ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
5 ta' Mejju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/608 tal-24 ta’ April 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/609 tas-27 ta’ April 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/610 tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/608

tal-24 ta’ April 2020

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi rigward is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-12 ta’ Novembru 2008.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2009 il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Ftehim (“id-deċiżjoni tal-2009”). Madankollu, minħabba fin-nuqqas ta’ ħeġġa mir-Repubblika tal-Korea, il-Ftehim ma ġiex iffirmat.

(4)

Fl-2018 ir-Repubblika tal-Korea esprimiet interess ġdid fl-iffirmar u fil-konklużjoni tal-Ftehim. Billi għadd ta’ ftehimiet bilaterali ġodda dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-istati Membri u r-Repubblika tal-Korea ġew inizjalati jew iffirmati mid-Deċiżjoni tal-2009 ’l hawn, il-Ftehim ġie aġġornat. Għaldaqstant, hija meħtieġa deċiżjoni ġdida tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim.

(5)

L-għan tal-Ftehim huwa li l-ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn 22 Stat Membru u r-Repubblika tal-Korea jiġu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(6)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa għall-li jiffirmar il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


DEĊIŻJONIJIET

5.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/609

tas-27 ta’ April 2020

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali ("il-Ftehim") ġie konkluż mill-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2018.

(2)

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura interni tiegħu.

(3)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effett legali fl‐Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu għandha tkun ta’ appoġġ għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 tas-16 ta’ April 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 5).

(2)  Ara d-dokument ST 6932/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


5.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/610

tal-4 ta’ Mejju 2020

dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/882 (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali ta’ ċerti Palestinjani għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta’ permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija taħt l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar, mill-31 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/882 tat-18 ta’ Ġunju 2018 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 8).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).