ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 137

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
29 ta' April 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/582 tat-28 ta’ April 2020 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/583 tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore dwar l-interpretazzjoni, skont l-Artikolu 16.1(4)(d), tal-Artikoli 10.17 u 10.22 ta’ dak il-Ftehim fir-rigward ta’ bidliet fil-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel irreġistrati f’Singapore

3

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/584 tat-28 ta’ April 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/582

tat-28 ta’ April 2020

li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

(2)

Fl-20 ta' April 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-KSNU, żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)   ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014.

A.   Persuni

" 13. Martin KOUMTAMAADJI (psewdonimi: a) Abdoulaye Miskine b) Abdoullaye Miskine c) Martin Nadingar Koumtamadji d) Martin Nkoumtamadji e) Martin Koumta Madji f) Omar Mahamat)

Deżinjazzjoni: President u kap kmandant tal-Front Démoctique du Peuple Centrafricain (FDPC)

Data tat-twelid: a) 5 ta' Ottubru 1965 b) 3 ta' Marzu 1965

Post tat-twelid: a) Ndïnaba, iċ-Chad b) Kobo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (c) Kabo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nazzjonalità: a) iċ-Chad b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nru tal-passaport: 06FBO2262 (passaport diplomatiku tar-RĊA) maħruġ fit-22 ta' Frar 2007, li skada fil-21 ta' Frar 2012

Indirizz: Am Dafock, prefettura ta' Vakaga, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (l-aħħar post magħruf)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' April 2020

Informazzjoni oħra: Martin Koumtamadji waqqaf il-FDPC fl-2005. Huwa ngħaqad mal-koalizzjoni tas-Séléka f'Diċembru 2012 qabel ma ħalliha f'April 2013 wara li r-ribelli ħadu l-poter f'Bangui. Wara li ġie arrestat fil-Kamerun, imbagħad ġie ttrasferit lejn Brazzaville fir-Repubblika tal-Kongo. Huwa dejjem kien responsabbli mit-truppi tiegħu fuq il-post fir-RĊA anki meta kien jinsab fi Brazzaville qabel reġa' lura lejn ir-RĊA (bejn Novembru 2014 u l-2019). Il-FDPC iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA fis-6 ta' Frar 2019 iżda Martin Koumtamadji jibqa' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President u kap kmandant tal-Front Démocratique du Peuple Centrafricain (FDPC, grupp armat involut f'attivitajiet vjolenti), Martin Koumatmadji kien involut f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta' Frar 2019 f'Bangui.

Huwa rrifjuta d-diżarm tal-kombattenti tal-FDPC, skont l-impenji tiegħu bħala firmatarju tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA, u hedded li jwaqqa' lill-President Touadéra f'Lulju 2019.

Huwa beda jikkoopera mal-individwu ssanzjonat Nourredine Adam (CFi.002) f'Ġunju 2019 u kien involut fit-traffikar ta' armi ma' kollaboratur qrib Nourredine Adam, sabiex jinbnew il-kapaċitajiet militari tal-FDPC.

Huwa għamel ukoll offerta lill-Front Populaire pour la Renaissance de la Centrafrique (FPRC) biex iwettqu operazzjoni militari mal-grupp armat tiegħu matul il-ġlied fil-prefettura ta' Vakaga fl-2019.

Huwa kompla jimpedixxi l-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-istat fl-oqsma tal-operat tal-FPDC billi żamm barrikati ta' kontroll illegali fuq it-toroq bl-għan ta' estorsjoni kontra rgħajja tal-bhejjem, atturi ekonomiċi (inkluż kumpaniji tal-minjieri tad-deheb li joperaw fil-prefettura ta' Nana-Mambéré), u vjaġġaturi.

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FDPC ikkommetta atti li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-prefettura ta' Nana-Mambéré, inkluż attakki diretti kontra persuni ċivili f'April 2019, ħtif ta' persuni ċivili f'Marzu 2019 (qrib Zoukombo) u atti ta' vjolenza sesswali u sessista f'Mejju 2019 (f'Bagary). Fl-2017, il-FDPC ikkommetta wkoll 14-il att ta' vjolenza sesswali f'konflitt.

Bejn l-2016 u l-2019, il-FDPC irrekluta tfal biex iservu bħala suldati f'konflitt armat u ġiegħlu lil ħdax-il tifla jiżżewġu ma' membri tal-FDPC.

F'Marzu 2019, huwa kien involut fit-tfixkil tal-kunsinna ta' għajnuna umanitarja meta l-FDPC, taħt it-tmexxija ta' Miskine, wettaq sensiela ta' attakki fuq it-triq prinċipali lejn Bangui mill-Kamerun.

