ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
8 ta' April 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/507 tas-7 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perċentwali ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni li għandhom jintgħażlu għall-kontroll tal-konformità ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/509 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fir-Rumanija

58

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/507

tas-7 ta’ April 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perċentwali ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni li għandhom jintgħażlu għall-kontroll tal-konformità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li d-dossiers ta’ reġistrazzjoni jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Artikolu 41 ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) tagħżel perċentwali speċifiku ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni għall-kontroll tal-konformità. Dan il-kontroll jista’ jwassal għal abbozz ta’ deċiżjoni li jeħtieġ li r-reġistranti jissottomettu kull informazzjoni meħtieġa biex ir-reġistrazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni rilevanti.

(2)

Kemm il-valutazzjoni mill-Aġenzija (2) u mill-Kummissjoni (3) dwar l-operat tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif ukoll l-istudju mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi (4) jindikaw li x’aktarx għadd sinifikanti ta’ dossiers ta’ reġistrazzjoni mhumiex konformi, li jxekkel il-ksib effettiv tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(3)

Fir-“Rapport Ġenerali dwar l-operat tar-REACH u rieżami ta’ ċerti elementi”, il-Kummissjoni identifikat in-nuqqas ta’ konformità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni bħala kwistjoni li teħtieġ azzjoni urġenti.

(4)

Wara l-aħħar skadenza għar-reġistrazzjoni, huwa possibbli li jkun hemm ippjanar aħjar minn qabel tal-kontrolli tal-konformità abbażi tal-għarfien imtejjeb tal-għadd effettiv ta’ sustanzi rreġistrati u tal-esperjenza miksuba mill-Aġenzija b’rabta mal-valutazzjoni tad-dossier.

(5)

Wara konsultazzjoni mal-Aġenzija kif riflessa fil-pjan ta’ azzjoni konġunt dwar il-valutazzjoni tar-REACH (5) maqbul mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-ECHA, li talab il-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2019 (6), il-Kummissjoni tqis li, biex tissaħħaħ il-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni rilevanti, il-perċentwali minimu tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni li jridu jiġu kkontrollati għall-konformità mal-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiżdied minn 5 % għal 20 % tar-reġistrazzjonijiet totali li l-Aġenzija tirċievi għal kull limitu ta’ tunnellaġġ sal-iskadenza tal-2018. Dan il-perċentwali jitqies realistiku għall-Aġenzija minħabba r-riżorsi li għandha.

(6)

Fil-pjan ta’ azzjoni konġunt maqbul mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-ECHA ġie maqbul li l-mira ta’ 20 % jenħtieġ li tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2023, għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ 100 tunnellata jew aktar fis-sena, u sal-31 ta’ Diċembru 2027 għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ anqas minn 100 tunnellata fis-sena, li jiġu sottomessi sal-iskadenza tal-2018.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 41(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-ewwel u t-tieni sentenzi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni ma’ dan ir-Regolament, sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Aġenzija għandha tagħżel perċentwali ta’ dawk id-dossiers li ma jkunx inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjoni fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ 100 tunnellata jew aktar fis-sena.

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-Aġenzija għandha tagħżel ukoll perċentwali ta’ mhux inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ inqas minn 100 tunnellata fis-sena.

Meta jintgħażlu d-dossiers għall-kontroll tal-konformità, l-Aġenzija għandha tagħti prijorità, iżda mhux b’mod esklużiv, lid-dossiers li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-rapporti ta’ valutazzjoni annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u r-rapporti dwar l-operat tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006: https://echa.europa.eu/about-us/the-way-we-work/plans-and-reports

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “Rapport Ġenerali tal-Kummissjoni dwar l-operat tar-REACH u rieżami ta’ ċerti elementi”, COM(2018) 116 final.

(4)  https://www.bfr.bund.de/cm/349/data-quality-of-environmental-endpoints-in-registrations.pdf

(5)  REACH Evaluation Joint Action Plan - Ensuring compliance of REACH registrations -

https://echa.europa.eu/documents/10162/21877836/final_echa_com_reach_evaluation_action_plan_en

(6)  Lejn Strateġija tal-Unjoni rigward il-Politika dwar is-Sustanzi Kimiċi - Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2019, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10713-2019-INIT/mt/pdf - il-punt 18 -


8.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/508

tas-7 ta’ April 2020

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (“SSHR” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“PRC”) u mit-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”), abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u dannu materjali li rriżulta minnu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/104 (3).

1.2.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-prodotturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa fl-Unjoni dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti li huma indirizzati fit-Taqsimiet 2.3 u 5.2.3.

1.3.   Il-kampjunar

(6)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni sostniet li kienet iddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li kienu se jiġu investigati billi tapplika l-kampjunar u li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun provviżorju abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ fl-Unjoni rrappurtati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Il-kampjun provviżorju stabbilit b’dan il-mod kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jammontaw għal aktar minn 78 % tal-produzzjoni u 88 % tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili, u li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Id-dettalji ta’ dan il-kampjun provviżorju saru disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, bil-possibbiltà li jagħmlu l-kummenti tagħhom. Ma sar l-ebda kumment.

(8)

B’riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kampjun provviżorju tal-produtturi tal-Unjoni ġie kkonfermat. Dan kien jikkonsisti minn Aperam Belgium (“Aperam”), Acciai Speciali Terni S.p.A. (“AST”) u OTK Stainless Oy (“OTK”). Il-kampjun definittiv huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.3.2.   Il-kampjunar tal-importaturi

(9)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(10)

Żewġ importaturi mhux relatati ppreżentaw lilhom infushom bħala partijiet interessati u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet li waslu, il-kampjunar ma kienx meħtieġ. Iż-żewġ importaturi kienu mistiedna jwieġbu kwestjonarju.

1.3.3.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati

(11)

Wara li kkunsidrat l-għadd ta’ produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiżi kkonċernati, in-Notifika ta’ Bidu pprevediet biss il-kampjunar fil-PRC u għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun.

(12)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Indoneżja fi Brussell, lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea u lill-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Tajpej fl-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk disponibbli, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

1.3.3.1.   L-Indoneżja

(13)

Kien hemm biss żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja li kienu magħrufa lill-Kummissjoni fil-bidu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kienx beħsiebha tagħżel kampjun. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Konsegwentement, il-Kummissjoni wettqet l-investigazzjoni dwar iż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja.

1.3.3.2.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(14)

Ħames produtturi esportaturi fil-PRC ipprovdew l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ Bidu u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet kumpaniji, li raġonevolment setgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-bażi għall-għażla tal-kampjun kienet l-akbar volumi ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-PRC, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(16)

Wara ż-żjarat ta’ verifika, minħabba n-nuqqasijiet fl-informazzjoni pprovduta minn produttur esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora l-informazzjoni mogħtija minn dan il-produttur abbażi tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku (4).

(17)

B’riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tnaqqas għal żewġ kumpaniji, li jkopru madwar 92 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li xorta kien meqjus bħala livell għoli ta’ kooperazzjoni.

1.3.3.3.   It-Tajwan

(18)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-kampjunar ma kienx previst għat-Tajwan peress li kien hemm produttur esportatur wieħed biss li kienet taf bih il-Kummissjoni. Madankollu, ftit qabel il-bidu, il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Tajpej fl-Unjoni Ewropea li jista’ jkun hemm total ta’ 12-il produttur esportatur addizzjonali tal-prodott ikkonċernat fit-Tajwan. Għalhekk, mal-bidu, il-Kummissjoni staqsiet lit-13-il parti biex iwieġbu għall-mistoqsijiet dwar il-kampjunar u, sussegwentement, biex iwieġbu għal xi mistoqsijiet oħra maħsuba biex jiċċaraw ir-rwol u l-attivitajiet preċiżi tagħhom. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni setgħet eventwalment tidentifika żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fit-Tajwan. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni.

(19)

Iż-żewġ produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw madwar 56 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni. It-tweġibiet ta’ sebgħa mill-partijiet Tajwaniżi kkuntattjati mill-Kummissjoni mal-bidu wrew li dawn il-kumpaniji kienu fil-fatt ċentri ta’ servizz indipendenti u/jew negozjanti u li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi, jekk mhux kollha, li kien fadal lejn l-Unjoni eventwalment saru minn dawn il-partijiet. Dawn iċ-ċentri ta’ servizz ma kellhom l-ebda faċilità ta’ laminazzjoni bis-sħana jew ta’ laminazzjoni bil-kesħa u għalhekk ma kinux jikkwalifikaw bħala produttur tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-valur miżjud tagħhom kien żgħir meta mqabbel mal-kost tal-inputs tagħhom. Madankollu, fid-dawl tat-tweġibiet li waslu mingħandhom dwar il-mistoqsijiet imsemmija fil-premessa (18) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni segwiet billi pprovdiet lil dawn il-partijiet kwestjonarju konċiż sabiex tikseb fehim tajjeb tal-funzjonament tal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni Tajwaniż tal-prodott li qed jiġi investigat.

1.4.   Eżaminazzjoni individwali

(20)

Oriġinarjament, erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju disponibbli online fil-jum tal-bidu (5). Barra minn hekk, meta ħabbret il-kampjun, il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk kienu jixtiequ li jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma ngħatat l-ebda konċessjoni għal eżami individwali.

1.5.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-PRC fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GOC”).

(22)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fl-Indoneżja u l-PRC fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-Indoneżja u l-PRC. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-Gvern tal-Indoneżja (“GOI”) u lill-GOC.

(23)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ilmentatur, liż-żewġ importaturi mhux relatati u liż-żewġ utenti li kienu ppreżentaw ruħhom, lid-disa’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u lill-operaturi ekonomiċi l-oħra kollha li ppreżentaw ruħhom u talbu kwestjonarju. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli onlajn (6) fil-jum tal-bidu.

(24)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati, żewġ utenti, iż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa mill-Indoneżja, it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mill-PRC, iż-żewġ produtturi esportaturi fit-Tajwan u ċentru ta’ servizz mhux relatat fit-Tajwan. Waslet ukoll tweġiba għall-kwestjonarju mingħand il-GOI. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GOC għal xi waħda miż-żewġ kwestjonarji mibgħuta.

(25)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-partijiet li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

Acciai Speciali Terni S.P.A., Terni, l-Italja (“AST”)

Aperam Stainless Belgium, Châtelet u Genk, il-Belġju (“Aperam”)

Outokumpu Stainless Oy, Tornio, il-Finlandja (“OTK”)

Eurofer, Brussell, il-Belġju.

(b)

Utenti fl-Unjoni

Marcegaglia Specialties S.p.A., Mantova, l-Italja (“Marcegaglia”).

(c)

Produtturi esportaturi

 

Produtturi esportaturi fl-Indoneżja

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel, Jakarta (“ITSS”)

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry, Jakarta (“GCNS”).

 

Produtturi esportaturi fil-PRC:

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd., Taiyuan (“STSS”), l-esportatur relatat tagħha fil-pajjiż terz — Tisco Stainless Steel (H.K.) Ltd., HongKong (“Tisco HK”), u ħames kumpaniji relatati li jinsabu fil-PRC: Beijing Taigang Sales Co., Shanxi Taigang Bonded & Conprehensive, Taiyuan Iron & Steel (Group) Fly Ash Comprehensive Utilization Co. Ltd., Taiyuan Taigang Daming Metal Products Ltd, u Tianjin Tisco u TPCO Stainless Steel

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd., Ximen (“FSS”)

Zhenxhi Group Eastern Special Steel Co., Ltd., Jiaxing (“Zhenshi”).

 

Produtturi esportaturi fit-Tajwan:

Yieh United Steel Co. (“Yusco”); u l-produttur relatat tagħha Tang Eng Iron Works Co. Ltd. (“Tang Eng”); iċ-ċentru ta’ servizz relatat tagħha Yieh Mau Co. (“YMC”); u n-negozjatur relatat tagħha Yieh Co. Ltd. (“YCL”), Kaohsiung (flimkien imsejħa “Yusco Group”)

Walsin Lihwa Co., Tainan (“Walsin”).

 

Ċentru ta’ servizz indipendenti fit-Tajwan:

YC INOX Ltd., Changhua County (“YC INOX”).

(26)

Fir-rigward tal-proċedura tal-Artikoli 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku, saret konsultazzjoni mal-GOI.

1.6.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(27)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.7.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(28)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-PRC, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(29)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-PRC sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-SSHR. Ħames produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(30)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GOC kif deskritt fil-premessa (21). Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GOC. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GOC li kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fil-PRC.

(31)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Żewġ produtturi esportaturi għamlu kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(32)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(33)

Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“in-Nota tad-9 ta’ Settembru”) biex tikseb l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tiddetermina l-valur normali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi tal-produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli (jiġifieri l-Brażil, il-Malasja, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija).

(34)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u l-ilmentatur. Il-GOC ma pprovda l-ebda kumment.

(35)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li waslu fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-10 ta’ Ottubru 2019 (“in-Nota tal-10 ta’ Ottubru”). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista provviżorja ta’ fatturi tal-produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, il-Brażil kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom, iżda ma rċeviet l-ebda kumment.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(36)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jinħadmux aktar wara li jiġu llaminati bis-sħana u li jeskludu prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż 10 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja. Il-kodiċijiet SA huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

2.2.   Il-prodott simili

(37)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-pajjiżi kkonċernati;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Brażil, li serva bħala pajjiż rappreżentattiv fis-sens tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku; u

l-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(38)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Talbiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(39)

Marcegaglia u ż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja sostnew li l-kojls suwed jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li din l-investigazzjoni tkopri żewġ tipi differenti ta’ kojls tal-azzar inossidabbli, jiġifieri kojls bojod u suwed, u li għalkemm kemm il-kojls suwed kif ukoll dawk bojod huma kklassifikati taħt l-istess kodiċijiet SA (kif iddefinit fin-Notifika ta’ Bidu), il-proprjetajiet u l-użi intenzjonati tagħhom ivarjaw. Fir-rigward tal-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi, Marcegaglia fost l-oħrajn sostniet li, f’termini ta’ reżistenza għall-korrużjoni, il-kojls suwed saħansitra lanqas ma huma prodotti tal-azzar inossidabbli. Skont Marcegaglia, dawn huma prodotti nofshom lesti, li la kienu ttemprati u lanqas imnaddfa.

(40)

Barra minn hekk, skont Marcegaglia, l-SSHR suwed huma magħmula permezz ta’ laminazzjoni fis-sħana ta’ ċangaturi u huma prinċipalment, jekk mhux esklussivament, fornuti lil rilaminaturi. Marcegaglia argumentat li s-SSHR suwed jistgħu fil-fatt jintużaw biss għal ipproċessar ulterjuri (rilaminazzjoni) f’kojls imnaddfa jew f’kojls tal-azzar inossidabbli illaminati fil-kiesaħ u li hemm biss żewġ rilaminaturi fl-Unjoni, jiġifieri Marcegaglia u parti oħra ħafna iżgħar. Hija ddikjarat li l-SSHR suwed, bħala kategorija tal-prodott, huma iktar simili għal ċangaturi tal-azzar inossidabbli milli għall-SSHR bojod minħabba n-natura intrinsika tagħhom ta’ prodott nofsu lest.

(41)

Minbarra dan, skont Marcegaglia, l-SSHR bojod kienu prodott lest tal-azzar inossidabbli magħmul bit-temprar u t-tindif tal-SSHR suwed. Dawn tal-aħħar huma għalhekk il-materja prima indispensabbli għall-manifattura tal-SSHR bojod daqskemm iċ-ċangaturi huma l-materja prima indispensabbli għall-manifattura tal-SSHR suwed. Bħala tali, l-SSHR bojod jistgħu jintużaw mingħajr aktar ipproċessar mill-utenti finali għal applikazzjoni industrijali diretta (eż. l-industriji tal-karozzi, tal-makkinarju u petrokimiċi). Huma jiġu fornuti lill-kumpaniji tal-qtugħ tal-pjanċi, lill-manifatturi tat-tubi u lill-kumpaniji ta’ laminazzjoni bil-kesħa għal aktar ipproċessar.

(42)

Fl-aħħar nett, il-partijiet ikkonċernati sostnew li l-industrija tal-Unjoni mhijiex interessata li tforni l-koljs suwed fis-suq minħabba li dawn jippreferu jużaw huma stess il-kojls suwed li jipproduċu biex ikomplu jikkonvertuhom f’kojls bojod u prodotti oħra li jiġu wara fil-katina tal-produzzjoni. Għalhekk, skont huma, is-sigurtà tal-provvista tal-kojls suwed tkun f’riskju li kieku dawn jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri, jekk ikun il-każ.

(43)

Eurofer opponiet il-pretensjonijiet imsemmija fil-premessi (39) sa (42). Fost l-oħrajn din insistiet li kemm il-kojls suwed kif ukoll dawk bojod huma prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli bl-istess karatteristiċi fiżiċi u kompożizzjoni kimika għall-istess gradi, immanifatturati mill-istess materja prima (essenzjalment il-kromju, ir-ruttam tal-azzar inossidabbli u n-nikil) u li l-valur miżjud għall-ipproċessar tal-kojls suwed f’kojls bojod huwa limitat u jirrappreżenta inqas minn 8 % tal-kost tal-produzzjoni ta’ kojl abjad. Eurofer irreferiet ukoll għal kapaċità kumplessiva mhux użata ta’ aktar minn 2 miljun tunnellata fost il-produtturi tal-Unjoni u indikat li l-industrija tal-Unjoni tista’ u hija lesta tissodisfa d-domanda kollha tal-SSHR fis-suq tal-Unjoni, irrispettivament mit-tip ta’ prodott meħtieġ. Barra minn hekk, din ippreżentat li, fuq is-sit web tagħhom, diversi produtturi tal-Unjoni nnotifikaw li jistgħu jfornu kojls suwed u li huma lesti jagħmlu dan. B’konsegwenza ta’ dan, din sostniet li s-sigurtà tal-provvista tal-kojls suwed mhijiex f’riskju iżda indikat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni jekk jiġu esklużi l-kojls suwed.

