ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/621
tat-18 ta’ Frar 2020
li jemenda l-Anness I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu.
Billi:
(1) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri elenkati fl-Anness I tar- Regolament (UE) 2019/125 Il-Belġju, l-Irlanda, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit infurmaw lill-Kummissjoni li l-entrati li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiġu emendati. L-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni ukoll hemm bżonn li jiġi emendat. |
(2) |
F’konformità mal-Artikoli 16 u 19 tar-Regolament (UE) 2019/125, hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti li tista’ tintuża għall-iskop tal-piena kapitali u għal servizzi ta’ senserija jew ta’ assistenza teknika relatati ma’ tali l-oġġetti, li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni, stabbilita fl-Anness V ta’ tar-Regolament (UE) 2019/125, tapplika għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi li abolixxew il-piena kapitali għar-reati kollha u li kkonfermaw l-abolizzjoni permezz ta’ impenn internazzjonali (2), jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Il-parti 2 tal-Anness V telenka l-pajjiżi rilevanti. |
(4) |
Fir-rigward ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-lista fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125 tinkludi dawk pajjiżi li mhux biss abolixxew il-piena kapitali għar-reati kollha iżda wkoll irratifikaw it-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (3) mingħajr l-ebda riżerva. |
(5) |
Wara r-ratifiki ta’ dak il-Protokoll mingħajr ma saret riżerva, il-Gambja u l-Madagaskar jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125. |
(6) |
Fir-rigward tal-entrata “Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”, fit-15 ta’ Frar 2019 l-Unjoni Ewropea ġiet innotifikata formalment dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Prespa (4), li jistabbilixxi “Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq” bħala l-isem sħiħ u “il-Maċedonja ta’ Fuq” bħala l-isem qasir tal-pajjiż (l-Artikolu 1.3.a.). Huwa xieraq li din il-bidla tal-isem tiġi riflessa u l-bidla rilevanti tiddaħħal fil-post xieraq fil-lista. |
(7) |
L-Annessi I u V għar-Regolament (UE) 2019/125 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ara l-Artikolu 20(1) u l-premessa 33 tar-Regolament (UE) 2019/125.
(3) It-tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt. Test adottat mir-Riżoluzzjoni 44/1281 ta-15 ta’ Diċembru 1989 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) Ftehim Finali għas-saldu tad-differenzi kif deskritt fir-Riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, it-tmiem tal-Qbil Interim tal-1995, u l-istabbiliment ta’ sħubija strateġika bejn il-Partijiet.
ANNESS
L-Annessi I u V għar-Regolament (UE) 2019/125 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, il-punt A hu emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness I, il-punt B hu sostitwit b’li ġej:
|
(3) |
fl-Anness V, il-lista fil-Parti 2 Destinazzjonijiet hija emendata kif ġej:
|
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/622
tad-29 ta’ April 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Panell ta’ quddiem rettangolari ta’ radju tal-karozza, magħruf bħala “panell ta’ kontroll”, li għandu diversi buttuni għall-attivazzjoni ta’ funzjonijiet varji tar-radju. Magħmul mill-plastik. Fuq il-buttuni/swiċċijiet hemm iskrizzjonijiet minquxa permezz tal-laser. L-oġġett huwa ppreżentat mingħajr komponenti elettriċi jew elettroniċi. (Ara l-istampi) (*1) |
8529 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529, 8529 90 u 8529 90 92 . L-oġġett għandu rwol dirett fl-użu tar-radju tal-karozza. Huwa komponent essenzjali għat-tħaddim tiegħu billi jippermetti l-attivazzjoni tal-punti ta’ kuntatt u b’hekk jagħti l-aċċess għall-funzjonijiet varji tar-radju. L-istruttura u l-metodu ta’ tħaddim tiegħu jipprekludu kwalunkwe użu ieħor għajr bħala komponent ta’ radju tal-karozza. (Ara s-sentenza tal-Qorti Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 2007, RUMA GmbH v Oberfinanzdirektion Nürnberg, C-183/06, ECLI:EU:C:2007:110). B’hekk, dan jitqies bħala parti mir-radju. Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8529 bħala partijiet oħrajn tal-apparat tal-intestatura 8527. Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 49 hija eskluża għaliex l-oġġett mhuwiex “armarju jew case” skont it-tifsira tal-intestatura 8529, iżda biss il-pannell ta’ quddiem ta’ radju tal-karozza (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestaturi 8529 90 41 u 8529 90 49 , it-tielet paragrafu). Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 bħala partijiet oħrajn għal apparat tal-intestatura 8527. |
(*1) L-istampi għandhom jintużaw biss għal finijiet ta’ informazzjoni.