Fl-aħħar nett, elementi tal-FDPC kellhom episodji ta' ġlied ma' MINUSCA f'April 2019 qrib Zoukombo (prefettura ta' Nana-Mambéré) u fuq l-assi ta' Bouar-Beleko."


DEĊIŻJONIJIET

29.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/583

tal-25 ta’ Marzu 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore dwar l-interpretazzjoni, skont l-Artikolu 16.1(4)(d), tal-Artikoli 10.17 u 10.22 ta’ dak il-Ftehim fir-rigward ta’ bidliet fil-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel irreġistrati f’Singapore

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 (1) l-Unjoni kkonkludiet Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (2) (“il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2019.

(2)

L-Artikolu 16.1 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat għall-Kummerċ li, fost l-oħrajn, jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 16.1(4)(d) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jadotta interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dawk l-interpretazzjonijiet huma vinkolanti fuq il-Partijiet u fuq il-korpi kollha stabbiliti skont il-Ftehim, inklużi l-bordijiet ta’ arbitraġġ imsemmija fil-Kapitolu 14 (Soluzzjoni tat-Tilwim) tal-Ftehim.

(4)

L-Artikolu 10.17(3) tal-Ftehim jipprevedi li, hekk kif ikun prattikabbli, wara li jkunu ġew konklużi l-proċeduri għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’kull Parti għall-ismijiet kollha elenkati fl-Anness 10-A (Lista ta’ Ismijiet li jridu jiġu applikati għall-Ħarsien bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fit-Territorju tal-Partijiet) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ jadotta deċiżjoni dwar l-elenkar fl-Anness 10-B (Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti) tal-ismijiet mill-Anness 10-A għall-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 10.18 tal-Ftehim jipprevedi l-possibbiltà li tiġi emendata l-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness 10-B għall-Ftehim li jridu jiġu protetti minn kull Parti skont is-Subtaqsima C (Indikazzjonijiet Ġeografiċi).

(6)

Il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 10.17(2) jipprevedu rispettivament proċedura ta’ oġġezzjoni u mezzi legali li jippermettu r-rettifika u t-tħassir ta’ entrati fir-reġistru domestiku sabiex jitqiesu l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi li għandhom jiġu kkunsidrati.

(7)

L-Artikolu 10.22 tal-Ftehim jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness 10-B tal-Ftehim.

(8)

Jixraq li jiġi ċċarat il-mod li bih id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10.17 (2) u 10.22 jitħaddmu flimkien. Speċifikament, jeħtieġ li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-livell ta’ protezzjoni stabbilit skont l-Artikolu 10.22 tal-Ftehim, u s-sistema għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti minn kull Parti skont l-Artikolu 10.17 tal-Ftehim mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Dan jenħtieġ li jsir permezz tal-adozzjoni ta’ interpretazzjoni vinkolanti.

(9)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-koerenza legali, jenħtieġ li dik l-interpretazzjoni vinkolanti tiddikjara li ma tista’ issir ebda bidla fil-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel rreġistrati f’Singapore u li huma elenkati jew li jridu jiġu elenkati fl-Anness 10-B għall-Ftehim, magħmula jew minħabba li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10.22(5) tal-Ftehim jew minħabba li jaqgħu barra r-regoli ġenerali minquxa fil-paragrafi l-oħra tal-Artikolu 10.22 u li huma mitluba permezz tas-sistema għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 10.17 tal-Ftehim, sakemm ma tittieħidx deċiżjoni pożittiva tal-Kumitat għall-Kummerċ rigward l-emenda korrispondenti tal-Anness 10-B għall-Ftehim.

(10)

Huwa previst li l-Kumitat għall-Kummerċ ser jadotta deċiżjoni, rigward l-interpretazzjoni tal-Artikoli 10.17 u 10.22(5), f’konformità mal-Artikolu 16.1(4)(d) tal-Ftehim, waqt l-ewwel laqgħa tiegħu jew permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(11)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ, peress li d-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni jew fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit taħt il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (“il-Ftehim”) jew bil-miktub mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, rigward l-interpretazzjoni tal-Artikoli 10.17 u 10.22(5), f’konformità mal-Artikolu 16.1(4)(d) tal-Ftehim fir-rigward ta’ tibdil fil-protezzjoni ta’ indikaturi ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel irreġistrati f’Singapore għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat għall-Kummerċ (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L 294, 14.11.2019, p. 1).

(2)   ĠU L 294, 14.11.2019, p. 3.

(3)  Ara d-dokument ST 6568/20 fuq is-sit web http://register.consilium.europa.eu.


