ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
3 ta' Ġunju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/734 tas-27 ta’ Mejju 2020 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Rheinisches Apfelkraut (IĠP)

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/735 tal-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna bħala karburant f’impjanti ta’ kombustjoni ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/737 tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kuntratti mogħtija għal attivitajiet relatati mal-għoti ta’ ċerti servizzi postali fid-Danimarka (notifikata bid-dokument C(2020) 3335)  ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/734

tas-27 ta’ Mejju 2020

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Rheinisches Apfelkraut” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Rheinisches Apfelkraut”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Rheinisches Apfelkraut” (IĠP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Apfelkraut (IĠP)] (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 18).

(3)   ĠU C 431, 23.12.2019, p. 13.


3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/735

tal-2 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna bħala karburant f’impjanti ta’ kombustjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1)(e) u l-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati bħala karburant f’impjanti tal-kombustjoni.

(2)

It-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna (MBM) hija l-proteina tal-annimali derivata mill-ipproċessar ta’ materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2. Għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, l-MBM kienet tintrema’ bħala skart bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Għall-użu sostenibbli ta’ sorsi tal-enerġija, l-industrija żviluppat teknoloġija għall-użu tal-MBM bħala karburant f’apparati tal-kombustjoni f’konformità mal-Artikolu 12(e) ta’ dak ir-Regolament, sabiex tuża s-sħana ġġenerata minn dik il-kombustjoni.

(3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ impjanti ta’ kombustjoni li jużaw id-demel tal-annimali mrobbijin fi rziezet bħala karburant għall-kombustjoni. Jeħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat sabiex jinkludi regoli li jikkonċernaw l-użu tal-MBM bħala karburant għall-kombustjoni.

(4)

Il-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi r-regoli dwar it-tipi ta’ impjanti u ta’ karburanti li jistgħu jintużaw għall-kombustjoni u r-rekwiżiti speċifiċi għal tipi partikolari ta’ impjanti. Jixraq li jiġu previsti regoli li jikkonċernaw l-impjanti ta’ kombustjoni li fihom l-MBM tintuża bħala karburant għall-kombustjoni, inkluż il-limiti ta’ emissjoni u r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ. Sabiex jiġu ssodisfati l-istandards ambjentali rilevanti, jenħtieġ li l-limiti tal-emissjonijiet u r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ li japplikaw għall-impjanti ta’ kombustjoni li jużaw id-demel tat-tjur bħala karburant, japplikaw ukoll għall-impjanti ta’ kombustjoni b’input termiku nominali totali ta’ mhux aktar minn 50 MW li jużaw l-MBM bħala karburant.

(5)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tipprevedi sett komprensiv ta’ regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis li jirriżulta minn attivitajiet industrijali. Din id-Direttiva tippreskrivi wkoll regoli maħsuba għall-prevenzjoni jew, meta dan ma jkunx prattiku, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent globalment. L-installazzjonijiet li jittrattaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva diment li l-kapaċità tat-trattament tagħhom taqbeż l-10 tunnellati kuljum. Id-Direttiva tobbliga lill-installazzjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha li jkunu detenturi ta’ permess li għandu jkun ibbażat fuq l-aqwa tekniki disponibbli (BAT). Il-konklużjonijiet tal-BAT, li huma parti mid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea, huma r-referenza biex tiġi stabbilita l-kundizzjoni tal-permess (4).

(6)

Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) introduċiet valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għal ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji b’qawwa termika (input termiku) nominali totali li ma taqbiżx il-50 MW, li jkopru t-tipi kollha ta’ karburanti solidi. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiddetermina b’mod komprensiv il-miżuri u l-kundizzjonijiet għall-kombustjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali speċifiċi f’impjanti bħal dawn. Madankollu, dak iż-żmien il-miżuri u l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati għajr id-demel tat-tjur fl-azjenda agrikola bħala karburant f’impjanti tal-kombustjoni ma kinux stabbiliti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u rekwiżiti, inklużi valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet speċifiċi, għall-użu tal-MBM bħala karburant f’impjanti tal-kombustjoni b’input termiku nominali totali li ma taqbiżx l-50 MW fil-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

(7)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jkunu stretti biżżejjed biex jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet għal karburanti solidi oħrajn fid-Direttiva (UE) 2015/2193. Dan ir-Regolament jiżgura wkoll li l-impatti negattivi possibbli fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-ħruq tal-MBM ma jkunux akbar minn dawk li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-iskart.

(8)

Il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-użu ta’ materjali differenti bħala karburant f’impjanti tal-kombustjoni b’kapaċità termali kklassifikata (input termiku nominali) totali li taqbeż il-50 MW huma stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE, li tapplika f’każ tal-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati, inkluż l-MBM, bħala karburant f’dawn l-impjanti ta’ kombustjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-Anness III tiegħu jiġu emendati skont dan.

(10)

B’mod simili, dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu perjodu ta’ tranżizzjoni lill-impjanti tal-kombustjoni eżistenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar iż-żieda kkontrollata tat-temperatura tal-gass tal-egżost, diment li dawk l-emissjonijiet ma jkunux ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali jew tal-ambjent. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali ma twaqqafx lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli ta’ kalkolu rilevanti għal valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet, stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2193, meta l-MBM tinħaraq flimkien ma’ karburanti jew skart ieħor.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 142/2011, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Għall-użu bħala demel tal-annimali mrobbijin fi rziezet jew ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna bħala karburant għall-kombustjoni kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness III, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni li tiġi sottomessa mill-operatur lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jrid ikun fiha evidenza ċċertifikata mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-impjant ta’ kombustjoni li fih jintuża d-demel ta’ annimali mrobbijin fi rziezet jew taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna bħala karburant jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti B(3) għad-demel, u (D) fil-każ tat-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti għaż-żewġ karburanti fil-punti B(4) u B(5) tal-Kapitolu V tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jagħtu deroga mill-konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet f’konformità mal-punt C(4) tal-Kapitolu V tal-Anness III;

(b)

il-proċedura ta’ approvazzjoni prevista fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ma għandhiex tiġi konkluża qabel ma jkunu saru mill-inqas żewġ verifiki konsekuttivi, waħda minnhom għall-għarrieda, mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata minn dik l-awtorità, matul l-ewwel sitt xhur tat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, inkluż il-kejl meħtieġ tat-temperatura u tal-emissjonijiet. Wara li r-riżultati ta’ dawk il-verifiki juru li hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti B(3), B(4) u B(5) għad-demel, u (D) għat-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna u, meta applikabbli, mal-punt C(4) jew mal-punt D(5) tal-Kapitolu V tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata l-approvazzjoni sħiħa.

(c)

il-kombustjoni tat-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna f’impjanti ta’ kombustjoni msemmija fil-punti A, B u C tal-Kapitolu V tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi awtorizzata.”

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat f’konformità mat-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-2 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(4)  Id-dokument ta’ referenza dwar il-BAT fil-biċċeriji u fl-industriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali ġie adottat mill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ April 2005. https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/

Dan jinkludi dispożizzjonijiet għall-kombustjoni ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna.

(5)  Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).


ANNESS

Fil-Kapitolu V tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jiżdied il-punt D li ġej:

“D.

Impjanti ta’ kombustjoni li fihom jintużaw taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna bħala karburant għall-kombustjoni

1.

Tip ta’ impjant:

Impjanti tal-kombustjoni b’input termiku nominali totali li ma jaqbiżx il-50 MW.

2.

Materjal tal-bidu:

Taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna minn materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2, li jintużaw bħala karburant għall-kombustjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 waħdu jew f’taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna mħallta ma’ xaħam immaċinat u ma’ demel.

3.