(44)

Il-Kummissjoni analizzat dawn id-dikjarazzjonijiet. Fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott, l-investigazzjoni sabet li l-kojls suwed u l-kojls bojod għandhom l-istess kompożizzjoni kimika. B’mod partikolari, il-kojls suwed huma mmanifatturati mill-istess materjal bażiku u għalhekk għandhom l-istess karatteristiċi bħall-kojls bojod skont il-grad tal-azzar. Minn dan isegwi li l-kojls suwed jaqgħu taħt l-istess intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda bħall-kojls bojod koperti mill-proċediment, li jibdew b’7219 jew 7220. Dawn iż-żewġ intestaturi jaqgħu taħt it-Taqsima “azzar inossidabbli” fil-Kapitolu 72 (Ħadid u azzar) tan-Nomenklatura Magħquda. Il-kojls suwed u bojod għandhom ukoll l-istess proprjetajiet fiżiċi peress li għandhom dimensjonijiet simili. Il-kojls suwed u bojod huma interskambjabbli għal rilaminaturi b’faċilitajiet ta’ rikottura u ta’ purifikazzjoni tal-metall, li tabilħaqq ifisser li hemm riskju ta’ ċirkomvenzjoni jekk il-kojls suwed jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat.

(45)

Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ interess mill-industrija tal-Unjoni biex tbigħ il-kojls suwed, din il-pretensjoni ma kienet sostanzjata bl-ebda evidenza. Għall-kuntrarju ta’ dan, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità żejda sinifikanti, li hija disponibbli b’mod ugwali għall-kojls suwed u bojod, u li, minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli tas-suq, fil-perjodu ta’ investigazzjoni din biegħet volumi sinifikanti ħafna ta’ kojls suwed fis-suq tal-Unjoni, inkluż (iżda mhux esklussivament) lil Marcegaglia. Dan juri li hija għandha interess ġenwin biex taqdi lis-suq.

(46)

Abbażi ta’ dan, hija kkonkludiet b’mod provviżorju li l-kojls suwed u bojod jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u jiffurmaw grupp wieħed ta’ prodotti. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-premessi (39) sa (42) ġew miċħuda.

(47)

Diversi partijiet sostnew li l-SSHR ta’ wisa’ ta’ 1 600 mm u aktar, inklużi SSHR ta’ wisa’ ta’ 2 000 mm, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni minħabba li l-introduzzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq dan il-materjal speċjali tkompli tnaqqas il-possibbiltà ta’ xiri ta’ materjal li diġà huwa diffiċli ħafna li jinkiseb. Dan jillimita wkoll il-kompetittività tagħhom kontra produtturi mhux tal-Unjoni ta’ tubi wweldjati b’dijametru kbir.

(48)

Din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. L-SSHR ta’ wisa’ ta’ 1 600 mm jew aktar għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bħal SSHR iżgħar. Għandhom ukoll l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi ħlief għall-wisa’. SSHR ta’ wisa’ akbar jistgħu faċilment jiġu ttrasformati f’SSHR iżgħar permezz ta’ operazzjonijiet ta’ qtugħ sempliċi. Għalhekk hemm riskju ta’ ċirkomvenzjoni jekk il-kojls ikbar jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(49)

Il-Konsorzju għall-importazzjonijiet ta’ SST HRF (7) sostna li l-kojls bi ħxuna ta’ aktar minn 10 mm jenħtieġ li jiġu esklużi, peress li hemm biss żewġ impjanti fl-Unjoni li jistgħu jipproduċu SSHR bi ħxuna ta’ aktar minn 13-il mm. Il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni valida biex teskludi dawn il-kojls, li mingħajr l-ebda dubju għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bħat-tipi l-oħra kollha ta’ prodotti fl-ambitu tal-prodott. Barra minn hekk u kif indikat mill-Konsorzju nnifsu, l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li tissupplixxihom. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

3.   DUMPING

3.1.   L-Indoneżja

3.1.1.   Produtturi esportaturi

(50)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja, il-kumpaniji ITSS u GCNS. Il-kumpaniji kienu relatati ma’ xulxin permezz tal-kumpanija prinċipali aħħarija tagħhom, il-produttur tal-azzar Ċiniż Tsingshan Steel Group.

(51)

Flimkien mal-kumpanija Indoneżjana PT Bintang Delapan, Tsingshan Steel Group stabbilixxa l-Park Industrijali Morowali tal-Indoneżja (“IMIP”) f’Sulawesi, l-Indoneżja (8). Il-kumpaniji li ġejjin relatati permezz ta’ Tsingshan Steel Group u li jinsabu fl-IMIP kienu involuti fl-investigazzjoni:

GCNS huwa produttur esportatur integrat tal-prodott li qed jiġi investigat li jipproċessa l-mineral tan-nikil f’SSHR suwed;

ITSS huwa produttur esportatur integrat li jipproċessa l-mineral tan-nikil f’ċangaturi tal-azzar inossidabbli;

PT Sulawesi Mining Investment (“SMI”) hija funderija li tipproċessa l-mineral tan-nikil f’ferronikil u tkompli tipproċessah f’ċangaturi tal-azzar inossidabbli;

PT Indonesia Ruipu Nickel and Chrome Alloy (“IRNC”) hija produttur tal-ferrokromju u ta’ prodotti downstream mill-prodott li qed jiġi investigat, u hija kapaċi tipproċessa ulterjorment l-SSHR bojod b’laminazzjoni bil-kesħa;

PT Tsingshan Steel Indonesia (“TSI”) hija produttur tal-ħadid fondut grezz tan-nikil (prodott minn mineral tan-nikil b’kontenut baxx ta’ nikil).

3.1.2.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku

(52)

Iż-żewġ produtturi esportaturi naqsu milli jipprovdu struttura globali sinifikanti tal-grupp fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju u matul iż-żjarat ta’ verifika. Barra minn hekk, in-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjonijiet ma pprovdew l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju.

(53)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-fornituri tagħhom ta’ mineral tan-nikil, li hija meqjusa bħala materja prima kruċjali li tagħti lill-prodott li qed jiġi investigat il-karatteristiċi inossidabbli tiegħu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi jekk il-fornituri allegatament mhux relatati kinux fil-fatt indipendenti mill-produtturi esportaturi.

(54)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk il-mineral tan-nikil fornut minn partijiet relatati identifikati b’mod pożittiv kienx inxtara bi prezz ta’ distakkament.

(55)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika r-relazzjoni mal-klijent li allegatament mhux relatat ta’ negozjant domestiku relatat. Għalhekk, il-Kummissjoni injorat il-bejgħ bejn in-negozjant relatat u l-klijent li allegatament mhux relatat meta ddeterminat il-valur normali.

(56)

Fl-aħħar nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tan-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni lill-ewwel klijent mhux relatat u l-kostijiet attwali mġarrba minn dawk in-negozjanti relatati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi għalkemm l-informazzjoni kollha pprovduta mill-GCNS u l-ITSS setgħet tiġi vverifikata mar-rekords tal-kumpaniji.

(57)

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni infurmat lill-GCNS u lill-ITSS bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping. F’dan ir-rigward, il-produtturi esportaturi ssottomettew kummenti fis-7 ta’ Jannar 2020.

(58)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi ssottomettew li r-Regolament bażiku ma jippermettix lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi dwar ix-xiri tal-mineral tan-nikil mhijiex affidabbli biss għar-raġuni li r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-fornituri tagħhom ma setgħetx tiġi stabbilita. GCNS u ITSS irreferew għall-ġurisprudenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) (9) u l-Ftehim dwar il-Valutazzjoni Doganali tad-WTO (10), li minnhom irriżulta li t-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati ma jistgħux jitqiesu a priori bħala inaċċettabbli jew li mhumiex f’kundizzjonijiet ta’ distakkament. Fl-aħħar nett, il-produtturi esportaturi fakkru li l-Kummissjoni vverifikat ix-xiri ta’ mineral tan-nikil matul iż-żjara ta’ verifika.

(59)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li tabilħaqq l-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji fil-grupp (GCNS, ITSS, SMI, u TSI) dwar l-identità tal-fornitur, il-volumi u l-valuri tax-xiri ta’ materja prima ġiet ivverifikata. Madankollu, u minkejja r-regoli u l-ġurisprudenza tad-WTO dwar tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, billi ma kinux jipprovdu l-istruttura dinjija tal-grupp, il-produtturi esportaturi żammew lura lill-Kummissjoni saħansitra milli teżamina jekk it-tranżazzjonijiet ta’ xiri kinux imwettqa bi prezz ta’ distakkament.

(60)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tinjora l-prezz tax-xiri rrapportat tal-mineral tan-nikil u tissostitwih bil-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(61)

Rigward il-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni, il-produtturi esportaturi reġgħu għamlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw il-kooperazzjoni tan-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni. Il-produtturi esportaturi ssuġġerew ukoll li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni disponibbli fil-fajl bħala fatti disponibbli.

(62)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tuża d-data disponibbli fil-fajl ipprovduta mill-partijiet interessati fl-Unjoni, li kkooperaw fl-investigazzjoni mill-bidu tagħha u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(63)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni użat b’mod provviżorju l-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi jew tissostitwixxi ċerta informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fil-punt deskritt hawn fuq.

3.1.3.   Valur normali

(64)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(65)

Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali tal-GCNS tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li ma kienx rappreżentattiv.

(66)

Għalhekk, meta tip ta’ prodott ma kienx jinbiegħ fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(67)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-GCNS matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) imġarrbin mill-GCNS għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-GCNS għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(68)

Il-kost tal-mineral tan-nikil ġie aġġustat kif spjegat fil-premessi (79) sa (82).

(69)

Il-GCNS xtrat ċerti servizzi u inputs fil-forma ta’ prodotti nofshom lesti mill-fornituri relatati li jinsabu fl-IMIP. Il-Kummissjoni eżaminat jekk dan ix-xiri sarx bi prezz ta’ distakkament. F’dan ir-rigward, fejn disponibbli, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xiri mal-prezz tal-fornitur relatat lil klijent mhux relatat. Fejn dan il-prezz ma kienx disponibbli, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xiri ma’ prezz tas-suq ikkalkulat li jqis il-kostijiet tal-produzzjoni, l-SG&A, u profitt raġonevoli tal-fornitur relatat. Fejn xieraq, il-Kummissjoni aġġustat l-ispejjeż ta’ dawk is-servizzi u l-inputs imġarrba minn GCNS skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(70)

Abbażi tat-test tar-rappreżentattività spjegat fil-premessa (64), il-bejgħ totali mill-ITSS tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(71)

Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-ITSS b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(72)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-ITSS fis-suq domestiku tagħha għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew paragunabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b’esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ ta’ tip wieħed ta’ prodott fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(73)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(74)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profitabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(75)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(76)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(77)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li 13,7 % tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip ta’ prodott kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss.

(78)

Meta tip ta’ prodott ma kienx jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(79)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-ITSS matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-SG&A mġarrba mill-ITSS għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

l-profitt medju ponderat realizzat mill-ITSS għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(80)

Il-kost tal-mineral tan-nikil ġie aġġustat kif spjegat fil-premessi (79) sa (82).

(81)

L-ITSS xtrat ċerti servizzi u inputs mill-fornituri relatati li jinsabu fl-IMIP. Il-Kummissjoni eżaminat jekk dan ix-xiri sarx bi prezz ta’ distakkament. F’dan ir-rigward, fejn disponibbli, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xiri mal-prezz tal-fornitur relatat lil klijent mhux relatat. Fejn dan il-prezz ma kienx disponibbli, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xiri ma’ prezz tas-suq mibni billi qieset il-kostijiet tal-produzzjoni, l-SG&A, u profitt raġonevoli mill-fornitur relatat. Fejn xieraq, il-Kummissjoni aġġustat l-ispejjeż ta’ dawk is-servizzi u l-inputs imġarrba mill-ITSS skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(82)

Kif spjegat fil-premessi (52) sa (54) u (57) sa (60), il-Kummissjoni injorat il-kostijiet tal-mineral tan-nikil kif irrappurtati miż-żewġ produtturi esportaturi u mill-fornituri relatati tagħhom ta’ ċerti inputs imsemmija fil-premessi (69) u (78). Il-Kummissjoni kien beħsiebha tuża l-prezz tas-suq tal-mineral tan-nikil fl-Indoneżja bħala fatti disponibbli u tissostitwixxi l-kostijiet reali tal-mineral tan-nikil b’dak il-prezz.

(83)

F’dan ir-rigward, fil-qafas tal-konsultazzjonijiet mal-GOI dwar distorsjonijiet potenzjali tal-materja prima skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni talbet informazzjoni statistika dwar il-volumi u l-valuri tal-bejgħ domestiku, li l-GOI normalment ikun ġabar skont il-leġiżlazzjoni applikabbli (11). Il-GOI, madankollu, ipprovda biss informazzjoni dwar il-volumi ta’ bejgħ domestiku. Għalhekk, din l-informazzjoni ma kinitx kompluta u ma setgħetx tintuża biex jiġi stabbilit prezz tas-suq Indoneżjan domestiku tal-mineral tan-nikil.

(84)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni użat il-prezz li fil-fatt tħallas minn produttur esportatur wieħed li pprovda informazzjoni dwar il-kontenut tan-nikil tal-mineral tan-nikil għat-tranżazzjonijiet tax-xiri kollha tiegħu. Il-Kummissjoni qieset li l-kontenut tan-nikil, li jinfluwenza l-prezz tal-mineral tan-nikil, jenħtieġ li jitqies meta jiġu ssostitwiti l-kostijiet tal-mineral tan-nikil irrappurtati mill-kumpaniji fil-grupp. Il-Kummissjoni identifikat l-aktar tranżazzjonijiet tax-xiri għaljin għal kull kontenut tan-nikil u qieset li dawk it-tranżazzjonijiet u l-prezzijiet x’aktarx kienu l-inqas affettwati minn relazzjoni bejn il-fornitur u x-xerrej. Il-Kummissjoni stabbiliet l-ispejjeż aġġustati ta’ minerali tan-nikil ibbażati fuq il-medja peżata tal-prezz tax-xiri tat-tranżazzjonijiet magħżula b’kunsiderazzjoni tal-volum totali mixtri mill-kumpanija f’kull grupp ta’ kontenut tan-nikil.

(85)

Il-kostijiet aġġustati tal-mineral tan-nikil intużaw ukoll biex jiġu kkalkulati mill-ġdid il-kostijiet tal-produzzjoni tal-inputs nofshom lesti mixtrija mill-fornituri relatati msemmija fil-premessi (69) u (78), meta ġie eżaminat jekk l-inputs rilevanti nxtrawx mill-produtturi esportaturi bi prezz ta’ distakkament. Meta kien evidenti li l-fornituri użaw mineral tan-nikil b’kontenut ta’ nikil aktar baxx, il-kostijiet aġġustati rriflettew id-differenza.

3.1.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(86)

Il-produtturi esportaturi pprovdew informazzjoni li huma esportaw lejn l-Unjoni permezz ta’negozjanti relatati f’pajjiżi terzi u negozjant mhux relatat f’pajjiż terz.

(87)

Kif spjegat fil-premessi (52) u (56), in-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ b’esportazzjoni ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl u vverifikata mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-prezz tal-importazzjoni fl-Unjoni abbażi tal-informazzjoni fil-fajl ipprovduta mill-partijiet interessati li kkooperaw fl-Unjoni. Il-Kummissjoni aġġustat aktar dak il-prezz għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż it-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija, l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti li nkisbu, abbażi ta’ informazzjoni vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi jew informazzjoni disponibbli pubblikament (eż. dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati pubblikament disponibbli ta’ wieħed min-negozjanti relatati ddikjarati).

3.1.5.   Il-paragun

(88)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works.

(89)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabbiltà tal-prezz, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-valur normali għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija. Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għall-kostijiet ta’ kreditu u l-kummissjoni tan-negozjant mhux relatat f’pajjiż terz.

3.1.6.   Marġnijiet tad-dumping

(90)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott li qed jiġi investigat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(91)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping medji ponderati provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma 19,3 % għall-GCNS u 16,2 % għall-ITSS.

(92)

Kif spjegat fil-premessi (50) u (51), il-produtturi esportaturi huma relatati. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet marġni tad-dumping medju ponderat uniku għaż-żewġ kumpaniji fil-livell ta’ 19,2 %.

(93)

Billi l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li huwa rappreżentattiv li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(94)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni provviżorju tad-dumping

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel

19,2 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

19,2 %

3.2.   Il-PRC

3.2.1.   Kummenti preliminari

(95)

Kif spjegat fil-premessa (16) fir-rigward ta’ wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u injorat l-informazzjoni pprovduta minn dan il-produttur esportatur.

(96)

Il-Kummissjoni ħadet din id-deċiżjoni minħabba li matul iż-żjara ta’ verifika l-kumpanija naqset milli tispjega fil-ħin diversi ċifri ppreżentati fit-tweġiba għall-kwestjonarju u torbothom mal-kontijiet awditjati, il-kontijiet tal-ġestjoni tal-kostijiet u d-data fl-applikazzjonijiet interni tal-IT użati. Xi ċifri, bħall-volumi tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott, il-konsum tal-inputs tal-enerġija, l-allokazzjoni tal-prodotti sekondarji u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li kienu meqjusa kruċjali għall-kalkolu tal-marġni individwali tad-dumping, ma setgħux jiġu rrikonċiljati mad-dokumenti msemmija hawn fuq jew l-iskemi tal-allokazzjoni tagħhom ma setgħux jiġu spjegati biżżejjed. Barra minn hekk, minħabba dewmien fil-forniment tad-data u l-ispjegazzjonijiet mitluba, il-Kummissjoni ma setgħet tivverifika bl-ebda mod ċerti partijiet tat-tweġibiet għall-kwestjonarju relatati mad-determinazzjoni tal-valur normali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rċevietx l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti fir-Regolament bażiku biex tistabbilixxi marġni tad-dumping għall-kumpanija.

(97)

Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2019, il-parti interessata ġiet mgħarrfa bir-raġunijiet tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinjora l-informazzjoni pprovduta u ngħatat l-opportunità li tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri.