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/623
tat-30 ta’ April 2020
li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata
“Ratafia de Champagne”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza tal-5 ta’ Lulju 2018 biex tapprova emenda fl-iskeda teknika marbuta mal-Indikazzjoni Ġeografika “Ratafia de Champagne”, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. Din it-talba tinkludi modifika fl-isem “Ratafia de Champagne” f’“Ratafia champenois”. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi huwa mħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-iskedi tekniċi mressqa fil-kuntest ta’ kwalunkwe applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti. |
(3) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
(4) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rigward għall-isem “Ratafia de Champagne”, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/624
tat-30 ta’ April 2020
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cappero delle Isole Eolie (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni li jinkludi dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni motivata mill-komuni ta’ Malfa, Leni u Santa Maria Salina, abbażi tal-Artikolu 51(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u ddikjarata inammissibbli. Skont l-Artikolu 49(3), l-ewwel subparagrafu, moqri flimkien mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu, stabbiliti jew residenti fl-Istat Membru li ħareġ it-talba, huma awtorizzati li jippreżentaw avviż ta’ oppożizzjoni biss fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni nazzjonali. |
(3) |
Id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” (DOP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 402, 28.11.2019, p. 26.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/625
tal-6 ta’ Mejju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/943 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) u (ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2) u b’mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2) u l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 (3) jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda temporanja tal-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf, li mhumiex ġejjin mill-annimali, minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament u dwar il-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini, bir-residwi tal-pestiċidi, bil-pentachlorophenol u bid-diossini u l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika, elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ċerti kategoriji ta’ kunsinni tal-ikel u tal-għalf huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dment li l-piż gross tagħhom ma jaqbiżx it-30 kg. Peress li l-perikli huma relatati mal-prodotti nfushom u mhux mal-kontenituri jew l-imballaġġ tagħhom, dan il-limitu ta’ piż jenħtieġ li jirrelata biss mal-prodotti nfushom. Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 biex tinbidel ir-referenza għall-piż gross li hemm fihom b’referenza għall-piż nett. |
(3) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jipprevedi li l-listi stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom jiġu rriveduti fuq bażi regolari li ma taqbiżx perjodu ta’ sitt xhur, sabiex titqies l-informazzjoni ġdida relatata mar-riskji u man-nuqqas ta’ konformità. |
(4) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (“RASFF”), kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq l-għalf u l-ikel li mhumiex ġejjin mill-annimali, kif ukoll ir-rapporti ta’ darbtejn fis-sena dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li mhumiex ġejjin mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2019 f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (4), jindikaw li l-listi elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jenħtieġ li jiġu emendati. |
(5) |
B’mod partikolari, għall-kunsinni tal-larinġ, tal-mandolin, tal-klementini, tal-wilkings u tal-ibridi simili taċ-ċitru mit-Turkija, id-data li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF u l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri tindika l-emerġenza ta’ riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem, minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tar-residwi tal-pestiċidi, li teħtieġ livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali. Barra minn hekk, għal taħlitiet ta’ ħwawar mill-Pakistan, id-data li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF u l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri jindikaw l-emerġenza ta’ riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossina, li teħtieġ livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-kunsinni jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793. |
(6) |
Minħabba l-frekwenza għolja ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fl-ewwel semestru tal-2019, huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u ta’ dawk fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq il-fażola mill-Kenja u fuq l-għeneb imnixxef u r-rummien mit-Turkija. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawk il-kunsinni fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Iż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda diġà huma soġġetti għal-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-preżenza tas-Salmonella minn Lulju u Jannar 2017 ’l hawn, rispettivament. Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq dawk l-oġġetti tal-ikel mill-Istati Membri juru żieda fir-rata tan-nuqqas ta’ konformità sa mill-istabbiliment tal-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali. Dawk ir-riżultati jipprovdu evidenza li d-dħul ta’ dawk l-oġġetti tal-ikel fl-Unjoni jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem. |
(8) |
Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, huwa għalhekk meħtieġ, flimkien mal-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali, li jiġu previsti kundizzjonijiet speċjali fir-rigward taż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda. B’mod partikolari, il-kunsinni kollha taż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li r-riżultati kollha tal-kampjunar u tal-analiżi juru l-assenza tas-Salmonella f’25 g. Ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi jenħtieġ li jinhemżu ma’ dak iċ-ċertifikat. L-entrati li jikkonċernaw iż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda jenħtieġ għalhekk li jitħassru mill-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 u li jiġu inklużi fl-Anness II tiegħu. |
(9) |
Barra minn hekk, il-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u mill-Pakistan diġà huwa soġġett għal-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-preżenza tar-residwi tal-pestiċidi minn Jannar 2018 ’l hawn. Dik ir-rata ta’ frekwenza żdiedet diġà f’Jannar 2019 minn 10 % għal 20 % minħabba l-livell għoli tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq dawn l-oġġetti tal-ikel mill-Istati Membri juru rata għolja persistenti ta’ nuqqas ta’ konformità għall-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u żieda fir-rata ta’ nuqqas ta’ konformità għall-bżar tal-ispeċi Capsicum mill-Pakistan mindu beda l-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali (għajr dak ħelu). Mill-istabbiliment tal-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali ’l hawn, intbagħtu diversi notifiki tal-RASFF dwar dawn iż-żewġ prodotti primarji. Dawk ir-riżultati jipprovdu evidenza li d-dħul ta’ dak l-ikel fl-Unjoni jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem. |
(10) |
Għalhekk, sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, huwa meħtieġ li flimkien mal-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali, jiġu previsti kundizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u mill-Pakistan. B’mod partikolari, il-kunsinni kollha tal-bżar (għajr dak ħelu) mill-Indja u mill-Pakistan jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li l-prodotti tteħdilhom kampjun u ġew analizzati għar-residwi tal-pestiċidi u li r-riżultati kollha juru li l-livelli massimi tar-residwi rilevanti tal-pestiċidi ma nqabżux. Ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi jenħtieġ li jinhemżu ma’ dak iċ-ċertifikat. Għalhekk l-entrati dwar il-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u l-Pakistan jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 u li jiġu inklużi fl-Anness II tiegħu. |
(11) |
Il-frekwenza tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, misjuba matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri naqset għall-weraq tal-curry mill-Indja. Għalhekk huwa xieraq li l-entrata dwar il-weraq tal-curry mill-Indja titħassar mill-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 u tiddaħħal fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u ta’ dawk fiżiċi li jridu jsiru fuq dan il-prodott primarju, peress li r-rekwiżiti li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali, il-kampjunar kif ukoll l-analiżi għar-residwi tal-pestiċidi fil-pajjiż terz se jitwaqqfu għal dan il-prodott primarju. |
(12) |
Għal-lampun mis-Serbja, il-berquq imnixxef u l-berquq, ippreparati jew ippriservati b’mod ieħor mit-Turkija u l-lumi mit-Turkija, l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom għalhekk ma għadux iġġustifikat livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 li jikkonċernaw dawk il-prodotti primarji jitneħħew. |
(13) |
Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda indikat għaż-żerriegħa tas-Sesamum fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jinkludi ż-żerriegħa tas-Sesamum nejja u pproċessata. Huwa xieraq minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li jiġu koperti kemm iż-żerriegħa tas-Sesamum nejja kif ukoll dik ipproċessata fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, billi b’mod partikolari fil-każ tal-pajjiżi ta’ oriġini msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, iż-żerriegħa tas-Sesamum nejja jew ipproċessata għandha l-istess riskji. Jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati d-deskrizzjonijiet kollha tal-prodotti fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żerriegħa tas-Sesamum biex ikopru kemm iż-żerriegħa tas-Sesamum nejja kif ukoll dik ipproċessata. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm allinjament aħjar mad-deskrizzjoni tal-prodott għal dak il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5), dawn il-prodotti jenħtieġ li jissemmew fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 bħala “Żerriegħa tas-Sesamu m” biss u mhux bħala “Żerriegħa tal-ġulġlien (Żerriegħa tas-Sesamum)”. |
(14) |
Id-dqiq u l-grixa tal-karawett għandhom l-istess riskju bħall-forom ta’ dak l-ikel u l-għalf li bħalissa huma elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793. Għalhekk jenħtieġ li l-entrati kollha fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar il-karawett jiġu emendati biex jinkludu d-dqiq u l-grixa tal-karawett. |
(15) |
Bl-istess mod, il-pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett għandhom l-istess riskju bħall-forom ta’ dak il-prodott primarju li bħalissa huma elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793. Ċerti entrati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar il-karawett ma jinkludux il-karawett fil-forma msemmija hawn fuq. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati l-entrati kollha li jikkonċernaw il-karawett fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 biex jinkludu l-pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett. |
(16) |
Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda indikati għall-bżar tal-ispeċi Capsicum (ħelu jew għajr dak ħelu) mis-Sri Lanka u mill-Indja rispettivament u għall-berquq, ippreparati jew ippreservati mill-Użbekistan, jenħtieġ li jiġu mmodifikati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, sabiex tiġi żgurata konsistenza mad-deskrizzjoni ta’ dawn il-prodotti primarji fl-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament. |
