|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
20.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/539
tal-15 ta’ April 2020
li tissostitwixxi l-President tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2020,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ġie stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Mħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-Gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (il-“Kumitat”). |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/2262 (1), il-Kunsill ħatar is-seba’ membri tal-Kumitat għal perijodu ta’ erba’ snin, li jintemm fit-28 ta’ Frar 2022. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Frar 2020, is-Sur Christiaan TIMMERMANS, President tal-Kumitat, informa lill-President tal-Kunsill dwar ir-riżenja tiegħu. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Marzu 2020, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ppropona l-ħatra tas-Sur Allan ROSAS biex jissostitwixxi lis-Sur Christiaan TIMMERMANS bħala President tal-Kumitat, għall-bqija tal-mandat tiegħu, skont il-punt 3 tar-regoli dwar il-funzjonament tal-Kumitat kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/124/UE (2), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Allan ROSAS huwa b’dan maħtur President tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2262 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li taħtar membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 324, 8.12.2017, p. 50).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/124/UE tal-25 ta’ Frar 2010 dwar ir-regoli ta’ funzjonament tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 18).