ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
16 ta' Ġunju 2020


Werrej

 

Rettifika

Paġna

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025( ĠU L 20, 24.1.2020 )

1

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/396 tas-7 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( ĠU L 60, 8.3.2017 )

2

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis ( ĠU L 314, 5.12.2019 )

3

 

*

Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 90/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 256 tat-13 ta’ Settembru 1991 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 11, p. 3)

5

 

*

Rettifika għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/177 tal-11 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/49/KEE u 93/61/KEE u d-Direttivi ta’ Implimentazzjoni 2014/21/UE u 2014/98/UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti ( ĠU L 41, 13.2.2020 )

6

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


Rettifika

16.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/1


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-24 ta’ Jannar 2020 )

Fil-paġna 13, fl-Anness II, fil-lista li tikkonċerna l-Irlanda,

minflok:

“Mr Conor MCGUINNESS

Member of a Local Executive: Galway Waterford City and County Counci l ”,

aqra:

“Mr Conor MCGUINNESS

Member of a Local Executive: Waterford City and County Counci l ”.


16.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/2


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/396 tas-7 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 60 tat-8 ta’ Marzu 2017 )

F’paġni 29 u 30, l-Anness, punt (b) (Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 2a), entrata 5 (FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)), paragrafi seba’ u tmienja,

minflok:

“... Ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta’ 11-il persuna mill-FDLR f’Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta’ April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta’ 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f’Mejju. Il- Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma’ attivitajiet militari.

Diversi testimonjanzi ta’ xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta’ armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta’ ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta’ rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta’ massakri ta’ persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta’ nisa u tfal f’diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta’ nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta’ vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta’ reklutaġġ furzat ta’ tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta’ Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta’ 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta’ reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b’mod drammatiku għall-instabbiltà u l- konflitt fir-reġjun u f’xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.”,

aqra:

“... Ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta’ 11-il persuna mill-FDLR f’Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta’ April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta’ 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f’Mejju.”.


16.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/3


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019 )

1.

F’paġna 116, fl-ewwel sentenza tal-premessa 4:

minflok:

“Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli supplimentari stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati għall-annimali terrestri miżmuma kollha, hemm ċerti popolazzjonijiet ta’ żwiemel miżmuma f’kundizzjonijiet fis-selvaġġ jew parzjalment fis-selvaġġ f’żoni definiti fl-Unjoni li ma jiddependux kompletament fuq il-kontroll tal-bniedem għas-sopravivenza u r-riproduzzjoni, u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu applikati għalkollox għal dawk l-annimali.”

aqra:

“Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli supplimentari stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati għall-annimali terrestri miżmuma kollha, hemm ċerti popolazzjonijiet ta’ żwiemel miżmuma f’kundizzjonijiet parzjalment fis-selvaġġ f’żoni definiti fl-Unjoni li ma jiddependux kompletament fuq il-kontroll tal-bniedem għas-sopravivenza u r-riproduzzjoni, u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu applikati għalkollox għal dawk l-annimali.”.

2.

F’paġna 125, fil-punt (37) tal-Artikolu 2:

minflok:

“(37)

‘qatgħa’ tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; it-tjur miżmuma f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja.”

aqra:

“(37)

‘qatgħa’ tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; it-tjur miżmuma f’bini, dan jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja.”.

3.

F’paġna 129, fil-punt (a) tal-Artikolu 15:

minflok:

“(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”

aqra:

“(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-eżaminazzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”.

4.

F’paġna 130, fil-punt (a) tal-Artikolu 17:

minflok:

“(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”

aqra:

“(a)

jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu l-eżaminazzjonijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment jew f’laboratorju;”.

5.

F’paġna 146, fil-frażi introduttorja tal-Artikolu 61(1):

minflok:

“1.

B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ metodu ta’ identifikazzjoni ssimplifikat għall-annimali ekwini li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija li għalih ma nħareġ l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja skont l-Artikolu 67(1), dment li:”

aqra:

“1.

B’deroga mill-Artikolu 58(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ metodu ta’ identifikazzjoni ssimplifikat għall-annimali ekwini li jkunu maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija li għalih ma nħareġ l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja skont il-punt (a) tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, dment li:”.

6.

F’paġna 146, fl-Artikolu 61(2):

minflok:

“2.

B’deroga mill-Artikolu 58(2)(a), l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur tal-annimal ekwin, toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni temporanju għall-perjodu ta’ żmien meta d-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ skont l-Artikolu 67(1) jkun ċedut lil dik l-awtorità kompetenti sabiex taġġorna d-dettalji tal-identifikazzjoni f’dak id-dokument.”

aqra:

“2.

B’deroga mill-Artikolu 58(1)(b), l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur tal-annimal ekwin, toħroġ dokument ta’ identifikazzjoni temporanju għall-perjodu ta’ żmien meta d-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ skont l-Artikolu 110(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 67 jew l-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament ikun ċedut lil dik l-awtorità kompetenti sabiex taġġorna d-dettalji tal-identifikazzjoni f’dak id-dokument.”.

16.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/5


Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 90/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 256 tat-13 ta’ Settembru 1991 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 11, p. 3)

1.

Fil-paġna 51, it-titolu,

minflok:

“Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi

(90/477/KEE)”,

aqra:

“Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi

(91/477/KEE)”;

2.

fil-paġna 53, l-Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu,

minflok:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ l-armi tan-nar kollha li huma kklassifikati fil- kateorija Ċ u li bħal issa jinżammu fit-territorji tagħhom iżda li ma ġewx iddikjarati lilhom matul is-sena qabel ....”,

aqra:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ l-armi tan-nar kollha li huma kklassifikati fil- kateorija Ċ u li bħal issa jinżammu fit-territorji tagħhom matul is-sena qabel ....”.


16.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/6


Rettifika għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/177 tal-11 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/49/KEE u 93/61/KEE u d-Direttivi ta’ Implimentazzjoni 2014/21/UE u 2014/98/UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 41 tat-13 ta’ Frar 2020 )

F’paġna 6, fl-Artikolu 5(1), fl-emendi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/61/KEE:

minflok:

“il-materjal propagattiv tal-ħaxix u l-pjanti”,

aqra:

“il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix”.

F’paġna 6, fl-Artikolu 5(1), fl-emendi tat-tielet u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/61/KEE:

minflok:

“il-materjal propagattiv tal-ħaxix u l-materjal għat-tħawwil”,

aqra:

“il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix”.

F’paġna 25, fl-Anness V li jemenda l-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE, it-titolu:

minflok:

RNQPs li jikkonċernaw il-materjal propagattiv ta’ ħaxix u l-materjal għat-tħawwi l ”,

aqra:

RNQPs li jikkonċernaw il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxi x ”.

F’paġna 25, fl-Anness V li jemenda l-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE, ir-ringiela tal-intestatura tat-tabella “Batterji” u r-ringiela tal-intestatura tat-tabella “Fungi u oomiċeti”, f’paġna 26, fl-Anness V li jemenda l-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE, ir-ringiela tal-intestatura tat-tabella “Nematodi” u r-ringiela tal-intestatura tat-tabella “Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi”:

minflok:

“RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Materjal propagattiv ta’ ħaxix u materjal għat-tħawwil (ġeneru jew speċi)

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv ta’ ħaxix u l-materjal għat-tħawwil”,

aqra:

“RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix (ġeneru jew speċi)

Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix”.