ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 170

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
2 ta' Ġunju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/724 tal-15 ta’ Mejju 2020 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/725 tas-26 ta’ Mejju 2020 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/726 tas-27 ta’ Mejju 2020 li tiċħad talba għall-protezzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Commune de Champagne (IĠP)) (notifikata bid-dokument C(2020) 3323)

15

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/727 tad-29 ta’ Mejju 2020 li twaqqaf il-proċediment anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Bahrain u mill-Eġittu

17

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/728 tad-29 ta’ Mejju 2020 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti użata fil-muturi ġeneraturi ta’ 12-il V għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/723

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu, il-Kummissjoni issa għandha s-setgħa li tadotta atti delegati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati u ta’ dokumentazzjoni oħra li jiċċertifikaw il-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz, filwaqt li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak previst fir-Regolament (UE) 2018/1139.

(2)

L-objettiv ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li jagħmel il-qafas legali attwali konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u għalhekk il-kontenut tal-Artikolu 8, tal-Anness III u tad-dispożizzjonijiet relatati tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu ttrasferiti f’att delegat. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet issa jinkludu wkoll regoli dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati ta’ gliders u blalen tal-arja ta’ pajjiżi terzi.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jelenka l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi. Taħt ċerti kundizzjonijiet, liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz tista’ attwalment tiġi aċċettata mill-Istati Membri, jew id-detentur ta’ tali liċenzja ta’ pajjiż terz jista’ jikseb kreditu meta japplika għal liċenzja skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Attwalment, dan il-kreditu jiġi determinat abbażi ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata.

(4)

Ir-regoli applikabbli għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jipprovdu taħriġ għal ċerti liċenzji u klassifikazzjonijiet ta’ bdot mhux kummerċjali ġew issimplifikati u l-organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (“DTO”) ġiet introdotta, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119 (3). Għalhekk, ir-regoli dwar l-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu aġġornati sabiex jippermettu lid-DTOs jagħtu kreditu lid-detenturi ta’ liċenzji ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għal liċenzja maħruġa skont il-qafas legali tal-Unjoni.

(5)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll l-Anness III ta’ dak ir-Regolament, li attwalment fihom rekwiżiti għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi, għalhekk jenħtieġ li jitħassru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti u ta’ klassifikazzjonijiet, privileġġi jew ċertifikati assoċjati, kif ukoll ta’ ċertifikati mediċi assoċjati maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 (4) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 (5), għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “titjiriet tal-manifatturi” tfisser it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (6).

Artikolu 3

Aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi

Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

f’konformità mat-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament, jaċċettaw liċenzji ta’ bdoti u klassifikazzjonijiet, privileġġi jew ċertifikati assoċjati, kif ukoll ċertifikati mediċi assoċjati maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiżi terzi;

(b)

f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) 2018/395 jew l-Artikolu 3a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, joħorġu liċenzji ekwivalenti lil applikanti li diġà għandhom liċenzja, klassifikazzjoni, privileġġ jew ċertifikat ekwivalenti maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), dment li dawk l-applikanti jkunu konformi mar-rekwiżiti tat-Taqsima 3 u jitqies kwalunkwe kreditu abbażi ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata jew organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata;

(c)

jagħtu krediti sħaħ, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni f’kors ta’ taħriġ qabel ma jwettqu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku u t-test tal-aptitudni, lil detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot tat-trasport b’linja tal-ajru (“ATPL”) maħruġa minn pajjiż terz jew f’ismu f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dment li dawk id-detenturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-esperjenza għall-ħruġ ta’ ATPL fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru rilevanti kif stabbilit fis-Subparti F tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 u dment li l-liċenzja ta’ pajjiż terz ikollha klassifikazzjoni tat-tip valida għall-inġenju tal-ajru li jkun se jintuża għat-test tal-aptitudni ATPL;

(d)

joħorġu klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplan jew tat-tip ta’ ħelikopter lil detenturi ta’ liċenzji maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn pajjiż terz għall-ħruġ ta’ tali klassifikazzjonijiet; dawk il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu ristretti għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f’dak il-pajjiż terz, iżda din ir-restrizzjoni tista’ titneħħa meta l-bdot ikun konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;

TAQSIMA 2

VALIDAZZJONI TAL-LIĊENZJI

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-validazzjoni tal-liċenzji

1.   Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tivvalida liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

2.   Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tkun din li ġejja:

(a)

għal bdoti li huma residenti fit-territorju tal-Unjoni – awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ post fejn ikun residenti jew stabbilit il-bdot.

(b)

għal bdoti li ma jkunux residenti fit-territorju tal-Unjoni – awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-operatur li għalih itiru jew ikunu beħsiebhom li jtiru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru li jtiru fuqu jew ikunu beħsiebhom li jtiru fuqu.

3.   Il-validazzjoni ta’ liċenzja għandu jkollha perjodu ta’ validità, ta’ mhux aktar minn sena, u l-privileġġi tagħha għandhom jiġu eżerċitati biss dment li l-liċenzja tkun għadha valida.

L-awtorità kompetenti li tkun ivvalidat il-liċenzja tista’ testendi l-validità darba biss u b’massimu ta’ sena waħda biss, jekk matul il-perjodu ta’ validità l-bdot ikun applika għal liċenzja skont l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew ikun qed jipparteċipa f’taħriġ għall-ħruġ ta’ tali liċenzja. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-estensjoni għandha tkopri l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex il-liċenzja tinħareġ f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

4.   Id-detenturi ta’ liċenzja vvalidata minn Stat Membru għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

Artikolu 5

Liċenzji ta’ bdoti għat-trasport kummerċjali bl-ajru u għal attivitajiet kummerċjali oħra

Għall-validazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti għat-trasport kummerċjali bl-ajru u għal attivitajiet kummerċjali oħra, id-detenturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin, kif applikabbli, għall-privileġġi mixtieqa:

(a)

jissodisfaw, bħala test tal-aptitudni, ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, skont il-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tagħhom;

