. |
Il-punt tan-nofs tal-iqsar żona mhux rinforzata tar-rimm tal-kontroll tal-istering li ma fihx magħżel meta jintlaqat mill-mudell ta’ ras; |
4.2.4. |
Fuq id-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, il-pożizzjoni tal-“agħar każ” fuq il-kontroll tal-istering. |
4.3. |
L-impattur għandu jolqot il-kontroll tal-istering b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha tinkiseb bl-enerġija tal-propulsjoni biss jew bl-użu ta’ apparat addizzjonali ta’ propulsjoni. |
5. Riżultati
5.1. |
Fit-testijiet li jsiru skont il-proċeduri ta’ hawn fuq, ir-rata ta’ deċellerazzjoni tal-impattur għandha titqies bħala l-medja simultanja tal-qari tal-kejl taż-żewġ deċellerometri. |
6. Proċeduri ekwivalenti
6.1. |
Testijiet alternattivi jistgħu jitħallew isiru skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip diment li tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. Għandu jiġi mehmuż rapport mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodi użati u r-riżultati miksuba. |
6.2. |
Ir-responsabbiltà li tintwera l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv għandha tkun f’idejn il-manifattur jew l-aġent tiegħu li jixtiequ jużaw dan il-metodu. |
F = 800 daN; d = 0,2 metru
Bit-tagħbija ta’ 800 daN li tipproduċi couple ta’ 160 mdaN fil-punt “B”, l-ispostament f’kull direzzjoni tal-punt “A” għandu jkun anqas minn 2 mm
ANNESS 6
Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “ H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi motorizzati (1)
Appendiċi 1 -
Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” (il-magna 3D H) (1)
Appendiċi 2 -
Sistema ta’ referenza tridimensjonali (1)
Appendiċi 3 -
Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1)
(1) Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (RE.3) (id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2).
ANNESS 7
Proċeduri tat-test għall-protezzjoni tal-okkupanti ta’ vetturi elettriċi minn vultaġġ għoli u minn tixrid tal-elettrolit
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza elettrika tal-paragrafu 5.5. Pereżempju, il-kejl bil-megohmmetru jew bl-oxxilloskopju huma alternattiva xierqa għall-proċedura deskritta hawn taħt għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolazzjoni. F’dan il-każ, jista’ jkun meħtieġ li tiġi diżattivata s-sistema abbord tal-monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolazzjoni.
Qabel isir it-test tal-impatt tal-vettura, il-vultaġġ tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli (Vb) (ara l-Figura 1) għandu jitkejjel u jiġi rreġistrat sabiex jiġi kkonfermat li jkun fil-limiti tal-vultaġġ operattiv tal-vettura kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
1. L-istruttura u t-tagħmir tat-test
Jekk tintuża l-funżjoni ta’ skonnettur ta’ vultaġġ għoli, il-kejl għandu jittieħed miż-żewġ naħat tal-apparat li jwettaq il-funzjoni ta’ skonnessjoni.
Madankollu, jekk il-funzjoni ta’ skonnessjoni ta’ vultaġġ għoli tkun integrata fir-REESS jew fis-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija, u l-assemblaġġ b’vultaġġ għoli tar-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija tkun protetta skont il-grad ta’protezzjoni IPXXB wara t-test tal-impatt, il-kejl jista’ jittieħed biss bejn l-apparat li jwettaq il-funzjoni ta’ skonnessjoni u t-tagħbijiet elettriċi.
Il-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ mill-anqas 10 ΜΩ.
2. |
Meta jitkejjel il-vultaġġ, jistgħu jintużaw dawn l-istruzzjonijiet li ġejjin:
Wara t-test tal-impatt, iddetermina l-vultaġġi tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli (Vb, V1, V2) (ara l-Figura 1). Il-kejl tal-vultaġġ ma għandu jsir bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt. Din il-proċedura mhix applikabbli jekk it-test jitwettaq fil-kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata. |
3. Il-proċedura ta’ valutazzjoni għal livell baxx ta’ enerġija elettrika
Qabel l-impatt, is-swiċċ S1 u discharge resistor magħruf Re jiġu konnessi b’mod parallel mal-kapaċitanza rilevanti (ara l-Figura 2).
Bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt, is-swiċċ S1 għandu jingħalaq filwaqt li jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie. Il-prodott matematiku tal-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie għandu jiġi integrat fuq il-perjodu tal-ħin li jibda mill-mument meta jingħalaq is-swiċċ S1 (tc) u jispiċċa meta l-vultaġġ Vb jinżel taħt il-limitu ta’ vultaġġ għoli ta’ 60 V DC (th). Il-valur riżultanti tal-integrazzjoni huwa ekwivalenti għall-enerġija totali (TE) f’Joules:
(a) |
|
Meta Vb jitkejjel f’ħin ta’ bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) tkun speċifikata mill-manifattur, l-enerġija totali (TE) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula:
(b) |
TE = 0,5 x Cx x(Vb 2 – 3 600) |
Meta V1 u V2 (ara l-Figura 1 ta’ hawn fuq) jitkejlu f’ħin ta’ bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanzi tal-Y-capacitors (Cy1, Cy2) ikunu speċifikati mill-manifattur, l-enerġija totali (TEy1, TEy2) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ dawn il-formuli:
(c) |
TEy1 = 0,5 x Cy1 x (V1 2 – 3 600) TEy2 = 0,5 x Cy2 x (V2 2 – 3 600) |
Din il-proċedura mhix applikabbli jekk it-test jitwettaq fil-kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.
4. Protezzjoni fiżika
Wara t-test tal-impatt tal-vettura, il-partijiet li jista’ jkun hemm madwar il-komponenti b’vultaġġ għoli għandhom jinfetħu, jiżżarmaw u jitneħħew mingħajr l-użu ta’ għodod. Il-partijiet kollha li jifdal madwar il-komponenti għandhom jitqiesu bħala parti mill-protezzjoni fiżika.
Is-Saba’ tat-Test Artikolat deskritt fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1 għandu jiddaħħal fl-ispazji jew fil-fetħiet tal-protezzjoni fiżika b’forza tat-test ta’ 10 N ± 10 fil-mija għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika. Jekk isseħħ xi penetrazzjoni parzjali jew sħiħa fil-protezzjoni fiżika mis-Saba’ tat-Test Artikolat, is-Saba’ tat-Test Artikolat għandu jitqiegħed f’kull pożizzjoni speċifikata hawn taħt.
Mill-pożizzjoni d-dritta, iż-żewġ artikolazzjonijiet tas-saba’ tat-test għandhom jiddawru progressivament sa angolu ta’ 90 grad mal-assi tas-sezzjoni biswit mas-saba’ u għandhom jitqiegħdu f’kull pożizzjoni possibbli.
L-ostakli interni jitqiesu bħala parti mill-kaxxa.
Jekk ikun xieraq, provvista b’vultaġġ baxx (ta’ mhux anqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) għandha titqabbad f’serje ma’ bozza adatta, bejn is-saba’ tat-test artikolat u l-partijiet “live” b’vultaġġ għoli fl-ostaklu jew fil-kaxxa ta’ protezzjoni elettrika.
4.1. Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.1.3. għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk is-Saba’ tat-Test Artikolat deskritt fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1 ma jkunx jista’ jiġi f’kuntatt mal-partijiet live b’vultaġġ għoli.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw mera jew fibroskopju biex jiġi spezzjonat jekk is-Saba’ tat-Test Artikolat ikunx qed imiss l-assemblaġġi b’vultaġġ għoli.
Jekk dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat permezz ta’ ċirkwit ta’ sinjali bejn is-Saba’ tat-Test Artikolat u l-partijiet live b’vultaġġ għoli, il-bozza ma għandhiex tixgħel.
5. Reżistenza tal-iżolazzjoni
Ir-reżistenza tal-iżolazzjoni bejn l-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista’ tintwera billi titkejjel jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ kejl u kalkolu.
L-istruzzjonijiet li ġejjin għandhom jintużaw f’każ li r-reżistenza tal-iżolazzjoni tintwera billi titkejjel.
Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (Vb) bejn il-pol negattiv u dak pożittiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli (ara l-Figura 1):
Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V1) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1):
Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V2) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1);
Jekk V1 ikun ikbar minn jew daqs V2, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata, Ro, kejjel il-vultaġġ (V1’) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tal-vettura (ara l-Figura 3): Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolazzjoni (Ri) permezz tal-formula indikata hawn taħt.
Ri = Ro*(Vb/V1’ – Vb/V1) jew Ri = Ro*Vb*(1/V1’ – 1/V1)
Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolament elettrika f’Ohm (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli f’Volt (V).
Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)
Jekk V2 ikun ikbar minn V1, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata, Ro, kejjel il-vultaġġ (V2’) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 4):
Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolazzjoni (Ri) permezz tal-formula indikata hawn taħt.
Ri = Ro*(Vb/V2’ – Vb/V2) jew Ri = Ro*Vb*(1/V2’ – 1/V2)
Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolazzjoni elettrika f’Ohm (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b’vultaġġ għoli f’Volt (V).
Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)
Nota: Ir-reżistenza magħrufa standard Ro (Ω) għandha tkun il-valur tar-reżistenza tal-iżolazzjoni minima meħtieġa (Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv tal-vettura ± 20 fil-mija Mhux meħtieġ li l-valur ta’ Ro ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur ta’ Ro f’din il-medda ta’ valuri għandu jagħti riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.
6. Tixrid tal-elettrolit
Jekk ikun meħtieġ, il-protezzjoni fiżika għandha tingħata kisja adatta biex tiġi vverifikata kwalunkwe tnixxija tal-elettrolit mir-REESS wara t-test tal-impatt.
Sakemm il-manifattur ma jipprovdix mezzi biex jidentifika t-tnixxija ta’ likwidi differenti, it-tnixxija ta’ kwalunkwe tip ta’ likwidu għandha titqies bħala tnixxija tal-elettrolit.
7. Retenzjoni tar-REESS
Il-konformità għandha tkun ddeterminata permezz ta’ spezzjoni viżwali.
Anness 7 – Appendiċi 1
Saba’ tat-Test Artikolat (grad ta’ protezzjoni IPXXB)
Materjal: metall, għajr meta speċifikat mod ieħor
Dimensjonijiet lineari f’millimetri
Tolleranza fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:
(a) |
Fuq l-angoli: 0/-10° |
(b) |
Fuq id-dimensjonijiet lineari: sa 25 mm: 0/-0,05 mm ’il fuq minn 25 mm: ±0,2 mm |
Iż-żewġ artikolazzjonijiet għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f’angolu ta’ 90° b’tolleranza ta’ bejn 0 u +10°.
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/53 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2020 tAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tat-12 ta’ Ġunju 2020
li temenda l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2020/1022]
Il-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(5)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw l-ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li jeħtieġ li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
(2) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex jiġu riflessi l-aġġustamenti meħtieġa bħala riżultat tad-data tad-dħul fis-seħħ sussegwenti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ aktar tard minn dak previst inizjalment, l-Artikoli 135, 137, 143, 144 u 150 tal-Ftehim għandhom jiġu emendati, |
(3) |
L-Artikolu 145 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ iħalli barra dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għotjiet taħt il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar li ngħataw qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni lill-benefiċjarji stabbiliti fir-Renju Unit. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 145 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi emendat biex jindirizza dan in-nuqqas u jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tal-għotjiet li għadhom għaddejjin, |
(4) |
Il-parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jenħtieġ li tiġi emendata biż-żieda ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li ma kinux elenkati fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 135, fit-titolu, il-kliem “baġits tal-Unjoni għas-snin 2019 u 2020” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “baġit tal-Unjoni għas-sena 2020”, u fil-paragrafu 1, il-kliem “snin 2019 u” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “sena” u l-kelma “baġits” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “baġit”; |
2) |
Fl-Artikolu 137, fit-titolu u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “fl-2019 u” għandhom jitħassru; |
3) |
L-Artikolu 143(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4) |
Fl-Artikolu 144(1), fit-tieni subparagrafu, “31 ta’ Lulju 2019” għandha tiġi sostitwita b’“31 ta’ Lulju 2020”; |
5) |
Fl-Artikolu 145, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fir-rigward tal-proġetti taħt il-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar stabbilit mill-Protokoll 37 għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea taħt ftehimiet ta’ għotja ffirmati qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandu jkompli japplika d-dritt tal-Unjoni applikabbli fir-Renju Unit u għalih wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa ma jingħalqu l-proġetti. Id-dritt applikabbli tal-Unjoni għandu jinkludi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin, u kwalunkwe emenda lil dawk id-dispożizzjonijiet, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni, tad-dħul fis-seħħ jew tal-applikazzjoni tal-emenda:
|
6) |
l-Artikolu 150 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
7) |
Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jinżdiedu l-atti li ġejjin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
Michael GOVE