Rekwiżiti speċifiċi għat-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna meta dawn jintużaw bħala karburant għall-kombustjoni:

(a)

it-taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna għandha tinħażen fl-impjant ta’ kombustjoni b’mod sigur f’ħażna magħluqa protetta mill-aċċess tal-annimali u ma għandhiex tintbagħat lejn destinazzjoni oħra sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti f’każ ta’ waqfien jew f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim mhux normali;

(b)

l-impjanti ta’ kombustjoni jridu jkunu mgħammra:

(i)

b’sistema awtomatika jew kontinwa ta’ ġestjoni tal-karburant sabiex il-karburant jiddaħħal direttament fil-kamra tal-kombustjoni mingħajr aktar manipulazzjoni;

(ii)

b’berner awżiljarju li jrid jintuża waqt l-operazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tat-temperatura stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-Kapitolu IV huma ssodisfati f’kull ħin waqt dawk l-operazzjonijiet, u sakemm ikun għad hemm materjal mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni.

4.

Metodoloġija:

L-impjanti ta’ kombustjoni li fihom tintuża taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna ta’ materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 bħala karburant għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu IV u mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-punti B(4) u B(5) ta’ dan il-Kapitolu.

5.

Derogi u perjodi tranżizzjonali:

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għal kwistjonijiet ambjentali tista’, permezz ta’ deroga mill-punt 3(b)(ii), tagħti lill-impjanti ta’ kombustjoni li joperaw fit-3 ta’ Ġunju 2020 perjodu ta’ żmien addizzjonali ta’ massimu ta’ erba’ snin biex ikun hemm konformità mat-tieni subparagrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV.”


3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/736

tat-2 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew ukoll informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Armenja, tal-Kongo (Brazzaville), tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tar-Repubblika Dominicana, tal-Guinea Ekwatorjali, tal-Każakistan, tal-Kirgiżistan, tal-Libja, tan-Nepal u tas-Sierra Leone. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fl-Angola, fil-Belarussja, fl-Indoneżja, fin-Niġerja u fir-Russja.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi (“TCO”), maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Ukoll, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjoni ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, u bi statistika attwali għall-messaġġi ta’ allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, kif ukoll minn spezzjonijiet u minn awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza. F’dan ir-rigward Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Bulgarija.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Armenja

(12)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Armenja fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(13)

F’Ottubru 2019, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”) dwar ċertu tħassib fir-rigward tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mis-CAC.

(14)

Wara li s-CAC deher quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Novembru 2019, mit-3 sas-7 ta’ Frar 2020 saret żjara minn esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri (“it-tim ta’ valutazzjoni”) fl-Armenja - fl-uffiċċji tas-CAC u fl-uffiċċji taż-żewġ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja, jiġifieri Aircompany Armenia u Armenia Airways.

(15)

Mir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni, joħroġ biċ-ċar li s-CAC għandu dgħufija sistemika fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal, kif jidher min-nuqqas ta’ proċeduri biex jiġu ddeterminati l-bżonnijiet tar-riżorsi umani, min-nuqqas ta’ proċeduri u ta’ metodoloġija biex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti għat-taħriġ tal-persunal, kif ukoll mill-implimentazzjoni effettiva tagħhom u min-nuqqas ta’ deskrizzjonijiet tal-impjiegi dokumentati għal diversi funzjonijiet tas-CAC okkupati kif ukoll oħrajn maħruġa b’kuntratt.

(16)

Fir-rigward speċifiku tat-taħriġ tal-persunal, ir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni jinnota s-serjetà tan-nuqqasijiet identifikati f’termini tal-kapaċità effettiva tas-CAC li jwettaq kif suppost il-proċess ta’ ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja.

(17)

Barra minn hekk, huwa ċar mir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni li s-CAC m’għandux il-funzjoni ta’ mmaniġġar tal-kwalità meħtieġa għas-sorveljanza tal-amministrazzjoni u t-traspożizzjoni tar-rekwiżiti legali, regolatorji u tekniċi fi struttura organizzazzjonali u proċessi ta’ negozju effettivi.

(18)

Fir-rigward speċifiku tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet tas-CAC, ir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni jinnota n-nuqqas ta’ sistema strutturata għall-ġestjoni tad-dokumenti li permezz tagħha tkun tista’ tiġi żgurata t-traċċabilità taċ-ċertifikazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-CAC ma setax jipprovdi l-evidenza mitluba tal-attivitajiet imwettqa bħala parti miċ-ċertifikazzjoni inizjali taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati minnha.

(19)

Fir-rigward speċifiku tad-Dipartiment tal-Ajrunavigabbiltà tas-CAC, ir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni nnota l-eżistenza ta’ pjan għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-kumpaniji tal-ajru u tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni approvati ċċertifikati minnha.

(20)

Ir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni jinnota wkoll evidenza ta’ sorveljanza ineffikaċi peress li ż-żjara tal-kumpaniji tal-ajru identifikat diversi kwistjonijiet fl-impriżi li kellhom jiġu identifikati mis-CAC bħala parti mill-obbligi ta’ sorveljanza tiegħu.

(21)

Abbażi tal-eżitu taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, il-Kummissjoni stiednet lis-CAC għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fit-12 ta’ Mejju 2020. F’din l-okkażjoni, il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE sema’ wkoll il-kumpaniji tal-ajru Aircompany Armenia, Atlantis Armenian Airlines, Atlantis European Airways, Armenia Airways, Armenian Helicopters, u Skyball.

(22)

Fis-seduta ta’ smigħ, is-CAC informa lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-miżuri għat-titjib tas-sikurezza li ddaħħlu fis-seħħ minn meta kien deher quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Novembru 2019, u enfasizza l-impenn tiegħu li jsegwi dawn l-isforzi, u oħrajn bħalhom, biex ikompli jtejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza fl-Armenja. Issemma b’mod partikolari l-appoġġ li ta l-Gvern tal-Armenja lis-CAC f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, matul is-seduta ġew enfasizzati l-isforzi estensivi li saru biex jippermettu l-assistenza teknika u l-kooperazzjoni ma’ Stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(23)

Fir-rigward tal-osservazzjonijiet li ssemmew fir-rapport dwar iż-żjara ta’ valutazzjoni, is-CAC ipprovda dettalji dwar il-miżuri li ttieħdu wara ż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fir-rigward tal-istruttura organizzattiva tas-CAC. Issemmew speċifikament il-miżuri marbuta mat-titjib tal-ġestjoni tal-persunal, it-titjib fir-rigward tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet tas-CAC u l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll it-taħriġ tal-ispetturi tas-CAC. Barra minn hekk, is-CAC ipprovda dettalji fir-rigward tal-isforzi li qed isiru għall-iżvilupp ta’ Manwal ta’ Ġestjoni Integrata u ta’ Sistema interna għall-Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti.

(24)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ġie mitlub biex jinnota b’mod partikolari l-isforzi li qed isiru biex, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri tal-UE, tinbeda ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Armenja, flimkien mal-appoġġ rilevanti għat-taħriġ fuq il-post għall-persunal kollu tagħha.

(25)

Barra minn hekk, is-CAC enfasizza r-riżultati tal-isforzi li saru biex jiġu revokati l-AOCs ta’ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja li ma għadhomx jitqiesu konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(26)

Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE jirrikonoxxu li s-sitwazzjoni attwali hija r-riżultat ta’ perjodu twil ta’ ineffiċjenza u negliġenza. Ukoll, il-Kummissjoni u l-Kumitat tal-UE għas-Sikurezza tal-Ajru jirrikonoxxu l-isforzi li saru, u jħeġġu lis-CAC jissokta b’dawk l-isforzi. They note the importance of the Armenian government’s commitment in this regard, and equally conveyed commitment to support and cooperate with CAC with its efforts. Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE jinnotaw b’mod pożittiv il-kapaċità u l-impenn personali tal-President tas-CAC fl-insegwiment ta’ dawn l-isforzi.