(b)

juru għarfien tal-partijiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(c)

juru profiċjenza fil-lingwa skont il-Punt FCL.055 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(d)

ikollhom ċertifikat mediku validu tal-Klassi 1, maħruġ skont l-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(e)

fil-każ tal-ajruplani, minbarra r-rekwiżiti fil-punti (a) sa (d), jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza stabbiliti fit-Tabella 1 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(f)

fil-każ tal-ħelikopters, minbarra r-rekwiżiti fil-punti (a) sa (d), jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza stabbiliti fit-Tabella 2 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Liċenzji ta’ bdoti għal attivitajiet mhux kummerċjali bi klassifikazzjoni tal-istrumenti

Għall-validazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti privati bi klassifikazzjoni tal-istrumenti, jew ta’ Liċenzji ta’ Bdot Kummerċjali (“CPL”) u ta’ Liċenzji ta’ Bdot tat-Trasport b’Linja tal-Ajru (“ATPL”) bi klassifikazzjoni tal-istrumenti fejn il-bdot ikun biħsiebu biss jeżerċita privileġġi ta’ bdot privat, id-detenturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jgħaddu mit-test tal-aptitudni għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti u l-klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tagħhom, skont l-Appendiċi 7 u l-Appendiċi 9 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(b)

juru għarfien dwar il-Liġi tal-Ajru, il-Kodiċijiet Ajrunawtiċi tat-Temp, l-Ippjanar u l-Prestazzjoni ta’ Titjir (IR) u l-Prestazzjoni Umana;

(c)

juru profiċjenza fil-lingwa skont il-Punt FCL.055 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(d)

ikollhom mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-Klassi 2 maħruġ skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(e)

ikollhom esperjenza minima ta’ mill-inqas 100 siegħa ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdoti fil-kmand (“PIC”) fil-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru.

Artikolu 7

Liċenzji ta’ bdoti għal attivitajiet mhux kummerċjali mingħajr klassifikazzjoni tal-istrumenti

Għall-validazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti privati, jew ta’ liċenzji CPL u ATPL mingħajr klassifikazzjoni tal-istrumenti fejn il-bdot ikun biħsiebu biss jeżerċita privileġġi ta’ bdot privat, id-detenturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

juru għarfien dwar il-Liġi tal-Ajru u l-Prestazzjoni Umana;

(b)

jgħaddu t-test tal-aptitudni tal-liċenzja ta’ bdot privat (“PPL”) kif stabbilit fil-punt FCL.235 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(c)

jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-Subparti H tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi skont kif ikun rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tagħhom;

(d)

ikollhom mill-inqas ċertifikat mediku tal-Klassi 2 maħruġ skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(e)

juru profiċjenza fil-lingwa skont il-Punt FCL.055 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(f)

ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas 100 siegħa bħala bdoti fil-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru.

Artikolu 8

Validazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti għal kompiti speċifiċi ta’ tul limitat

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli ta’ hawn fuq, fil-każ ta’ titjiriet tal-manifatturi, awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ taċċetta liċenzja maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz għal mhux aktar minn 12-il xahar għal kompiti speċifiċi ta’ tul limitat, bħal titjiriet ta’ tagħlim għall-ewwel dħul fis-servizz, dimostrazzjonijiet, titjiriet ta’ ġarr ta’ nies jew ta’ prova, dment li l-applikant ikun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikollu liċenzja u ċertifikat mediku xierqa u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki assoċjati maħruġin skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)

ikun impjegat, direttament jew indirettament, ta’ manifattur ta’ ajruplani jew ta’ awtorità tal-avjazzjoni.

F’dan il-każ, il-privileġġi tad-detentur għandhom ikunu limitati mill-awtorità kompetenti għall-provvista ta’ tagħlim u ttestjar fit-titjir għall-ħruġ inizjali ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip, għas-superviżjoni ta’ titjir inizjali tal-linja tal-ajru mill-bdoti tal-operaturi, titjiriet ta’ kunsinna jew ta’ ġarr ta’ nies, titjir inizjali tal-linja tal-ajru, dimostrazzjonijiet ta’ titjir jew titjiriet ta’ prova, kif xieraq għall-kompiti previsti skont dan il-paragrafu.

2.   B’deroga mill-Artikoli 4 sa 7, awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’, għal titjiriet ta’ kompetizzjoni jew titjiriet ta’ dimostrazzjoni ta’ tul limitat, tivvalida liċenzja maħruġa minn pajjiż terz li tippermetti lid-detentur jeżerċita l-privileġġi ta’ PPL kif speċifikat fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ta’ Liċenzja ta’ Bdot ta’ Ballun tal-Arja (BPL) kif speċifikat fl-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew ta’ Liċenzja ta’ Bdot ta’ Glider (SPL) kif speċifikat fl-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

qabel l-avveniment, l-organizzatur tat-titjiriet ta’ kompetizzjoni jew ta’ dimostrazzjoni jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’evidenza adegwata dwar kif se jiżgura li l-bdot se jkun familjari mal-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza u se jimmaniġġja kwalunkwe riskju assoċjat ma’ dawn it-titjiriet;

(b)

l-applikant ikollu liċenzja xierqa u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki assoċjati maħruġin skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

3.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 sa 7, awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tivvalida liċenzja li tkun ekwivalenti għal waħda minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz għal massimu ta’ 28 jum kull sena kalendarja għal kompiti mhux kummerċjali speċifiċi, dment li l-applikant ikun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikollu liċenzja u ċertifikat mediku xierqa u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki assoċjati maħruġin skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)

ikun għamel mill-inqas titjira waħda ta’ akklimatizzazzjoni ma’ struttur ikkwalifikat qabel it-twettiq tal-kompiti speċifiċi ta’ tul limitat.

TAQSIMA 3

KONVERŻJONI TA’ LIĊENZJI

Artikolu 9

Kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ liċenzji

1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tikkonverti liċenzja għall-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru f’PPL skont l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ma’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip bi bdot wieħed, BPL skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, fejn il-liċenzja oriġinali tinħareġ f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz u l-liċenzja tkun:

(a)

liċenzja ekwivalenti għal-liċenzji msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

CPL jew ATPL.

