ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 167

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
29 ta' Mejju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/712 tal-25 ta’ Mejju 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/713 tas-27 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/714 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tal-użu ta’ dokumentazzjoni elettronika għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji ( 1 )

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/715 tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2019 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 3260)

8

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat għall-Kummerċ bejn l-UE u Singapore tas-27 ta’ April 2020 dwar l-interpretazzjoni, skont l-Artikolu 16.1(4)(d), tal-Artikoli 10.17 u 10.22 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore fir-rigward ta’ bidliet fil-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel irreġistrati f’Singapore [2020/644] ( ĠU L 150, 13.5.2020 )

16

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati ( ĠU L 131, 17.5.2019 )

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/712

tal-25 ta’ Mejju 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (aktar ’il quddiem imsejħa in-“NM”), li hija stabbilita fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Is-Subintestatura 2403 99 10 tan-NM tkopri “it-tabakk tal-magħda u t-tabakk tal-imnieħer”, li huma prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 950/68 tal-Kunsill (2), li stabbilixxa t-Tariffa Doganali Komuni, il-predeċessur tan-NM, ġie adottat biss f’erba’ lingwi: il-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż. F’dawk il-verżjonijiet lingwistiċi, il-prodotti li issa huma msemmija fis-subintestatura 2403 99 10 jissejħu “Kautabak und Schnupftabak” bil-Ġermaniż, “tabac à mâcher et tabac à priser” bil-Franċiż, “tabacco da masticare e tabacco da fiuto” bit-Taljan u “pruimtabak en snuif” bl-Olandiż.

(4)

Fil-verżjoni Ingliża tat-Tariffa Doganali Komuni, li tmur lura għall-1973, jiġifieri saret wara l-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bit-Taljan u bl-Olandiż, il-prodotti li issa huma msemmija fis-subintestatura 2403 99 10 jissejħu “chewing tobacco and snuff”.

(5)

Bl-Ingliż, il-kelma “snuff”, meta tintuża dwar il-prodotti tat-tabakk, tfisser preparat ta’ tabakk mitħun li jittieħed man-nifs mill-imnieħer, jintmagħad jew jitqiegħed mal-ħanek. Il-verżjoni bl-Ingliż tan-NM u xi verżjonijiet lingwistiċi oħra għalhekk wasslu għal konfużjoni ta’ jekk it-terminu “snuff” għandhux ikunu limitat għall-prodotti li jistgħu jittieħdu man-nifs mill-imnieħer jew jekk għandux jinkludi wkoll il-preparati tat-tabakk mitħun li jista’ jitqiegħed mal-ħanek.

(6)

Il-verżjonijiet lingwistiċi differenti kollha tal-atti tal-Unjoni huma awtentiċi, iżda il-verżjonijiet lingwistiċi sussegwenti ma jistgħux jespandu jew jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Atti tal-Unjoni li jippreċedu dawk il-verżjonijiet lingwistiċi sussegwenti.

(7)

Huwa ċar mill-verżjonijiet lingwistiċi bil-Germaniż, bil-Franċiż, bit-Taljan u bl-Olandiż li l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li jillimita l-prodotti msemmija fis-Subintestatura 2403 99 10 tan-NM għat-tabakk li jintmagħad u għall-prodotti tat-tabakk li jistgħu jittieħdu man-nifs mill-imnieħer. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi tan-NM fl-Unjoni kollha u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li l-kliem tas-Subintestatura 2403 99 10 jiġi emendat biex jiġi ċċarat li t-tifsira tat-termini “snuff” għandha tiġi limitata għat-tabakk nażali.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

 

Ir-ringiela għall-kodiċi NM 2403 99 10 tal-Kapitolu 24 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2403 99 10

--- It-tabakk li jintmagħad u t-tabakk nażali (snuff)

41,6

—”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Philip KERMODE

Aġent Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni ul-Unjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Règlement (CEE) n° 950/68 du Conseil, du 28 juin 1968, relatif au tarif douanier commun (ĠU L 172, 22.7.1968, p. 1) (Ir-Regolament (KEE) Nru 950/68 tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar it-Tariffa Doganali Komuni).