(27)

Madankollu, abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, inkluż dik li nġabret miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, ġie konkluż li l-kapaċitajiet tas-CAC biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Armenja mhumiex biżżejjed u li ma jikkonformawx mal-istandards internazzjonali minimi tas-sikurezza applikabbli. Se jkun meħtieġ titjib ulterjuri sinifikanti tal-kapaċitajiet tas-CAC biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali tas-sikurezza. Attwalment, minħabba n-nuqqasijiet sinifikanti identifikati fil-livell tal-ġestjoni tal-persunal, tat-taħriġ tal-istaff, tal-funzjoni tal-immaniġġar tal-kwalità, flimkien mal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni inadegwati u s-sorveljanza ineffettiva tal-kumpaniji tal-ajru, intwera li s-CAC m’għandux il-kapaċità meħtieġa biex jimplimenta l-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, u l-kapaċità ta’ sorveljanza tiegħu ma tistax tiżgura li l-operazzjonijiet tal-kumpaniji tal-ajru li ċċertifika jitwettqu kontinwament f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti.

(28)

Aircompany Armenia, topera flotta ta’ żewġ ajruplani tat-tip Boeing B737. Skont l-istqarrija tal-kumpanija, hija marbuta mill-qrib ma’ Georgian Airways, kumpanija tal-ajru ċċertifikata fil-Georgia, li magħha l-Aircompany Armenia stabbilixxiet arranġamenti amministrattivi u operattivi b’saħħithom. F’dan ir-rigward iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni sabet li t-taħriġ tal-bdoti tal-Aircompany Armenia kien sar skont il-proċeduri tal-Georgian Airways minflok skont il-proċeduri tagħha.

(29)

Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni sabet li l-Aircompany Armenia għandha persunal infurmat b’sistemi u manwali fis-seħħ biex imexxu l-operazzjonijiet varji. Il-maġġoranza tal-kwistjonijiet jew tan-nuqqasijiet identifikati matul iż-żjara kienu marbuta maċ-ċarezza tal-proċeduri u l-kontroll fuq l-attivitajiet maħruġa b’kuntratt, li jitwettqu l-aktar mill-Georgian Airways.

(30)

Madankollu, huwa ċar li s-sistema ta’ monitoraġġ tal-konformità ta’ Aircompany Armenia jeħtieġ li tkompli tiġi żviluppata biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti nazzjonali u mad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operazzjonijiet approvat, inkluż fir-rigward tas-sistema taż-żamma tar-rekords.

(31)

Matul is-seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, Aircompany Armenia tat dettalji fir-rigward tal-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, u ddikjarat li sitta mis-seba’ osservazzjonijiet ġew indirizzati. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza f’dan ir-rigward.

(32)

Atlantis Armenian Airlines, hija kumpanija tal-ajru Armena li topera inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Let L-410. Matul is-seduta, il-kumpanija tal-ajru tat ħarsa ġenerali tal-kumpanija, inklużi r-riżorsi disponibbli, il-pjan ta’ żvilupp tal-flotta tagħha, is-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”), u l-Programm ta’ Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir tagħha.

(33)

Atlantis European Airways topera flotta ta’ tliet inġenji tat-tip Airbus A320. Matul is-seduta, il-kumpanija tal-ajru ppreżentat il-missjoni tal-kumpanija, l-istruttura organizzazzjonali tagħha, il-pjan ta’ taħriġ għall-persunal tagħha u r-riżultati tas-SAFA għall-aħħar sena. Barra minn hekk, ġiet ipprovduta informazzjoni dwar ir-riżultati tal-awditu tat-TCO tal-kumpanija tal-ajru mill-EASA.

(34)

Armenia Airways hija kumpanija tal-ajru ċċertifikata Armena, bi flotta ta’ inġenju tal-ajru wieħed tat-tip British Aerospace Bae-146-300.

(35)

Matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, it-tim ta’ valutazzjoni identifika diversi nuqqasijiet li jeħtieġu attenzjoni immedjata, b’mod partikolari rigward ir-reġistrazzjoni u t-traċċar tal-awditi u tas-sejbiet tal-awditjar. It-tim ta’ valutazzjoni sab ukoll evidenza tal-ineffettività tas-Sistema ta’ Mmaniġjar tal-Kwalità, u fid-dawl tal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-Armenia Airways, jenħtieġ li jsiru sforzi biex tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ tal-konformità kompletament funzjonali biex jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas li jista’ jaffettwa l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata konformità mal-manwal tal-operazzjonijiet approvat. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għat-taħriġ tal-bdoti, biex il-kompetenza tal-ekwipaġġi tagħha tiġi żgurata.

(36)

Matul is-seduta, Armenia Airways, tat ħarsa ġenerali tal-kumpanija tal-ajru u ppreżentat il-miżuri li ttieħdu wara ż-żjara ta’ valutazzjoni fuq mil-post mill-Unjoni. Skont l-informazzjoni li ngħatat matul is-seduta, l-osservazzjonijiet kollha li tqajmu mit-tim ta’ valutazzjoni ġew indirizzati, minbarra tnejn, li l-kumpanija tal-ajru ma qablitx magħhom. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza f’dan ir-rigward.

(37)

Armenian Helicopters hija kumpanija tal-ajru privata li topera helikopters fuq titjiriet domestiċi u internazzjonali b’noleġġ, kif ukoll trasport ta’ emerġenza mediku. Matul is-seduta, il-kumpanija tal-ajru ppreżentat l-istruttura u l-funzjonament tal-SMS tagħha.

(38)

Skyball hija kumpanija tal-ajru Armena li topera ballun tal-arja wieħed. Matul is-seduta, il-kumpanija tal-ajru ppreżentat ħarsa ġenerali tal-organizzazzjonijiet u l-attivitajiet tagħha, inkluża informazzjoni marbuta mal-SMS tagħha.

(39)

L-ebda informazzjoni jew evidenza pprovduta minn kwalunkwe waħda mill-kumpaniji tal-ajru matul is-seduta ma pprovdiet assigurazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li n-nuqqas ta’ sorveljanza tas-sikurezza mis-CAC seta’ jiġi mitigat permezz tas-sistemi ta’ konformità u ta’ sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru stess.

(40)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Armenja, hemm raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni, u biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Armenja jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(41)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Armenja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Kongo (Brazzaville)

(42)

Fl-2009, kumpaniji tal-ajru mill-Kongo (Brazzaville) ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (6).

(43)

Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni talbet mill-Agence Nationale de l’Aviation Civile du Congo (Brazzaville) (‘ANAC Congo’), lista ta’ dokumenti dwar l-istruttura, is-sistema ta’ sorveljanza u l-attivitajiet tagħha, inkluż miżuri ta’ infurzar li ttieħdu mill-2017 ’l hawn, kif ukoll il-lista attwali ta’ detenturi ta’ AOC u ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati.

(44)

Fil-5 ta’ Frar 2020, l-ANAC Congo pprovdiet l-informazzjoni mitluba. ANAC Congo infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, mill-aħħar aġġornament li kienet ipprovdiet lill-Kummissjoni, l-AOCs tal-kumpaniji tal-ajru Aero Service, Emeraude, Equatorial Congo Airlines S.A. u Mistral Aviation kienu ġew revokati u li l-kumpanija tal-ajru l-ġdida Société Nouvelle Air Congo (AOC No. CG-CTA 004) kienet ġiet iċċertifikata. Madankollu, l-ANAC Congo ma pprovdietx biżżejjed evidenza li s-sikurezza ta’ din il-kumpanija tal-ajru hija żgurata f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Peress li l-ANAC Congo ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lil din il-kumpanija tal-ajru l-ġdida ma jiggarantixxix konformità biżżejjed mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(45)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li l-Missjoni ta’ Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO li saret f’Ġunju 2019 irrappurtat li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali fil-Kongo (Brazzaville) kienet żdiedet għal 66,99 %. Minkejja li l-ANAC Congo għamlet progress ċar fil-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza tas-sikurezza, dak il-progress jenħtieġ li jiġi vverifikat permezz ta’ żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni lill-ANAC Congo u lil kumpaniji tal-ajru partikolari ċċertifikati fil-Kongo (Brazzaville), qabel ma tiġi kkunsidrata kwalunkwe deċiżjoni rigward it-tneħħija ta’ projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(46)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru mill-Kongo (Brazzaville) li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru Société Nouvelle Air Congo tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex Aero Service, Emeraude, Equatorial Congo Airlines S.A. u Mistral Aviation jitneħħew minn dak l-Anness.

