|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/516
tat-3 ta’ April 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformita mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Tubu vojt ta’ liga taż-żirkonju miftuħ fiż-żewġt itruf, b’tul ta’ madwar 4 m u piż ta’ madwar 0,5 kg. It-tubu huwa ddisinjat biex jimtela bil-fjuwil nukleari, jiġi wweldjat, assemblat u ssiġillat u b’hekk jintuża bħala kontenitur għat-tablets tal-uranju f’element tal-fjuwil. |
8109 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Noti 3, 5 u 6 sat-Taqsima XV u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8109 u 8109 90 00 . Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, l-oġġett jikkorrispondi mal-kliem tal-intestatura 8109, li tinkludi l-oġġetti tal-liga taż-żirkonju li jintużaw, pereżempju, fil-manifattura ta’ għantijiet għall-cartridges tal-fjuwil nukleari u ta’ strutturi tal-metall għall-impjanti nukleari (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8109). It-tubu għad irid jgħaddi minn diversi proċessi qabel ma jsiru oġġetti identifikabbli speċifiċi minnu. Għalhekk, meta jiġi ppreżentat lid-dwana, il-karatteristiki objettivi tal-oġġett mhumiex dawk tal-elementi tal-fjuwil (cartridges) għar-reatturi nukleari tal-intestatura 8401. Konsegwentement, il-klassifikazzjoni bħala elementi tal-fjuwil (cartridges), mhux irradjati, għar-reatturi nukleari, tal-intestatura 8401 hija eskluża. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8109 90 00 bħala oġġetti oħrajn taż-żirkonju. |
|
14.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/517
tat-3 ta’ April 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b’mod parzjali jew sħiħ, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha, u li tkun stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jiġi stabbilit għal tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Stephen QUEST
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett li jikkonsisti minn girlanda magħmula minn żnuber artifiċjali, twila madwar 5 m, b’katina tad-dwal LED, li jkun fiha madwar 60 punt tad-dawl, imxebilka magħha. Il-katina tad-dwal titħaddem permezz forniment ta’ potenza elettrika ta’ 230 V. Kemm il-girlanda, kif ukoll il-katina tad-dwal huma magħmulin mill-plastic. Ara l-istampa (*1). |
6702 10 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6702 u 6702 10 00 . L-oġġett huwa prodott kompost skont it-tifsira ta’ GIR 3(b). Minħabba l-karatteristiki oġġettivi tiegħu, jiġifieri billi jikkonsisti minn girlanda ta’ żnuber artifiċjali u dwal li jagħmlu effett dekorattiv addizzjonali, dan l-oġġett huwa maħsub primarjament biex il-funzjoni tiegħu tkun waħda dekorattiva. Barra minn hekk, il-girlanda taż-żnuber artifiċjali tibqa’ tintuża bħala tiżjin, anki meta tinqata’ minn mad-dawl. Għalhekk, il-komponent ta’ dan l-oġġett li jagħtih il-karattru essenzjali ta’ oġġett dekorattiv huwa l-girlanda taż-żnuber artifiċjali li tixbaħ il-prodott naturali (ara wkoll in-Noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 6702). Għaldaqstant hija eskluża l-klassifikazzjoni ta’ dan l-oġġett taħt is-subintestatura 9405 40 bħala Bozoz u tagħmir tad-dawl tal-elettriku oħrajn. Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt is-subintestatura 9505 10 bħala oġġett għall-festi tal-Milied hija eskluża wkoll minħabba li l-karatteristiki oġġettivi tal-oġġett jissuġġerixxu li ma jintużax biss għall-festi tal-Milied, iżda jintuża b’mod ewlieni bħala tiżjin waqt l-istaġun tax-xitwa (ara n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 95, l-aħħar paragrafu tal-punt 1(a)). Għaldaqstant dan l-oġġett irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6702 10 00 bħala weraq artifiċjali tal-plastik. |
(*1) L-istampa qed tingħata biss għall-informazzjoni.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
14.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/7 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/518
tat-8 ta’ April 2020
dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari dwar l-applikazzjonijiet mobbli u l-użu ta’ data anonimizzata dwar il-mobbiltà
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kriżi tas-saħħa pubblika li kkawżat il-pandemija tal-COVID-19 (minn hawn ’il quddiem, “il-kriżi tal-COVID-19”) qed tobbliga lill-Unjoni u lill-Istati Membri jiffaċċjaw sfida bla preċedent għas-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-istil tal-ħajja, l-istabbiltà ekonomika u l-valuri tagħha. L-ebda Stat Membru ma jista’ jirnexxi waħdu fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19. Kriżi eċċezzjonali ta’ dan il-kobor teħtieġ azzjoni determinata min-naħa tal-Istati Membri kollha u tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE biex jaħdmu flimkien fi spirtu ġenwin ta’ solidarjetà. |
|
(2) |