29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/713

tas-27 ta’ Mejju 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f’EUR għal kull 100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f’EUR għal kull 100 kg)

Oriġini  (1)

0207 12 90

Karkassi ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, ippreżentati bħala “65 % tiġieġ”, iffriżati

134,8

0

AR

0207 14 10

Karkassi ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

213,7

192,9

260,7

219,0

26

34

12

24

AR

BR

CL

TH

1602 32 11

Karkassi tat-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, nejjin

207,7

24

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).”


29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/714

tat-28 ta’ Mejju 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tal-użu ta’ dokumentazzjoni elettronika għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli fost l-oħrajn għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-miżuri temporanji x-xierqa meħtieġa biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali, jekk ikollha evidenza ta’ tfixkil serju fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru.

(2)

Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi marbutin mal-kriżi li għaddejja relatata mal-marda tal-coronavirus (COVID-19), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 (2) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jippermetti li jsiru kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra marbutin maċ-ċertifikati uffiċjali u mal-attestazzjonijiet uffiċjali li jridu jitwettqu fuq kopja elettronika ta’ dawn iċ-ċertifikati jew l-attestazzjonijiet, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(3)

Sabiex jiġi żgurat kummerċ bla xkiel, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali oħra jkunu jistgħu jitwettqu fuq kopja taċ-ċertifikati jew tal-attestazzjonijiet oriġinali li tkun ġiet ipprovduta b’ċerti mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu pprovduti dawk id-dokumenti oriġinali hekk kif ikun teknikament fattibbli ma japplikax fejn isiru kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-bażi ta’ data elettronika prodotta u ppreżentata fis-sistema TRACES (Trade Control and Expert System - Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji).

(4)

Xi Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom fid-dawl tal-kriżi marbuta mal-COVID-19 u d-diffikultajiet biex jitwettqu l-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali oħra se jippersistu wara l-1 ta’ Ġunju 2020. Sabiex jiġi indirizzat dan it-tfixkil serju u jiġu ffaċilitati l-ippjanar u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali oħra matul il-kriżi marbuta mal-COVID-19, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 jenħtieġ li jiġi estiż sal-1 ta’ Awwissu 2020.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   B’mod eċċezzjonali, il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali oħra marbutin maċ-ċertifikati uffiċjali u mal-attestazzjonijiet uffiċjali jistgħu jitwettqu:

(a)

fuq kopja tal-oriġinal ta’ dawn iċ-ċertifikati jew attestazzjonijiet, li tkun disponibbli elettronikament, diment li l-persuna responsabbli mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikat uffiċjali jew tal-attestazzjoni uffiċjali tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha tafferma li ċ-ċertifikat uffiċjali jew l-attestazzjoni uffiċjali oriġinali se jiġu ppreżentati hekk kif ikun teknikament fattibbli, jew

(b)

fuq data elettronika minn ċertifikati jew attestazzjonijiet bħal dawn, meta din id-data tkun ġiet prodotta u ppreżentata mill-awtorità kompetenti fis-sistema TRACES.

2.   Hija u twettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riskju ta’ nonkonformità tal-annimali u tal-oġġetti kkonċernati u r-rekord ta’ qabel tal-operaturi fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuqhom u fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.”

(2)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“Għandu japplika sal-1 ta’ Awwissu 2020”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (COVID-19) (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 30).


DEĊIŻJONIJIET

29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/715

tal-25 ta’ Mejju 2020

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2019 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri

(notifikata bid-dokument C(2020) 3260)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja konċernata.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2019, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2018 u l-15 ta’ Ottubru 2019, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew ikunu pagabbli lilu, skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti mensili għas-sena finanzjarja konċernata jitnaqqsu minn nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament mensili relatat man-nefqa li jsir fit-tieni xahar ta’ wara d-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet, jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Għal aġenziji tal-pagamenti konċernati kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kull skadenza li ma tiġix rispettata matul Awwissu, Settembru u Ottubru trid titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawk ix-xhur fl-2019 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7)

Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti ta’ kull xahar għas-sena finanzjarja 2019 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji jew mal-iskadenzi tal-pagamenti, jew minħabba xi defiċenzi fis-sistema ta’ kontroll. Bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis dawn l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’waqthom, ta’ ammonti li iktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Fejn xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat irid iħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li jridu jissottomettu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jridu jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew.