2.   Id-detentur tal-liċenzja li trid tiġi konvertita għandu jkun konformi mar-rekwiżiti minimi li ġejjin għall-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru:

(a)

jgħaddi minn eżami bil-miktub fil-Liġi tal-Ajru u l-Prestazzjoni Umana;

(b)

jgħaddi mit-test tal-aptitudni għal PPL, BPL jew SPL, kif rilevanti, skont l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976;

(c)

jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, skont is-Subparti H;

(d)

ikollu ċertifikat mediku, kif meħtieġ u maħruġ skont l-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(e)

juri profiċjenza fil-lingwa skont il-Punt FCL.055 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(f)

juri li jkun għamel mill-inqas 100 siegħa ħin ta’ titjir bħala bdot.

TAQSIMA 4

AĊĊETTAZZJONI TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KLASSI U TAT-TIP

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

Klassifikazzjoni valida tal-klassi jew tat-tip li tkun f’liċenzja maħruġa minn pajjiż terz tista’ tiddaħħal f’liċenzja maħruġa skont l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, dment li l-applikant:

(a)

ikun konformi mar-rekwiżiti u mal-prerekwiżiti tal-esperjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni applikabbli tat-tip jew tal-klassi skont il-Parti FCL;

(b)

jgħaddi mit-test rilevanti tal-aptitudni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni applikabbli tat-tip jew tal-klassi skont il-Parti FCL;

(c)

ikun attwalment jipprattika t-titjir;

(d)

ikollu mhux inqas minn:

(i)

għal klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ ajruplan, esperjenza ta’ 100 siegħa fit-titjir bħala bdot f’dik il-klassi;

(ii)

għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplan, esperjenza ta’ 500 siegħa fit-titjir bħala bdot f’dak it-tip;

(iii)

għal ħelikopters b’magna waħda b’massa tal-qtugħ mill-art massima ċċertifikata ta’ mhux aktar minn 3 175 kg, esperjenza ta’ 100 siegħa fit-titjir bħala bdot f’dak it-tip;

(iv)

għall-ħelikopters l-oħrajn kollha, esperjenza ta’ 350 siegħa fit-titjir bħala bdot f’dak it-tip.

Artikolu 11

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 hu emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 8 jitħassar;

(b)

l-Anness III jitħassar.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tal-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119 tal-31 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).


ANNESS

Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji maħruġin minn pajjiżi terzi jew f’isimhom

Tabella 1

Rekwiżiti tal-esperjenza għall-ajruplani

Liċenzja fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f’sigħat totali ta’ titjir

Privileġġi

 

(1)

(2)

(3)

 

ATPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC (bdot fil-kmand) fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani b’aktar minn bdot wieħed bħala PIC

(a)

ATPL(A) jew CPL(A)/IR (*1)

> 1 500 siegħa bħala PIC jew bħala kopilota fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed skont ir-rekwiżiti operattivi

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani b’aktar minn bdot wieħed bħala kopilota

(b)

MPL

> 1 500 siegħa bħala kopilota fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed skont ir-rekwiżiti operattivi

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani b’aktar minn bdot wieħed bħala kopilota

(ba)

CPL(A)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru minn meta jkun kiseb IR

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani bi bdot wieħed bħala PIC

(c)

CPL(A)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC jew bħala kopilota f’ajruplani bi bdot wieħed skont ir-rekwiżiti operattivi

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani bi bdot wieħed bħala kopilota skont ir-rekwiżiti operattivi

(d)

ATPL(A), CPL(A)/IR, CPL(A)

> 700 siegħa f’ajruplani, inklużi 200 siegħa fl-irwol ta’ attività li għaliha tkun intalbet l-aċċettazzjoni, u 50 siegħa f’dak l-irwol fl-aħħar 12-il xahar

Eżerċizzju ta’ privileġġi f’ajruplani f’operazzjonijiet minbarra t-trasport kummerċjali bl-ajru

(e)

CPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru, inklużi 500 siegħa f’operazzjonijiet ta’ idroplani

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani bi bdot wieħed bħala PIC

(f)


Tabella 2

Rekwiżiti tal-esperjenza għall-ħelikopters

Liċenzja fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f’sigħat totali ta’ titjir

Privileġġi

 

(1)

(2)

(3)

 

IR valida ta’ ATPL(H)

> 1 000 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed bħala PIC f’operazzjonijiet VFR u IFR

(a)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed bħala PIC f’operazzjonijiet VFR

(b)

IR valida ta’ ATPL(H)

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f’operazzjonijiet VFR u IFR

(c)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f’operazzjonijiet VFR

(d)

CPL(H)/IR (*2)

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed bħala kopilota

(e)

CPL(H)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fi trasport kummerċjali bl-ajru minn meta jkun kiseb IR

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ħelikopters bi bdot wieħed bħala PIC

(f)

ATPL(H) bi privileġġi IR jew mingħajrhom, CPL(H)/IR, CPL(H)

> 700 siegħa f’ħelikopters minbarra dawk iċċertifikati skont CS-27/29 jew ekwivalenti, inklużi 200 siegħa fl-irwol ta’ attività li għaliha tkun intalbet l-aċċettazzjoni, u 50 siegħa f’dak l-irwol fl-aħħar 12-il xahar

Eżerċizzju ta’ privileġġi f’ħelikopters f’operazzjonijiet minbarra t-trasport kummerċjali bl-ajru

(g)


(*1)  Id-detenturi ta’ CPL(A)/IR fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew livell ta’ għarfien ATPL(A) tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.

(*2)  Id-detenturi ta’ CPL(H)/IR fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew għarfien ta’ livell ATPL(H) tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.


2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/724

tal-15 ta’ Mejju 2020

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Philip KERMODE

Aġent Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett fil-forma ta’ ballun vojt minn ġewwa magħmul bir-raden, bl-istrixxi jew b’oġġetti simili tal-intestaturi 5404 jew 5405, b’fetħa tonda żgħira b’lamella ratba tal-plastik madwarha li permezz tagħha l-oġġett ikun jista’ jitpoġġa fuq, pereżempju, kurduni elettriċi tad-dwal (dawk l-imsejħa fairy lights).