(98)

Il-kumpanija wieġbet l-ittra tal-Kummissjoni fis-7 ta’ Jannar 2020. Fit-tweġiba tagħha, il-kumpanija ma kkontestatx il-fatt li n-nuqqasijiet elenkati fl-ittra tal-Kummissjoni kienu eżistew. Madankollu, il-kumpanija sostniet li dawn in-nuqqasijiet ma kinux serji biżżejjed biex tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija argumentat li n-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha kienu kkawżati mill-fatt li l-informazzjoni pprovduta minn kumpanija relatata waħda kienet ġeneralment ikkumpilata u trattata manwalment minflok permezz ta’ sistema tal-IT. Għalhekk, kienet aktar suxxettibbli li jkollha nuqqasijiet. Il-kumpanija kkonkludiet li minkejja dan, il-Kummissjoni setgħet tikkalkula marġni ta’ dumping individwali abbażi tal-informazzjoni vverifikata fuq il-post.

(99)

Il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-kumpanija li, fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata fuq il-post, kien possibbli li jiġi kkalkulat marġni ta’ dumping individwali. Kif stabbilit fil-premessa (93) hawn fuq, in-natura u l-ammont ta’ nuqqasijiet identifikati fuq il-post — irrispettivament minn x’tista’ tkun l-oriġini tagħhom — u l-fatt li l-kumpanija ma kinitx kapaċi tirriżolvihom matul iż-żjara ta’ verifika kollha, effettivament waqqfu lill-Kummissjoni milli tikkalkula marġni ta’ dumping fuq il-bażi ta’ data vverifikata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni b’mod provviżorju injorat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur u f’dan l-istadju kkonfermat l-użu tal-fatti disponibbli fir-rigward ta’ dan il-produttur esportatur.

(100)

Għalhekk, id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping ta’ hawn taħt tirreferi għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li għad fadal fil-kampjun.

3.2.2.   Valur normali

(101)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(102)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GOC, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(a)   Introduzzjoni

(103)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “Id-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(104)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, m’hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha biex ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha ssir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(105)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settu r”.

(106)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar il-PRC (minn hawn’ il quddiem “ir-Rapport”), (12) li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. Il-partijiet interessati kienu mistiedna biex jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu.

(107)

B’mod paritkolari, l-ilment irrefera għal prattiki li jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet fis-settur tal-azzar inossidabbli:

is-suq tal-azzar inossidabbli Ċiniż għadu sa punt sinifikanti fornut minn impriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-GOC;

il-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija fil-PRC mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, inklużi politiki li jiffavorixxu fornituri domestiċi;

għad hemm nuqqas ta’ infurzar adegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, tal-liġijiet korporattivi u tal-proprjetà fil-PRC;

il-kostijiet lavorattivi huma distorti minħabba li mhumiex ir-riżultat ta’ forzi normali tas-suq jew ta’ negozjati bejn il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol;

il-kumpaniji tal-azzar inossidabbli għandhom aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.

(108)

Kif indikat fil-premessa (30), il-GOC la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(109)

Il-kummenti f’dan ir-rigward waslu mingħand tnejn mill-produtturi esportaturi, li ddikjaraw li l-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhuwiex kompatibbli mal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) tad-WTO. F’dan ir-rigward, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tiddevjax mill-metodoloġija standard biex tistabbilixxi l-valur normali, sakemm l-ADA ma jkunx jippermetti mod ieħor, u jenħtieġ li ssegwi l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 2 tal-ADA. Barra minn hekk, il-partijiet interessati sostnew ukoll li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti lanqas biss jeżisti fl-ADA.

(110)

Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza fil-fajl li l-allegati interventi governattivi elenkati fir-Rapport u l-ilment kienu wasslu għal distorsjonijiet fil-prezz tal-inputs għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(111)

Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (157) li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa għalhekk applikabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li din id-dispożizzjoni hija konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, kif iċċarat f’DS473 EU-Biodiesel (l-Arġentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Il-Kummissjoni fl-aħħar nett fakkret li t-tilwima DS473 UE-Bijodiżil (l-Arġentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(112)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-PRC, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza inkluża fir-Rapport, li kienet tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tal-PRC inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat.

(113)

Rigward it-tieni pretensjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-Rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fil-PRC li huma trasversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Kif spjegat fit-Taqsimiet b) sa i) t’hawn taħt, l-industrija SSHR hija soġġetta għal għadd ta’ interventi mill-gvern deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħra, distorsjonijiet tal-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji, eċċ.), li huma elenkati b’mod espliċitu u referenzjati f’dan ir-regolament. Barra minn hekk, il-premessi (104), (121) sa (122), (124) sa (128), (135), (138), (141), (151), (153) sa (154) ta’ dan ir-Regolament taw ukoll dettalji dwar għadd ta’ distorsjonijiet applikabbli għas-settur SSHR u/jew għall-materja prima tiegħu u/jew lill-inputs tiegħu lil hinn mid-distorsjonijiet sinifikanti li diġà jinsabu fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jagħtu lok għal distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur SSHR u dak tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, minkejja li r-Rapport ġie rilaxxat f’Diċembru 2017. L-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Barra minn hekk, is-sorsi addizzjonali ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jinsabu fir-Regolament għadhom applikabbli u l-ebda parti ma ressqet xi evidenza bil-kontra.

(114)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod provviżorju l-pretensjonijiet li għamlu ż-żewġ produtturi esportaturi.

(b)   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-PRC

(115)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalist a”. Dak il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tal-PRC. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdm u”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonal i” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħh a” (13). B’konsegwenza ta’ dan, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda li tali interventi jsiru b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata huwa mifrux fis-sistema legali sħiħa u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (14).

(116)

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura li fiha ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċin a”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (15) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem akbar tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tal-PRC. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles.

(117)

L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (16). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f’diversi friegħi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju.

(118)

L-ewwel, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv kumplessiv, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trasversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma ddettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-output, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma għandhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima e t’hawn taħt) (17).

(119)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tal-PRC hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, jeħtieġ li jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima h t’hawn taħt) (18). L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju għajr is-settur bankarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhuwiex xprunat biex itejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (19).

(120)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhix iddefinita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (20). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GOC iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u fuq id-daqs tal-investiment tal-Istat u wkoll dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (21).

(121)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jħeġġu diversi interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan iwassal għad-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (22).

(c)   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li hu servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(122)

Fil-PRC, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(123)

Il-GOC u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-influwenza tagħhom fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (State-owned enterprises, SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-taqsima d), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (23). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (24).

(124)

Speċifikament fis-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GOC. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (25). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-GOC stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (26). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GOC f’April 2019, fejn dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (27). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profitabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni baxxa (28). Eżempju ta’ fużjoni reċenti huma l-produtturi tal-azzar Baosteel Group Corp. u Wuhan Iron & Steel Group Corp. fl-2016, li ħolqu t-tieni l-akbar produttur tal-azzar fid-dinja (29). Il-produtturi ewlenin tal-azzar inossidabbli huma proprjetà tal-Istat, pereżempju TISCO, Baosteel, Ansteel Lianzhong, Jiujuan Iron and Steel u Tangshan.

(125)

Barra minn hekk, il-PRC hija l-konsumatur ewlieni dinji tan-nikil. In-nikil huwa materja prima importanti li, flimkien mal-kromju, tagħti lill-azzar inossidabbli l-proprjetajiet inossidabbli tiegħu. Il-kontenut tan-nikil huwa wkoll il-fattur ewlieni fil-kost għall-minerali tan-nikil, li, min-naħa tiegħu, huwa l-fattur ewlieni tal-ispiża għall-inputs immedjati tal-prodott ikkonċernat. Huwa jintuża fil-produzzjoni tal-SSHR f’diversi forom, pereżempju minerali tan-nikil, ħadid fondut grezz, ferronikil, nikil pur, ruttam tan-nikil, ruttam tal-azzar inossidabbli. L-ilmentatur ikkalkula li n-nikil fil-forom varji tiegħu kien jammonta għal aktar minn 50 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli fil-PRC (30). Fl-2016, il-pajjiż uża 1,04 miljun tunnellata, li kienu jammontaw għal 52 % tal-konsum globali tan-nikil. Fl-2017, il-konsum Ċiniż kien mistenni li jiżdied bi 2,9 % għal 1,07 miljun tunnellata. Il-produzzjoni tal-azzar inossidabbli tirrappreżenta l-użu dominanti għan-nikil fil-PRC (84 %). Dan il-proporzjon huwa ogħla b’mod sinifikanti mill-medja internazzjonali (64 %). Il-konsum tan-nikil żdied b’mod qawwi fl-2016 u l-2017 (31), hekk kif il-produzzjoni Ċiniża tal-azzar inossidabbli espandiet bi 15,7 % għal 24,9 miljun tunnellata. Minħabba li l-produzzjoni fil-bqija tad-dinja żdiedet b’4,3 % biss, is-sehem tal-PRC fil-produzzjoni dinjija laħaq l-54,5 %. Iż-żieda fil-produzzjoni hija minħabba nfiq infrastrutturali qawwi mill-GOC u kostruzzjoni soda tal-proprjetà immobbli. L-istatistika indikat li ħafna mill-investiment ta’ assi fissi tal-PRC ġie organizzat mill-GOC u l-SOEs tiegħu, li t-tnejn li huma wrew tkabbir ogħla fl-investiment mis-settur privat (32).

(126)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-azzar u fl-industrija tal-metall mhux tal-ħadid (“NFM”), u sehem kbir ta’ SOEs f’dawn is-setturi, anke l-produtturi privati tal-azzar ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-taqsima e) hawn taħt.

(127)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li s-suq tal-SSHR fil-PRC kien fornut b’mod sinifikanti minn intrapriżi soġġetti għas-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni ta’ politika jew gwida mill-GOC.

(d)   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(128)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u mezzi oħra, il-GOC huwa f’pożizzjoni biex jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (33) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tal-PRC, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (34)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP teżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex tqiegħed il-“patrijottiżmu” bħala prijorità u ssegwi d-dixxiplina tal-partit (35). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (36). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-SSHR u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(129)

Speċifikament fis-settur tal-azzar, kif diġà ġie indikat, ħafna mill-produtturi ewlenin huma proprjetà tal-Istat (ara l-premessa (123)). Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020” (37). L-esportaturi produtturi ewlenin tal-Istat ta’ spiss huma l-produtturi ewlenin fid-dinja tal-SSHR, kemm jekk integrati kif ukoll jekk le. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“TISCO”), li hija proprjetà tal-Istat Ċiniż issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar kif ukoll intrapriża ewlenija fl-industrija globali tal-azzar inossidabbl i”, “l-akbar intrapriża tal-azzar inossidabbli mgħammra bl-akbar kapaċità fuq livell globali u l-aktar teknoloġija u tagħmir aġġornat i”. Għalhekk, “TISCO żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azza r” (38). Baosteel hija intrapriża ewlenija oħra Ċiniża tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar inossidabbli u hija miżmuma minn China Baowu Steel Group Co. Ltd (preċedentement Baosteel Group u Wuhuan Iron & Steel) li ġie kkonsolidat reċentement (39).

(130)

Il-GOC huwa preżenti wkoll fl-intrapriżi tal-azzar inossidabbli permezz ta’ ħatriet personali. Eżempju ta’ dan l-approċċ huwa l-produttur tal-azzar inossidabbli TISCO, fejn id-Deputat Segretarju tal-Kumitat tas-CCP ġie nominat ukoll bħala l-President ta’ TISCO b’deċiżjoni mill-Kumitat tas-CCP u l-Gvern tal-Provinċja ta’ Shanxi (40).

(131)

Il-preżenza u l-intervent mill-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima h) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq tal-SSHR (41). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-azzar u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input inkluż l-NFM) tippermetti lill-GOC jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

(132)

Il-GOC jintervjeni b’mod dirett fl-ipprezzar tal-kapital, il-manodopera, l-art, il-materja prima u l-inputs bażiċi għall-proċess tal-produzzjoni. Għalkemm il-prezzijiet għall-prodotti finali huma fil-biċċa l-kbira ddeterminati mill-mekkaniżmi tas-suq, id-distorsjonijiet fil-prezzijiet li nħolqu fil-bidu tal-katina tal-valur jitfgħu dellijiet twal fuq dawn il-prezzijiet stess u joħolqu sinjali tal-prezzijiet “ħżiena” li ma jirriflettux l-iskarsezzi veri fl-industrija u jgħawġu l-bilanċi tal-profitt u t-telf tal-atturi kollha involuti.

(e)   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(133)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali għandhom jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fil-PRC tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (42).

(134)

L-industrija tal-azzar hija meqjusa bħala industrija essenzjali mill-GOC (43). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (44). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (45).

(135)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (46) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (47). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz tas-sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, il-laminazzjoni bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (48).

(136)

Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (49) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa.

(137)

Il-GOC jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur skont firxa wiesgħa ta’ għodod politiċi u ta’ direttivi relatati, fost l-oħrajn: mal-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, mal-materja prima, mal-investiment, mal-eliminazzjoni tal-kapaċità, mal-firxa ta’ prodotti, mar-rilokazzjoni, mat-titjib, eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ oħrajn, il-GOC jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur (50). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GOC u tad-distorsjonijiet riżultanti.

(138)

Fil-qosor, l-GOC għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw l-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-SSHR, bħala parti mis-settur tal-azzar imħeġġeġ. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali.

(f)   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(139)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra l-PRC, is-sistema Ċiniża hija karatterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (51).

(140)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fil-PRC. (52) L-art kollha hi proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (53). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (54).

(141)

L-istess bħas-setturi l-oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-SSHR huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fil-PRC. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tal-azzar inossidabbli.

(142)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-azzar, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(g)   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(143)

Mhuwiex possibbli li fil-PRC tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Il-PRC ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (55). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (56). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (57). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi fil-PRC.

(144)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-azzar, inklużi l-produtturi tal-SSHR, mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għaldaqstant, il-parti tal-SSHR mis-settur tal-azzar hija għalhekk affettwata mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed isir il-prodott ikkonċernat) kif ukoll indirettament (meta jiġu aċċessati l-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fil-PRC).

(h)   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(145)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fil-PRC huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(146)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (58), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ azzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (59) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (60). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (61).

(147)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(148)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GOC u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (62).

(149)

Dan huwa amplifikat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jirregolaw il-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala inkoraġġiti jew li b’xi mod ieħor huma importanti (63). Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(150)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali.

(151)

It-tielet nett, minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta’ self bir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied notevolment mill-2015 minkejja d-deterjorament fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(152)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fil-PRC jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GOC għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ riportament ta’ dejn, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew swaps ta’ dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(153)

Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi lliberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fil-PRC hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

(154)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-azzar, inkluża l-produzzjoni tal-azzar inossidabbli, se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(i)   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(155)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport kienu karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet a)-e) kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet f)-h) t’hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

(156)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-SSHR, hemm bżonn firxa wiesgħa ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-SSHR jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma kjarament esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

(157)

Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-SSHR mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma wkoll ivvizzjati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fil-PRC kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li ġie prodott fil-PRC permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali la l-GOC u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw l-ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

(j)   Konklużjoni

(158)

L-analiżi stabbilita fil-punti a) sa i) ta’ din it-taqsima, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tal-PRC fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-azzar uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ ebda kooperazzjoni mill-GOC, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(159)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.2.2.   Il-pajjiż rappreżentattiv

(160)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għall-PRC. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għall-PRC abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (64);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti f’dak il-pajjiż;

Meta kien hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn kien xieraq, lill-pajjiż b’livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(161)

Kif spjegat fil-premessi (33) sa (35) il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(162)

Fin-Nota tad-9 ta’ Settembru, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li, abbażi tal-kriterji elenkati fil-premessa (157), hija kienet identifikat l-erba’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli li ġejjin: Il-Brażil, il-Malasja, l-Afrika t’Isfel u t-Turkija.

(163)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet partijiet interessati: l-ilmentatur u tnejn mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(164)

Iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi sostnew fis-sottomissjonijiet tagħhom li l-Malasja tkun l-aħjar pajjiż rappreżentattiv għaliex tissodisfa l-kriterji kollha tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-Brażil u l-Afrika t’Isfel allegatament għandhom livell aktar baxx ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(165)

Min-naħa l-oħra, fis-sottomissjoni tiegħu l-ilmentatur indika li ma kien hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fil-Malasja jew fit-Turkija.

(166)

Il-kumpanija Malasjana identifikata bħala produttur potenzjali tal-prodott li qed jiġi investigat hija, skont is-sottomissjoni tal-ilmentatur, involuta biss fir-rilaminazzjoni ta’ kojls illaminati bis-sħana f’kojls illaminati bil-kesħa u apparentament la kellha workshop tat-tidwib u lanqas linja ta’ laminazzjoni bis-sħana. L-ilmentatur ibbaża l-pretensjonijiet tiegħu f’dan ir-rigward fuq ir-rapport finanzjarja kkonsolidat u awditjat tal-Grupp Acerinox tal-2017. Ir-rapport finanzjarju tal-Grupp tal-2018 ukoll ikkonferma din l-allegazzjoni.

(167)

Fir-rigward tat-Turkija, l-ilmentatur stqarr li l-kumpanija inkwistjoni kienet involuta biss fil-produzzjoni ta’ ammont insinifikanti ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, din il-produzzjoni kienet limitata għal prodotti twal tal-azzar martensitiku b’billetti bħala materja prima, li fil-fatt jeskludu l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(168)

Ir-riċerka li saret mill-Kummissjoni stess ikkonfermat il-pretensjonijiet tal-ilmentatur abbażi tar-rapport ikkonsolidat u awditjat tal-2018 tal-grupp Acerinox u s-siti web uffiċjali taż-żewġ kumpaniji inkwistjoni.

(169)

L-ilmentatur ikkonferma li l-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott fl-Afrika t’Isfel minn waħda mill-kumpaniji tal-Grupp Acerinox, kif indikat mill-Kummissjoni fin-Nota tad-9 ta’ Settembru. Madankollu, l-ilmentatur qajjem diversi argumenti favur l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv minflok l-Afrika t’Isfel.

(170)

L-ewwel nett, l-ilmentatur indika li f’termini ta’ żvilupp ekonomiku mkejjel bl-indiċi tal-ING, il-Brażil huwa ħafna eqreb lejn il-PRC mill-Afrika t’Isfel (l-Afrika t’Isfel għandha pożizzjoni ferm aktar baxxa f’din l-istatistika).