It-teknoloġiji diġitali u d-data jaqdu rwol importanti fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 għax ħafna persuni fl-Ewropa huma konnessi mal-internet permezz tal-apparat mobbli. Dawk it-teknoloġiji u d-data huma għodda importanti biex il-pubbliku jkun infurmat u biex l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jkollhom l-għajnuna fl-isforzi tagħhom biex irażżnu l-firxa tal-virus jew biex l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jaqsmu bejniethom id-data dwar is-saħħa. Iżda b’approċċ frammentat u mhux koordinat ikun hemm ir-riskju li tiddgħajjef l-effettività tal-miżuri mmirati għall-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19, u fl-istess ħin issir ħsara serja lis-suq uniku u lid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. |
|
(3) |
Għalhekk hemm bżonn jinħoloq approċċ komuni għall-użu tat-teknoloġiji diġitali u tad-data bħala rispons għall-kriżi attwali. Dak l-approċċ jenħtieġ ikun effettiv biex jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari lill-awtoritajiet tas-saħħa u lil dawk li jfasslu l-politika, billi jagħtihom data preċiża u suffiċjenti biex ikunu jistgħu jifhmu l-evoluzzjoni u l-firxa tal-virus tal-COVID-19 u l-effetti tiegħu. Bl-istess mod, dawn it-teknoloġiji jistgħu jagħtu s-setgħat liċ-ċittadini biex jieħdu miżuri effettivi u aktar immirati ta’ tbegħid soċjali. Fl-istess ħin, l-approċċ propost għandu l-għan li jħares l-integrità tas-suq uniku u jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-drittijiet tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. |
|
(4) |
L-applikazzjonijiet mobbli jistgħu jappoġġaw lill-awtoritajiet tas-saħħa fil-livell nazzjonali u tal-UE fejn jidħlu l-monitoraġġ u t-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19 li qed inġarrbu. Jistgħu jagħtu gwida liċ-ċittadini u jiffaċilitaw l-organizzazzjoni tas-segwitu mediku tal-pazjenti. L-applikazzjonijiet ta’ twissija u traċċar jistgħu jaqdu rwol importanti fejn jidħol it-traċċar tal-kuntatti, jillimitaw il-propagazzjoni tal-marda u jinterrompu l-ktajjen tat-trażmissjoni. Għalhekk, flimkien ma’ strateġiji adegwati tal-ittestjar u mat-traċċar tal-kuntatti, l-applikazzjonijiet jistgħu jkunu rilevanti b’mod partikolari fejn jidħlu l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-livell taċ-ċirkolazzjoni tal-virus, l-assessjar tal-effettività tat-tbegħid fiżiku u l-miżuri ta’ trażżin, u l-kontribut għall-istrateġiji tad-dieskalazzjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar is-sorveljanza epidemjoloġika, il-monitoraġġ, it-twissija bikrija tat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġlieda kontrih. L-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni jeżiġi li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istrutturi stabbiliti skont din id-Deċiżjoni u mekkaniżmi u strutturi simili stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew skont it-Trattat Euratom li l-attivitajiet tagħhom ikunu rilevanti għall-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons, il-monitoraġġ, it-twissija bikrija tat-theddid transfruntier serju għas-saħħa, u l-ġlieda kontrih. Il-forum għall-koordinazzjoni tal-isforzi fil-kuntest tat-theddid transfruntier serju għas-saħħa hu l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq. Fl-istess ħin, l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni jistabbilixxi netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard li jittieħed, imħaddem u kkoordinat miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali jeżiġi li n-Netwerk tas-Servizzi tas-Saħħa Elettronika jaħdem biex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli permezz tas-sistemi u s-servizzi Ewropej tas-Saħħa Elettronika u l-applikazzjonijiet interoperabbli, ħalli jintlaħaq livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà, tissaħħaħ il-kontinwità tal-kura u jkun żgurat aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità għolja. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ipproċessar tad-data personali, inkluż tad-data dwar is-saħħa. Din id-data tista’ tiġi pproċessata fost l-oħrajn meta suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew meta l-ipproċessar ikun fl-interess pubbliku kif speċifikat f’liġi ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni, b’mod partikolari għal finijiet ta’ monitoraġġ u twissija, ta’ prevenzjoni jew kontroll ta’ mard li jittieħed, u ta’ theddid serju ieħor għas-saħħa. |
|
(8) |
Bosta Stati Membri introduċew leġiżlazzjoni speċifika li tippermettilhom jipproċessaw id-data dwar is-saħħa, abbażi tal-interess pubbliku (l-Artikolu 6(1)(c) jew (e) u l-Artikolu 9(2)(i) tar-Regolament (UE) 2016/679). Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data, liema data trid tiġi pproċessata u minn min, ikunu ċari u speċifiċi. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
|