L-oġġett jeżisti f’kuluri u f’daqsijiet differenti u huwa importat waħdu. Huwa mfassal biex jintuża bħala tiżjin waħdu jew pereżempju flimkien mal-fairy lights.

(Ara l-istampa) (*1)

5609 00 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regola ġenerali 1 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 7(f) u n-nota 8(a) tat-Taqsima XI u bit-test tal-kodiċi NM 5609 00 00 .

Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt il-kodiċi NM 9405 99 00 bħala parti minn lampa elettrika (lampshade), mhux speċifikat jew inkluż banda oħra, hija eskluża, minħabba li l-oġġett mhuwiex identifikabbli permezz tal-forma jew tal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu bħala parti mfassla unikament jew prinċipalment għall-użu ma’ lampa elettrika (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapitolu 94, Partijiet). L-oġġett huwa mfassal biex jintuża flimkien ma’ dwal diversi, ma’ oġġetti ta’ tiżjin oħrajn, jew inkella biex sempliċement jitqiegħed waħdu bħala tiżjin għall-ġewwa.

Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti taħt il-kodiċi NM 5609 00 00 bħala oġġetti magħmulin bir-raden, bl-strixxi jew b’oġġetti simili tal-intestaturi 5404 jew 5405, spag, kurduni, ħbula jew gumna, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra.

Image 1


(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal finijiet ta’ informazzjoni.


2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/725

tas-26 ta’ Mejju 2020

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Philip KERMODE

Aġent Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li huwa kompost mill-ingredjenti li ġejjin (% skont il-piż):

idrokarburi (l-aktar paraffiniċi u nafteniċi) 94,4

aċetat tal-n-butil 5,6

Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża bħala solvent kompożitu organiku biex iħoll iż-żebgħa, il-verniċ u l-mastiċi.

Il-prodott huwa ppreżentat fi btieti ta’ 210 litru, f’kontenituri ta’ 1 000 litru jew sfuż.

3814 00 90

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3814 00 u 3814 00 90 .

Il-klassifikazzjoni fl-Instestatura 2710 hija eskluża minħabba li s-solventi u t-thinners kompożiti organiċi huma speċifikati jew inklużi banda oħra (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tas-Subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 , il-punt II. 3., l-ittra (h)).

L-Intestatura 3814 tkopri s-solventi u t-thinners kompożiti organiċi li fihom aktar minn 70 % skont il-piż ta’ żejt tal-petroleum (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Intestatura 3814, l-ewwel paragrafu).

Il-kliem tal-Intestatura 3814 huwa aktar speċifiku mill-kliem tal-Intestatura 2710 peress li jkopri mhux biss il-kompożizzjoni iżda wkoll l-użu tal-prodott (ara wkoll l-opinjoni tal-klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata 3814.00/3).

Għalhekk il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3814 00 90 , bħala solvent kompożitu organiku ieħor.


DEĊIŻJONIJIET

2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/726

tas-27 ta’ Mejju 2020

li tiċħad talba għall-protezzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Commune de Champagne (IĠP))

(notifikata bid-dokument C(2020) 3323)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(4) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat it-talba għall-protezzjoni tal-isem “Commune de Champagne” bħala indikazzjoni ġeografika protetta, mibgħuta mill-Communauté de la vigne et du vin de la Commune de Champagne, Canton de Vaud, l-Iżvizzera (CVVCCVDCH) u l-membri tagħha (l-applikant) nhar it-3 ta’ Novembru 2015.

(2)

Bi tweġiba għal xi talbiet għal kjarifiki mibgħuta mill-Kummissjoni, speċifikament fuq il-protezzjoni tal-isem “Commune de Champagne”, is-CVVCCVDCH bagħtet verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif ukoll sommarju u informazzjoni supplimentari, fl-1 ta’ Diċembru 2016 u fis-7 ta’ April 2017.

(3)

Il-Kummissjoni nnutat li l-isem “Commune de Champagne” ma jidhirx fost id-denominazzjonijiet irreġistrati fir-repertorju Żvizzeru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati miżmum mill-Office Fédéral de l’Agriculture, skont l-Artikolu 25 tal-Ordonnance sur la viticulture et l’importation du vin, 916.140, tal-14 ta’ Novembru 2007.

(4)

Barra minn hekk, wara eżami tad-dokumentazzjoni mibgħuta mis-CVVCCVDCH, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-isem “Commune de Champagne” ma jistax ikun protett b’mod validu fl-Iżvizzera. Minn banda, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (2), speċifikament l-Artikolu 8 tal-Anness 7 tiegħu, jistipula l-obbligu li l-Konfederazzjoni Żvizzera tipproteġi u tirriżerva fuq it-territorju Żvizzeru l-isem “Champagne”, billi dan jirreferi għal inbid li joriġina mill-Unjoni Ewropea. Mill-banda l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 32 tar-Règlement sur les vins vaudois tas-27 ta’ Mejju 2009 (Canton de Vaud, il-Konfederazzjoni Żvizzera) jirrigwarda d-dritt li tintwera referenza lokali fuq l-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata rreġistrata u taħt ċerti kundizzjonijiet. Dak l-istess Artikolu jistipula regoli għat-tikkettar tal-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, f’dan il-każ “Bonvillars”, fis-sens illi jippermetti li titwaħħal ir-referenza għall-muniċipalità li minnha joriġina l-għeneb. Ma jagħtix, fih innifsu, il-protezzjoni tal-isem “Commune de Champagne” bħala indikazzjoni ġeografika.

(5)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-applikant ma tax prova li l-isem ikkonċernat huwa protett b’mod validu fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Il-kundizzjoni tal-Artikolu 94(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b’hekk mhijiex issodisfata.

(6)

Minn dan jirriżulta li mhumiex issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fit-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, is-Subtaqsima 2, “Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi” tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li t-talba għall-protezzjoni tal-isem “Commune de Champagne” bħala indikazzjoni ġeografika protetta tiġi miċħuda, skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(8)

Il-miżura prevista f’din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba biex jiġi rreġistrat l-isem “Commune de Champagne” hija miċħuda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Communauté de la vigne et du vin de la Commune de Champagne, Canton de Vaud, l-Iżvizzera (CVVCCVDCH).