(9)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba ta’ rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru jkun iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-punt (c)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri konċernati iżda jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni.

(10)

It-tnaqqis skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li hu mniżżel fl-Anness I (il-kolonna e) huwa marbut mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (4), l-ammonti li jridu jiġu ddebitati l-Istati Membri huma mniżżla fl-Anness II.

(11)

B’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2019.

L-ammonti rikoverabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stipulati fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret b’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta' Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AGENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2019

Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew jitħallas lilu

SM

 

2019 — Nefqa / Dħul assenjat lill-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqisiet u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha 1)

Ammont li jrid jiġi debitat skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Total li jinkludi t-tnaqqisiet u s-sospensjonijiet

Pagamenti lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat (-) mill-Istat Membru jew (+) imħallas lilu 2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa / tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c=a+b

d

e

f=c+d+e

g

h=f-g

AT

EUR

703 966 737,95

0,00

703 966 737,95

-560 013,80

0,00

703 406 724,15

703 403 903,13

2 821,02

BE

EUR

550 009 050,96

0,00

550 009 050,96

0,00

-16 750,13

549 992 300,83

550 202 650,44

-210 349,61

BG

BGN

0,00

0,00

0,00

0,00

-1 387,75

-1 387,75

0,00

-1 387,75

BG

EUR

799 089 404,74

0,00

799 089 404,74

-9 273,42

0,00

799 080 131,32

799 083 546,78

-3 415,46

CY

EUR

54 512 614,60

0,00

54 512 614,60

-1 098,70

-8 340,56

54 503 175,34

54 511 524,83

-8 349,49

CZ

CZK

0,00

0,00

0,00

0,00

-2 362,25

-2 362,25

0,00

-2 362,25

CZ

EUR

874 001 034,77

0,00

874 001 034,77

0,00

0,00

874 001 034,77

874 001 035,10

-0,33

DE

EUR

4 898 542 173,55

0,00

4 898 542 173,55

-14 841,47

-38 163,59

4 898 489 168,49

4 898 379 171,81

109 996,68

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

-68 002,84

-68 002,84

0,00

-68 002,84

DK

EUR

832 217 756,71

0,00

832 217 756,71

0,00

0,00

832 217 756,71

832 146 704,57

71 052,14

EE

EUR

133 917 506,66

0,00

133 917 506,66

0,00

-1 405,60

133 916 101,06

133 912 353,58

3 747,48

ES

EUR

5 673 013 576,90

0,00

5 673 013 576,90

-8 340 572,36

-343 010,66

5 664 329 993,88

5 664 530 013,10

-200 019,22

FI

EUR