(171)

Madankollu, anke jekk f’termini ta’ data attwali tal-ING l-Afrika t’Isfel hija aktar ’il bogħod mill-PRC milli mill-Brażil, it-tliet pajjiżi kollha għadhom ikklassifikati bħala pajjiżi b’introjtu medju superjuri mill-Bank Dinji. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(172)

It-tieni, l-ilmentatur iddikjara li l-Afrika t’Isfel kienet l-akbar produttur dinji tal-kromju, input importanti għall-azzar inossidabbli, u għalhekk il-livell tal-prezz ta’ dan l-input ma jkunx rappreżentattiv.

(173)

Il-fatt li pajjiż jipproduċi input tal-prodott li qed jiġi investigat ma jagħmilx awtomatikament il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott f’dak il-pajjiż mhux rappreżentattiv. L-ilmentatur ma pprovdiex evidenza tal-impatt tal-produzzjoni domestika kbira fuq il-prezz tal-importazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-pretensjoni hija bla bażi.

(174)

Fl-aħħar nett, l-ilmentatur ipprovda lill-Kummissjoni l-kontijiet awditajti disponibbli għall-pubbliku tal-produttur Brażiljan tal-prodott li qed jiġi investigat imsemmi fin-Nota tad-9 ta’ Settembru, li jistgħu jintużaw bħala sors ta’ data għall-kostijiet SG&A u l-profitt meħtieġ fil-kalkolu tal-valur normali. Għall-produttur tal-Afrika t’Isfel identifikat fl-istess Nota, tali data kienet disponibbli biss fil-livell konsolidat tal-grupp.

(175)

Abbażi tal-kwalità u d-dettall tad-data finanzjarja faċilment disponibbli fil-Brażil, kif ipprovduta mill-ilmentatur, kif ukoll b’kunsiderazzjoni tar-rappreżentattività tal-fatturi tal-produzzjoni kif spjegat fit-taqsima 3.2.2.3 t’hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil jenħtieġ li jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fin-Nota tagħha tal-10 ta’ Ottubru.

(176)

Wara li stabbiliet lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’termini ta’ livell ta’ żvilupp u disponibbiltà ta’ statistika rilevanti dwar l-importazzjoni u data finanzjarja, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li jiġi vvalutat il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali.

(177)

Ma wasal l-ebda kumment mill-partijiet interessati fir-rigward tan-Nota tal-10 ta’ Ottubru.

(178)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, minbarra li għandu livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għall-PRC, il-Brażil għandu produzzjoni sostanzjali tal-prodott li qed jiġi investigat u sett komplut ta’ data disponibbli għall-fatturi tal-produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

3.2.2.3.   Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mhux distorti

(179)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet fin-Nota tad-9 ta’ Settembru lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi maħsuba biex jintużaw għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sa fejn kien possibbli kienet se tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali (Global Trade Atlas, “GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni, l-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organization, “ILO”) u l-istatistika nazzjonali sabiex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni, u sorsi oħra skont il-pajjiż rappreżentattiv magħżul biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-enerġija (bħall-elettriku, il-gass naturali, u l-ilma). Fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ta’ fatturi ta’ produzzjoni li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, kienu inizjalment meqjusa li ntużaw għall-analiżi tal-GTA.

(180)

F’dan ir-rigward, wasal biss kumment mingħand l-ilmentatur li jindika li għal xi fatturi tal-produzzjoni l-kodiċijiet SA proposti mill-Kummissjoni kellhom kopertura wiesgħa wisq u jistgħu jinkludu taħlita ta’ prodotti li ma jkunux rappreżentattivi tal-kompożizzjoni kimika tal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan il-kumment. Dan tqies fi stadji ulterjuri tal-investigazzjoni skont il-kodiċijiet tal-prodotti tal-pajjiż rappreżentattiv u skont is-sejbiet miż-żjarat ta’ verifika tal-produtturi esportaturi.

(181)

Il-Kummissjoni kompliet tanalizza l-informazzjoni inizjali li waslet dwar il-kodiċijiet SA mill-partijiet interessati u sabet li ċerti fatturi tal-produzzjoni, jiġifieri ċerta materja prima u ċerti oġġetti tal-konsum, possibbilment ma kinux ikklassifikati b’mod korrett. Il-kodiċijiet SA emendati u l-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni ġew ippubblikati fin-Nota tal-10 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni analizzat ukoll id-disponibbiltà tad-data dwar l-importazzjonijiet li tintuża għall-kalkolu tal-valuri referenzjarji għall-kostijiet mingħajr distorsjoni u vverifikat l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv li jikkonċernaw l-esportazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni.

(182)

Fin-Nota tal-10 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni informat li kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni, l-istatistika tal-ILO u sorsi oħra disponibbli għall-pubbliku (65) biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni, u t-tariffi imposti minn fornituri Brażiljani magħżula tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-ilma biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni ta’ dawk it-tipi ta’ enerġija.

(183)

Fl-istess nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li, biex tistabbilixxi l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni, se tuża d-data finanzjarja tal-uniku produttur Brażiljan magħruf tal-prodott li qed jiġi investigat li għalih hija disponibbli għall-pubbliku data finanzjarja ddettaljata — Aperam Inox America do Sul S.A. Il-partijiet interessati ma ppreżentawx data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku ta’ kwalunkwe produttur ieħor tal-prodott li qed jiġi investigat fil-Brażil u l-Kummissjoni ma sabitx tali data.

(184)

Wara n-Nota tal-10 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment ieħor dwar is-sorsi għall-kostijiet u għall-valuri refernzjarji mingħajr distorsjoni. Għalhekk, is-sorsi elenkati fil-premessi (178) u (180) ġew ikkonfermati b’mod provviżorju.

3.2.2.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

(185)

Kif diġà ntqal fil-premessa (176) u (178) sa (179), il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista inizjali tal-fatturi tal-produzzjoni u tas-sorsi li kienu maħsuba li jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi.

(186)

Il-Kummissjoni ma reċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni wara n-Nota tal-10 ta’ Ottubru fejn, abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-partijiet interessati, il-Kummissjoni stabbiliet lista tal-kodiċijiet SA potenzjali li jikkorrispondu għall-fatturi tal-produzzjoni użati fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

(187)

Il-Kummissjoni mbagħad stabbiliet lista definittiva tal-fatturi tal-produzzjoni u l-kodiċijiet SA korrispondenti wara ż-żjarat ta’ verifika fil-bini tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(188)

Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati u miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika, fejn applikabbli, ġew identifikati l-fatturi tal-produzzjoni u l-kodiċijiet SA li ġejjin:

Tabella 1

Fattur tal-produzzjoni

Kodiċi SA

Valur mingħajr distorsjoni

Unità

Materja Prima/Materjali Awżiljarji

Kwarzit

2506 20

1 945,57

CNY/t

Tafal li jiflaħ in-nar

2508 30

4 109,80

CNY/t

Serpentina

2516 90

4 257,06

CNY/t

Manjeżja mdewba; manjeżja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma’ trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta’ ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjeżju ieħor, kemm jekk pur kif ukoll jekk le

2519 90

8 993,25

CNY/t

Fluworspar--Li fih bil-piż 97 % jew inqas ta’ fluworidu tal-kalċju

2529 21

2 126,27

CNY/t

Mineral tal-ħadid, mhux agglomerat (trab); Mineral tal-Ħadid F’Daqqa

2601 11

8 300,12

CNY/t

Mineral tal-ħadid, agglomerat (sinter)

2601 12

1 165,36

CNY/t

Minerali u Konċentrati tal-Kromu

2610 00

4 493,41

CNY/t

Faħam oħxon; Faħam tal-kokk

2701 12

1 412,62

CNY/t

Faħam irqiq; Faħam tal-elettriku; Gass tal-faħam

2701 19

1 268,12

CNY/t

Kokk; Trab tal-kokk; Kokk metallurġiku

2704 00

2 703,69

CNY/t

Żejt għal-Lubrifikazzjoni

2710 19

73,73

CNY/t

Karbonju

2803 00

9 656,11

CNY/t

Kalċju (Wajer)

2805 12

34 597,60

CNY/t

Aċidu Sulfuriku

2807 00

560,10

CNY/t

Aċidu Nitriku

2808 00

2 582,31 tunnellati

CNY/t

Aċidu Idrofluworiku

2811 11

11 085,17

CNY/t

Ammonijaka anidra

2814 10

1 920,32

CNY/t

Ossidi jew idrossidi tal-molibdenu

2825 70

134 622,70

CNY/t

Sulfur ferruż

2830 90

92 317,53

CNY/t

Perossidu tal-Idroġenu

2847 00

15 955,82

CNY/t

Wajer bil-qalba; Trab għall-ikkastjar

3824 99

15 192,47

CNY/t

Ħadid fondut grezz b’kontenut Medju ta’ Nikil; Ħadid fondut grezz b’kontenut Baxx ta’ Nikil

[MHUX APPLIKABBLI]

(ara l-premessa (190))

84 151,00

Aġġustat għall-kontenut attwali tan-nikil  (66)

CNY/t

Ferro-Manganiż, li fih bħala toqol > 2 % ta’ karbonju

7202 11

8 143,34

CNY/t

Ferro-Manganiż, li fih bħala toqol <= 2 % ta’ karbonju

7202 19

12 910,85

CNY/t

Ferrosiliċju, > 55 % ta’ siliċju

7202 21

12 754,53

CNY/t

Manganiż-ferrosiliċju

7202 30

8 077,34

CNY/t

Ferrokromju, > 4 % karbonju

7202 41

9 475,88

CNY/t

Ferronikil

[MHUX APPLIKABBLI]

(ara l-premessa (190))

21 879,38

CNY/t

Ferro-molibdenu

7202 70

130 503,79

CNY/t

Ħadid ferrotungstenu

7202 80

200 436,70

CNY/t

Ferrotitanju

7202 91

25 925,68

CNY/t

Ferronijobju

[MHUX APPLIKABBLI] (ara l-premessa (190))

145 667,77

CNY/t

Ferroboron; Liga tal-Kalċju Ferrosiliċju

7202 99

14 659,67

CNY/t

Ruttam tal-ħadid fondut

7204 10

909,47

CNY/t

Ruttam tal-azzar inossidabbli

7204 21

6 600,08

CNY/t

Skart u ruttam ferruż, ħlief bċejjeċ li jaqgħu mill-użu tat-torn, ċana, laqx, skart tat-tħin, serratura, trab tal-illimar, skart tal-pressa; ta’ materjal ieħor għajr ħadid fondut, azzar illigat, ħadid issaldjat jew azzar

7204 49

2 388,92

CNY/t

Granuli ta’ ħadid fondut grezz, spiegeleisen, ħadid jew azzar

7205 10

9 625,10

CNY/t

Trab Tal-Ħadid Maħruq

7205 29

8 830,75

CNY/t

Ħadid imdewweb

[MHUX APPLIKABBLI]

(ara l-premessa (190))

2 715,76

CNY/t

Vireg Ta’ Rinforz

7214 20

3 961,67

CNY/t

Pellets Shot Blast

7326 11

7 016,25

CNY/t

Katodi Tar-Ram

7403 11

42 901,10

CNY/t

Oġġetti oħrajn tar-ram; fondut, iffurmat, imbollat jew mikwi fil-forġa, iżda mhux maħdum aktar; esklużi ktajjen u partijiet tagħhom.

7419 91

276 619,84

CNY/t

Nikil, Mhux illigat

7502 10

98 182,60

CNY/t

Skart u ruttam ta’ nikil

7503 00

640,77

CNY/t

Barijiet tan-nikil, vireg u profili tal-ligi tan-nikil

7505 12

172 600,22

CNY/t

Ingotti tal-Aluminju; Aluminju, mhux maħdum, mhux illigat

7601 10

15 833,50

CNY/t

Wajer tal-aluminju, mhux illigat

7605 11

16 103,02

CNY/t

Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju

7606 91

22 469,41

CNY/t

Barijiet u vireg tal-molibdenu

8102 95

817 404,83

CNY/t

Mattes ta’ kobalt u prodotti oħrajn intermedji ta’ metallurġija ta’ kobalt

8105 20

180 180,50

CNY/t

Titanju Sponża

8108 20

72 277,73

CNY/t

Manganiż

8111 00

17 032,79

CNY/t

Elettrodi tal-grafit

8545 11

57 656,22

CNY/t

Ċangatura

[MHUX APPLIKABBLI]

(ara l-premessa (190))

14 033,74

CNY/t

Il-manodopera

Kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura

[MHUX APPLIKABBLI]

33,88

CNY/siegħa

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

0,82

CNY, kWh.

Gass Naturali

[MHUX APPLIKABBLI]

3,23

CNY/m3

Ilma

[MHUX APPLIKABBLI]

68,88

CNY/m3

Argon

2804 21

8,03

CNY/m3

Ossiġenu

2804 40

13,04

CNY/m3

(a)   Il-materja prima u l-materjali awżiljari

(189)

Matul iż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni vverifikat il-materja prima u l-materjali awżiljari użati fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

(190)

Għall-materja prima kollha u l-materjali awżiljarji kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk deskritti fil-premessi (190) u (192) hawn taħt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra l-PRC. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mill-PRC lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (156) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-PRC minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, jidher li l-prezz tal-importazzjoni tal-materja prima ewlenija esportata mill-PRC lejn il-Brażil huwa aktar baxx mill-medja peżata tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi oħra. Barra minn hekk, ġiet eskluża wkoll id-data dwar l-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn fost il-membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-iskop tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(191)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni (68) u applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv. Fi stadju aktar tard, matul il-kalkoli tal-marġni tad-dumping individwali, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku speċifiċi għall-kumpanija mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport internazzjonali u dak domestiku għall-materja prima kollha kif ukoll il-kostijiet tal-assigurazzjoni ġew stmati abbażi tad-data vverifikata pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera.

(192)

Għal xi materja prima li għaliha ma kien hemm l-ebda valur referenzjarju jew il-valur referenzjarju disponibbli tqies bħala mhux rappreżentattiv (69) abbażi tal-istatistika tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat valuri referenzjarji bbażati fuq prezzijiet internazzjonali mingħajr distorsjoni jew data raġonevoli oħra. Dan sar għal ħames inputs:

(a)

il-ferro-nikil u l-ħadid fondut grezz tan-nikil — il-valuri referenzjarji kienu bbażati fuq il-Borża tal-Metall ta’ Londra aġġustata għall-kontenut tan-nikil tal-liga;

(b)

il-ferro-nijobju — il-valur referenzjarju kien ibbażat fuq il-GTA, ikkalkulat bħala l-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tal-iktar pajjiż esportatur rilevanti fil-PI, il-Brażil (70),

(c)

il-ħadid imdewweb — il-valur referenzjarju kien ibbażat fuq il-GTA — ikkalkulat bħala l-prezz medju ponderat ibbażat fuq l-aktar esportatur dinji rilevanti fil-PI, l-Iran (71),

(d)

iċ-ċangaturi tal-azzar inossidabbli — il-valur referenzjarju kien ibbażat fuq il-GTA — ikkalkulat bħala l-medja ponderata tal-esportazzjonijiet kollha mit-tielet l-akbar esportatur fid-dinja fil-PI, il-Korea t’Isfel (72).

(193)

Fejn il-prezz tal-esportazzjoni (73) ntuża biex jiġi ddeterminat il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima, ma sar l-ebda aġġustament ulterjuri għad-data mill-GTA. Il-Kummissjoni qieset li l-kostijiet bejn fornitur Brażiljan u port internazzjonali kienu jirrappreżentaw il-kostijiet bejn tali fornitur u l-klijent Brażiljan tiegħu. Għalhekk, il-prezz mill-GTA jista’ jiġi aċċettat bħala l-prezz tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur.

(194)

Għal xi materja prima u materjali awżiljarji (74), il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma setgħux jiddeterminaw il-volum tal-konsum fir-rekords tagħhom jew ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda valur referenzjarju xieraq fil-pajjiż rappreżentattiv. B’mod ġenerali, dawk l-inputs kienu negliġibbli f’termini ta’ kostijiet. Dawn il-kostijiet ġew inklużi fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura kif spjegat fil-premessa (198), billi l-kostijiet attwali ta’ dik il-materja prima kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli fuq il-kostijiet attwali totali tal-manifattura tal-kumpaniji esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-fatturi tal-produzzjoni li ġew tmexxew għall-ispejjeż ġenerali ġew elenkati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija.

(b)   Il-manodopera

(195)

Biex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO flimkien ma’ informazzjoni pubblikament disponibbli dwar il-kostijiet lavorattivi addizzjonali mġarrba minn impjegatur fil-Brażil.

(196)

L-istatistika tal-ILO (75) pprovdiet data dwar is-sigħat medji li kull persuna impjegata effettivament taħdem fil-ġimgħa u d-dħul fix-xahar tal-impjegati fil-manifattura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Bl-użu ta’ dik id-data, il-Kummissjoni kkalkolat salarju fis-siegħa fil-manifattura, li miegħu ġew miżjuda kostijiet addizzjonali relatati mal-manodopera (76) (kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-qgħad imġarrba mill-impjegatur).

(c)   Inputs ta’ enerġija

(197)

Il-prezz tal-elettriku mitlub minn wieħed mill-akbar fornituri tal-elettriku fil-Brażil, il-kumpanija EDP Brazil, kien faċilment disponibbli (77). L-informazzjoni kienet iddettaljata biżżejjed biex jiġi identifikat il-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema tad-distribuzzjoni (modalidade tarifaria azul) imħallas mill-utenti industrijali.

(198)

Ta’ min jinnota li fil-Brażil, l-awtorità regolatorja Agência Nacional de Energia Elétrica (78) (“ANEEL”) tobbliga lill-fornituri tal-elettriku jżidu t-tariffi tagħhom b’ċertu perċentwal biex tirregola l-konsum tal-elettriku fil-pajjiż. L-ANEEL tuża sistema ta’ indikaturi (79) (aħdar, isfar, aħmar 1, aħmar 2) biex tissenjala jekk il-prezz tal-elettriku jkollux jibqa’ kif propost mill-fornitur (aħdar) jew jekk ikollux jiżdied b’0,010 BRL/kWh (isfar), b’0,030 BRL/kWh (aħmar 1), jew b’0,050 BRL/kWh (aħmar 2). L-ANEEL tippubblika l-indikaturi kull xahar u għall-perjodu ta’ investigazzjoni kienu diġà disponibbli fuq is-sit web tal-EDP Brazil (80). Fid-determinazzjoni tal-kostijiet tal-elettriku mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni qieset l-indikaturi applikati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u aġġustat il-prezz skont dan.