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.


2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/727

tad-29 ta’ Mejju 2020

li twaqqaf il-proċediment anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Bahrain u mill-Eġittu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-3 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (glass fibre reinforcements, GFR) li joriġinaw mill-Bahrain u l-Eġittu (il-“pajjiżi kkonċernati”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (in-“Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni wara lment ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“l-ilmentatur” jew “APFE”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. L-ilment kien appoġġat minn produtturi li jirrappreżentaw 71 % tal-produzzjoni totali ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu fl-Unjoni.

1.2.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(3)

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”).

1.3.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufin oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   It-teħid ta’ kampjuni

(6)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni sostniet li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-ogħla kwantità rappreżentattiva ta’ produzzjoni, li setgħet b’mod raġonevoli tiġi investigata fiż-żmien disponibbli.

(8)

Ma waslux kummenti dwar l-għażla tal-kampjun.

1.4.2.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ importaturi mhux relatati

(9)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(10)

Minħabba li żewġ importaturi mhux relatati biss ipprovdew formoli mimlija tat-teħid ta’ kampjuni, ma ġiex applikat teħid ta’ kampjuni.

1.4.3.   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi esportaturi fil-Bahrain u fl-Eġittu

(11)

Il-Kummissjoni ma għamlitx użu mit-teħid ta’ kampjuni fir-rigward ta’ produtturi esportaturi fil-Bahrain u fl-Eġittu peress li hemm produttur esportatur wieħed biss f’kull pajjiż.

1.4.4.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi esportaturi, lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, u liż-żewġ importaturi mhux relatati. Ġie pprovdut kwestjonarju għall-utenti biex jimlewh, jekk xtaqu, minflok jagħmlu sottomissjoni.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand iż-żewġ produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun u ż-żewġ importaturi mhux relatati. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand żewġ utenti.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala neċessarja sabiex jiġi stabbilit id-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(15)

Il-metodoloġija u l-korrettezza tad-data miġbura mill-ilmentaturi għall-finijiet tal-indikaturi makroekonomiċi kienet soġġetta għal żjara ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku li saret fl-uffiċċji tal-avukati tal-ilmentaturi.

(16)

Saru żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni u kumpaniji relatati:

3B Fibreglass, Battice, il-,Belġju,

Johns Manville Slovakia a.s., Trnava, ir-Repubblika Slovakka,

European Owens Corning Fibreglass SPRL, Watermael-Boitsfort, il-Belġju;

 

Importaturi mhux relatati fl-Unjoni:

Euroresins UK Limited, Ellesmere Port, ir-Renju Unit,

Helm AG, Hamburg, il-Ġermanja

 

Utenti mhux relatati fl-Unjoni Ewropea:

Polykemi, Ystad, l-Iżvezja,

Kumpanija A (3)

 

Produttur esportatur fl-Eġittu u kumpaniji relatati:

Jushi Group:

Jushi Egypt for Fiberglass Industry S.A.E., l-Eġittu,

Jushi France SAS, Franza,

Jushi Italia srl, l-Italja,

Jushi Spain SA, Spanja

 

Produttur esportatur fil-Bahrain u kumpaniji relatati:

Grupp CPIC

CPIC Abahsain Fiberglass W.L.L., il-Bahrain,

CPIC Europe B.V., in-Netherlands.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott investigat

(17)

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa t-trofof tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħin, b’tul ta’ mhux aktar minn 50 mm (“trofof imqattgħin”); faxex tal-fibra tal-ħġieġ, għajr dawk li huma mimlijin u miksijin u li għandhom telf malli jitqabbdu ta’ iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard ISO 1887) (“faxex tal-fibra”); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ (“twapet”), (“il-prodott investigat”). Il-prodott investigat huwa magħruf bħala “rinforzi tal-fibra tal-ħġieġ” jew “GFR”.

(18)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott investigat li joriġina mill-Bahrain u l-Eġittu.

(19)

Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026 u 7019120039).

2.2.   Il-prodott simili

(20)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Bahrain u l-Eġittu;

(c)

il-prodott maħdum u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(21)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li, għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   PROĊEDURA

(22)

Fl-ittra tagħha lill-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2020, l-ilmentatur irtira l-ilment tiegħu.

(23)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, meta l-ilmentatur jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista’ jintemm sakemm tali tmiem ma jkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(24)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment anti-dumping attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(25)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti li jwasslu għall-konklużjoni li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(26)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ GFR li joriġinaw mill-Bahrain u l-Eġittu għandu jitwaqqaf.

(27)

Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment anti-dumping jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b’tul ta’ mhux aktar minn 50 mm (“trofof imqattgħin”); faxex tal-fibra tal-ħġieġ, għajr dawk li huma mimlijin u miksijin u li għandhom telf malli jitqabbdu ta’ iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard ISO 1887) (“faxex tal-fibra”); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ għajr twapet tas-suf tal-ħġieġ (“twapet”), li joriġinaw fil-Bahrain u fl-Eġittu u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026 u 7019120039) huwa b’dan imwaqqaf.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 151, 3.5.2019, p. 4.

(3)  Il-kumpanija A talbet li tibqa’ anonima fuq il-bażi li kienet se tesponi lilha nnifisha għal riskju sinifikanti ta’ ritaljazzjoni kummerċjali jekk kemm-il darba titqies minn ċerti produtturi li qed taġixxi b’mod li jmur kontra l-interessi tagħhom.


2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/728

tad-29 ta’ Mejju 2020

dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti użata fil-muturi ġeneraturi ta’ 12-il V għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2019, il-manifatturi Bayerische Motoren Werke AG, Daimler AG, FCA Italy S.p.A, Honda Motor Europe Ltd, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Jaguar Land Rover LTD, Automobile Citroen, Automobile Peugeot, PSA Automobiles SA, Renault, SEG Automotive Germany GmbH, Volkswagen AG, Volkswagen AG Nutzfahrzeuge u l-fornitur Valeo Electrification Systems ressqu talba b’mod konġunt kif previst fl-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) biex id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/785 (3) tiġi emendata sabiex l-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva tiġi estiża għall-użu tagħha f’ċerti vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) tal-kategorija M1 u f’karozzi tal-passiġġieri li huma kapaċi jaħdmu bl-użu ta’ ċerti fjuwils alternattivi.