(47)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Kongo (Brazzaville), mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Kongo (Brazzaville), skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(48)

Fl-2006, kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (7).

(49)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fit-22 ta’ April 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Autorité de l’Aviation Civile tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“AAC/RDC”) biex tipprovdi lista tad-detenturi kollha tal-AOC ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(50)

Fis-6 ta’ Mejju 2020, l-AAC/RDC infurmat lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament li kienet ipprovdiet lill-Kummissjoni ’l hawn, kienet ġiet iċċertifikata l-kumpanija tal-ajru l-ġdida Mwant Jet (AOC Nru AAC/DG/OPS-09/09). Fit-13 ta’ Mejju 2020, infurmat ukoll li l-kumpaniji tal-ajru Air Tropiques, Blue Airlines, Blue Sky, Dakota, Korongo Airlines, Mango Airlines, Serve Air, u Will Airlift kienu waqfu mill-operazzjonijiet ta’ titjir tagħhom. Qatt ma kienu ngħataw AOC. Infurmat lill-Kummissjoni wkoll li l-kumpaniji tal-ajru Air Kasai, Doren Air Congo, Gomair, Transair Cargo Services m’għandhomx AOC u li bħalissa huma impenjati fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Fl-aħħar nett, infurmat lill-Kummissjoni li l-isem tal-kumpanija tal-ajru Services Air kien inbidel u li l-kumpanija issa għandha AOC taħt l-isem Serve Air Cargo. Peress li l-AAC/RDC ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lil din il-kumpanija tal-ajru l-ġdida ma jiggarantixxix biżżejjed konformità mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(51)

Skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li tiġi emendata biex Mwant Jet u Serve Air Cargo jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u biex Air Tropiques, Blue Airlines, Blue Sky, Dakota, Korongo airlines, Mango Airlines, Will Airlift, Air Kasai, Doren Air Congo, Gomair, Transair Cargo Services, Serve Air u Services Air jitneħħew minn dak l-Anness.

(52)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana

(53)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(54)

Fil-15 ta’ April 2019, b’segwitu għal nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati mill-Aġenzija fil-qafas tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO u abbażi tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa fil-kuntest tal-programm SAFA, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mal-Instituto Dominicano de Aviación Civil (“IDAC”), skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(55)

Mis-27 sal-31 ta’ Jannar 2020, esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri (it-“tim ta’ valutazzjoni”) wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-uffiċċji tal-IDAC fir-Repubblika Dominicana.

(56)

L-IDAC jidher li huwa organizzat tajjeb, li għandu riżorsi umani sodisfaċenti u li huwa organizzazzjoni ffinanzjata b’mod adegwat, li mill-2018 ’l hawn beda jimplimenta tekniki moderni għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-ġestjoni tas-sikurezza jew fuq il-prestazzjoni, biex jikkomplementaw l-attivitajiet aktar tradizzjonali ta’ sorveljanza bbażati fuq il-konformità regolatorja. Il-qafas leġiżlattiv (il-Liġi dwar l-Avjazzjoni u r-regolamenti tekniċi - RAD) jidher li jintegra kif xieraq l-oqsma kollha koperti mill-Annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, ffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u jiġi emendat regolarment.

(57)

It-tim ta’ valutazzjoni kkonkluda li l-IDAC għandu l-kapaċitajiet biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fir-Repubblika Dominicana. Minkejja li l-IDAC jeħtieġ titjib f’diversi punti fir-rigward tal-effettività tal-infurzar, it-tim ta’ valutazzjoni ma identifika l-ebda tħassib immedjat għas-sikurezza matul iż-żjara, la minn dak li ġie eżaminat fl-uffiċċji tal-IDAC u lanqas mill-osservazzjonijiet li saru matul żjarat lil għadd ta’ kumpaniji tal-ajru. Madankollu, it-tim ta’ valutazzjoni sab li attwalment l-IDAC ma jikklassifikax is-sejbiet fir-rigward tal-kritikalità għas-sikurezza tal-avjazzjoni, u b’hekk is-sejbiet (bi kwalunkwe livell ta’ impatt fuq is-sikurezza), kif ukoll sempliċi rimarki, jiġu ġestiti bl-istess mod matul il-proċess ta’ segwitu. Għalhekk ma setax jintwera li l-IDAC jew il-kumpaniji tal-ajru kkonċernati jiżguraw prijoritizzazzjoni adegwata tas-sejbiet kritiċi għas-sikurezza.

(58)

Billi dik is-sitwazzjoni għandha effett potenzjalment detrimentali fuq l-infurzar, il-punti b’saħħithom tas-sistema, f’termini tar-riżorsi u tar-regolamenti, jindikaw li l-kundizzjonijiet għal titjib futur huma preżenti, filwaqt li d-dgħufijiet identifikati ma juru l-ebda karatteristika kritika li tista’ twaqqaf tali titjib.

(59)

Fil-15 ta’ April 2020, l-IDAC bagħat pjan ta’ azzjoni lill-Kummissjoni biex jindirizza n-nuqqasijiet osservati u rrappurtati mit-tim ta’ valutazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-azzjonijiet ippjanati, jekk jiġu implimentati kif suppost fil-qafas ta’ żmien propost, mistennija jsolvu l-kwistjonijiet li ġew identifikati. Jenħtieġ li l-IDAC jipprovdi aġġornamenti regolari lill-Kummissjoni rigward il-progress ta’ implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet ippjanati.

(60)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(61)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(62)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali

(63)

Fl-2006, kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (8).

(64)

Wara ż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni li saret f’Ottubru 2017, u s-seduta tas-smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ta’ Novembru 2017, f'Diċembru 2018, l-Autoridad Aeronáutica de Guinea Ecuatorial (“AAGE ”) esprimiet lill-Kummissjoni l-interess tagħha biex tiftaħ mill-ġdid djalogu dwar l-emendar tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali.

(65)

Meta ntalbet tagħmel dan, l-AAGE ressqet quddiem il-Kummissjoni informazzjoni dwar it-titjib li sar fis-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni tinnota l-progress li sar, iżda xorta għadhom preżenti ċerti nuqqasijiet dwar kwistjonijiet fundamentali, bħalma huma l-analiżi tal-kaġuni ewlenija, komponent ċentrali biex in-nuqqasijiet ta’ konformità ma jitħallewx jerġgħu jseħħu.

(66)

Fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-AAGE kellhom laqgħa teknika li matulha l-AAGE pprovdiet informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza kif ukoll dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fl-2017. Barra minn hekk, l-AAGE infurmat lill-Kummissjoni li l-flotot operattivi tas-Ceiba Intercontinental u tal-Cronos Airlines tnaqqsu għal inġenju tal-ajru wieħed ta’ daqs medju kull wieħed.

(67)

Peress li l-informazzjoni attwalment disponibbli mhix biżżejjed biex jitneħħew id-dubji dwar in-nuqqasijiet eżistenti, jenħtieġ li tiġi organizzata żjara ġdida ta’ valutazzjoni mill-Unjoni biex tiġi vverifikata aktar il-kapaċità tal-Guinea Ekwatorjali biex tiżgura sorveljanza tas-sikurezza effettiva.