527 186 750,70

0,00

527 186 750,70

-12 201,75

-33 767,36

527 140 781,59

527 231 991,12

-91 209,53

FR

EUR

7 369 119 413,09

0,00

7 369 119 413,09

-19 469 385,70

-268 610,93

7 349 381 416,46

7 346 614 405,05

2 767 011,41

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

-12 468,97

-12 468,97

0,00

-12 468,97

UK

EUR

3 209 238 643,58

0,00

3 209 238 643,58

-15 416 788,73

0,00

3 193 821 854,85

3 194 823 812,34

-1 001 957,49

EL

EUR

1 911 346 204,25

0,00

1 911 346 204,25

-75 251,36

-844 817,29

1 910 426 135,60

1 911 270 952,89

-844 817,29

HR

HRK

0,00

0,00

0,00

0,00

-13 189,56

-13 189,56

0,00

-13 189,56

HR

EUR

286 512 040,98

0,00

286 512 040,98

-35 322,54

0,00

286 476 718,44

286 505 848,07

-29 129,63

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

-27 162 925,00

-27 162 925,00

0,00

-27 162 925,00

HU

EUR

1 277 767 153,77

0,00

1 277 767 153,77

-2 120 600,36

0,00

1 275 646 553,41

1 275 742 003,22

-95 449,81

IE

EUR

1 194 327 007,55

0,00

1 194 327 007,55

-29 628,85

-24 034,05

1 194 273 344,65

1 193 276 729,51

996 615,14

IT

EUR

4 138 061 977,31

0,00

4 138 061 977,31

-33 531 548,73

-4 915 979,72

4 099 614 448,86

4 100 788 546,81

-1 174 097,95

LT

EUR

466 903 768,33

0,00

466 903 768,33

0,00

-2 426,15

466 901 342,18

466 903 768,33

-2 426,15

LU

EUR

33 252 999,03

0,00

33 252 999,03

0,00

0,00

33 252 999,03

33 183 121,26

69 877,77

LV

EUR

253 721 198,34

0,00

253 721 198,34

0,00

-1 576,85

253 719 621,49

253 721 198,34

-1 576,85

MT

EUR

5 679 142,30

0,00

5 679 142,30

-1 119,63

-315 100,13

5 362 922,54

5 702 837,75

-339 915,21

NL

EUR

701 147 752,79

0,00

701 147 752,79

-40 474,97

-2 647,67

701 104 630,15

701 365 582,90

-260 952,75

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

-795 957,42

-795 957,42

0,00

-795 957,42

PL

EUR

3 363 316 204,66

0,00

3 363 316 204,66

0,00

0,00

3 363 316 204,66

3 363 353 062,60

-36 857,94

PT

EUR

763 736 847,84

0,00

763 736 847,84

-247 441,33

-306 398,99

763 183 007,52

762 343 600,52

839 407,00

RO

RON

0,00

0,00

0,00

0,00

-974 171,99

-974 171,99

0,00

-974 171,99

RO

EUR

1 847 891 384,57

0,00

1 847 891 384,57

-9 493 044,08

0,00

1 838 398 340,49

1 844 530 341,45

-6 132 000,96

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

-9 866,16

-9 866,16

0,00

-9 866,16

SE

EUR

690 778 215,38

0,00

690 778 215,38

-274 029,79

0,00

690 504 185,59

690 557 292,64

-53 107,05

SI

EUR

141 618 537,51

0,00

141 618 537,51

0,00

0,00

141 618 537,51

141 615 579,48

2 958,03

SK

EUR

451 514 761,88

0,00

451 514 761,88

-188 214,37

-6 073,91

451 320 473,60

451 324 541,41

-4 067,81


SM

 

Nefqa 3)

Dħul assenjat 3)

Artikolu 54(2) (= e)

Total (=h)

05 07 01 06

6701

6702

 

 