(2)

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-manifatturi Daimler AG, FCA Italy S.p.A, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Jaguar Land Rover LTD, Mitsubishi Electric Corporation, Opel Automobile GmbH-PSA, Automobile Citroen, Automobile Peugeot, PSA Automobiles SA, Renault, SEG Automotive Germany GmbH, Volkswagen AG, Volkswagen AG Nutzfahrzeuge u l-fornitur Valeo Electrification Systems ressqu applikazzjoni konġunta għall-approvazzjoni, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, bħala teknoloġija innovattiva, tal-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti fil-muturi ġeneraturi ta’ 12-il V biex tintuża f’ċerti vetturi kummerċjali ħfief, inklużi ċerti NOVC-HEVs u f’vetturi kummerċjali ħfief u kummerċjali ħfief li huma kapaċi jaħdmu bl-użu ta’ ċerti fjuwils alternattivi.

(3)

Mutur ġeneratur ta’ 12-il V jista’ jopera jew bħala mutur elettriku li jikkonverti l-enerġija elettrika f’enerġija mekkanika, jew bħala ġeneratur li jikkonverti l-enerġija mekkanika f’enerġija elettrika, jiġifieri b’mod simili għal alternatur. It-teknoloġija soġġetta għat-talba għal emenda u għall-applikazzjoni hija definita bħala funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V.

(4)

Meta wieħed iqis li t-talba għal emenda u l-applikazzjoni għall-approvazzjoni jirreferu għall-istess teknoloġija innovattiva u li l-istess kundizzjonijiet japplikaw għall-użu tagħha fil-kategoriji ta’ vetturi kkonċernati, huwa xieraq li kemm it-talba għal emenda kif ukoll l-applikazzjoni għall-approvazzjoni jiġu indirizzati f’deċiżjoni waħda.

(5)

It-talba għal emenda u l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġew ivvalutati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (4) u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (6). Kemm it-talba kif ukoll l-applikazzjoni ssodisfaw ir-rekwiżiti formali; skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, dawn kienu akkumpanjati b’mod partikolari minn rapport ta’ verifika mwettaq minn korp indipendenti u ċertifikat.

(6)

Il-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti ta’ mutur ġeneratur ta’ 12-il V diġà ġiet approvata għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/785 bħala teknoloġija innovattiva li kapaċi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2 b’mod li huwa kopert biss b’mod parzjali mill-kejl imwettaq bħala parti mit-test tal-emissjonijiet skont iċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (7). Il-valutazzjoni turi li l-ekoinnovazzjoni approvata hija kapaċi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2 taħt l-istess kundizzjonijiet anki għal kategoriji oħra ta’ vetturi.

(7)

B’mod aktar preċiż, l-applikanti wrew li l-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti ta’ mutur ġeneratur ta’ 12-il V hija kapaċi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2 fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali bl-istess mod bħall-karozzi tal-passiġġieri bl-istess tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni.

(8)

Fir-rigward tal-NOVC-HEVs tal-kategoriji M1 u N1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla tal-konsum tal-fjuwil u valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mhux ikkoreġuti skont il-punt 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament NU/KEE Nru 101 (8), huwa xieraq li għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni dawn jitqiesu bħala ekwivalenti għal vetturi M1 u N1 li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali.

(9)

L-applikanti wrew li l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/785 għall-ittestjar tal-iffrankar ta’ CO2 permezz tal-użu tal-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti fil-muturi ġeneraturi ta’ 12-il V fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali hija xierqa għad-determinazzjoni ta’ tali ffrankar permezz tal-użu tat-teknoloġija f’vetturi kummerċjali ħfief kif ukoll għal ċerti NOVC-HEVs tal-kategoriji M1 u N1.

(10)

Minħabba s-sehem dejjem jiżdied ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85, l-applikanti talbu li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jinkludi wkoll vetturi ta’ dan it-tip, u li bħala konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li għadd ta’ fatturi fil-metodoloġija tal-ittestjar jiġu aġġustati kif xieraq.

(11)

Meta titqies id-disponibbiltà limitata tal-E85 fis-suq tal-Unjoni kollha kemm hi, madankollu mhuwiex xieraq li għall-finijiet tal-metodoloġija tal-ittestjar issir distinzjoni ta’ dan il-fjuwil bħala differenti mill-petrol.

(12)

Rigward iż-żieda ta’ proċedura ta’ run-in mal-metodoloġija tal-ittestjar għall-mutur ġeneratur, l-applikazzjoni ma tistabbilixxix bi preċiżjoni biżżejjed id-dettalji ta’ kif jenħtieġ li titwettaq tali proċedura ta’ run-in u lanqas kif jenħtieġ li jitqies l-effett tar-run-in. Barra minn hekk, diġà huwa integrali għall-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/785 li tali effetti jistgħu jitqiesu, fejn meħtieġ, bir-rekwiżit li l-effiċjenza tal-funzjoni ta’ ġeneratur tal-mutur ġeneratur għandha titkejjel mill-inqas ħames darbiet. Billi l-effiċjenza tal-funzjoni ta’ ġeneratur tal-mutur ġeneratur tiġi ddeterminata abbażi tal-medja tar-riżultati tal-kejl, kwalunkwe effett ta’ prova, pożittiv jew negattiv, jista’ għalhekk jitqies b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-effiċjenza finali, fejn meħtieġ billi jiżdied l-għadd ta’ drabi li jsir il-kejl. F’dak l-isfond, mhuwiex xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi kkomplementata bi proċedura ta’ prova speċifika addizzjonali bħal dik proposta fl-applikazzjonijiet.