(68)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(69)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(70)

Fl-2016, kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (9).

(71)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu wara t-tneħħija tal-Każakistan mil-lista tas-Sikurezza tal-Ajru, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Frar 2020, infurmat lill-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”) dwar ċertu tħassib dwar is-sikurezza marbut mal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mis-CAC KZ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ BEK Air.

(72)

Fit-28 ta’ Frar 2020, CAC KZ u l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Każakistan Joint Stock Company (“AAK”) infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tas-sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan matul l-aħħar tliet snin, kif ukoll dwar is-sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru BEK Air. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni talbet l-evidenza tal-kapaċità kontinwa tal-Każakistan biex ikompli jiżgura sorveljanza tas-sikurezza effettiva.

(73)

Fir-rigward speċifiku tal-kumpanija tal-ajru BEK Air, fil-21 ta’ April 2020, l-AOC ta’ din il-kumpanija tal-ajru ġie rrevokat. L-AOC ta’ kumpanija tal-ajru oħra, Azee Air ġie sospiż sakemm isiru aktar attivitajiet ta’ sorveljanza.

(74)

Filwaqt li tirrikonoxxi l-passi li ttieħdu dan l-aħħar mill-AAK biex tittejjeb il-kapaċità ta’ sorveljanza tas-sikurezza tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet, abbażi tal-analiżi tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni pprovduta, li tiftaħ konsultazzjonijiet mas-CAC KZ u mal-AAK f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(75)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(76)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Każakistan, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(77)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Kirgiżistan

(78)

Fl-2006, kumpaniji tal-ajru mill-Kirgiżistan ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (10).

(79)

Fit-2 ta’ Awwissu 2019 , il-Kummissjoni talbet mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Kirgiża (“CAA KG ”), lista ta’ dokumenti dwar l-istruttura, is-sistema ta’ sorveljanza u l-attivitajiet tagħha, inklużi miżuri ta’ infurzar li ttieħdu mill-2017 ’l hawn, kif ukoll il-lista attwali ta’ detenturi ta’ AOC u ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati.

(80)

Fl-10 ta’ Settembru 2019, is-CAA KG ipprovdiet l-informazzjoni mitluba. Is-CAA KG infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, mill-aħħar aġġornament mogħti lill-Kummissjoni, l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Air Bishkek, Central Asian Aviation Services (Caas), Heli Sky, Air Kyrgyzstan, Manas Airways, S Group International, Sky Bishkek, Sky Way Air, u Valor Air ġew irrevokati u li l-kumpanija tal-ajru l-ġdida Air Company Air KG (AOC Nru. 50) ġiet iċċertifikata. Peress li s-CAA KG ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lil din il-kumpanija tal-ajru l-ġdida ma jiggarantixxix biżżejjed konformità mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(81)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru mill-Kirgiżistan li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex Air Company Air KG tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex Air Bishkek, Central Asian Aviation Services (Caas), Heli Sky, Air Kyrgyzstan, Manas Airways, S Group International, Sky Bishkek, Sky Way Air, u Valor Air jitneħħew minn dak l-Anness.

(82)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgiżistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Kirgiżistan, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mil-Libja

(83)

Fl-2014, kumpaniji tal-ajru mill-Libja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (11).

(84)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fit-22 ta’ April 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Libjana (“LCAA”) biex tipprovdi lista tad-detenturi kollha tal-AOC ċċertifikati fil-Libja.

(85)

Fl-4 ta’ Mejju 2020, l-LCAA infurmat lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpanija tal-ajru Ghadames Air Transport kien ġie revokat u li l-kumpaniji tal-ajru l-ġodda Al Maha Aviation (AOC Nru 030/18) u Libyan Wings Airlines JSC (AOC Nru 029/15) ġew iċċertifikati. Peress li l-LCAA ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOCs lil dawk il-kumpaniji tal-ajru l-ġodda ma jiggarantixxix konformità biżżejjed mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(86)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libja, jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni, biex Al Maha Aviation u Libyan Wings Airlines JSC jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex Ghadames Air Transport titneħħa minn dak l-Anness.

(87)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Libja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Libja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(88)

Fl-2013, kumpaniji tal-ajru min-Nepal ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (12).

(89)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fit-22 ta’ April 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) biex tipprovdi lista tad-detenturi kollha tal-AOC ċċertifikati fin-Nepal.

(90)

Fit-3 ta’ Mejju 2020, is-CAAN infurmat lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpanija tal-ajru Air Kasthamandap kien ġie revokat u li l-kumpaniji tal-ajru l-ġodda Heli Everest (AOC Nru 086/2016) u Kailash Helicopter Services (AOC Nru 087/2018) ġew iċċertifikati. Infurmat ukoll li Muktinath Airlines biddel ismu għal Prabhu Helicopters. Peress li s-CAAN ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOCs lil dawk il-kumpaniji tal-ajru l-ġodda ma jiggarantixxix konformità biżżejjed mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(91)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal, jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni, biex Heli Everest u Kailash Helicopter Services jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex Air Kasthamandap titneħħa minn dak l-Anness.

(92)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fin-Nepal, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mis-Sierra Leone

(93)

Fl-2006, kumpaniji tal-ajru mis-Sierra Leone ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (13).

(94)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fit-22 ta’ April 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sierra Leone (“SLCAA”) biex tipprovdi lista tad-detenturi kollha tal-AOC ċċertifikati fis-Sierra Leone.

(95)

Fit-2 ta’ Mejju 2020, l-SLCAA infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tal-kumpaniji tal-ajru Air Rum, Destiny air Services, Heavylift Cargo, Orange Air Sierra Leone, Paramount Airlines, Seven Four Eight Air Services u Teebah Airways kienu ġew irrevokati u li attwalment ma hemmx detenturi ta’ AOC fis-Sierra Leone.

(96)

Peress li l-SLCAA ma wrietx li għandha kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOCs lil kwalunkwe kumpanija tal-ajru ġdida ma jiggarantixxix konformità biżżejjed mal-istandards tal-ajru internazzjonali.

(97)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru minn Sierra Leone li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Air Rum, Destiny Air Services, Heavylift Cargo, Orange Air Sierra Leone, Paramount Airlines, Seven Four Eight Air Services, u Teebah Airways mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(98)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan.

(99)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għalhekk hemm bżonn li, biex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa u biex jonqsu kemm jista’ jkun l-impatti kummerċjali, jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, u jidħlu fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħhom.

(100)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 16).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 8 ).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 326, 6.12.2013, p. 7).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 16).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

l-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

l-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

in-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

l-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

l-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

l-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inklużi

 

 

l-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

l-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

l-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

l-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

l-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

l-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

l-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

l-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

l-Armenja

AIRCOMPANY ARMENIA

AM AOC 065

NGT

l-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

l-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

l-Armenja

ATLANTIS ARMENIAN AIRLINES

AM AOC 068

AEU

l-Armenja

ATLANTIS EUROPEAN AIRWAYS

AM AOC 017

LUR

l-Armenja

MARS AVIA

AM AOC 066

MRS

l-Armenja

SKYBALL

AM AOC 069

Ma japplikax

l-Armenja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

STG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MWANT JET

AAC/DG/OPS-09/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(RDC)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

l-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC No 004

ERT

l-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC No 005

NAS

l-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgiżistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

il-Kirgiżistan

AIR COMPANY AIR KG

50

Mhux magħruf

il-Kirgiżistan

AIR MANAS

17

MBB

il-Kirgiżistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

il-Kirgiżistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

il-Kirgiżistan

TEZ JET

46

TEZ

il-Kirgiżistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Moldova responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, inklużi

 

 

il-Moldova

Î.M “VALAN ICC” SRL

MD009

VLN

il-Moldova

CA “AIM AIR” SRL

MD015

AAM

il-Moldova

CA “AIR STORK” SRL

MD018

MSB

il-Moldova

Î M “MEGAVIATION” SRL

MD019

ARM

il-Moldova

CA “PECOTOX-AIR” SRL

MD020

PXA

il-Moldova

CA “TERRA AVIA” SRL

MD022

TVR

il-Moldova

CA “FLY PRO” SRL

MD023

PVV

il-Moldova

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

in-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

in-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

in-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

in-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

in-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

in-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

in-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

in-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

in-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

in-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

in-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

in-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

in-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

in-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

in-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

in-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

in-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

in-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

in-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

in-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

in-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Principe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sao Tome u Principe

AFRICA’S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

Sao Tome u Principe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

Sao Tome u Principe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

is-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': LET 410 UVP.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D6-CAM (851336).