(10) |
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi r-regoli applikabbli għad-data dwar it-traffiku u dwar il-lokazzjoni, u għall-ħżin tal-informazzjoni u l-kisba tal-aċċess għal informazzjoni maħżuna fit-tagħmir terminali, bħal apparat mobbli, ta’ utent jew abbonat. Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva, dan il-ħżin jew din il-kisba tal-aċċess huma permessi biss f’ċirkostanzi definiti b’mod strett jew bil-kunsens tal-utent jew tal-abbonat, wara li jkunu ngħataw informazzjoni ċara u komprensiva, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri leġiżlattivi biex jirrestrinġu l-ambitu ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva, fosthom dawk stabbiliti fl-Artikolu 5, meta din ir-restrizzjoni tkun tikkostitwixxi miżura meħtieġa, adegwata u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jintlaħqu ċerti objettivi. |
|
(11) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha imsejħa “Strateġija Ewropea għad-data” (6), il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-UE se toħloq suq uniku li jippermetti ċirkolazzjoni tad-data fl-UE u bejn is-setturi, għall-benefiċċju ta’ kulħadd, li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli Ewropej, b’mod partikolari l-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u l-liġi dwar il-kompetizzjoni, u li jkollu regoli ġusti, prattiċi u ċari għall-aċċess u għall-użu tad-data. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ddikjarat li se tqis il-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva biex trawwem il-qsim tad-data bejn in-negozji u l-gvern għall-interess pubbliku. |
|
(12) |
Sa mill-bidu tal-kriżi tal-COVID-19, ġew żviluppati bosta applikazzjonijiet mobbli varji, uħud minnhom mill-awtoritajiet pubbliċi, u saru diversi appelli min-naħa tal-Istati Membri u tas-settur privat biex ikun hemm koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, inkluż biex jixxejjen it-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà, is-sigurtà u l-privatezza. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom it-tendenza li jaqdu tliet funzjonijiet ġenerali: (i) jinformaw u jagħtu pariri liċ-ċittadini u jiffaċilitaw l-organizzazzjoni tas-segwitu mediku tal-pazjenti bis-sintomi, ħafna drabi jkunu jipprovdu wkoll kwestjonarju għal awtodijanjożi; (ii) iwissu lill-persuni li kienu qrib xi persuna infettata ħalli jiġu interrotti l-ktajjen tal-infezzjonijiet u jevitaw li jerġgħu jfeġġu infezzjonijiet waqt il-fażi tal-ftuħ mill-ġdid; u (iii) iwettqu monitoraġġ u infurzar tal-kwarantina tal-persuni infettati, aktarx flimkien mal-possibbiltà li wieħed jivvaluta l-kundizzjoni ta’ saħħtu waqt il-perjodu tal-kwarantina. Ċerti applikazzjonijiet huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li oħrajn huma disponibbli biss għal gruppi magħluqin tal-utenti li jkunu maħsuba għat-traċċar tal-kuntatti fuq il-post tax-xogħol. Ġeneralment ma tkunx saret evalwazzjoni tal-effettività ta’ dawn l-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet tal-informazzjoni u tal-verifika tas-sintomi jistgħu jintużaw biex iżidu l-għarfien taċ-ċittadini. Iżda, skont opinjonijiet esperti, l-applikazzjonijiet maħsuba biex jinformaw u jwissu lill-utenti jidher li huma l-aktar promettenti biex jevitaw il-propagazzjoni tal-virus, meta wieħed iqis ukoll l-impatt aktar limitat tagħhom fuq il-privatezza; fil-fatt diversi Stati Membri bħalissa qed jesploraw l-użu tagħhom. |
|
(13) |
Uħud minn dawk l-applikazzjonijiet mobbli jistgħu jitqiesu bħala apparat mediku meta jkunu maħsuba mill-manifattur biex jintużaw fost l-oħrajn għad-dijanjożi, il-prevenzjoni, il-monitoraġġ, it-tbassir, il-pronjożi, it-trattament jew it-taffija tal-mard u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jew tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (8). Fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-awtodijanjożi u tal-verifika tas-sintomi, li jkunu jipprovdu informazzjoni relatata mad-dijanjożi, il-prevenzjoni, il-monitoraġġ, it-tbassir jew il-pronjożi, jenħtieġ tiġi vvalutata l-kwalifika potenzjali tagħhom bħala apparati mediċi skont il-qafas regolatorju tal-apparati mediċi (id-Direttiva 93/42/KEE jew ir-Regolament (UE) 2017/745). |
|
(14) |
L-effettività ta’ dawn l-applikazzjonijiet mobbli tiddependi fuq bosta fatturi. Fost dawn il-fatturi hemm il-penetrazzjoni fost l-utenti, jiġifieri l-persentaġġ tal-popolazzjoni li tuża apparat mobbli u, minn fosthom, il-persentaġġ ta’ dawk li niżżlu l-applikazzjoni, taw il-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali dwarhom u ma rtirawx dak il-kunsens. Fatturi importanti oħra huma l-fiduċja tal-pubbliku li d-data se tkun protetta b’miżuri xierqa tas-sigurtà, l-użu esklussiv biex twissi lil individwi li jaf kienu esposti għall-virus, l-approvazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, il-kapaċità li l-awtoritajiet tas-saħħa jieħdu azzjoni skont id-data ġġenerata mill-applikazzjoni, l-integrazzjoni u l-qsim tad-data ma’ sistemi u applikazzjonijiet oħra, u l-interoperabbiltà transfruntiera u transreġjonali ma’ sistemi oħra. |