i

j

k

l = i+j+k

AT

EUR

2 821,02

0,00

0,00

2 821,02

BE

EUR

0,00

-193 599,48

-16 750,13

-210 349,61

BG

BGN

0,00

0,00

-1 387,75

-1 387,75

BG

EUR

0,00

-3 415,46

0,00

-3 415,46

CY

EUR

0,00

-8,93

-8 340,56

-8 349,49

CZ

CZK

0,00

0,00

-2 362,25

-2 362,25

CZ

EUR

0,00

-0,33

0,00

-0,33

DE

EUR

148 160,27

0,00

-38 163,59

109 996,68

DK

DKK

0,00

0,00

-68 002,84

-68 002,84

DK

EUR

71 052,14

0,00

0,00

71 052,14

EE

EUR

5 153,08

0,00

-1 405,60

3 747,48

ES

EUR

330 952,38

-187 960,94

-343 010,66

-200 019,22

FI

EUR

0,00

-57 442,17

-33 767,36

-91 209,53

FR

EUR

3 340 929,12

-305 306,78

-268 610,93

2 767 011,41

UK

GBP

0,00

0,00

-12 468,97

-12 468,97

UK

EUR

0,00

-1 001 957,49

0,00

-1 001 957,49

EL

EUR

0,00

0,00

-844 817,29

-844 817,29

HR

HRK

0,00

0,00

-13 189,56

-13 189,56

HR

EUR

0,00

-29 129,63

0,00

-29 129,63

HU

HUF

0,00

0,00

-27 162 925,00

-27 162 925,00

HU

EUR

0,00

-95 449,81

0,00

-95 449,81

IE

EUR

1 020 649,19

0,00

-24 034,05

996 615,14

IT

EUR

3 741 881,77

0,00

-4 915 979,72

-1 174 097,95

LT

EUR

0,00

0,00

-2 426,15

-2 426,15

LU

EUR

69 877,77

0,00

0,00

69 877,77

LV

EUR

0,00

0,00

-1 576,85

-1 576,85

MT

EUR

0,00

-24 815,08

-315 100,13

-339 915,21

NL

EUR

0,00

-258 305,08

-2 647,67

-260 952,75

PL

PLN

0,00

0,00

-795 957,42

-795 957,42

PL

EUR

0,00

-36 857,94

0,00

-36 857,94

PT

EUR

1 223 391,41

-77 585,42

-306 398,99

839 407,00

RO

RON

0,00

0,00

-974 171,99

-974 171,99

RO

EUR

0,00

-6 132 000,96

0,00

-6 132 000,96

SE

SEK

0,00

0,00

-9 866,16

-9 866,16

SE

EUR

0,00

-53 107,05

0,00

-53 107,05

SI

EUR

2 958,03

0,00

0,00

2 958,03

SK

EUR

2 006,10

0,00

-6 073,91

-4 067,81


 

1)

It-tnaqqisiet u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, f'Settembru u f'Ottubru 2019 u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2)

Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew li jrid jitħallas lilu, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.

3)

LB 05 07 01 06 għandha tinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat fil-LB 67 01 u dawk pożittivi favur SM li issa għandhom jiddaħħlu fin-naħa tan-nefqa LB 05 07 01 06 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

NB: Nomenklatura 2020: 05 07 01 06, 6701, 6702


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AGENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2019 - FAEG

Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 1306/2013  (*1)

Stat Membru

Munita

F’munita nazzjonali

F'Euro

AT

EUR

 

 

BE

EUR

 

 

BG

BGN

 

 

CY

EUR

CZ

CZK

435 235,36

DE

EUR

 

 

DK

DKK

 

 

EE

EUR

ES

EUR

 

 

FI

EUR

 

 

FR

EUR

 

 

UK

GBP

 

 

EL

EUR

 

 

HR

HRK

 

 

HU

HUF

1 228 549,00

IE

EUR

 

 

IT

EUR

 

 

LT

EUR

35 266,50

LU

EUR

 

 

LV

EUR

6 909,00

MT

EUR

NL

EUR

 

 

PL

PLN

6 158 601,16

PT

EUR

 

 

RO

RON

 

 

SE

SEK

 

 

SI

EUR

SK

EUR

80 222,21


(*1)  Dan l-anness jagħti biss il-korrezzjonijiet marbutin mas-STŻR


Rettifika

29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/16


Rettifika tad-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat għall-Kummerċ bejn l-UE u Singapore tas-27 ta’ April 2020 dwar l-interpretazzjoni, skont l-Artikolu 16.1(4)(d), tal-Artikoli 10.17 u 10.22 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore fir-rigward ta’ bidliet fil-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel irreġistrati f’Singapore [2020/644]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tat-13 ta’ Mejju 2020 )

Fil-qoxra u f’paġna 140, fit-titlu:

minflok:

“tas-27 ta’ April 2020”;

aqra:

“tas-17 ta’ April 2020”.


29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/17


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 131 tas-17 ta’ Mejju 2019 )

F’paġna 188, fl-Anness III, fil-Parti XV, fil-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta, fl-ewwel inċiż tal-Parti I tan-Noti,

minflok:

“Il-kaxxa bin-numru ta’ referenza I.25: Niżżel il-kodiċi(ijiet) SA xierqa bħal: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90, 0713 10, 0713 33, 0712 34, 0712 35, 0713 39, 0713 40, 0712 50, 0712 60, 0713 90, 0910 99, 1201 10, 1201 90, 1207 50, 1207 99, 1209 10, 1209 21, 1209 91 jew 1214 90.”,

aqra:

“Il-kaxxa bin-numru ta’ referenza I.25: Niżżel il-kodiċi(ijiet) SA xierqa bħal: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90, 0713 10, 0713 33, 0713 34, 0713 35, 0713 39, 0713 40, 0713 50, 0713 60, 0713 90, 0910 99, 1201 10, 1201 90, 1207 50, 1207 99, 1209 10, 1209 21, 1209 91 jew 1214 90.”.