(199)

It-tariffa tal-ilma hija faċilment disponibbli kif imposta mill-kumpanija Sabesp li hija responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir tad-drenaġġ u għat-trattament tiegħu fl-Istat ta’ Sao Paulo. L-informazzjoni tippermetti li jiġu identifikati t-tariffi (81) applikabbli għall-utenti industrijali fil-perjodu ta’ investigazzjoni għal diversi subreġjuni u muniċipalitajiet tal-Istat ta’ Sao Paulo (82). Il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tagħha tal-kostijiet mingħajr distorsjoni għall-ilma u għall-ġbir tad-drenaġġ fuq it-tariffa applikabbli għall-klijenti industrijali fiż-żona Metropolitana tal-Istat ta’ Sao Paulo matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(200)

Il-prezz tal-gass naturali huwa faċilment disponibbli kif mitlub mill-akbar distributur tal-gass fil-Brażil, il-kumpanija Comgas, li tiffoka fuq l-Istat ta’ Sao Paulo. L-informazzjoni pprovduta fuq is-sit web (83) ta’ Comgas tippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz tal-gass naturali pprovdut lill-utenti industrijali.

3.2.2.5.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(201)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-materjali awżiljarji msemmija fil-premessa (192) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura attwalment imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(202)

Għall-SG&A u l-profitt, Il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tal-uniku produttur Brażiljan magħruf tal-prodott li qed jiġi investigat li għalih hija disponibbli għall-pubbliku data finanzjarja ddettaljata — Aperam Inox America do Sul S.A. Il-kontijiet awditjati disponibbli għall-pubbliku tal-kumpanija ġew mgħarrfa lill-partijiet interessati bħala dokument mehmuż man-Nota tal-10 ta’ Ottubru.

3.2.2.6.   Kalkolu tal-valur normali

(203)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali maħdum, il-Kummissjoni segwiet il-passi li ġejjin.

(204)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Il-kostijiet tal-manifattura ġew imnaqqsa bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji li ntużaw mill-ġdid fil-proċess tal-produzzjoni kif irrappurtat mill-kumpaniji.

(205)

It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ddeterminati kif deskritt fil-premessa (199) mal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(206)

Fl-aħħar nett, għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa (203), il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Aperam Inox America do Sul S.A. kif spjegat fil-premessa (200).

(207)

L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (Costs of Goods Sold, “COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, laħqu t-13,90 %.

(208)

Il-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni laħaq is-7,65 %.

(209)

Il-valur normali kkalkulat kif deskritt fil-premessi minn (202) sa (206) tnaqqas bil-valur mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji mibjugħa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(210)

Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Peress li fil-kampjun kien għad fadal boss żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott għal dawn il-produtturi esportaturi biss.

3.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(211)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi inkwistjoni esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala esportaturi relatati f’pajjiż terz jew importaturi relatati fl-Unjoni.

(212)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas attwalment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(213)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ importaturi relatati fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u profitt raġonevoli.

3.2.4.   Tqabbil

(214)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works.

(215)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fejn xieraq għall-kostijiet tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari; il-kost tal-kreditu; it-tariffi bankarji; il-kostijiet SG&A tal-esportaturi relatati, inkluża ż-żieda fuq il-prezz.

(216)

Il-PRC tapplika politika ta’ rimborż parzjali biss tal-VAT mal-esportazzjoni u f’dan il-każ, skont ix-xahar tal-PI, ma ġiex rimborżat VAT ta’ bejn 0 % u 3 %. Sabiex ikun żgurat li l-valur normali ġie espress fl-istess livell ta’ tassazzjoni bħall-prezz tal-esportazzjonijiet, il-valur normali ġie aġġustat ’il fuq b’dik il-parti tal-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ma kinitx ġiet rimborżata lill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.2.5.   Marġni tad-dumping

(217)

Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-medja ponderata tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku.

(218)

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping medji ponderati provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma 108,4 % għal STSS u 55,6 % għal FSS.

(219)

Il-marġni tad-dumping tal-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun, Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd u Fujian Dingxin Technology Co., Ltd., huwa l-medja ponderata bejn iż-żewġ marġnijiet tad-dumping individwali għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun u stabbilit għal 87,9 %.

(220)

Wara li kkunsidrat il-livell għoli tal-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f’livell ta’ 92 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li kien rappreżentattiv li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha (li ma kkooperawx), inkluża l-kumpanija li rċeviet l-Artikolu 18 f’livell ta’ 108,4 %, li jikkorrispondi għall-ogħla marġni ta’ dumping individwali tal-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(221)

Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju (%)

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd  (84).

108,4

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd

55,6

Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd

87,9

Fujian Dingxin Technology Co., Ltd.

87,9

Il-kumpaniji l-oħra kollha

108,4

3.3.   It-Tajwan

3.3.1.   Kummenti preliminari

(222)

Kif imsemmi fil-premessa (24), żewġ produtturi esportaturi fit-Tajwan, Yusco Group u Walsin, ikkooperaw fl-investigazzjoni billi pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. L-ebda produttur esportatur ieħor fit-Tajwan ma ġie identifikat jew ippreżenta ruħu.

(223)

Barra minn hekk, kif ġie indikat ukoll fil-premessa (24), iċ-ċentru ta’ servizz mhux relatat YC Inox ikkoopera fl-investigazzjoni billi pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Din il-kumpanija ma kinitx relatata maż-żewġ produtturi Tajwaniżi li kkooperaw. Il-kooperazzjoni tagħha ppermettiet lill-Kummissjoni biex tikseb fehim tajjeb tal-funzjonament tas-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni Tajwaniżi tal-prodott li qed jiġi investigat. B’mod partikolari, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn din il-parti u l-verifika tagħha, il-Kummissjoni setgħet tasal għal konklużjonijiet raġonevoli dwar l-aktar destinazzjoni probabbli tal-bejgħ domestiku rrapportat taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw.

(224)

Il-bejgħ domestiku ta’ Yusco Group tal-prodott simili fil-perjodu ta’ investigazzjoni sar jew direttament lil klijenti mhux relatati jew indirettament permezz ta’ ċentru tas-servizz domestiku relatat. Fiż-żewġ każijiet, seta’ jiġi stabbilit li xi ftit minn dan il-bejgħ kien eventwalment destinat għall-esportazzjoni. Il-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ Yusco Group lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni sar direttament lil klijenti indipendenti jew indirettament permezz ta’ ċentru ta’ servizz relatat li jinsab fit-Tajwan jew negozjant relatat irreġistrat f’Hong Kong iżda li jinsab fit-Tajwan u l-PRC.

(225)

Fil-każ ta’ Walsin, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni tal-prodott simili fil-perjodu ta’ investigazzjoni sar direttament lil klijenti mhux relatati.

(226)

Il-Kummissjoni eżaminat il-bejgħ domestiku rrapportat minn Yusco Group u Walsin. Abbażi tas-sejbiet li saru matul il-verifiki fuq il-post fit-Tajwan, għat-tranżazzjonijiet fejn id-destinazzjoni tal-oġġetti kienet portijiet tal-baħar jew fabbriki tad-dwana (85) (jiġifieri 0 % VAT), jew għal ċertu bejgħ domestiku ieħor li ġie rrappurtat u abbażi tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fuq il-post mill-produtturi esportati jew YC Inox, il-Kummissjoni kklassifikat mill-ġdid dan il-bejgħ domestiku bħala bejgħ tal-esportazzjoni. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet ġew esklużi mit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku li ntużaw biex jiġi kkalkolat il-valur normali.

3.3.2.   Valur normali

(227)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur investigat kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(228)

Fuq din il-bażi, il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott li qed jiġi investigat minn Yusco Group u Walsin fis-suq domestiku nstab li kien rappreżentattiv.

(229)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi li qed jiġu investigati b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(230)

Wara, il-Kummissjoni analizzat jekk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-produtturi esportaturi investigati fis-suq domestiku tagħhom imqabbla mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kinux rappreżentattivi, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b’esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(231)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(232)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profitabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(233)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(234)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(235)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti li ma kellhom l-ebda bejgħ jew li kellhom bejgħ insuffiċjenti tal-prodott simili fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(236)

Il-valur normali tfassal billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi investigati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji peżati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrba mill-produtturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, bin-negozju ordinarju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-prodotturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(237)

Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-ispejjeż SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku, jew li ma nstabx bejgħ għalihom matul il-perkors normali tan-negozju, żdiedu l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku.

3.3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(238)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil konsumaturi indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

(239)

Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-prezz reali mħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.3.4.   Tqabbil

(240)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works.

(241)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(242)

Fejn kien xieraq, saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, it-tariffi tal-ippakkjar, il-kost tal-kreditu, it-tariffi tal-bank, il-kummissjonijiet u l-SG&A.

3.3.5.   Marġnijiet tad-dumping

(243)

Għall-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(244)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji, espressi bћala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni provviżorju tad-dumping

Yieh United Steel Co. u

Tang Eng Iron Works Co. Ltd.

6,0 %

Walsin Lihwa Co.

7,5 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5 %

(245)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ tqies bħala għoli u l-ebda produttur esportatur ieħor ma seta’ jiġi identifikat. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien rappreżentattiv li l-marġni ta’ dumping residwu jiġi stabbilit fil-livell tal-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta’ dumping.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(246)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 5 (gruppi ta’) produtturi magħrufa fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(247)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 4,6 miljun tunnellata, inkluża l-produzzjoni għas-suq marbut. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri t-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju li waslet mingħand Eurofer, fejn kienet possibbli kontroverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(248)

Kif indikat fil-premessa (7), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dawn huma kollha produtturi integrati vertikalment.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(249)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu u sabiex jiġi ddeterminat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi diversi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi, u sa liema punt.

(250)

L-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u l-SSHR huma meqjusa bħala materjal intermedju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, jiġifieri prodotti llaminati bil-kesħa. Il-Kummissjoni sabet li parti sostanzjali mill-produzzjoni tal-produtturi totali tal-Unjoni kienet maħsuba għal użu marbut.

(251)

Id-distinzjoni bejn is-suq marbut u s-suq ħieles hija l-aktar rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għall-użu marbut mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, billi jinbiegħu fl-istess kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji abbażi tal-prezzijiet tat-trasferiment stabbiliti skont il-politiki tal-prezzijiet interni u għalhekk mhumiex direttament marbuta mal-prezzijiet fis-suq ħieles.

(252)

Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles qiegħda tikkompeti direttament mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u hija mibjugħa bi prezzijiet tas-suq ħieles.

(253)

Sabiex kemm jista’ jkun tagħti stampa kompleta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni talbet id-data tal-attività kollha tal-SSHR u vverifikat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu marbut jew għas-suq ħieles.

(254)

Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles biss. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem fis-suq; il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet u l-profittabbiltà. Fejn kien possibbli u xieraq, is-sejbiet tal-eżaminazzjoni ġew imqabbla mad-data għas-suq marbut, sabiex jipprovdu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(255)

Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod siewi biss billi wieħed jirreferi għall-attività sħiħa tal-SSHR, inkluż l-użu marbut tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità u l-użu tal-kapacità l-investimenti; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; u l-pagi. Dan minħabba li dawn jiddependu fuq l-attività tal-produzzjoni kollha, kemm jekk l-SSHR jinżammu għal użu marbut kif ukoll jekk jinbiegħu fis-suq ħieles.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

4.3.1.   Konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni

(256)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) tad-data tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kemm jekk bejgħ dirett kif ukoll jekk indirett, kontroverifikata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat.

(257)

Il-konsum tal-Unjoni fuq is-suq ħieles matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum ħieles fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

 

2016

2017

2018

PI

Konsum Ħieles tal-Unjoni

1 221 444

1 213 398

1 205 651

1 219 231

Indiċi

100

99

99

100

Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat.

(258)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli.

4.3.2.   Konsum marbut fis-suq tal-Unjoni

(259)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum marbut tal-Unjoni fuq il-bażi tal-użu marbut tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum marbut tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-konsum marbut fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

 

2016

2017

2018

PI

Konsum Marbut tal-Unjoni

3 627 275

3 741 880

3 703 555

3 607 752

Indiċi

100

103

102

99

Sors: Eurofer.

(260)

Il-konsum marbut fis-suq tal-Unjoni baqa’ pjuttost stabbli b’xi fluttwazzjonijiet minuri matul il-perjodu kkunsidrat, u naqas b’inqas minn 1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.3.3.   Konsum kumplessiv

(261)

Bl-amalgamazzjoni taż-żewġ tabelli ta’ qabel, il-konsum globali — li b’hekk jammonta għall-konsum marbut u fis-suq ħieles — evolva kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Il-konsum kumplessiv (marbut u fis-suq ħieles) (tunnellati)

 

2016

2017

2018

PI

Konsum Kumplessiv tal-Unjoni

4 848 718

4 955 278

4 909 206

4 826 983

Indiċi

100

102

101

100

Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat.

(262)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-konsum kumplessiv segwa l-istess xejra kif ġiet osservata fil-konsum tas-suq ħieles u fil-konsum marbut, u b’hekk baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum kumplessiv kien ukoll konformi mal-produzzjoni totali tal-Unjoni (ara t-tabella 7).

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.4.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(263)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-SSHR li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(264)

Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:

(a)

il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikun aktar minn de minimis kif iddefinit fl-Artikolu 9(3) u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u

(b)

valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni.

(265)

Il-marġnijiet ta’ dumping stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati huma ppreżentati fil-qosor fil-premessi (91), (218) u (241). Dawn huma kollha ogħla mil-limiti de minimis stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

(266)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli. L-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet meta mqabbla mal-konsum tas-suq ħieles fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ta’ 18,3 % għall-PRC, 9,1 % għall-Indoneżja u 3,0 % għat-Tajwan.

(267)

Il-kundizzjoni tal-kompetizzjoni ta’ bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati, u bejniethom u l-prodott simili tal-Unjoni kienu simili. Fil-fatt, l-SSHR li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-PRC u mit-Tajwan ikkompetew ma’ xulxin meta jiġu importati għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, u mal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni, peress li kollha kemm huma jinbiegħu lil kategoriji simili ta’ klijenti.

(268)

Fis-sottomissjoni tagħha fil-bidu, l-STSS sostniet li l-importazzjonijiet mill-PRC jenħtieġ li ma jiġux kumulati fid-dawl tal-iżvilupp differenti tagħhom f’termini ta’ volum u prezzijiet. Hija ddikjarat li l-importazzjonijiet mill-PRC naqsu gradwalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li l-prezzijiet żdiedu, b’mod partikolari fl-2017.

(269)

Filwaqt li huwa minnu li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, dawn kienu f’livelli ferm inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu wkoll b’mod sinifikanti, u s-sehem mis-suq tagħhom kien ’il fuq minn 16 % matul il-perjodu kollu. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jikkompetu ma’ xulxin fid-dawl tal-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku. Il-volumi tal-importazzjoni mill-PRC naqsu mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni (ara t-tabella 5: minn indiċi 135 fl-2017 għal 129 fl-2018 għal 114 fil-perjodu ta’ investigazzjoni). Fl-istess ħin, il-volumi ta’ importazzjoni mill-Indoneżja żdiedu b’mod qawwi (mill-indiċi 16 sa 42 726 sa 106 202). F’ċifri assoluti, iż-żieda fil-volum mill-Indoneżja kienet ikbar mit-tnaqqis mill-PRC mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-volumi tal-importazzjoni mit-Tajwan żdiedu b’mod stabbli mill-2017 sal-2018 iżda mbagħad waqgħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-indiċi 137 sa 173 sa 128). B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati meħudin flimkien żdiedu b’mod kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat (minn indiċi 100 fl-2016 għal 136 fl-2017 u 156 fl-2018 għal 166 fil-perjodu ta’ investigazzjoni).

(270)

Għalhekk, u għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni li għamlet l-STSS, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu eżaminati b’mod kumulattiv sabiex jiġi ddeterminat id-dannu.

4.4.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(271)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi l-volum tal-importazzjonijiet ġie mqabbel mal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni.

(272)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Il-volumi tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

PI

PRC

194 962

263 858

250 633

222 802

Indiċi

100

135

129

114

Sehem mis-suq

16,0 %

21,7 %

20,8 %

18,3 %

Indiċi

100

136

130

114

L-Indoneżja

105

17

44 863

111 512

Indiċi

100

16

42 726

106 202

Sehem mis-suq

0,0 %  (86)

0,0 %  (87)

3,7 %

9,1 %

Indiċi

100

100  (88)

43 286

106 395

It-Tajwan

28 992

39 739

50 058

36 910

Indiċi

100

137

173

127

Sehem mis-suq

2,4 %

3,3 %

4,2 %

3,0 %

Indiċi

100

138

175

128

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

224 059

303 613

345 554

371 224

Indiċi

100

136

154

166

Sehem mis-suq

18,3 %

25,0 %

28,7 %

30,4 %

Indiċi

100

136

156

166

Sors: Eurostat.

(273)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’66 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħqu aktar minn 30 % tal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.4.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(274)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 6

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (EUR/tunnellata)

 

2016

2017

2018

PI

PRC

1 503

1 827

1 826

1 820

Indiċi

100

122

121

121

L-Indoneżja

2 203

2 152

1 688

1 645

Indiċi

100

98

77

75

It-Tajwan

1 550

1 813

1 954

1 943

Indiċi

100

117

126

125

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

1 510

1 826

1 827

1 780

Indiċi

100

121

121

118

Sors: Eurostat.

(275)

Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-PRC u t-Tajwan żdiedu b’21 % u 25 % rispettivament, madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indoneżja naqsu b’mod sinifikanti b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat (il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’medja ta’ 18 %). Minkejja ż-żieda ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati jibqgħu aktar baxxi b’mod kostanti mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu (ara t-Tabella 11).

(276)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati li kkorrispondew għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjoni mill-prodotturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, (89) stabbilit fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni, nol (CIF), b’aġġustament kif xieraq għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(277)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 10,7 % għall-importazzjonijiet mill-Indoneżja, 9,3 % għall-importazzjonijiet mill-PRC u 4,1 % għall-importazzjonijiet mit-Tajwan.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(278)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(279)

Kif imsemmi fil-premessa (7), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(280)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ data inkluża fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer, li ġiet ivverifikata kif xieraq, fir-rigward tal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li ġew ivverifikati kif xieraq. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(281)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, il-kwota tas-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġni tad-dumping.