|
(15) |
L-applikazzjonijiet ta’ twissija u traċċar huma utli għall-Istati Membri għall-finijiet ta’ traċċar tal-kuntatti u jistgħu jaqdu rwol importanti fejn jidħol il-konteniment waqt ix-xenarji tad-dieskalazzjoni. Jistgħu jkunu għodda siewja wkoll biex iċ-ċittadini jipprattikaw tbegħid soċjali effettiv u aktar immirat. L-impatt tagħhom jista’ jiżdied bi strateġija li tappoġġa ttestjar usa’. It-traċċar tal-kuntatti jimplika li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jistgħu jidentifikaw malajr il-kuntatti kollha ta’ pazjent ikkonfermat bil-COVID-19, jitolbuhom jiżolaw ruħhom, jittestjawhom malajr, u jiżolawhom minnufih jekk ikollhom xi sintomi. Barra minn hekk, id-data anonimizzata u aggregata minn tali applikazzjonijiet, flimkien mal-informazzjoni dwar l-inċidenza tal-marda, tista’ tintuża biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri ta’ tbegħid fiżiku u komunitarju. Filwaqt li dawn l-applikazzjonijiet għandhom siwi evidenti għall-Istati Membri, potenzjalment dawn iżidu wkoll il-valur tal-ħidma tal-ECDC. |
|
(16) |
L-applikazzjonijiet tal-awtodijanjożi u tal-verifika tas-sintomi jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar l-għadd ta’ każijiet b’sintomi kompatibbli mad-COVID-19, skont l-età u l-ġimgħa, minn żoni definiti tajjeb li għandhom kopertura vasta tal-applikazzjoni. Jekk jirnexxu, l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika jistgħu jiddeċiedu li jużaw id-data tal-applikazzjoni għas-sorveljanza tal-kura primarja sindromika tal-COVID-19. Din id-data tista’ tingħata lill-ECDC kull ġimgħa, b’format aggregat (eż. l-għadd ta’ mard simili għall-influwenza (ILI) jew infezzjonijiet respiratorji akuti (ARI) kull ġimgħa, skont il-grupp tal-età, minn fost il-popolazzjoni kollha li jkopru t-tobba sentinella). Permezz tagħha, l-awtoritajiet nazzjonali u l-ECDC ikunu jistgħu jistmaw iċ-ċifra prevista pożittiva tas-sintomi respiratorji f’komunità partikolari, u b’hekk ikollhom informazzjoni dwar il-livell taċ-ċirkolazzjoni tal-virus abbażi tad-data mill-applikazzjoni. |
|
(17) |
Minħabba l-funzjonijiet tal-applikazzjonijiet għall-ismartphones li huma deskritti hawn fuq, l-użu tagħhom jista’ jaffettwa l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet fundamentali, fosthom id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja. Billi jenħtieġ li kull interferenza ma’ dawk id-drittijiet tkun konformi mal-liġi, il-liġijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu jew jippermettu limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet fundamentali jenħtieġ ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni kif iddikjarat fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom u mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali. |
|
(18) |
Biex ikunu aċċettati tipi differenti ta’ applikazzjonijiet (u ta’ sistemi sottostanti tal-informazzjoni dwar il-ktajjen tat-trażmissjoni ta’ infezzjoni) u biex ikun żgurat li dawn jilħqu l-għan iddikjarat ta’ sorveljanza epidemjoloġika, il-politiki, ir-rekwiżiti u l-kontrolli sottostanti jridu jkunu allinjati u jiġu implimentati b’mod koordinat mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa responsabbli. L-esperjenza ta’ bosta Stati Membri li bdew idaħħlu l-applikazzjonijiet tat-traċċar tal-kuntatti turi li, sabiex tiżdied l-aċċettazzjoni, hemm bżonn governanza integrata li tħejji u timplimenta l-miżuri, u li tkun tinvolvi mhux biss lill-awtoritajiet tas-saħħa, iżda anki lil awtoritajiet oħra (fosthom l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data), kif ukoll lis-settur privat, l-esperti, l-akkademiċi u l-partijiet konċernati bħal gruppi ta’ pazjenti. Hemm bżonn ukoll komunikazzjoni wiesgħa dwar l-applikazzjoni biex din tintuża u tkun suċċess. |
|
(19) |
Biex jinstabu qrubijiet fiżiċi bejn l-utenti ta’ applikazzjonijiet differenti tat-traċċar tal-kuntatti (dan ix-xenarju aktarx jiġri l-iżjed fost il-persuni li jaqsmu fruntieri nazzjonali/reġjonali), jenħtieġ tiġi prevista l-interoperabbiltà bejn l-applikazzjonijiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa li jissorveljaw il-ktajjen tat-trażmissjoni tal-infezzjonijiet ikunu jistgħu jaqsmu informazzjoni interoperabbli ma’ Stati Membri jew reġjuni oħra dwar utenti li jkunu nstabu pożittivi, ħalli b’hekk jiġu indirizzati l-ktajjen tat-trażmissjoni transfruntieri. |
|
(20) |