(17) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom. |
(18) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE (6) tipprojbixxi l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ oġġetti tal-ikel li fihom jew li jikkonsistu mill-weraq tal-betel li joriġina jew li ġej mill-Bangladesh. Id-Deċiżjoni ġiet adottata wara għadd kbir ta’ notifiki li ħarġu fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) minħabba l-preżenza ta’ firxa wiesgħa ta’ razez tal-mikrobu tas-Salmonella inkluż is-Salmonella Typhimurium, li jinsabu f’oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq tal-betel (“Piper betle”, magħruf l-aktar bħala “Paan leaf” jew “Betel quid”) mill-Bangladesh jew li jikkonsistu minnhom. |
(19) |
Il-Bangladesh ma ppreżentax pjan ta’ azzjoni sodisfaċenti. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-garanziji mogħtija mill-Bangladesh huma biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskji serji għas-saħħa tal-bniedem li ġew identifikati qabel. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/88/UE jibqgħu fis-seħħ. |
(20) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/943 (7) jissospendi l-importazzjoni ġewwa l-Unjoni ta’ fażola mnixxfa taħt il-kodiċijiet NM 0713 39 00, 0713 35 00 u 0713 90 00 li toriġina min-Niġerja, minħabba l-preżenza kontinwa tad-dichlorvos. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1256 (8) estenda d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/943 sat-30 ta’ Ġunju 2022, biex in-Niġerja tkun tista’ timplimenta l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju xierqa u tipprovdi l-garanziji meħtieġa. |
(21) |
Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/88/UE u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/943 huma sostanzjalment marbuta peress li kollha jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ miżuri addizzjonali li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċertu ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskju identifikat u li japplikaw skont il-gravità tar-riskju. Huwa għalhekk xieraq li l-applikazzjoni korretta u komprensiva tar-regoli rilevanti ssir aktar faċli billi d-dispożizzjonijiet, dwar iż-żieda temporanja ta’ kontrolli uffiċjali fuq ċertu ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali u l-miżuri ta’ emerġenza rispettivi, jiġu stabbiliti f’att wieħed. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/88/UE u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/943 jitħassru u li d-dispożizzjonijiet tagħhom jiġu ttrasferiti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793, u li dan tal-aħħar jiġi emendat skont dan. |
(22) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, jixraq li jkun previst li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni taż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda u tal-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u mill-Pakistan li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali u mir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi jekk ikunu telqu mill-pajjiż ta’ oriġini jew mill-pajjiż ta’ dispaċċ tagħhom jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(23) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 jiġi emendat skont dan. |
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
It-titlu tat-Taqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIRREGOLAW ID-DĦUL FL-UNJONI U S-SOSPENSJONI TA’ DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTU IKEL U GĦALF MINN ĊERTI PAJJIŻI TERZI”; |
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 11 a li ġej: “Artikolu 11a Is-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni 1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fl-Unjoni tal-ikel u l-għalf elenkati fl-Anness IIa. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-ikel u l-għalf maħsuba għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, u għall-ikel u l-għalf maħsuba għall-użu jew għall-konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni.”; |
(4) |
L-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness IIa jiddaħħal f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Tħassir
1. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/943 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/88/UE tħassru.
2. Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Il-kunsinni taż-żerriegħa tas-Sesamum mis-Sudan u mill-Uganda u tal-bżar tal-ispeċi Capsicum (għajr dak ħelu) mill-Indja u mill-Pakistan li jkunu ħallew il-pajjiż tal-oriġini, jew il-pajjiż tad-dispaċċ jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jidħlu fl-Unjoni mingħajr ma jkunu akkumpanjati mir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżijiet u ċ-ċertifikat uffiċjali previst fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-6 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1793 tat-22 ta’ Ottubru 2019 jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u tal-miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660 (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 89).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE tat-13 ta’ Frar 2014 li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladesh ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 34).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/943 tat-18 ta’ Ġunju 2015 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet ta’ fażola mnixxfa min-Niġerja u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 (ĠU L 154, 19.6.2015, p. 8).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1256 tat-23 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/943 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet ta’ fażola mnixxfa min-Niġerja, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (ĠU L 196, 24.7.2019, p. 3).
ANNESS
1.