(282)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(283)

Il-produzzjoni totali, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2016

2017

2018

PI

Produzzjoni totali tal-Unjoni (tunnellati)

4 786 053

4 807 793

4 768 710

4 636 995

Indiċi

100

100

100

97

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

6 967 785

6 937 585

7 025 230

7 057 282

Indiċi

100

100

101

101

L-użu tal-kapaċità

69 %

69 %

68 %

66 %

Indiċi

100

101

99

96

Sors: Eurofer.

(284)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien stabbli sal-2018 imbagħad naqas bi 3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iċ-ċifri tal-kapaċità rrapportati jirreferu għall-kapaċità attwali, ħaġa li timplika li kienu tqiesu l-aġġustamenti, meqjusa bħala standards mill-industrija, għall-ħin tat-twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakoli u għal perjodi normali oħra ta’ waqfien. Fuq din il-bażi, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet prattikament stabbli, b’żieda marġinali ta’ 1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(285)

B’riżultat ta’ tnaqqis fil-produzzjoni u żieda żgħira fil-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat, u kien taħt is-70 % b’mod kostanti.

4.5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(286)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-bejgħ ħieles

 

2016

2017

2018

PI

Il-volumi tal-bejgħ ħieles tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

869 660

775 692

735 596

754 334

Indiċi

100

89

85

87

Is-sehem mis-suq tal-konsum ħieles tal-Unjoni

71,2 %

63,9 %

61,0 %

61,9 %

Indiċi

100

90

86

87

Sors: Eurofer u Eurostat.

(287)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13 % matul il-perjodu kkonċernat.

(288)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b’mod sinifikanti, bi kważi 10 punti perċentwali, għalkemm il-konsum fl-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(289)

F’dak li jirrigwarda s-suq marbut, l-volum u s-sehem mis-suq marbut tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Volum marbut u sehem mis-suq (tunnellati)

 

2016

2017

2018

PI

Volum marbut fis-suq tal-Unjoni

3 627 275

3 741 880

3 703 555

3 607 752

Indiċi

100

103

102

99

Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

4 786 053

4 807 793

4 768 710

4 636 995

Indiċi

100

100

100

97

Sehem tas-suq marbut meta mqabbel mal-produzzjoni totali tal-Unjoni

75,8 %

77,8 %

77,7 %

77,8 %

Indiċi

100

103

102

103

Sors: Eurofer.

(290)

Il-volum marbut tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn SSHR miżmum mill-industrija tal-Unjoni għall-użu downstream) fis-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli għal madwar 3,6 miljun tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat.

(291)

Is-sehem mis-suq marbut tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-Unjoni) żdied bi ftit fl-2017 u mbagħad baqa’ stabbli madwar 78 % matul il-bqija tal-perjodu.

(292)

Għalhekk, fid-dawl tax-xejra stabbli tas-suq marbut tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ir-riżultat ta’ pressjoni akbar eżerċitata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

4.5.2.3.   It-tkabbir

(293)

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, li lkoll juru tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber, la f’termini assoluti u lanqas f’relazzjoni mal-konsum.

4.5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(294)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

L-impjiegi u l-produttività

 

2016

2017

2018

PI

Għadd ta’ impjegati

2 274

2 266

2 303

2 372

Indiċi

100

100

101

104

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

2 104

2 122

2 070

1 955

Indiċi

100

101

98

93

Sors: Eurofer.

(295)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni relatat mal-produzzjoni tal-SSHR żdied marġinalment b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fid-dawl tat-tnaqqis żgħir fil-produzzjoni, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala tunnellati għal kull impjegat prodott fis-sena, naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(296)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(297)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

PI

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq tal-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 699

2 019

2 072

1 991

Indiċi

100

119

122

117

Kost ta’ unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

1 581

1 795

1 929

1 894

Indiċi

100

114

122

120

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(298)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità żdiedu bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, li ma kienx biżżejjed biex ilaħħaq mal-iżvilupp tal-kost tal-produzzjoni li żdied b’20 % matul l-istess perjodu. Fil-biċċa l-kbira, l-evoluzzjoni tal-kostijiet kienet xprunata minn żidiet importanti fil-prezzijiet tal-materja prima, bħan-nikil, il-molibdenu u l-kromju. Billi bejn l-2016 u l-2018 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tgħaddi din iż-żieda fil-kost f’termini relattivi mal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma setgħetx tgħaddi b’mod sħiħ iż-żieda fil-kost, peress li ż-żieda fil-kost kienet akbar miż-żieda fil-prezzijiet.

4.5.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(299)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

62 423

61 712

60 037

61 534

Indiċi

100

99

96

99

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(300)

Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’4 % sal-2018, imbagħad reġgħu żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għalkemm għal livell li għadu 1 % taħt il-livell fl-2016. Dan juri li l-produtturi tal-Unjoni kienu kapaċi jnaqqsu l-kostijiet lavorattivi, minkejja ċ-ċirkostanzi tas-suq li kienu qed jiddeterjoraw.

4.5.3.3.   Inventarji

(301)

Il-livelli tal-istokks tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Inventarji

 

2016

2017

2018

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

147 341

152 089

147 018

118 543

Indiċi

100

103

100

80

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

3,1 %

3,2 %

3,1 %

2,6 %

Indiċi

100

103

100

83

Sors: Eurofer.

(302)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-livell tal-ħażniet tal-għeluq naqas b’20 %. Il-maġġoranza tat-tipi ta’ prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet mhumiex meqjusa bħala indikatur importanti ta’ dannu għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif jidher hawn fuq, dan l-indikatur baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat fil-livell ta’ madwar 3 % tal-volum tal-produzzjoni.

4.5.3.4.   Profitabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

Tabella 14

Profitabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2016

2017

2018

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

7,2 %

10,2 %

5,1 %

3,5 %

Indiċi

100

142

71

49

Il-fluss tal-flus (EUR)

20 214 740

48 032 998

25 074 879

-18 363 974

Indiċi

100

238

124

-91

Investimenti (EUR)

29 376 840

47 908 280

48 154 124

46 211 563

Indiċi

100

163

164

157

Redditu fuq l-investimenti

4,8 %

8,5 %

3,1 %

0,2 %

Indiċi

100

179

65

4

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(303)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(304)

Il-profittabbiltà globali naqset minn 7,2 % fl-2016 għal 3,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis jikkoinċidi maż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet ta’ twaqqigħ (ara l-premessa (276)). Ir-redditu fuq l-investimenti segwa l-istess xejra ’l isfel.

(305)

Il-fluss tal-flus nett evolva fil-biċċa l-kbira b’konformità mal-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti. Dan kien pożittiv mill-2016 sal-2018, bil-quċċata fl-2017, u sar negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-profittabbiltà kienet fl-iktar punt baxx fil-perjodu kkunsidrat.

(306)

Il-livell ta’ investimenti annwali żdied matul il-perjodu kkunsidrat b’57 %. Madankollu, iż-żieda fil-livelli ta’ investiment ma sarrfitx f’żidiet fil-kapaċità korrispondenti (ara t-tabella 7). Sussegwentement, l-investimenti kellhom biss l-għan li jżommu l-kapaċitajiet eżistenti u li jagħmlu sostituzzjonijiet debiti ta’ assi ta’ produzzjoni meħtieġa.

4.5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(307)

Il-konsum baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas minn 71,2 % għal 61,9 %.

(308)

L-indikaturi finanzjarji tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni juru li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied (+ 20 %) ftit aktar mill-prezz medju tal-bejgħ tagħha (+ 17 %), li fisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi b’mod sħiħ iż-żieda fil-kost. Dan irriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-profitt matul il-perjodu kkunsidrat, minn 7,2 % fl-2016 għal 3,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Żvilupp negattiv simili huwa nnotat fir-rigward tal-indikaturi finanzjarji l-oħra, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus.

(309)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13 % u l-volum tal-produzzjoni naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Id-differenza hija spjegata mill-importanza għall-industrija tal-Unjoni tas-suq marbut, li madankollu ma żdiditx matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità kien b’mod kostanti taħt is-70 % u naqas bi tliet punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (66 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni).

(310)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(311)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Fost l-oħrajn, dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, it-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni għal SSHR fl-2018 u d-dipendenza parzjali mill-produtturi tal-Unjoni fuq il-produzzjoni marbuta.

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(312)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-tliet pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan irriżulta f’marġni ta’ twaqqigħ ta’ 4,1 % għat-Tajwan, 9,3 % għall-PRC u 10,7 % għall-Indoneżja (medja ta’ 9,5 %) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tqis iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha tal-Unjoni, li turi l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet ikkonċernati. Din is-sitwazzjoni kellha impatt serju fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li naqset għal livelli baxxi ħafna fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(313)

Il-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 15

Pajjiż

 

2016

2017

2018

PI

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (f’tunnellati)

64 995

32 949

35 535

33 191

Indiċi

100

51

55

51

Sehem mis-suq

5,3 %

2,7 %

2,9 %

2,7 %

Indiċi

100

51

55

51

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 404

1 697

1 695

1 654

Indiċi

100

121

121

118

L-Afrika t’Isfel

Volum (f’tunnellati)

25 803

29 123

25 923

27 494

Indiċi

100

113

100

107

Sehem mis-suq

2,1 %

2,4 %

2,2 %

2,3 %

Indiċi

100

114

102

107

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 436

1 649

1 671

1 728

Indiċi

100

115

116

120

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (f’tunnellati)

36 926

72 022

63 043

32 989

Indiċi

100

195

171

89

Sehem mis-suq

3,0 %

5,9 %

5,2 %

2,7 %

Indiċi

100

196

173

89

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 837

1 931

2 084

2 302

Indiċi

100

105

113

125

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

Volum (f’tunnellati)

127 725

134 093

124 501

93 674

Indiċi

100

105

97

73

Sehem mis-suq

10,5 %

11,1 %

10,3 %

7,7 %

Indiċi

100

106

99

73

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 536

1 813

1 887

1 904

Indiċi

100

118

123

124

Sors: Eurostat.

(314)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqas b’27 % (jew bi kważi tliet punti perċentwali) għal 7,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi matul l-istess perjodu, il-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’66 % (ara l-premessa (273) u t-tabella 5, it-telf tas-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni huwa attribwit għaż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati.

(315)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Korea naqas b’mod qawwi matul il-perjodu kkunsidrat, u s-sehem mis-suq tagħhom naqas kważi bin-nofs, u niżel għal 2,7 % biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Korea żdiedu bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat, ftit inqas mit-total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiżi kkonċernati (24 %). L-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel kienu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat iżda nbiegħu bi prezz ogħla minn dawk mill-pajjiż ikkonċernat, u qatt ma laħqu sehem mis-suq ta’ aktar minn 2,5 %.

(316)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwewx għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(317)

Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 16

 

2016

2017

2018

PI

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

125 237

151 305

156 620

141 448

Indiċi

100

121

125

113

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 745

1 909

1 940

1 992

Indiċi

100

109

111

114

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, Eurofer.

(318)

L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-volum tal-esportazzjoni tagħha bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ addizzjonali tal-esportazzjoni ta’ madwar 16 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat tqabbel mat-telf ta’ 115 000 tunnellata ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżidu l-prezzijiet tal-unità tal-esportazzjoni tagħhom b’14 % matul l-istess perjodu. Għalhekk, il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija seta’ jikkumpensa biss għal parti żgħira ħafna l-iżviluppi negattivi kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, fuq dik il-bażi u għal kuntrarju tad-dikjarazzjoni minn parti interessata waħda, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet pożittiva u ma setgħetx tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Fatturi oħra

(319)

Il-kost tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta’ SSHR prodott żdied b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara t-tabella 11). Dan kien l-aktar minħabba żieda qawwija fil-kostijiet tal-materja prima, fattur li ħalla impatt fuq il-produtturi madwar id-dinja. B’mod partikolari, il-prezz tan-nikil, li huwa t-tieni l-aktar input importanti għal diversi produtturi tal-Unjoni, żdied minn inqas minn USD 9 000 fil-bidu tal-2016 għal iktar minn USD 15 000 f’nofs l-2018 u għal iktar minn USD 12 500 f’Ġunju 2019. L-industrija tal-Unjoni inizjalment kienet kapaċi wkoll tgħaddi din iż-żieda fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, madankollu li rriżultat f’telf importanti tas-sehem mis-suq u l-profittabbiltà. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan ma kienx aktar possibbli minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà naqset b’mod drammatiku, jiġifieri b’51 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(320)

Diversi partijiet iddikjaraw li d-deterjorament li jaffettwa l-industrija tal-Unjoni fit-tieni nofs tal-2018 kien fil-fatt dovut għal tnaqqis fid-domanda; dan it-tnaqqis kien, min-naħa tiegħu, ikkawżat mill-impożizzjoni imminenti ta’ miżuri ta’ salvagwardja, li rriżulta f’konċentrazzjoni tax-xiri fl-ewwel nofs tas-sena, u għal żviluppi ċikliċi fis-suq globali tal-azzar fit-tieni nofs tas-sena. Għall-kuntrarju ta’ dawn l-allegazzjonijiet, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni iżda pjuttost telf qawwi fis-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni minħabba żieda qawwija fl-importazzjonijiet (ara t-taqsima 4.4.2 u t-tabelli 5 u 8). Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet torbot it-tnaqqis mal-miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(321)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx, jew sa ċertu punt, interessata li tbigħ il-prodott ikkonċernat fis-suq ħieles billi tagħti prijorità lill-produzzjoni marbuta. Minkejja li s-suq downstream huwa importanti għall-industrija tal-Unjoni, huwa qed ibigħ ukoll volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat fis-suq ħieles u għad għandu kapaċità żejda sinifikanti biex jipproduċi u b’hekk ibigħ aktar. Barra minn hekk, is-suq marbut tal-Unjoni ma kibirx matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(322)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-kapaċità żejda fl-Unjoni kienet kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli (+ 1 %) matul il-perjodu kkunsidrat, għall-kuntrarju tal-PRC u l-Indoneżja li qed jibnu kapaċitajiet żejda sinifikanti sabiex jesportaw l-output li jirriżulta minn dawn il-kapaċitajiet żejda lejn l-Unjoni, u b’hekk jieħdu sehem mis-suq mill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċuħda.

(323)

Parti interessata minnhom iddikjarat li, peress li l-industrija tal-Unjoni (u s-settur tal-azzar globalment) kellhom prestazzjoni eċċezzjonalment tajba fl-2017, b’mod partikolari fir-rigward tal-profitti, it-tnaqqis fl-2018 kien fil-fatt konsegwenza naturali. Madankollu, l-investigazzjoni sabet b’mod provviżorju deterjorament sinifikanti f’ċerti indikaturi tad-dannu mill-bidu sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, li jfisser li l-punt tat-tluq kien l-2016 u mhux l-2017. Fil-fatt, meta mqabbla mal-2016, il-profitabbiltà naqset bin-nofs u kemm il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq tagħhom naqsu bi 13 %. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċuħda.

(324)

Żewġ partijiet interessati sostnew li l-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili sabiex jintlaħqu l-istandards stretti tal-UE f’termini ta’ ambjent jagħmilhom inqas kompetittivi fis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ din il-pretensjoni, il-Kummissjoni tqis li l-istandards ambjentali għolja fl-Unjoni ma jistgħux jitqiesu bħala kawża ta’ dannu kkawżat minnha stess. Għall-kuntrarju ta’ dan, l-istandards ambjentali għoljin tal-UE jitqiesu fil-kalkolu tal-prezz fil-mira. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċuħda.

(325)

Parti interessata minnhom sostniet li kemm il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu, u għalhekk l-importazzjonijiet Ċiniżi ma jistgħux ikunu kawża ta’ dannu. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu kontinwament sostanzjalment taħt il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni u waqqgħu wkoll il-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, fir-rigward tal-volumi, kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-PRC matul il-perjodu kkunsidrat li żiedet mal-pressjoni fuq il-prezzijiet. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċuħda.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(326)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni provviżorjament stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(327)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-fatturi identifikati l-oħra kollha, b’mod partikolari l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, it-tnaqqis fid-domanda għal SSHR fl-2018, id-dipendenza parzjali mill-produtturi tal-Unjoni fuq il-produzzjoni marbuta, il-kapaċità żejda fl-Unjoni bħala riżultat ta’ kapaċità żejda globali, iċ-ċirkostanzi tas-suq eċċezzjonalment favorevoli fl-2017, il-kostijiet ambjentali addizzjonali mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni u ż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni mill-PRC nstabu b’mod provviżorju li ma jattenwawx ir-rabta kawżali, anki meta jitqies l-effett ikkombinat possibbli tagħhom.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(328)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

(329)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi allegaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ tnejn mill-pajjiżi investigati, jiġifieri l-Indoneżja u l-PRC. Il-valutazzjoni li tikkonċerna dawn il-pajjiżi hija inkluża fit-Taqsima 6.2 hawn taħt.

6.1.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għat-Tajwan

(330)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

(331)

Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. L-industrija tal-Unjoni ddikjarat li l-2017 kienet sena xierqa biex tiġi stabbilita mira għall-profitt. Il-Kummissjoni tqis li l-2017 kienet sena eċċezzjonalment tajba għall-industrija u li l-profitt miksub mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’dik is-sena (10,2 %) x’aktarx li jinkiseb jekk jintuża bħala profitt fil-mira. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fl-2017 diġà kien ta’ 29,1 %. B’kuntrast ma’ dan, fl-2016 is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien konsiderevolment aktar baxx milli fl-2017 (21,5 %). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża b’mod provviżorju l-profitt medju miksub matul is-snin 2016 u 2017 bħala mira għall-profitt. Dak il-profitt huwa ta’ 8,7 %.

(332)

Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat talba magħmula minn produttur wieħed tal-Unjoni fuq investimenti ppjanati li ma kinux implimentati matul il-perjodu kkunsidrat. Abbażi tal-evidenza dokumentarja li waslet, il-Kummissjoni aċċettat dik il-pretensjoni proviżorjament u żiedet l-ammont korrispondenti mal-prezz mhux dannuż ta’ dak il-produttur tal-Unjoni.