Comoros

IRAN AIR

FS100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta' Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': P-632, P-633.

Il-Korea ta' Fuq


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


DEĊIŻJONIJIET

3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/737

tas-27 ta’ Mejju 2020

dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kuntratti mogħtija għal attivitajiet relatati mal-għoti ta’ ċerti servizzi postali fid-Danimarka

(notifikata bid-dokument C(2020) 3335)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(3) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

1.   FATTI

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, id-Danimarka (“l-Applikant”), ressqet talba permezz tal-email lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (minn hawn ’il quddiem “it-Talba”). It-Talba tikkonforma mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 (2).

(2)

Din it-Talba tikkonċerna ċerti servizzi postali fid-Danimarka. Is-servizzi kkonċernati huma deskritti fit-Talba kif ġej:

(a)

Is-servizzi nazzjonali ta’ konsenja tal-pakketti min-negozju għall-konsumatur (B2C) – il-konsenji standard tal-pakketti minn negozju b’kuntratt ta’ konsenja fid-Danimarka mibgħuta lil konsumatur (minn bieb għal bieb jew għal punt ta’ ġbir fid-Danimarka);

(b)

Is-servizzi internazzjonali ta’ konsenja tal-pakketti min-negozju għall-konsumatur (B2C):

il-konsenji standard tal-pakketti li joriġinaw minn negozju b’kuntratti ta’ konsenja fid-Danimarka lil konsumatur li jinsab barra mid-Danimarka (minn bieb għal bieb jew għal punt ta’ ġbir tal-pakketti);

il-konsenji standard tal-pakketti li joriġinaw minn negozju internazzjonali mibgħuta lil konsumatur Daniż (minn bieb għal bieb jew għal punt ta’ ġbir fid-Danimarka).

(3)

L-Awtorità Daniża tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur (“id-DCAA”), li hija entità indipendenti tal-Ministeru Daniż tal-Industrija, tan-Negozju u tal-Affarijiet Finanzjarji, ippreżentat it-Talba f’isem id-Danimarka. It-Talba nbdiet minn PostNord (3), li hija l-unika entità attiva fis-settur postali fid-Danimarka, soġġetta għar-regoli tal-akkwist pubbliku.

(4)

It-Talba kienet tinkludi pożizzjoni motivata u sostanzjata mid-DCAA. Id-DCAA li hija kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ikkonċernati, analizzat bir-reqqa l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE għall-attivitajiet ikkonċernati, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva. Il-pożizzjoni tad-DCAA kienet ibbażata fuq stħarriġ kwestjonarju lill-atturi reali fis-suq kif ukoll lill-kompetituri potenzjali dwar is-swieq Daniżi għas-servizzi nazzjonali u internazzjonali ta’ konsenja standard tal-pakketti min-negozju għall-konsumatur.

(5)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni talbet tagħrif addizzjonali mingħand l-Applikant. It-tweġiba tal-Applikant waslet fl-10 ta’ Frar 2020. Fis-16 ta’ Marzu 2020, l-Applikant ippreżenta aktar informazzjoni dwar l-istat tal-kompetizzjoni fis-suq għas-servizzi internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C.

(6)

F’konformità mal-punt 1(a) tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 ta’ dik id-Direttiva jridu jiġu adottati fi żmien 90 jum ta’ xogħol fil-każ li l-aċċess liberu għal suq partikolari huwa preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE. F’konformità mat-tielet paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni għandha tibda fl-ewwel jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba msemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dik id-Direttiva jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx sħiħa, fil-jum ta’ xogħol ta’ wara li tasal l-informazzjoni sħiħa. Għalhekk, id-data ta’ skadenza inizjali skadiet fil-11 ta’ Mejju 2020 (4). Din l-iskadenza ġiet estiża, mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Applikant, sad-29 ta’ Mejju 2020.

2.   QAFAS LEGALI

(7)

Id-Direttiva 2014/25/UE tapplika għall-għoti ta’ kuntratti għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati mas-servizzi postali, sakemm l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Skont id-Direttiva 2014/25/UE, il-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/25/UE mhumiex soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, din tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jistgħu jinkludu l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati, l-eżistenza ta’ prodotti jew ta’ servizzi alternattivi meqjusa bħala sostitwibbli fuq in-naħa tal-provvista jew fuq in-naħa tad-domanda, il-prezzijiet u l-preżenza ta’ aktar minn fornitur jew provditur wieħed tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni.

3.   VALUTAZZJONI

3.1.   Aċċess mhux ristrett għas-suq

(9)

L-aċċess għal suq jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu għall-kompetizzjoni. Din il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE, li għas-settur postali, tinkludi d-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(10)

Kif ġie kkonfermat mill-Applikant (6), u abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, id-Danimarka ttrasponiet (7) u qed tapplika d-Direttiva 97/67/KE. Konsegwentement, l-aċċess għas-suq rilevanti jitqies li mhuwiex ristrett f’konformità mal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE.

3.2.   Esponiment dirett għall-kompetizzjoni

(11)

Jenħtieġ li l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni jiġi evalwat abbażi ta’ diversi indikaturi, li l-ebda wieħed minnhom mhu deċiżiv per se. Fir-rigward tas-swieq milquta minn din id-Deċiżjoni, is-sehem mis-suq tal-atturi ewlenin f’suq partikolari huwa kriterju wieħed li jenħtieġ li jitqies. Billi l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma koperti mit-Talba, meta tiġi eżaminata s-sitwazzjoni jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet differenti fis-swieq rilevanti.

(12)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-kriterji u l-metodoloġija li ntużaw biex jiġi vvalutat l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, mhumiex neċessarjament identiċi għal dawk li ntużaw biex titwettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (8) kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali (9).

(13)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi jekk l-attivitajiet ikkonċernati mit-Talba humiex esposti għal livell ta’ kompetizzjoni, fi swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett fit-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, li jiżgura li, anke fl-assenza tad-dixxiplina li ġabu magħhom ir-regoli tal-akkwist dettaljati stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati se jitwettaq b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji li jippermettu lix-xerrejja jidentifikaw is-soluzzjoni li b’mod ġenerali tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġuża.

(14)

F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed isemmi li, fis-swieq ikkonċernati, mhux l-atturi kollha tas-suq huma soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku. Fis-swieq soġġetti għat-Talba, PostNord biss hija entità kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE u, għalhekk, hija soġġetta għar-regoli tal-akkwist pubbliku. Il-kumpaniji li mhumiex soġġetti għal dawk ir-regoli, meta jaġixxu f’dawk is-swieq, normalment ikollhom il-possibbiltà li jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq l-atturi tas-suq li jkunu soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku.

3.3.   Definizzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti

(15)

F’deċiżjonijiet preċedenti (10) l-Kummissjoni sostniet li s-suq tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti jista’ jinqasam f’servizzi tal-konsenja express u servizzi tal-konsenja standard (magħrufa wkoll bħala “diferiti”). Dan it-tqassim iqis li s-servizzi express jieħdu inqas ħin u huma aktar affidabbli minn servizz standard, li kull wieħed minn dawn is-servizzi jeħtieġ infrastruttura differenti u li s-servizzi express għandhom karatteristiċi tas-servizz addizzjonali ta’ valur miżjud, bħas-servizzi “track and trace”, u ġeneralment huma aktar għaljin.