Ċerti kumpaniji, fosthom fornituri tat-telekomunikazzjoni u pjattaformi teknoloġiċi ewlenin, ippubblikaw jew għamlu disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi, ċertudata anonimizzata u aggregata dwar il-lokazzjoni. Din id-data hi meħtieġa għal riċerka dwar il-ġlieda kontra l-virus, għal immudellar li jgħinna nifhmu kif se jinfirex il-virus u għal immudellar tal-effetti ekonomiċi tal-kriżi. B’mod partikolari, id-data se tgħinna nifhmu u nimmudellaw id-dinamika spazjali tal-epidemija u nivvalutaw l-impatt tal-miżuri ta’ tbegħid soċjali (limitazzjonijiet tal-ivvjaġġar, waqfien tal-attivitajiet mhux essenzjali, lockdown totali u l-bqija) fuq il-mobbiltà. Dan hu essenzjali qabelxejn biex jitrażżnu l-effetti tal-virus u jiġu vvalutati l-ħtiġijiet speċjalment fejn jidħlu t-Tagħmir Protettiv Personali u l-Unitajiet tal-Kura Intensiva; u mbagħad hu essenzjali wkoll biex l-istrateġija li toħroġna mill-kriżi tiġi appoġġata b’mudelli mmexxija mid-data li jindikaw l-effetti potenzjali tar-rilassament tal-miżuri ta’ tbegħid soċjali. |
|
(21) |
Il-kriżi attwali wriet li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u l-istituzzjonijiet tar-riċerka jibbenefikaw minn aktar aċċess għal informazzjoni essenzjali biex janalizzaw l-evoluzzjoni tal-virus u jivvalutaw l-effettività tal-miżuri tas-saħħa pubblika. |
|
(22) |
Ċerti Stati Membri ħadu miżuri biex jissimplifikaw l-aċċess għad-data meħtieġa. Iżda l-isforzi komuni tal-UE li jitħabtu kontra l-virus huma mxekkla bil-frammentazzjoni li teżisti fl-approċċi. |
|
(23) |
L-Unjoni jeħtieġ tħaddem approċċ komuni għall-kriżi tal-COVID-19, anki għax ċerti miżuri li ħadu ċerti pajjiżi, bħat-traċċar tal-individwi abbażi tal-ġeolokazzjoni, l-użu tat-teknoloġija biex jitkejjel il-livell tar-riskju għas-saħħa ta’ individwu, u ċ-ċentralizzazzjoni ta’ data sensittiva, joħolqu dubju mil-lat ta’ bosta drittijiet u libertajiet fundamentali li huma garantiti fl-ordni ġuridiku tal-UE, fosthom id-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Fi kwalunkwe każ, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fiha jridu jkunu ġustifikati u proporzjonati. B’mod partikolari, jenħtieġ li restrizzjonijiet bħal dawn ikunu temporanji, fis-sens li jibqgħu limitati strettament għal dak meħtieġ għall-ġlieda kontra l-kriżi, u ladarba tintemm il-kriżi dawn ma jibqgħux eżistenti mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. |
|
(24) |
Minbarra dan, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u korpi oħra wissew dwar ir-riskju li applikazzjonijiet u data mhux preċiżi jistgħu jikkawżaw stigmatizzazzjoni tal-persuni li juru ċerti karatteristiċi minħabba rabta perċepita mal-marda. |
|
(25) |
F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u l-istituzzjonijiet tar-riċerka jipproċessaw id-data personali biss meta jkun adegwat, rilevanti u limitat għal dak meħtieġ, u jenħtieġ japplikaw salvagwardji xierqa bħalma huma l-psewdonimizzazzjoni, l-aggregazzjoni, il-kriptaġġ u d-deċentralizzazzjoni. |
|
(26) |
Hemm bżonn miżuri effettivi dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tad-data ħalli d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data jkunu protetti. |
|
(27) |
Hemm bżonn konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, ħalli jkun żgurat li d-data personali tiġi pproċessata b’mod legali u jiġu rispettati d-drittijiet tal-individwi kkonċernati. |
|
(28) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE jinkariga lill-Unjoni biex tappoġġa u tiffaċilita l-koperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri li jkunu qed jaħdmu f’netwerk volontarju li jiġbor flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-Saħħa Elettronika maħtura mill-Istati Membri (“in-Netwerk tas-Saħħa Elettronika”). Fost l-objettivi tiegħu hemm il-ħidma biex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli permezz tas-sistemi u s-servizzi Ewropej tas-Saħħa Elettronika u l-applikazzjonijiet interoperabbli, ħalli jintlaħaq livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà, tissaħħaħ il-kontinwità tal-kura u jkun żgurat aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità għolja. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1765 (9) tistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment, il-ġestjoni u l-funzjonament trasparenti tan-Netwerk tas-Saħħa Elettronika. Minħabba l-kompożizzjoni u l-qasam ta’ kompetenza tiegħu, in-Netwerk tas-Saħħa Elettronika jenħtieġ ikun il-forum ewlieni għad-diskussjonijiet dwar il-ħtiġijiet tad-data tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u tal-istituzzjonijiet tar-riċerka, li jkun jinvolvi wkoll lil uffiċjali minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, mill-Ministeri responsabbli għall-kwistjonijiet diġitali u minn awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data. |
|
(29) |