(333)

Skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li għalihom l-Unjoni hija parti, li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali f’medda ta’ bejn EUR 1,5 u 6 għal kull tunnellata, li ġew miżjuda mal-prezz mhux dannuż.

(334)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 8,7 % u l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2c) u 7(2d) mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(335)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni medju ponderat, kif stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ġew ivverifikati fil-pajjiżi kkonċernati fuq bażi ta’ tip b’tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mingħajr dannu medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(336)

Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ (%)

It-Tajwan

Yieh United Steel Co. u

Tang Eng Iron Works Co., Ltd.

6,0

24,1

It-Tajwan

Walsin Lihwa Co.

7,5

18,3

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5

24,1

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għall-Indoneżja u l-PRC

6.2.1.   Tqabbil bejn il-marġni tad-dumping u l-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’

(337)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat fir-rigward tal-Indoneżja u l-PRC, jekk il-marġni tad-dumping stabbilit b’mod provviżorju, ikunx ogħla mill-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi fl-Indoneżja u l-PRC li kkooperaw, u l-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fit-Taqsima 6.1 hawn fuq. Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ (%)

L-Indoneżja

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel

19,2

17,0

PRC

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

108,4

18,9

PRC

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd

55,6

14,5

PRC

Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd

87,9

17,4

PRC

Fujian Dingxin Technology Co., Ltd.

87,9

17,4

PRC

Il-kumpaniji l-oħra kollha

108,4

18,9

(338)

Peress li l-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ li ġie kkalkolat għall-produtturi esportaturi Indoneżjani u Ċiniżi kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx distorsjonijiet fuq il-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.2.2.   Id-distorsjonijiet fil-materja prima

(339)

Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fl-Indoneżja u fil-PRC. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, meta vvalutat il-livell xieraq ta’ miżuri fir-rigward tal-Indoneżja u l-PRC, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet u kwalunkwe distorsjoni oħra fl-Indoneżja u fil-PRC koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(340)

Il-materja prima ddikjarata li hija affettwata minn dawn id-distorsjonijiet kienu n-nikil (ferronikil, ħadid fondut grezz, il-mineral tan-nikil, ruttam tan-nikil), faħam, u ruttam tal-azzar inossidabbli fl-Indoneżja u r-ruttam tal-azzar inossidabbli, kromju, faħam għall-kokk, ferrokromju, ferrosiliċju, azzar mhux raffinat (inossidabbli), u vanadju fil-PRC.

(341)

Minn din il-materja prima, il-Kummissjoni identifikat il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni qieset bħala materji primi prinċipali dawk li jirrappreżentaw mill-anqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(a)   L-Indoneżja

(342)

Fir-rigward tal-Indoneżja, l-investigazzjoni kkonfermat li kienu jeżistu distorsjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fuq materji primi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-forma ta’ projbizzjoni tal-esportazzjoni (90) fuq minerali tan-nikil b’kontenut ta’ nikil ta’ 1,7 % u aktar, taxxa fuq l-esportazzjoni (91) ta’ 10 % fuq minerali tan-nikil b’kontenut ta’ nikil ta’ inqas minn 1,7 %, rekwiżit ta’ liċenzjar (92) u kwota tal-esportazzjoni (93) de facto fuq minerali tan-nikil bil-kontenut tan-nikil tal-aħħar, u rekwiżit ta’ liċenzjar (94) de facto fuq ferronikil u ħadid fondut grezz tan-nikil.

(343)

L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-mineral tan-nikil kien jirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-prodott investigat.

(344)

Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-prezz imħallas għall-minerali tan-nikil kien ferm aktar baxx (b’aktar minn 30 %) mill-prezz fis-suq internazzjonali rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(345)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tax-xiri tal-produtturi esportaturi Indoneżjani mal-prezz FOB tal-mineral tan-nikil, b’kontenut tan-nikil ta’ 1,8 % fil-Filippini (95). Il-Kummissjoni qieset li l-prezz fil-Filippini kien xieraq billi l-Filippini, bħall-Indoneżja, huma fost il-pajjiżi bl-akbar riżervi ta’ minerali tan-nikil fid-dinja (96). Barra minn hekk, il-kontenut tannikil tal-minerali tan-nikil f’dan is-suq internazzjonali rappreżentattiv kien simili ħafna għall-kontenut medju tan-nikil tal-minerali tan-nikil mixtri mill-produtturi esportaturi Indoneżjani. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ispejjeż tat-trasport bejn il-fornitur u l-port inklużi fil-prezz FOB jirriflettu l-kostijiet tat-trasport imġarrba mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(346)

Għalhekk, ir-rekwiżit skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-eżistenza ta’ distorsjoni(jiet) fuq materja prima li tammonta għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, intlaħaq fir-rigward tal-Indoneżja.

(b)   Il-PRC

(347)

Fir-rigward tal-PRC, l-investigazzjoni kkonfermat li kienu jeżistu distorsjonijiet fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku dwar il-materja prima matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-forma ta’ taxxa tal-esportazzjoni fuq ir-ruttam tal-azzar inossidabbli, il-ferrosilikon, il-ħandid fondut grezz b’kontenut ta’ nikil u l-ferrokromju; u rekwiżit tal-liċenzjar dwar il-ferrosilikon, il-vanadju, il-ferronikil u l-ferrokromju. Il-Kummissjoni bbażat din is-sejba fuq id-data disponibbli fil-bażi tad-data tal-OECD (97) u fuq il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-PRC.

(348)

L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li, għal kull waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, mill-inqas waħda mill-materji primi ewlenin imsemmija hawn fuq kienet tirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kost totali tagħhom tal-produzzjoni tal-prodott investigat (98).

(349)

L-investigazzjoni kkonkludiet li l-prezz imħallas miż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fil-PRC għal din il-materja prima ewlenija kien ferm inqas mill-prezz fis-suq internazzjonali rappreżentattiv użat għal kull materja prima rispettiva, li għalih intużaw l-istess sorsi għall-bini tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(350)

Għalhekk, ir-rekwiżit skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-eżistenza ta’ distorsjoni(jiet) fuq materja prima li tammonta għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, intlaħaq fir-rigward tal-PRC.

6.2.3.   L-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(351)

Wara li kkonkludiet li hemm distorsjonijiet fil-materja prima kif previst fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fil-każ tal-PRC u l-Indoneżja, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont tad-dazji provviżorji skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet żejda fil-pajjiżi esportaturi, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni daħħlet mistoqsijiet speċifiċi fil-kwestjonarji għall-partijiet interessati kollha. L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ipprovdew rispons għal dawk il-mistoqsijiet.

6.2.3.1.   Kapaċitajiet żejda fil-pajjiż esportatur

(352)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn Eurofer, il-kapaċità żejda fil-PRC kien stmat li hi ta’ 26,4 miljun tunnellata fl-2019 (99), u l-kapaċità żejda tas-settur totali tal-azzar inossidabbli fl-Indoneżja kien stmat li hi ta’ erba’ miljun tunnellata fl-2019 (100).

(353)

Madankollu, skont il-kwestjonarju tal-GOI, il-kapaċità żejda fl-Indoneżja bħalissa hija ta’ 2,1 miljun tunnellata. B’kuntrast ma’ dan, is-suq ħieles tal-Unjoni kellu daqs ta’ 1,2 miljun tunnellata. F’termini relattivi, il-kapaċitajiet żejda fil-pajjiżi esportaturi huma għalhekk ta’ daqs enormi.

6.2.3.2.   Kompetizzjoni għall-materja prima

(354)

Fir-rigward tal-kompetizzjoni għall-materja prima, il-GOC ma pprovda l-ebda informazzjoni sinifikanti dwar is-suq tal-materja prima distorta fil-PRC, kif stabbilit fil-premessa (347). L-ilmentatur iddikjara li billi jżid jew inaqqas b’mod artifiċjali l-livell tal-provvista tal-materja prima, jew sempliċiment billi jiffissal-prezzijiet b’mod ċentrali, il-GOC jista’ jidderieġi l-prezzijiet ’il fuq jew ’l isfel. Kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.2 ta’ hawn fuq, is-suq Ċiniż tal-materja prima kien meqjus bħala distort.

(355)

Fir-rigward tal-Indoneżja, l-investigazzjoni sabet li l-Indoneżja għandha wieħed mill-ikbar setturi tal-estrazzjoni tal-minerali tan-nikil fid-dinja. Għalhekk, billi jagħmel restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-mineral tan-nikil, il-GOI artifiċjalment iniżżel il-prezzijiet fis-suq domestiku Indoneżjan.

(356)

Iż-żewġ pajjiżi għandhom restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fuq l-inputs fli fihom in-nikil, li huwa wkoll it-tieni l-aktar input importanti tal-produtturi tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (319).

(357)

Dawn il-kwistjonijiet kollha joħolqu żvantaġġ komparattiv għall-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati. Il-Kummissjoni tqis li din is-sitwazzjoni mhijiex probabbli li tinbidel fil-futur qrib. Fir-rigward tal-Indoneżja, is-sitwazzjoni reċentement saħansitra marret għall-agħar. Il-miżuri li jippermettu l-esportazzjonijiet ta’ minerali tan-nikil b’kontenut ta’ nikil ta’ inqas minn 1,7 % kellhom jibqgħu fis-seħħ sa Jannar 2022. Il-GOI, madankollu, iddeċieda li jħaffef it-terminazzjoni tagħhom. L-esportazzjonijiet kollha ta’ minerali tan-nikil ġew ipprojbiti minn Jannar 2020 (101). Ma hemm l-ebda evidenza li l-GOI se jreġġa’ lura l-politika tiegħu fil-futur qrib.

6.2.3.3.   L-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni

(358)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa mill-importaturi, il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod provviżorju li l-effett ewlieni fuq il-ktajjen tal-provvista se jinħass fil-livell tal-utenti. L-effett possibbli fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni, stipulat skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, kien, fid-dawl tad-differenza importanti bejn il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu għall-pajjiżi esportaturi, ivvalutat fil-kuntest tat-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

(359)

Kif konkluż fil-premessa (373) hawn taħt, dik l-analiżi rriżultat fid-determinazzjoni li, fid-dawl tal-effett tal-miżuri fil-livell tal-marġni tad-dumping, mhuwiex skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.2.3.4.   Konklużjoni

(360)

Fid-dawl tal-analiżi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont l-Artikolu 7 (2a) tar-Regolament bażiku, mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tal-miżuri fil-livell tad-dumping fid-dawl tal-effett negattiv sproporzjonat li dan jista’ jkollu fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(361)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(362)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f’diversi Stati Membri u timpjega direttament 2 372 impjegat fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ebda produttur tal-Unjoni ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif intwera fit-taqsima 4 t’hawn fuq, fl-analiżi tal-indikaturi tad-dannu, l-industrija sħiħa tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(363)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji anti-dumping se tirrestawra kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u twaqqaf id-dipressjoni tal-prezzijiet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija b’kapital intensiv. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Huwa mfakkar li għadd ta’ indikaturi tad-dannu ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, is-sehem mis-suq u l-volum tal-bejgħ, kif ukoll l-indikaturi relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, bħall-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment, ġew affettwati serjament. Għalhekk huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal-livell mhux oġġett ta’ dumping jew tal-anqas mhux dannuż sabiex il-produtturi kollha jkunu jistgħu joperaw fis-suq tal-Unjoni taħt kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Prestazzjoni ħażina fuq is-segment SSHR ikollha impatt fuq is-segmenti downstream tal-produtturi tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-produzzjoni marbuta tagħhom. Il-produtturi tal-Unjoni jiddependu ħafna fuq il-mudell kummerċjali ta’ taħlita ta’ bejgħ fis-suq ħieles u produzzjoni marbuta. Deterjorament tas-segment tas-suq ħieles jista’ bl-istess mod iqiegħed f’riskju s-segment tal-produzzjoni marbuta, li jirrappreżenta volumi ta’ produzzjoni akbar u ċifri ta’ impjiegi ogħla minn dawk ta’ qabel.

(364)

Għalhekk ġie proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni peress li tippermettilha li tirkupra mill-effetti tad-dumping dannuż li nstab.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(365)

Żewġ partijiet ippreżentaw lilhom infushom bħala importaturi mhux relatati u wieġbu għall-kwestjonarju rilevanti. Madankollu, it-tweġiba ta’ waħda minnhom ma ġietx segwita aktar peress li l-importatur irriżulta li kien qed jopera minn barra l-Unjoni.

(366)

It-tieni parti rriżultat li ma kinitx importatur ġenwin iżda ċentru tas-servizzi għal diversi operazzjonijiet. Għalhekk, ma kienx hemm kooperazzjoni minn importaturi ġenwini. Skont l-operatur taċ-ċentru tas-servizzi li kkoopera, iż-żieda fil-prezz tal-prodotti kkonċernati tirriżulta f’kost ogħla tal-manifattura għall-utenti Ewropej tal-prodotti, li tikkawża dannu lil dawn l-utenti. B’mod aktar speċifiku, il-parti għamlet talba ta’ esklużjoni ta’ prodott li hija indirizzata taħt it-Taqsima 2.3 flimkien ma’ talbiet oħra bħal dawn.

(367)

Fuq dik il-bażi, f’dan l-istadju ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-miżuri jkunu kontra l-interess tal-importaturi.

7.3.   L-interess tal-utenti

(368)

Żewġ utenti kkooperaw fl-investigazzjoni.

(369)

Wieħed mill-utenti li ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju kien produttur ta’ tubi tal-azzar inossidabbli. Fir-rigward ta’ dak l-utent, il-Kummissjoni sabet li, fid-dawl tal-volumi tax-xiri u tal-importazzjoni tagħha, il-profitt totali tagħha u l-profitt derivat minn prodotti tal-output li jinvolvu l-prodott ikkonċernat bħala input, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma kinitx se tikkawżalha ħsara bla bżonn.

(370)

It-tieni utent li kkoopera huwa produttur ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli li jikkompeti mal-industrija tal-Unjoni f’diversi mis-swieq downstream ewlenin tagħha. Dan jixtri volumi sinifikanti ta’ SSHR mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll minn produtturi barra l-Unjoni, inkluż fil-pajjiżi kkonċernati. Dak l-utent qajjem tħassib dwar is-sigurtà tal-prezzijiet tal-provvista u tax-xiri wara kwalunkwe impożizzjoni ta’ dazji. Huwa l-uniku utent indipendenti kbir tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Mingħajr il-produzzjoni integrata tal-azzar, dan jiddependi kompletament fuq provvisti ta’ kojls minn partijiet oħra biex jimmanifatturaw il-prodotti downstream tagħha. Il-parti ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni mhijiex interessata li tbigħilha volumi kbar addizzjonali ta’ SSHR, u b’mod partikolari tip wieħed ta’ prodott (kojls suwed), bi prezzijiet kompetittivi, peress li l-produtturi tal-Unjoni jippreferu jżommhom għall-użu marbut tagħhom stess. Din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċitajiet żejda matul il-perjodu kkunsidrat, li qabżu d-domanda totali ta’ dak l-utent mill-inqas erba’ darbiet. Barra minn hekk, kif issottometta l-ilmentatur, diversi produtturi tal-Unjoni huma lesti li jfornu kojls suwed kif ġie kkomunikat fuq is-siti web tal-produtturi. Fl-aħħar nett, minħabba l-katini tal-provvista diġà stabbiliti tal-utent u l-kuntatti ma’ produtturi ta’ pajjiżi terzi, huwa raġonevoli wkoll li wieħed jistenna li se tkun tista’ tiddiversifika wkoll il-provvista tagħha billi tixtri aktar minn pajjiżi terzi.

(371)

Sakemm il-fatturi rilevanti kollha (b’mod partikolari s-sorsi, il-volumi u l-prezzijiet qabel id-dazji tax-xiri u l-fatturat miksub fuq prodotti downstream) jibqgħu l-istess meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-profitt annwali ġenerali ta’ dak l-utent ikun affettwat serjament b’mod negattiv jekk jiġu imposti dazji fuq l-importazzjonijiet mill-PRC u l-Indoneżja skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(372)

Jekk, bl-istess suppożizzjoni bħal fil-premessa (369), jiġu imposti dazji fuq l-importazzjonijiet mill-PRC u l-Indoneżja skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-profitt annwali kumplessiv jiġi affettwat ukoll iżda fuq livell ferm inqas.

(373)

Ix-xenarji ta’ hawn fuq huma bbażati fuq suppożizzjonijiet statiċi (jiġifieri l-fatturi rilevanti kollha jibqgħu l-istess ħlief li d-dazji se jkunu imposti u għalhekk għandhom jitqiesu). Fil-fatt, huma xenarji tal-agħar każ peress li, kif spjegat hawn taħt, f’każ li jiġu imposti dazji, il-fatturi sottostanti l-oħra x’aktarx li jinbidlu.

(374)

L-ewwel nett, ix-xejriet tas-sorsi u l-prezzijiet tax-xiri mhux se jibqgħu l-istess. Jekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-PRC u mill-Indoneżja b’mod partikolari se jsiru soġġetti għal korrezzjoni ’l fuq, l-importazzjonijiet minn sorsi oħra ta’ provvista x’aktarx se jitkomplew f’volumi akbar. B’mod partikolari, ninnutaw li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kienu f’livelli għoljin sa u inkluż l-2016, meta kienu jammontaw għal 65 000 tunnellata. Fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq minn dak iż-żmien, dawn l-importazzjonijiet tilfu ishma importanti mis-suq matul is-snin (ara t-tabella 15) iżda jista’ jkun mistenni li wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-produtturi esportaturi mill-Korea iżda wkoll minn pajjiżi produtturi oħra bħall-Afrika t’Isfel se jerġgħu jiffokaw dejjem aktar fuq is-suq tal-Unjoni peress li se jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jikkompetu, għall-benefiċċju tal-utenti. Barra minn hekk, huwa mistenni li minħabba s-solliev offrut mill-miżuri, l-industrija tal-Unjoni se tkun f’pożizzjoni li tbigħ volumi akbar lill-utenti bi prezzijiet kompetittivi. L-industrija tal-Unjoni sempliċement ma tistax taffordja titlef ishma mis-suq importanti fl-Unjoni kif uriet din l-investigazzjoni. Fir-rigward tat-tieni utent imsemmi hawn fuq, minħabba d-daqs u l-importanza tiegħu bħala klijent tal-industrija tal-Unjoni, dan jista’ jkollu xi influwenza li x’aktarx tiżdied f’każ li tixtri volumi saħansitra akbar mill-industrija tal-Unjoni.