(16)

F’deċiżjoni preċedenti (11), il-Kummissjoni għamlet ukoll distinzjoni bejn is-servizzi domestiċi u dawk internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti. Il-Kummissjoni sostniet li s-servizzi domestiċi tal-konsenja tal-pakketti huma pprovduti minn kumpaniji li joperaw netwerks ta’ distribuzzjoni nazzjonali filwaqt li l-konsenja internazzjonali tal-pakketti tikkonsisti fil-ġbir ta’ pakketti li għandhom jiġu ttrasportati u mwassla barra minn kumpaniji li għandhom aċċess għal netwerks fil-pajjiżi destinatarji.

(17)

F’deċiżjonijiet preċedenti l-Kummissjoni sostniet li s-servizzi ta’ konsenja standard tal-pakketti lill-konsumaturi (C2X, jiġifieri C2C u C2B) u lin-negozji (B2X, jiġifieri B2B u B2C) jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti distinti. L-għoti tas-servizzi lill-konsumaturi (C2X) u l-forniment tas-servizzi lin-negozji (B2X) jeħtieġu infrastruttura differenti (u b’mod partikolari netwerk ta’ uffiċċji postali disponibbli għall-konsumaturi privati). (12)

(18)

Barra minn hekk, f’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sostniet li l-konsenji B2B u B2C mhumiex sostitwibbli. Mill-perspettiva tan-naħa tal-provvista, il-konsenja B2C teħtieġ netwerk aktar dens biex jintlaħqu destinatarji privati għall-kuntrarju tad-destinatarji tan-negozju li spiss ikunu jinsabu f’raggruppamenti densi. Konsegwentement, id-distanza bejn id-destinatarji tan-negozju hija iqsar mid-distanza bejn il-konsumaturi. Il-konsegwenzi f’termini ta’ kopertura u spejjeż tan-netwerk jistgħu jkunu sinifikanti ħafna, u b’hekk dan jiddifferenzja s-swieq tal-konsenja tal-pakketti B2B u B2C (13).

(19)

Id-definizzjoni tas-suq tal-prodotti tal-Applikant hija konformi mal-prassi preċedenti tal-Kummissjoni.

(20)

Abbażi tal-premessi 15 sa 19 għall-iskop tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, jista’ jitqies li s-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

is-suq tas-servizzi domestiċi ta’ konsenja standard tal-pakketti B2C;

(b)

is-suq tas-servizzi internazzjonali ta’ konsenja standard tal-pakketti B2C.

3.4.   Definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti

(21)

Fil-prassi preċedenti tagħha (14), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-swieq għall-konsenja tal-pakketti B2C, irrispettivament mid-distinzjoni bejn is-servizzi domestiċi u internazzjonali tal-konsenja, għandhom ambitu nazzjonali. Il-fehma tal-Applikant hija konsistenti mal-prassi tal-Kummissjoni.

(22)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni ta’ ambitu differenti tas-suq ġeografiku, għall-finijiet tal-valutazzjoni skont din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ambitu ġeografiku tas-servizzi domestiċi u internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C ikopri t-territorju tad-Danimarka.

3.5.   Analiżi tas-suq — servizzi domestiċi tal-konsenja tal-pakketti B2C

(23)

Il-Kummissjoni tinnota li, b’mod simili għall-maġġoranza tal-Istati Membri, is-suq Daniż irreġistra tkabbir sinifikanti fil-volumi tal-pakketti f’dawn l-aħħar snin, l-aktar minħabba l-impatt tal-kummerċ elettroniku. Skont l-informazzjoni disponibbli, bejn l-2016 u l-2018, is-sehem tas-suq ta’ PostNord naqas […] (15), minn […]% f’termini ta’ valur u […]% f’termini ta’ volum, għal […]% f’termini ta’ valur (16) u […]% f’termini ta’ volum (17).

(24)

Filwaqt li l-ishma tas-suq ta’ PostNord naqsu matul il-perjodu osservat, l-ishma tas-suq ta’ […] kompetituri żdiedu […] matul il-perjodu osservat. Bejn l-2016 u l-2018 l-ishma tas-suq ta’ […] kompetitur, […], żdiedu minn […]% għal […]% f’termini ta’ valur u minn […]% għal […]% f’termini ta’ volum (18). B’mod simili, f’istess perjodu, l-ishma tas-suq ta’ […] żdiedu minn […]% għal […]% f’termini ta’ valur u minn […]% għal […]% f’termini ta’ volum (19). […]. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi kkunsidrat li dawn (jiġifieri […]) ikunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni kompetittiva sinifikanti fuq PostNord. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi osservat ukoll li […] irnexxielha żżid is-suq tagħha […] f’perjodu pjuttost qasir, li jissuġġerixxi li […] tipprovdi restrizzjoni kompetittiva importanti fuq PostNord.

(25)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li f’dawn l-aħħar ħames snin daħlu fis-suq operaturi ġodda: DAO365 u Burd Delivery (20) u […] fl-aħħar tliet snin.

(26)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-fatturi elenkati fil-premessi 23, 24 u 25 jenħtieġ li jitqiesu bħala indikazzjoni tal-esponiment għall-kompetizzjoni ta’ dik l-attività fid-Danimarka. Konsegwentement, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huma ssodisfati, jenħtieġ li jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għall-kuntratti intenzjonati biex jippermettu t-twettiq ta’ din l-attività fid-Danimarka.

3.6.   Analiżi tas-suq — servizzi internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C

(27)

Il-Kummissjoni tinnota li, b’mod simili għas-suq domestiku tal-konsenja tal-pakketti B2C, is-suq internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C irreġistra tkabbir sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, għall-kuntrarju tal-iżviluppi kompetittivi osservati fis-suq domestiku tal-konsenja tal-pakketti B2C, is-sehem tas-suq ta’ PostNord fis-suq internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C baqa’ relattivament stabbli fl-aħħar tliet snin kemm f’termini ta’ valur (21) ([…]% fl-2016, […]% fl-2017 u […]% fl-2018) u f’termini ta’ volum (22) ([…]% fl-2016, […]% fl-2017 u […]% fl-2018) (23).

(28)

B’mod parallel, is-sehem tas-suq aggregat […] f’termini ta’ valur u […] f’termini ta’ volumi. F’dawk il-livelli, la jista’ jiġi konkluż li dawn il-kompetituri se jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni kompetittiva sinifikanti fuq PostNord u lanqas li s-sitwazzjoni tas-suq tista’ tinbidel dalwaqt fid-dawl ta’ ishma tas-suq relattivament stabbli ta’ PostNord fil-perjodu osservat.

(29)

L-Applikant jargumenta li sehem importanti tas-servizzi internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C huma […]. Skont it-Talba (24), jidher li […].

(30)

Madankollu, anki bl-użu ta’ approċċ konservattiv […], is-sehem tas-suq ta’ PostNord f’termini ta’ volum għadu […]. Minħabba li […], mhuwiex probabbli li s-sitwazzjoni kompetittiva se tinbidel fil-futur qarib.

(31)

L-Applikant jindika (25) li […]. Huwa ssuġġerit ukoll li minħabba s-suq li qed jikber għall-kummerċ elettroniku fid-Danimarka u fl-Ewropa, id-domanda għall-konsenja internazzjonali tal-pakketti B2C mistennija tikber. Fl-aħħar nett, l-Applikant informa lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Marzu 2020 li PostNord identifikat fornituri addizzjonali tas-servizzi internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C.