Jenħtieġ li n-Netwerk tas-Saħħa Elettronika u l-Kummissjoni jikkoperaw mill-qrib ukoll ma’ korpi u netwerks oħra li jistgħu jagħtu l-kontribut meħtieġ biex jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni, fosthom il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, in-netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard li jittieħed, l-ECDC, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u l-Grupp ta’ Koperazzjoni dwar is-Sistemi tal-Informazzjoni tan-Netwerk. |
|
(30) |
Biex niżguraw il-fiduċja tal-pubbliku fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 hemm bżonn trasparenza u komunikazzjoni ċara u regolari, u li l-persuni u l-aktar komunitajiet affettwati jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom. |
|
(31) |
Meta wieħed iqis il-mod tant mgħaġġel kif evolviet is-sitwazzjoni f’diversi Stati Membri fejn tidħol il-kriżi tal-COVID-19, hu essenzjali li matul din il-kriżi, l-Istati Membri jirrappurtaw u l-Kummissjoni tirrieżamina l-approċċ inkorporat f’din ir-Rakkomandazzjoni malajr u b’mod regolari. |
|
(32) |
Meta jkun meħtieġ, din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ tiġi kkumplimentata bi gwida addizzjonali mill-Kummissjoni, inkluż dwar l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza minħabba l-użu ta’ applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija u prevenzjoni. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
IL-FINI TA’ DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI
|
(1) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi proċess biex jinħoloq approċċ komuni, imsejjaħ Sett tal-Għodod, biex jintużaw mezzi diġitali għall-indirizzar tal-kriżi. Is-Sett tal-Għodod se jkun jinkludi miżuri prattiċi biex it-teknoloġiji u d-data jintużaw b’mod effettiv, b’enfasi fuq żewġ oqsma b’mod partikolari:
|
|
(2) |
L-Istati Membri jenħtieġ jieħdu dawn l-azzjonijiet b’mod urġenti u b’koordinazzjoni mill-qrib ma’ Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni u ma’ partijiet konċernati rilevanti oħra, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika. Jenħtieġ jiżguraw li l-azzjonijiet kollha jittieħdu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-liġi dwar l-apparat mediku u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali flimkien ma’ drittijiet u libertajiet oħra minquxin fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Is-Sett tal-Għodod se jiġi kkumplimentat bi gwida mill-Kummissjoni, inkluż gwida dwar l-implikazzjonijiet tal-użu tal-applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija u prevenzjoni fuq il-protezzjoni tad-data u l-privatezza. |
DEFINIZZJONIJIET
|
(3) |
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni:
|
IL-PROĊESS BIEX JINĦOLOQ SETT TAL-GĦODOD GĦALL-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA U TAD-DATA
|
(4) |
Dan il-proċess jenħtieġ jiffaċilita l-iżvilupp u l-adozzjoni urġenti ta’ sett tal-għodod min-naħa tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jinkludi miżuri prattiċi, inkluż approċċ Ewropew għall-applikazzjonijiet mobbli tal-COVID-19 u għall-użu ta’ data dwar il-mobbiltà għal immudellar u tbassir tal-evoluzzjoni tal-virus. |
|
(5) |
Biex jinħoloq is-sett tal-għodod, l-Istati Membri, irrappreżentati fin-Netwerk tas-Saħħa Elettronika, jenħtieġ jiltaqgħu flimkien u mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard, mingħajr aktar dewmien u mbagħad aktar ta’ spiss. Jenħtieġ jaqsmu bejniethom il-fehmiet tagħhom dwar kif id-data minn bosta sorsi tista’ tintuża bl-aħjar mod biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà b’mod li jkun kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-aktar fejn jidħlu l-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, u biex jinqasmu l-aqwa prattiki u jkunu ffaċilitati approċċi komuni f’dak ir-rigward. |
|
(6) |
In-Netwerk tas-Saħħa Elettronika jenħtieġ jiltaqa’ minnufih biex joperazzjonalizza din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(7) |
Jenħtieġ li kif xieraq, l-Istati Membri, irrappreżentati fin-Netwerk tas-Saħħa Elettronika, jinfurmaw u jitolbu l-kontribut tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, il-Grupp ta’ Koperazzjoni tal-NIS u l-aġenziji rilevanti tal-Kummissjoni, fosthom ENISA, il-Europol, u l-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, meta jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(8) |
Minbarra dan, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ ukoll ikunu involuti mill-qrib biex jiżguraw li s-sett tal-għodod jintegra l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza mid-disinn. |
|
(9) |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw komunikazzjoni regolari, ċara u komprensiva lill-pubbliku dwar l-azzjonijiet meħuda skont din ir-Rakkomandazzjoni u jagħtu opportunitajiet biex il-pubbliku jinteraġixxi u jipparteċipa fid-diskussjonijiet. |
|
(10) |