(13)

Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-metodoloġija tal-ittestjar prevista fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/785, biż-żieda ta’ għadd ta’ fatturi speċifiċi għall-fjuwil, jenħtieġ ukoll titqies xierqa għad-determinazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mit-teknoloġija innovattiva installata f’vetturi tal-kategorija N1 b’magni tal-kombustjoni interna, vetturi NOVC-HEV M1 u N1 kif ukoll vetturi M1 u N1 li huma kapaċi jaħdmu bl-użu ta’ ċerti fjuwils alternattivi.

(14)

Jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li, għal dak il-għan, il-manifatturi jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat skont il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f’din id-Deċiżjoni.

(15)

Sabiex tiġi ffaċilitata introduzzjoni usa’ tat-teknoloġija innovattiva f’vetturi ġodda, il-manifattur jenħtieġ li jkollu wkoll il-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni waħda għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-funzjonijiet ta’ ġeneratur effiċjenti użati f’diversi muturi ġeneraturi ta’ 12-il V. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li, meta tintuża dik il-possibbiltà, jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-introduzzjoni ta’ dawk il-muturi ġeneraturi li joffru l-ogħla effiċjenza.

(16)

Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni. Jekk tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba.

(17)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), hemm bżonn li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva.

(18)

Mill-2021, il-konformità tal-manifatturi mal-miri tal-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi tagħhom għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (10). L-iffrankar ta’ CO2 mit-teknoloġija innovattiva ċċertifikata b’referenza għal din id-Deċiżjoni jista’ għalhekk jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifatturi għas-sena kalendarja 2020 biss,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Teknoloġija innovattiva

Il-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti użata f’mutur ġeneratur ta’ 12-il V, kif imsemmija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/785, hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, filwaqt li jitqies li din hija koperta biss b’mod parzjali mill-proċedura ta’ ttestjar standard stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 692/2008, u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija innovattiva hija installata f’vetturi kummerċjali ħfief (N1) b’magni tal-kombustjoni interna li jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E-85, jew f’vetturi elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) tal-kategorija M1 jew N1 li jikkonformaw mal-punt (3) tal-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b)

l-effiċjenza tal-funzjoni ta’ ġeneratur, iddeterminata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness, hija mill-inqas:

(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85, għajr dawk bit-turboċarġer;

(ii)

73,4 % għall-vetturi bit-turboċarġer li jaħdmu bil-petrol jew bl-E85;

(iii)

74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil;

(iv)

74,6 % għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, għajr dawk bit-turboċarġer;

(v)

74,1 % għall-vetturi bit-turboċarġer li jaħdmu bl-LPG;

(vi)

76,3 % għall-vetturi li jaħdmu bis-CNG, għajr dawk bit-turboċarġer;

(vii)

75,7 % għall-vetturi bit-turboċarġer li jaħdmu bis-CNG.

Artikolu 2

Teknoloġija ta’ referenza

It-teknoloġija ta’ referenza għandha tkun alternatur b’massa ta’ mhux aktar minn 7 kg u b’effiċjenza ta’ 67 %.

Artikolu 3

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2

1.   Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu tat-teknoloġija approvata skont l-Artikolu 1 (“it-teknoloġija innovattiva”) f’mutur ġeneratur ta’ 12-il V wieħed jew aktar b’referenza għal din id-Deċiżjoni.

2.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ġew issodisfati.

3.   Fejn ikun ġie ċċertifikat iffrankar skont l-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat ta’ CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar ta’ CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva f’aktar minn mutur ġeneratur ta’ 12-il V wieħed fir-rigward ta’ verżjoni waħda ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-muturi ġeneraturi ta’ 12-il V ittestjati joffri l-inqas iffrankar ta’ CO2. Dak il-valur għandu jintuża għall-finijiet tal-paragrafu 4.

3.   Fejn it-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fuel, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:

(a)

għal vetturi bifjuwil li jużaw il-petrol u fjuwils gassużi, il-valur ta’ ffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-fjuwils LPG jew CNG;

(b)

għal vetturi flex fuel li jużaw il-petrol u l-E85, il-valur ta’ ffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol.

4.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 iċċertifikat li jkun ġie ddeterminat skont il-paragrafi 1 u 2, u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.

5.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test u żżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 3(2), u għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni kemm-il darba din titlobha.

6.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar ta’ CO2 biss jekk issib li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, u jekk l-iffrankar ta’ CO2 miksub ikun ta’ 1 g ta’ CO2/km jew ogħla, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 fil-każ ta’ karozzi tal-passiġġieri, jew kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief.

Artikolu 5

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

1.   It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni tingħata l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni 30.

2.   L-iffrankar ta’ CO2 irreġistrat skont ir-referenza għal dak il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni jista’ jitqies biss għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għas-sena kalendarja 2020.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/785 tal-5 ta’ Mejju 2017 dwar l-approvazzjoni ta’ muturi ġeneraturi ta’ 12-il V effiċjenti għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magni ta’ kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 118, 6.5.2017, p. 20).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(6)  https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(8)  Ir-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna biss, jew li jaħdmu b’power train elettrika ibrida, rigward il-kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil u/jew il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika, u tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaħdmu b’power train elettrika biss rigward il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika (ĠU L 138, 26.5.2012, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).


ANNESS

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-IFFRANKAR TA’ CO2 TAL-FUNZJONI TA’ ĠENERATUR EFFIĊJENTI FIL-MUTURI ĠENERATURI TA’ 12-IL V GĦAL UŻU F’ĊERTI KAROZZI TAL-PASSIĠĠIERI U VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-funzjoni ta’ ġeneratur effiċjenti ta’ mutur ġeneratur ta’ 12-il V, minn hawn ’il quddiem “it-teknoloġija innovattiva”, għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri (M1) u vetturi kummerċjali ħfief (N1) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

it-tagħmir tat-test;

(3)

id-determinazzjoni tal-output ta’ potenza massima;

(4)

il-kalkolu tal-iffrankar ta’ CO2;

(5)

il-kalkolu tal-marġni statistika tal-iffrankar ta’ CO2.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli

Image 2

Iffrankar ta’ CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CF

Fattur ta’ konverżjoni kif definit fit-Tabella 3

h

Frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

I

L-intensità tal-kurrent li biha għandu jitwettaq il-kejl [A]

m

In-numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl tal-kampjun

M

Torque [Nm]

n

Il-frekwenza rotazzjonali [min-1] kif iddefinita fit-Tabella 1

P

Potenza [W]

Image 3

Devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-funzjoni ta’ ġeneratur tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V (minn hawn ’il quddiem “l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur”) [%]

Image 4

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur [%]

Image 5

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta’ CO2 [g CO2/km]

U

Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [V]

v

Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) [km/h]

VPe

Il-konsum tal-potenza effettiva kif iddefinit fit-Tabella 2

Image 6

Sensittività ta’ ffrankar ta’ CO2 ikkalkulat b’rabta mal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur

Δ

Id-differenza

Image 7

L-effiċjenza tal-alternatur ta’ referenza [%]

Image 8

L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur [%]

Image 9

L-effiċjenza medja tal-mutur ġeneratur fil-punt tat-tħaddim i [%]

Simboli miktubin taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għall-punt ta’ tħaddim

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

MG

Mutur ġeneratur

m

Mekkaniku

RW

Kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

Kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

Linja ta’ referenza

3.   DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA

L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f’dan il-punt.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata evidenza li l-firxiet tal-veloċità tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V huma konsistenti ma’ dawk stabbiliti fit-Tabella 1. Il-kejl għandu jsir f’punti ta’ tħaddim differenti, kif stabbilit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-mutur ġeneratur għandha tiġi ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali attribwit għall-punti ta’ tħaddim kollha. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-mutur ġeneratur għandhom jinżammu kostanti f’14,3 Volt.

Tabella 1

Punt ta’ tħaddim

i

Ħin ta’ żamma

[s]

Frekwenza rotazzjonali

Image 10

Frekwenza

hi

1

1 200

1 800

0,25

2

1 200

3 000

0,40

3

600

6 000

0,25

4

300

10 000

0,10

L-effiċjenza f’kull punt ta’ tħaddim għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 1 li ġejja.

Formula 1

Image 11

Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b’mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandha tiġi kkalkulata l-medja tal-kejl f’kull punt ta’ tħaddim (Image 12).

L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur (Image 13) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2 li ġejja.

Formula 2

Image 14

Il-mutur ġeneratur iwassal għal iffrankar ta’ potenza mekkanika f’kundizzjonijiet tal-ħajja reali (Image 15) u f’kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (Image 16). Id-differenza bejn dawn iż-żewġ valuri (Image 17) tiġi kkalkulata kif stabbilit fil-Formula 3.

Formula 3

Image 18

Fejn Image 19 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 4 u Image 20 skont il-Formula 5.

Formula 4

Image 21

Formula 5

Image 22

Fejn

PRW

:

Il-potenza meħtieġa f’kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], li hija 750 W

PTA

:

Il-potenza meħtieġa f’kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [W], li hija 350 W

Image 23

:

L-effiċjenza tal-alternatur ta’ referenza [%], li hija 67 %

4.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA’ CO2

L-iffrankar ta’ CO2tal-funzjoni ta’ ġeneratur f’mutur ġeneratur ta’ 12-il V għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 6.

Formula 6

Image 24

Fejn,

v

:

Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC (km/h), li hija 33,58 km/h

VPe

:

Il-konsum tal-potenza effettiva speċifikata fit-Tabella 2

CF

:

Il-fattur ta’ konverżjoni kif iddefinit fit-Tabella 3

Tabella 2

Konsum tal-potenza effettiva

Tip ta’ magna

Konsum tal-potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol/E85

0,264

Petrol/E85 Turbo

0,280

Diżil

0,220

LPG

0,342

LPG Turbo

0,363

 

Konsum tal-potenza effettiva (VPe)

[m3/kWh]

CNG (G20)

0,259

CNG (G20) Turbo

0,275


Tabella 3

Fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta’ fjuwil

Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g CO2/l]

Petrol/E85

2 330

Diżil

2 640

LPG

1 629

 

Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g CO2/m3]

CNG (G20)

1 795

5.   KALKOLU TAL-IŻBALL STATISTIKU

L-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt ta’ tħaddim skont il-Formula 7.

Formula 7

Image 25

Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V (Image 26) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 8.

Formula 8

Image 27

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur (Image 28) twassal għal żball fl-iffrankar ta’ CO2 (Image 29). Dak l-iżball jiġi kkalkulat skont il-Formula 9.

Formula 9

Image 30

6.   SINIFIKANZA STATISTIKA

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar ta’ CO2 ikkalkulat skont il-Formula 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta’ CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta’ ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014 (ara l-Formula 10).

Formula 10

Image 31

Fejn,

MT

:

il-limitu minimu [g CO2/km]

Image 32

:

iffrankar totali ta’ CO2 [g CO2/km]

Image 33

:

devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta’ CO2 [g CO2/km]

Image 34

:

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza tal-massa pożittiva (Δm) bejn il-mutur ġeneratur u l-alternatur ta’ referenza, ikkalkulat skont it-Tabella 4

Tabella 4

Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

Tip ta’ fjuwil

Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 (

Image 35

)

Petrol/E85

Image 36

Diżil

Image 37

LPG

Image 38

CNG

Image 39

F’din it-Tabella, Δm huwa l-massa żejda minħabba l-installazzjoni tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V. Il-massa żejda hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V effiċjenti u l-massa tal-alternatur ta’ referenza. Il-massa tal-alternatur ta’ referenza hija ta’ 7 kg. Il-massa żejda trid tiġi vverifikata u kkonfermata fir-rapport ta’ verifika li jrid jintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni.

7.   IL-MUTUR ĠENERATUR TA’ 12-IL V B’FUNZJONI TA’ ĠENERATUR EFFIĊJENTI LI GĦANDU JIĠI INSTALLAT F’KAROZZI TAL-PASSIĠĠIERI U F’VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar ta’ CO2 abbażi tal-kejl tal-mutur ġeneratur ta’ 12-il V u tal-alternatur ta’ referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f’dan l-Anness. Meta l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 jew (UE) Nru 427/2014, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta’ dawk ir-Regolamenti.