(32)

Madankollu, l-Applikant ikkjarifika li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn PostNord, uħud minn dawn il-fornituri (jiġifieri, Prime Cargo, Blue Water, Scan Logistics, GTX Logistics u Link Logistics) ma jipprovdux direttament huma stess is-servizz tal-konsenja tal-pakketti, iżda minflok joffru soluzzjonijiet ta’ loġistika, li jinkludi l-bejgħ tas-servizzi ta’ distributuri tal-pakketti bħal PostNord. Barra minn hekk, jidher li xi fornituri oħra (jiġifieri United Broker, Shipmondo u pakke.dk) joffru “servizzi ta’ konsolidazzjoni”, jiġifieri soluzzjonijiet u pjattaformi tal-IT. L-Applikant irrikonoxxa wkoll li s-suq Daniż għandu ambitu limitat f’termini ġeografiċi u ta’ residenti, li jista’ jillimita l-għadd ta’ fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti.

(33)

Il-Kummissjoni tinnota li kompetitur ġdid, DAO 365, daħal fis-suq internazzjonali tal-pakketti B2C fl-2019, iżda għad m’hemm l-ebda data disponibbli fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu f’dan is-suq. Filwaqt li l-kumpaniji, bħal dawk identifikati fil-premessa 32 hawn fuq jistgħu jeżerċitaw xi restrizzjoni kompetittiva fuq PostNord, anki jekk ma jipprovdux is-servizzi internazzjonali ta’ konsenja tal-pakketti B2C huma stess, l-informazzjoni pprovduta mill-Applikant ma tippermettix li jiġi konkluż li dan huwa tabilħaqq il-każ. Il-limitu ta’ tali restrizzjoni kompetittiva potenzjali huwa partikolarment inċert peress, kif jidher fil-premessa 27 hawn fuq, is-sehem mis-suq f’termini kemm ta’ volum kif ukoll ta’ valur ta’ PostNord jibqa’ stabbli fil-perjodu osservat.

(34)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-premessi 27 sa 33 ma jistax jiġi konkluż li s-servizzi internazzjonali tal-konsenja tal-pakketti B2C huma direttament esposti għall-kompetizzjoni fid-Danimarka. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/25/UE tkompli tapplika għal kuntratti intenzjonati biex jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet fid-Danimarka.

4.   KONKLUŻJONI

(35)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Diċembru 2019 sa Marzu 2020 kif jidher mill-informazzjoni sottomessa mill-Applikant, u mill-informazzjoni disponibbli pubblikament (26). Jekk il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE ma jibqgħux jiġu ssodisfati, jaf tiġi riveduta, wara bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali.

(36)

Minħabba li s-servizzi relatati mas-servizzi internazzjonali ta’ konsenja tal-pakketti B2C jenħtieġ li jkomplu jkunu soġġetti għad-Direttiva 2014/25/UE, huwa mfakkar li l-kuntratti ta’ akkwist pubbliku li jkopru diversi attivitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva. Dan ifisser li, meta entità kontraenti tkun involuta f’akkwist “imħallat”, jiġifieri akkwist użat biex jingħata sostenn għall-prestazzjoni kemm tal-attivitajiet eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE kif ukoll tal-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jitqiesu l-attivitajiet li għalihom huwa intenzjonat prinċipalment il-kuntratt. F’każ ta’ tali akkwist imħallat, fejn l-għan huwa prinċipalment l-appoġġ tal-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE. Meta jkun oġġettivament impossibbli li wieħed jiddetermina għal-liema attività huwa prinċipalment intenzjonat il-kuntratt, il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mar-regoli stipulati fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2014/25/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu l-attivitajiet relatati mas-servizzi domestiċi ta’ konsenja standard tal-pakketti min-negozji għall-konsumatur (B2C) li se jitwettqu fit-territorju tad-Danimarka.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2014/25/UE għandha tkompli tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu l-attivitajiet relatati mas-servizzi internazzjonali ta’ konsenja standard tal-pakketti min-negozji għall-konsumatur (B2C) li se jitwettqu fit-territorju tad-Danimarka

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Thierry BRETON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 39).

(3)  PostNord AB huwa l-isem tal-kumpanija azzjonarja taż-żewġ kumpaniji amalgamati tal-posta Posten AB u Post Danmark, li ġew amalgamati uffiċjalment fl-24 ta’ Ġunju 2009. Post Danmark hija s-sussidjarja tal-PostNord li hija stabbilita u attiva fid-Danimarka.

(4)   ĠU C 64, 27.2.2020, p. 55.

(5)  Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(6)  Ara t-Talba, it-Taqsima 4.1 u l-Appendiċi 1 ta’ din it-Talba.

(7)  Att ta’ traspożizzjoni nazzjonali: Liġi Postali (Lovbekendtoteste 2017-08-30, nr. 1040 Postlov)

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(9)  Is-Sentenza tas-27 ta’ April 2016, Österreichische Post AG v. il-Kummissjoni, T-463/14, EU:T:2016:243, il-paragrafu 28.

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/154/UE tat-22 ta’ Marzu 2013 li teżenta ċerti servizzi fis-settur postali fl-Ungerija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 22). M.5152 tal-21 ta’ April 2009 — Posten AB/Post Danmark A/S; M.6570 – UPS/TNT Express tat-30 ta’ Jannar 2013 u M.7630 — FedEx/TNT Express tat-8 ta’ Jannar 2016.

(11)  Ara M.5152 — Posten AB/Post Danmark A/S, tal-21 ta’ April 2009, paragrafi 54-57, Każ M 6570- UPS/TNT tat-30 ta’ Jannar 2013, paragrafi 165-182, Każ M.7630 — FedEx/TNT tat-8 ta’ Jannar 2016, paragrafi 81-89. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/46/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li teżenta ċerti servizzi fis-settur postali fl-Iżvezja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 19, 23.1.2009, p. 50) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/154/UE tat-22 ta’ Marzu 2013 li teżenta ċerti servizzi fis-settur postali fl-Ungerija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 22).

(12)  Ara l-Kawża COMP/M.5152 — Posten AB/Post Danmark A/S, tal-21 ta’ April 2009, il-paragrafu 60. Il-Każ AT. 35.141 Deutche Post AG, il-paragrafu 29; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/564/KE tas-6 ta’ Awwissu 2007 li teżenta xi servizzi fis-settur postali fil-Finlandja, ħlief għall-Gżejjer Åland, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u postali (ĠU L 215, 18.8.2007, p. 21). Id-Deċiżjoni 2009/46/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/142/UE tat-3 ta’ Marzu 2010 li teżenta ċerti servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 56, 6.3.2010, p. 8).

(13)  Ara l-Kawza COMP/M.5152 — Posten AB/Post Danmark A/S, tal-21 ta’ April 2009, il-paragrafi 61 u 62.

(14)  Il-Kawża COMP/M.5152 — Posten AB/Post Danmark A/S, tal-21 ta’ April 2009, il-paragrafi 64-74.

(15)  […] – informazzjoni kunfidenzjali

(16)  Ara t-Talba, p. 11. it-Tabella 5.

(17)  Ara t-Talba, p. 11. it-Tabella 6.

(18)  Ara t-Talba, p. 11, it-tabelli 5 u 6.

(19)  Ara t-Talba, p. 11, it-tabelli 5 u 6.

(20)  Ara t-Talba, p. 16, it-taqsima 5.3.1.

(21)  Ara t-Talba, p. 12. it-Tabella 7.

(22)  Ara t-Talba, p. 12. it-Tabella 8.

(23)  Ara t-Talba, p. 21. l-ewwel ċart.

(24)  Ara t-Talba, p. 13, it-tabelli 2 u 3.

(25)  Ara t-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta’ Frar 2020 għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2020, p. 2.

(26)  Ara “ Development of Cross-border E-commerce through Parcel Deliver y ” — Studju għall-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs minn WIK Consult, Frar 2019; “ Annual and Sustainability Repor t” 2018 PostNord; “ Main Developments in the Postal Sector (2013-2016 )” Studju għall-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, minn Copenhagen Economics, Lulju 2018.