Hu tassew essenzjali li matul il-proċess jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali kollha, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-prevenzjoni tas-sorveljanza u l-istigmatizzazzjoni. Fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet speċifiċi, is-Sett tal-Għodod għalhekk jenħtieġ:
|
|
(11) |
Is-Sett tal-Għodod jenħtieġ jinħoloq b’mod progressiv fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-partijiet interessati kollha u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, l-aqwa prattika, il-kwistjonijiet u s-soluzzjonijiet li jikkonċernaw is-sorsi u t-tipi tad-data meħtieġa u disponibbli għall-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u għall-istituzzjonijiet tar-riċerka tas-saħħa pubblika għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(12) |
Is-Sett tal-Għodod jenħtieġ jinqasam fost is-sħab internazzjonali tal-Unjoni Ewropea biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u jgħin fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-virus madwar id-dinja. |
APPROĊĊ PAN-EWROPEW GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET MOBBLI TAL-COVID-19
|
(13) |
L-ewwel prijorità għas-Sett tal-Għodod jenħtieġ tkun approċċ pan-Ewropew għall-applikazzjonijiet mobbli tal-COVID-19, li jridu jiġu żviluppati flimkien mill-Istati Membri u l-Kummissjoni sal-15 ta’ April 2020. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data se jkunu assoċjati mal-proċess. Dan l-approċċ jenħtieġ ikun jikkonsisti minn:
|
|
(14) |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri, irrappreżentati min-Netwerk tas-Saħħa Elettronika, jenħtieġ jistabbilixxu proċess għall-iskambju tal-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet meta jkunu previsti xenarji transfruntieri. |
ASPETTI TAL-PRIVATEZZA U TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA FL-UŻU TAL-APPLIKAZZJONIJIET MOBBLI
|
(15) |
L-iżvilupp tas-Sett tal-Għodod jenħtieġ jiġi ggwidat mill-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data. |
|
(16) |
B’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija u prevenzjoni b’rabta mal-COVID-19, jenħtieġ jiġu rispettati l-prinċipji li ġejjin:
|
|
(17) |
Il-Kummissjoni se tippubblika gwida li tispeċifika f’aktar dettall il-prinċipji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet prattiċi li jirriżultaw mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-Sett tal-Għodod. |
L-UŻU TAD-DATA DWAR IL-MOBBILTÀ BĦALA KONTRIBUT GĦALL-ISTRATEĠIJA BIEX NOĦORĠU MILL-KRIŻI
|
(18) |
It-tieni prijorità għas-Sett tal-Għodod jenħtieġ tkun approċċ komuni għall-użu tad-data anonimizzata u aggregata dwar il-mobbiltà, li hi meħtieġa għal:
|
|
(19) |
Meta jiġu biex ifasslu dan l-approċċ, l-Istati Membri (irrappreżentati fin-Netwerk tas-Saħħa Elettronika, b’koordinazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, man-Netwerk Epidemjoloġiku, u mal-ECDC u, jekk meħtieġ, l-ENISIA), jenħtieġ jaqsmu l-aqwa prattiki b’rabta mal-użu tad-data dwar il-mobbiltà, jaqsmu u jqabblu l-immudellar u t-tbassir tad-diffużjoni tal-virus, u jwettqu monitoraġġ tal-impatt tal-miżuri ħalli jillimitaw id-diffużjoni tal-virus. |
|
(20) |
Dan ir-riżultat tanġibbli jenħtieġ jinkludi:
|
RAPPURTAR U RIEŻAMI
|
(21) |
L-approċċ pan-Ewropew għall-applikazzjonijiet mobbli tal-COVID-19 se jiġi ppubblikat fil-15 ta’ April, u se jiġi kkumplimentat bi gwida mill-Kummissjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. |
|
(22) |
Sal-31 ta’ Mejju 2020, l-Istati Membri jenħtieġ jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet li ħadu f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. Dawn ir-rapporti jenħtieġ jibqgħu jsiru b’mod regolari sakemm tippersisti l-kriżi tal-COVID-19. |
|
(23) |
Mit-8 ta’ April 2020, l-Istati Membri jenħtieġ jagħmlu l-miżuri applikati fl-oqsma koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni aċċessibbli għal Stati Membri oħra u għar-rieżami bejn il-pari tal-Kummissjoni. Fi żmien ġimgħa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet dwar dawn il-miżuri. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ iqis dawn l-osservazzjonijiet bl-akbar attenzjoni. |
|
(24) |
Abbażi ta’ dawn ir-rapporti tal-Istati Membri, minn Ġunju 2020, il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress li jkun sar u l-effett ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet ulterjuri lill-Istati Membri, inkluż dwar iż-żmien tal-miżuri applikati fl-oqsma koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Thierry BRETON
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Ewropea għad-data, COM/2020/66 final.
(7) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1765 tat-22 ta’ Ottubru 2019 li tipprovdi r-regoli għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-funzjonament tan-netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-Saħħa elettronika, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/890/UE (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 83).