L-Anness I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I Ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal żieda temporanja tal-kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u f’punti ta’ kontroll
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS II Ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali għad-dħul fl-Unjoni minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni b’mikotossini, inklużi aflatossini, residwi tal-pestiċidi, pentachlorophenol u diossini u kontaminazzjoni mikrobijoloġika 1. Ikel u għalf li mhumiex ġejjin mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)(i)
2. Ikel kompost imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b)(ii)
|
2.
L-Anness IIa li jmiss għandu jiddaħħal fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793:“ANNESS IIa
Ikel u għalf minn ċerti pajjiżi terzi soġġetti għas-sospensjoni ta’ dħul fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11a
Ikel u għalf (użu maħsub) |
Kodiċi NM (32) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
||||||||
(Ikel) |
|
|
Il-Bangladesh (BD) (34) |
Salmonella |
||||||||
(Ikel) |
|
|
In-Niġerja (NG) |
Residwi tal-pestiċidi |
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru skont il-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
(3) Ir-residwi ta’ mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta’ kontroll adottat f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa GC-MS, u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa LC-MS (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(4) Residwi tal-Amitraz.
(5) Residwi tan-Nicotine.
(6) Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru skont il-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
(7) Residwi tat-Tolfenpyrad.
(8) Ir-residwi tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta’ 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafenthiuron, tad-Dicofol (is-somma tal-isomeri p, p’ u o,p’), u tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mancozeb, il-metiram, il-propineb, it-thiram u ż-ziram).
(9) Residwi tad-Dicofol (is-somma tal-isomeri p, p’ u o,p’), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prochloraz (is-somma tal-prochloraz u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta’ 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prochloraz), tat-Thiophanate-methyl u tat-Triforine.
(10) Għall-fini ta’ dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(11) Residwi tal-acephate.
(12) Residwi tad-Diafenthiuron.
(13) Residwi tal-Phenthoate.
(14) Residwi tal-Chlorbufam.
(15) Residwi tal-Formetanate (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanate), tal-Prothiofos u tat-Triforine.
(16) Residwi tal-Prochloraz.
(17) Residwi tad-Diafenthiuron, tal-Formetanate (is-somma tal-formetanate u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanate), u tat-Thiophanate-methyl.
(18) “Prodotti mhux ipproċessati” kif definit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(19) “It-tqegħid fis-suq” u “l-konsumatur finali” kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(20) Metodi ta’ referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(21) Residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mancozeb, il-metiram, il-propineb, it-thiram u ż-ziram), tal-Phenthoate u tal-Quinalphos.
(22) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(23) Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru skont il-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
(24) Ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament għandu jinħareġ minn laboratorju akkreditat skont l-EN ISO/IEC 17025 għall-analiżi ta’ PCP fl-ikel u fl-għalf.
Ir-rapport analitiku għandu jindika:
(a) |
ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi għall-preżenza tal-PCP, li jkunu twettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini; |
(b) |
l-inċertezza tal-kejl tar-riżultat analitiku; |
(c) |
il-limitu tad-detezzjoni (LOD) tal-metodu analitiku; u |
(d) |
l-limitu tal-kwantifikazzjoni (LOQ) tal-metodu analitiku. |
L-estrazzjoni ta’ qabel l-analiżi għandha ssir permezz ta’ solvent aċidifikat. L-analiżi għandha ssir skont il-verżjoni modifikata tal-metodu QuEChERS, kif stabbilit fis-sit web tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-Residwi tal-Pestiċidi jew skont metodu daqstant ieħor affidabbli
(25) Ir-residwi ta’ mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta’ kontroll adottat f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa GC-MS, u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa LC-MS (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(26) Residwi tal-Carbofuran.
(27) Il-kampjunar u l-analiżijiet għandhom isiru skont il-proċeduri tal-kampjunar u l-metodi ta’ referenza analitika stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
(28) Residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mancozeb, il-metiram, il-propineb, it-thiram u ż-ziram) u tal-metrafenone.
(29) Residwi tad-ditijokarbamati (ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mancozeb, il-metiram, il-propineb, it-thiram u ż-ziram), il-Phenthoate u l-Quinalphos.
(30) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(31) Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif stipulat fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda ta’ dak l-Anness.
(32) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(33) L-oġġetti tal-ikel li fihom jew li jikkonsistu minn weraq tal-betel (‘Piper betle’) inkluż, għalkemm mhux limitati għal, dawk iddikjarati taħt il-kodiċi NM 1404 90 00.
(34) Pajjiż tal-oriġini u/jew pajjiż ta’ dispaċċ.