29.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/584

tat-28 ta’ April 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fl-20 ta’ April 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-KSNU, żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.


ANNESS

Fil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, il-persuna li ġejja tiżdied ma’:

A.   Persuni

“13.

Martin KOUMTAMAADJI (psewdonimi: a) Abdoulaye Miskine b) Abdoullaye Miskine c) Martin Nadingar Koumtamadji d) Martin Nkoumtamadji e) Martin Koumta Madji f) Omar Mahamat)

Deżinjazzjoni: President u kap kmandant tal-Front Démoctique du Peuple Centrafricain (FDPC)

Data tat-twelid: a) 5 ta’ Ottubru 1965 b) 3 ta’ Marzu 1965

Post tat-twelid: a) Ndïnaba, iċ-Chad b) Kobo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (c) Kabo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nazzjonalità: a) iċ-Chad b) ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nru tal-passaport: 06FBO2262 (passaport diplomatiku tar-RĊA) maħruġ fit-22 ta’ Frar 2007, li skada fil-21 ta’ Frar 2012

Indirizz: Am Dafock, prefettura ta’ Vakaga, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (l-aħħar post magħruf)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta’ April 2020

Informazzjoni oħra: Martin Koumtamadji waqqaf il-FDPC fl-2005. Huwa ngħaqad mal-koalizzjoni tas-Séléka f’Diċembru 2012 qabel ma ħalliha f’April 2013 wara li r-ribelli ħadu l-poter f’Bangui. Wara li ġie arrestat fil-Kamerun, imbagħad ġie ttrasferit lejn Brazzaville fir-Repubblika tal-Kongo. Huwa dejjem kien responsabbli mit-truppi tiegħu fuq il-post fir-RĊA anki meta kien jinsab fi Brazzaville qabel reġa’ lura lejn ir-RĊA (bejn Novembru 2014 u l-2019). Il-FDPC iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA fis-6 ta’ Frar 2019 iżda Martin Koumtamadji jibqa’ theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President u kap kmandant tal-Front Démocratique du Peuple Centrafricain (FDPC, grupp armat involut f’attivitajiet vjolenti), Martin Koumatmadji kien involut f’atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta’ Frar 2019 f’Bangui.

Huwa rrifjuta d-diżarm tal-kombattenti tal-FDPC, skont l-impenji tiegħu bħala firmatarju tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA, u hedded li jwaqqa’ lill-President Touadéra f’Lulju 2019.

Huwa beda jikkoopera mal-individwu ssanzjonat Nourredine Adam (CFi.002) f’Ġunju 2019 u kien involut fit-traffikar ta’ armi ma’ kollaboratur qrib Nourredine Adam, sabiex jinbnew il-kapaċitajiet militari tal-FDPC.

Huwa għamel ukoll offerta lill-Front Populaire pour la Renaissance de la Centrafrique (FPRC) biex iwettqu operazzjoni militari mal-grupp armat tiegħu matul il-ġlied fil-prefettura ta’ Vakaga fl-2019.

Huwa kompla jimpedixxi l-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-istat fl-oqsma tal-operat tal-FPDC billi żamm barrikati ta’ kontroll illegali fuq it-toroq bl-għan ta’ estorsjoni kontra rgħajja tal-bhejjem, atturi ekonomiċi (inkluż kumpaniji tal-minjieri tad-deheb li joperaw fil-prefettura ta’ Nana-Mambéré), u vjaġġaturi.

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FDPC ikkommetta atti li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-prefettura ta’ Nana-Mambéré, inkluż attakki diretti kontra persuni ċivili f’April 2019, ħtif ta’ persuni ċivili f’Marzu 2019 (qrib Zoukombo) u atti ta’ vjolenza sesswali u sessista f’Mejju 2019 (f’Bagary). Fl-2017, il-FDPC ikkommetta wkoll 14-il att ta’ vjolenza sesswali f’konflitt.

Bejn l-2016 u l-2019, il-FDPC irrekluta tfal biex iservu bħala suldati f’konflitt armat u ġiegħlu lil ħdax-il tifla jiżżewġu ma’ membri tal-FDPC.

F’Marzu 2019, huwa kien involut fit-tfixkil tal-kunsinna ta’ għajnuna umanitarja meta l-FDPC, taħt it-tmexxija ta’ Miskine, wettaq sensiela ta’ attakki fuq it-triq prinċipali lejn Bangui mill-Kamerun.

Fl-aħħar nett, elementi tal-FDPC kellhom episodji ta’ ġlied ma’ MINUSCA f’April 2019 qrib Zoukombo (prefettura ta’ Nana-Mambéré) u fuq l-assi ta’ Bouar-Beleko.”