Rettifika
|
14.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/16 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/414 tad-19 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 82 tad-19 ta’ Marzu 2020 )
F’paġna 1, fit-titolu,
minflok:
“li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU”,
aqra:
“li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika”;
F’paġna 2, fil-premessa 6,
minflok:
“Fil-kuntest ta’ disponibbiltà estremament limitata kemm ta’ vaċċini kif ukoll ta’ aġenti terapewtiċi fil-fażi ta’ investigazzjoni, il-ħażna ta’ kontromiżuri l-Ebola hija miżura ta’ tħejjija importanti f’każ ta’ trażmissjoni tal-marda lejn l-Unjoni.”,
aqra:
“Fil-kuntest ta’ disponibbiltà estremament limitata kemm ta’ vaċċini kif ukoll ta’ aġenti terapewtiċi fil-fażi ta’ investigazzjoni, il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri tal-Ebola hija miżura ta’ tħejjija importanti f’każ ta’ trażmissjoni tal-marda lejn l-Unjoni.”;
F’paġna 2, fil-premessa 11,
minflok:
“B’reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill, il-ħażna ta’ kontromiżuri mediċi, jenħtieġ li tagħmir mediku ta’ kura intensiva, u tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transfruntier serju għas-saħħa jiġu inklużi fil-kapaċitajiet tar-rescEU.”,
aqra:
“B’reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill, jenħtieġ li l-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi, tagħmir mediku ta’ kura intensiva, u tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transfruntier serju għas-saħħa jiġu inklużi fil-kapaċitajiet tar-rescEU.”;
F’paġna 3, fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1(1), fl-emenda tal-punt il-ġdid (e) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU”,
aqra:
“l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(2)(b), fl-emenda tar-raba’ inċiż il-ġdid tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi”,
aqra:
“kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(2)(d), fl-emenda tal-punt il-ġdid (f) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“il-ħażna ta’ kontromiżuri mediċi jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill”,
aqra:
“il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tat-titolu tal-Artikolu l-ġdid 3c tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“ Il-kosti totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescE U ”,
aqra:
“ Il-kostijiet totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescE U ”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Il-kategoriji tal-kosti kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU.”,
aqra:
“Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU.”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c(2) l-ewwel subparagrafu tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Il-kosti tat-tagħmir tal-kosti stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.”,
aqra:
“Il-kostijiet tat-tagħmir tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Il-kategoriji tal-kosti stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-kosti stmati totali għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.”,
aqra:
“Il-kategoriji tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-kostijiet stmati totali għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.”;
F’paġna 3, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c(4) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Il-kost totali stmat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkolat fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess li jakkwista, jikri jew jilloka xi kapaċitàajiet ta’ ħażniet mediċi tar-rescEU. ’ ”,
aqra:
“Il-kategoriji tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-kostijiet stmati totali għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali,’ ”;
F’paġna 5, fl-Anness, fl-emenda tat-Titolu tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“ Il-ħażna ta’ kontromiżuri mediċi u/jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa ”,
aqra:
“ Il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi u/jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa ”;
F’paġna 5, fl-Anness, fl-emenda tat-tieni kolonna tal-ewwel ringiela tat-tabella tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570:
minflok:
“Il-ħażna ta’ kontromiżuri mediċi, li jinkludu l-vaċċini jew aġenti terapewtiċi, it-tagħmir mediku ta’ kura intensiva, it-tagħmir protettiv personali, jew il-provvisti għal-laboratorju, għall-fini ta’ tħejjija u reazzjoni għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa”,
aqra:
“Il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi, li jinkludu l-vaċċini jew aġenti terapewtiċi, it-tagħmir mediku ta’ kura intensiva, it-tagħmir protettiv personali, jew il-provvisti għal-laboratorju, għall-fini ta’ tħejjija u reazzjoni għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa”;
F’paġna 5, fl-Anness, fl-emenda tal-ewwel inċiż tat-tieni kolonna tal-tielet ringiela tat-tabella tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Faċilitajiet ta’ ħażna xierqa fl-Unjoni (7) u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-ħażna.”,
aqra:
“Faċilitajiet ta’ ħażna xierqa fl-Unjoni (7) u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal- kumulazzjoni ta’ riżerva.”;
F’paġna 5, fl-Anness, fl-emenda tan-nota f’qiegħ il-paġna 2 tat-tabella tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti ta’ riskju għoli potenzjali, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi definiti vulnerabbli oħra.”,
aqra:
“Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti b’potenzjal ta’ riskju għoli, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi definiti vulnerabbli oħra.”;
F’paġna 5, fl-Anness, fl-emenda tan-nota f’qiegħ il-paġna 6 tat-tabella tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570,
minflok:
“Din tista’ tinkludi riaġenti ta’ RT-PCR, bħal enżimi, riaġenti tal-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-PCR, riaġenti tal-primer u tas-sonda, riaġenti ta’ kontroll pożittiv, oġġetti konsumabbli tal-laboratorju PCR (eż. tubi, pjanċi) u diżinfettanti, iżda mhux limitata għalihom.”,
aqra:
“Din tista’ tinkludi reaġenti ta’ RT-PCR, bħal enżimi, reaġenti tal-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-PCR, reaġenti tal-primer u tas-sonda, reaġenti għall-kontrolli pożittivi, oġġetti konsumabbli tal-laboratorju PCR (eż. tubi, pjanċi) u diżinfettanti, iżda mhux limitata għalihom.”.