(375)

Ta’ min jinnota wkoll li huwa previst li f’Lulju 2021, il-miżuri applikabbli ta’ salvagwardja għall-azzar li jikkonċernaw ukoll il-prodott ikkonċernat se jiskadu. Dan ifisser li minn Lulju 2021, l-utenti se jkollhom aċċess akbar għal sorsi alternattivi minħabba li r-restrizzjonijiet tal-kwota li ilhom fis-seħħ mid-19 ta’ Lulju 2018 se jitneħħew.

(376)

Għalhekk huwa mistenni li l-utenti kumplessivament x’aktarx li jiġu affettwati b’mod negattiv mill-impożizzjoni tad-dazji, iżda li l-impatt tad-dazju fil-livelli stabbiliti għall-PRC u għall-Indoneżja skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku mhuwiex tali li jkun sproporzjonat, peress li huwa mistenni li l-industrija tal-utenti mbagħad tkun tista’ tadatta għas-sitwazzjoni l-ġdida. Tabilħaqq, jekk il-livell ta’ dazji jiġi stabbilit skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-utenti kollha li kkooperaw huma mistennija li jibqgħu profitabbli.

(377)

Madankollu, jekk jiġu imposti dazji skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-impatt possibbli tal-miżuri kontra l-PRC u l-Indoneżja fil-livell tal-marġni tad-dumping ikun sproporzjonat fid-dawl tal-effetti negattivi b’saħħithom possibbli fuq il-ktajjen tal-provvista għal ċerti kumpaniji tal-Unjoni u b’mod partikolari fuq l-utenti. Tabilħaqq, il-Kummissjoni sabet li f’dan ix-xenarju l-industrija tal-utenti, u b’mod partikolari l-utenti li xtraw volumi sinifikanti mill-PRC u/jew mill-Indoneżja fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jistgħu jiġu affettwati b’mod mhux xieraq u bħala riżultat ta’ dan jistgħu jibdew jagħmlu t-telf.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(378)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u bil-kundizzjoni li d-dazji jridu jiġu imposti skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(379)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jibqgħux jinħadmu wara li jiġu llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, biex jiġi evitat li jsir dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(380)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

(381)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tad-dannu

Dazju provviżorju anti-dumping

L-Indoneżja

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry

u

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel

19,2 %

17,0 %

17,0 %

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

19,2 %

17,0 %

17,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

108,4 %

18,9 %

18,9 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd

55,6 %

14,5 %

14,5 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd

87,9 %

17,4 %

17,4 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Dingxin Technology Co., Ltd.

87,9 %

17,4 %

17,4 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-kumpaniji l-oħra kollha

108,4 %

18,9 %

18,9 %

It-Tajwan

Yieh United Steel Co.

u

Tang Eng Iron Works Co. Ltd.

6,0 %

24,1 %

6,0 %

It-Tajwan

Walsin Lihwa Co.

7,5 %

18,3 %

7,5 %

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5 %

24,1 %

7,5 %

(382)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn rriflettew il-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(383)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (102). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(384)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali għandhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(385)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(386)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata(i) ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(387)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

9.   REĠISTRAZZJONI

(388)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni kienet għadha għaddejja matul il-fażi ta’ divulgazzjoni minn qabel.

(389)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju provviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex.

(390)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. Deċiżjoni bħal din tittieħed fl-istadju definittiv.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

(391)

Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli żvelati speċifikament lilhom.

(392)

Żewġ produtturi esportaturi fil-PRC, żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja u tliet produtturi u ċentru indipendenti ta’ servizz fit-Tajwan ippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li kienu kkunsidrati ta’ natura klerikali u fejn kien hemm bżonn ikkoreġiet il-marġnijiet kif dovut.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(393)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(394)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jibqgħux jinħadmu wara li jiġu llaminati bis-sħana u li jeskludu prodotti, mhux f’kojl, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju provviżorju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali tat-TARIC

L-Indoneżja

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry

17,0 %

C541

L-Indoneżja

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel

17,0 %

C547

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

17,0 %

C999

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

18,9 %

C163

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Taiyuan Taigang Daming Metal Products

18,9 %

C542

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Tisco Guangdong Stainless Steel Service Center Co., Ltd

18,9 %

C543

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co. Ltd.

18,9 %

C025

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd

14,5 %

C544

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd

17,4 %

C545

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Dingxin Technology Co., Ltd.

17,4 %

C546

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,9 %

C999

It-Tajwan

Yieh United Steel Co.

6,0 %

C032

It-Tajwan

Tang Eng Iron Works Co. Ltd.

6,0 %

C031

It-Tajwan

Walsin Lihwa Co.

7,5 %

C548

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, in-numru ta’ biċċiet tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-parti rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

6.   Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ Bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja (ĠU C 269 I, 12.8.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/104 tat-23 ta’ Jannar 2020 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 19, 24.1.2020, p. 5).

(4)  Ara t-taqsima 3.2 tar-Regolament.

(5)  Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2411

(6)  Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2411

(7)  Dan il-konsorzju huwa grupp ta’ 20 distributur u utent, li flimkien jirrappreżentaw madwar 500 000 tunnellata ta’ konsum tal-Unjoni u li kollettivament jimpjegaw madwar 30 000 persuna fl-Unjoni.

(8)  Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, l-informazzjoni dwar l-IMIP ġiet miksuba minn: IMIP. Ir-Rapport Annwali 2017, disponibbli fuq: https://static1.squarespace.com/static/584e20fe197aea0e29105534/t/5c986900eb393132e86a5f1a/1553492333714/IMIP+2017+Annual+Report.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2020).

(9)  Ir-Rapport tal-Panel tad-WTO, l-Istati Uniti — Anti-dumping measures on Certain Oil Country Tubular Goods from Korea (Miżuri anti-dumping fuq Ċerti Prodotti Tubulari tal-Pajjiżi taż-Żejt mill-Korea) (WT/DS488/15), il-para. 7.198.

(10)  L-Artikolu 1.2(a) tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.

(11)  L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 7/2017 tal-Ministru tal-Enerġija u r-Riżorsi Minerali li jikkonċerna proċeduri għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza għall-bejgħ tal-minerali tal-metall u tal-faħam.

(12)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.

(13)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6-7.

(14)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.

(15)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(16)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(17)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(18)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120-121.

(19)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 122-135.

(20)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 167-168.

(21)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(22)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108-9.

(23)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.

(24)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 104-9.

(25)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.

(26)  Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020), https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e

(ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020), u www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(27)  Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(28)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing Steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)

(29)  Ara Reuters, “China’s Baosteel’s takeover of Wuhan to create world’s No 2 steelmaker” https://www.reuters.com/article/us-china-baosteel-mergers-idUSKCN11Q0U3 (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2020).

(30)  L-Anness 29 tal-ilment.

(31)  The World Nickel Factbook 2018 http://insg.org/wp-content/uploads/2019/03/publist_The-World-Nickel-Factbook-2018.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2020)

(32)  “Analysis of Market-Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry” (“Analiżi tad-Distorsjonijiet tas-Suq fl-Industrija Ċiniża tal-Metalli mhux tal-Ħadid”) © THINK!DESK China Research & Consulting — paġni 136-138

https://eurometaux.eu/media/1624/study_-analysis-of-market-distortions-in-china.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)

(33)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100-1.

(34)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 26.

(35)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 31-2.

(36)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(37)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-MIIT:

http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(38)  TISCO, “Company profile” (“Profil tal-kumpanija”), http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)

(39)  Baowu, “Company profile” (“Profil tal-kumpanija”), http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(40)  Ara l-Ilment, il-paġna 19, li jikkwota l-MCI, “Gao Jianbing appointed as the President of TISCO” (“Gao Jianbing maħtur bħala l-President tat-TISCO”), it-12 ta’ Ottubru 2018, https://metals-consulting.com/gao-jianbing-appointed-as-deputy-party-secretary-deputy-chairman-of-the-board-and-the-president-of-tisco/ (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2020).

(41)  Ir-Rapport — Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(42)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 41-42 u 83.

(43)  Ir-Rapport, Parti III, Kapitolu 14, p. 346 ff.

(44)  Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

(45)  Ir-Rapport, Kapitolu 14, p. 347.

(46)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(47)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, p. 349.

(48)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, p. 352.

(49)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(50)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, pp. 375-376.

(51)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138-149.

(52)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 216.

(53)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 213-215.

(54)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 209-211.

(55)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332-337.

(56)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 336.

(57)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 337-341.

(58)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114-117.

(59)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 119.

(60)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120.

(61)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(62)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(63)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(64)  Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, disponibbli fuq https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(65)  Pereżempju ara https://www.jornalcontabil.com.br/quanto-custa-um-funcionario-aprenda-a-calcular/ jew https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2020).

(66)  Kif spjegat fil-premessa (190), il-Borża tal-Metall ta’ Londra ntużat bħala l-bażi għal dan il-valur mingħajr distorsjoni, ikkoreġut għall-kontenut tan-nikil tal-materja prima. Peress li l-kontenut tan-nikil kien ivarja bejn il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-valur preċiż mingħajr distorsjoni huwa mogħti fid-divulgazzjoni speċifika għall-kumpanija.

(67)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(68)  L-importazzjonijiet Brażiljani huma rrapportati fil-livell tal-prezz frank abbord fil-GTA.

(69)  Minħabba restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew kwantitajiet negliġibbli importati.

(70)  L-esportazzjonijiet lejn il-PRC kienu esklużi. https://connect.ihs.com/home (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2020).

(71)  L-esportazzjonijiet lejn il-PRC kienu esklużi. https://connect.ihs.com/home (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Marzu 2020).

(72)  Il-Korea t’Isfel hija t-tielet l-akbar esportatur taċ-ċangaturi SS — wara l-Indoneżja (il-pajjiż li qed jiġi investigat) u t-tieni esportatur huwa r-Renju Unit. L-esportazzjonijiet lejn il-PRC kienu esklużi. Il-pajjiżi esportaturi l-oħra kienu jammontaw għal volumi sostanzjalment iżgħar.

(73)  Fuq bażi FOB.

(74)  Dawn il-materjali kienu elenkati għal kull kumpanija fid-divulgazzjonijiet speċifiċi rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, wieħed mill-fatturi tal-enerġija, jiġifieri l-fwar, għall-kumpaniji kollha, ġie ttrattat bl-istess mod.

(75)  Disponibbli fuq https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=518377340582818&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=o8k2wnnrz_1#!%40%40%3F_afrWindowId%3Do8k2wnnrz_1%26_afrLoop%3D518377340582818%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Do8k2wnnrz_54 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2020).

(76)  Disponibbli fuq https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2020).

(77)  Disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a) (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Frar 2020).

(78)  Disponibbli fuq http://www.aneel.gov.br/a-aneel (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Frar 2020).

(79)  Disponibbli fuq http://www.aneel.gov.br/bandeiras-tarifarias (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Frar 2020).

(80)  Disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/bandeira-tarifaria (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Frar 2020).

(81)  http://site.sabesp.com.br/site/interna/Default.aspx?secaoId=183 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2020).

(82)  Pereżempju ż-żona Metropolitana http://site.sabesp.com.br/site/uploads/file/asabesp_doctos/comunicado_06_2018.pdf

http://site.sabesp.com.br/site/uploads/file/asabesp_doctos/Comunicado%205-19.pdf

(ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2020).

(83)  https://www.comgas.com.br/tarifas/historico-de-tarifas/2018-2/ (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Frar 2020).

(84)  Il-marġni japplika għall-produtturi Ċiniżi l-oħra kollha tal-prodott li qed jiġi investigat tal-grupp TISCO kif elenkati fil-parti operattiva tar-Regolament.

(85)  L-Artikolu 6-1 tal-liġi Tajwaniża msejħa “L-Att Dwar It-Taxxa tan-Negozju fuq il-Valur Miżjud u mhux fuq il-Valur Miżjud” jiddefinixxi fabbrika tad-dwana bħala entità li topera f’żona tal-ipproċessar tal-esportazzjoni.

(86)  Is-sehem mis-suq preċiż kien ta’ 0,0086 % fl-2016.

(87)  Is-sehem mis-suq preċiż kien ta’ 0,0014 % fl-2017.

(88)  Meta jitqies is-sehem mis-suq preċiż fl-2017 (ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna), l-indiċi huwa 16 f’dik is-sena.

(89)  Il-maġġoranza l-kbira tal-bejgħ kien il-bejgħ li sar direttament lil klijenti finali indipendenti. Il-bejgħ lil bejjiegħa bl-ingrossa kien jirrappreżenta [minn 1 sa 5 %] tal-bejgħ totali tal-pajjiżi kkonċernati (filwaqt li l-bqija sar lil utenti finali). [Minn 95 sa 100 %] tal-bejgħ li sar mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, Indoneżjani, u Tajwaniżi sar direttament fl-Unjoni (il-bqija sar permezz ta’ importaturi relatati). Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ukoll ibigħu b’mod predominanti direttament lil klijenti finali indipendenti, inklużi rilaminaturi u produtturi tat-tubi, li jirrappreżentaw [minn 80 sa 85 %] tal-bejgħ totali tagħhom fl-Unjoni. Filwaqt li [minn 10 sa 15 %] tal-bejgħ totali tagħhom fl-Unjoni huwa lill-bejjiegħa bl-ingrossa.

(90)  L-Artikolu 4 u l-Anness IV tar-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Indoneżja Nru 1/M-DAG/PER/1/2017.

(91)  L-Artikoli 2, 12 u 14, u l-Annessi I(G) u II(G) tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Indoneżja Nru 13/PMK.010/2017.

(92)  L-Artikolu 7(3) u l-Anness III tar-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Indoneżja Nru 1/M-DAG/PER/1/2017.

(93)  L-Artikolu 4 u l-Anness III tar-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Indoneżja Nru 1/M-DAG/PER/1/2017.

(94)  L-Artikolu 7(1) u l-Anness I tar-Regolament tal-Ministru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Indoneżja Nru 1/M-DAG/PER/1/2017.

(95)  Kif irrappurtat minn FerroAlloyNet, disponibbli fuq: https://www.ferroalloynet.com/ (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2020).

(96)  International Nickel Study Group. The World Nickel Factbook 2018, p. 7 disponibbli fuq https://insg.org/wp-content/uploads/2019/03/publist_The-World-Nickel-Factbook-2018.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2020).

(97)  L-inventarju tal-OECD dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ Materja Prima Industrijali disponibbli fuq https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2020).

(98)  Billi l-kwantità eżatta ta’ materjali tal-produzzjoni titqies bħala kunfidenzjali għan-negozju, dik il-materja prima li tikkostitwixxi aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prezz mhux distort tal-materja prima kif stabbilit fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi huma pprovduti lill-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun f’divulgazzjoni speċifika individwali.

(99)  Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, il-paġna 66, il-par. 336.

(100)  Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, il-paġna 69, il-par. 352.

(101)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-indonesia-nickel/indonesian-nickel-miners-agree-to-stop-ore-exports-immediately-investment-chief-idUSKBN1X7106 (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ Marzu 2020).

(102)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


DEĊIŻJONIJIET

8.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/509

tat-3 ta’ April 2020

dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fir-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mir-Rumanija,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa bbażat fuq l-objettiv tal-użu ta’ finanzi pubbliċi sodi sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir b’saħħtu sostenibbli li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) skont l-Artikolu 126 TFUE, kif iċċarat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (1) (li tagħmel parti mill-PST), tipprovdi għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv. Il-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE jistabbilixxi aktar dispożizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (2) jistipula regoli u definizzjonijiet iddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(4)

L-Artikolu 126(5) TFUE jeħtieġ li l-Kummissjoni, jekk hija tqis li jeżisti jew li jista’ jseħħ defiċit eċċessiv fi Stat Membru, għandha tibgħat opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat u għandha tinforma lill-Kunsill kif dovut. Wara li kkunsidrat ir-rapport tagħha adottat skont l-Artikolu 126(3) TFUE u wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju adottat skont l-Artikolu 126(4) TFUE, il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti defiċit eċċessiv fir-Rumanija. Għaldaqstant, fl-4 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni indirizzat opinjoni għal dak il-għan lir-Rumanija u infurmat lill-Kunsill kif dovut (3).

(5)

L-Artikolu 126(6) TFUE jistipula li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq jesprimi qabel ma jieħu deċiżjoni wara evalwazzjoni ġenerali dwar jekk ikunx jeżisti defiċit eċċessiv. Fil-każ tar-Rumanija, dik il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(6)

Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Rumeni fit-30 ta’ Settembru 2019 li ġiet sussegwentement ivvalidata mill-Eurostat, id-defiċit tal-gvern ġenerali fir-Rumanija laħaq it-3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) fl-2018, filwaqt li d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika kien ta’ 35 % tal-PDG. Meta jitqiesu ċ-ċifri riveduti tal-PDG imħabbra mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tar-Rumanija wara l-pubblikazzjoni tal-istqarrija għall-istampa tal-Eurostat, dawk il-proporzjonijiet inbiddlu ftit, bid-defiċit ikun ta’ 2,9 % tal-PDG u d-dejn jkun 34,7 % tal-PDG fl-2018. Għall-2019, in-notifika pprevediet defiċit tal-gvern ġenerali ta’ 2,8 % tal-PDG.

(7)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-gvern adotta l-Istrateġija Baġitarja Fiskali għall-2020-2022 (“l-Istrateġija Fiskali”), li kellha fil-mira defiċit tal-gvern ġenerali ta’ 3,8 % tal-PDG fl-2019. Dan jaqbeż u mhuwiex qrib il-valur ta’ referenza tat-TFUE ta’ 3 % tal-PDG. L-eċċess rigward il-valur ta’ referenza tat-TFUE fl-2019 ukoll mhuwiex eċċezzjonali, peress li dan la jirriżulta minn każ mhux tas-soltu u lanqas minn tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku fis-sens tat-TFUE u tal- PST. It-tbassir tax-xitwa għall-2020 tal-Kummissjoni jipprevedi tkabbir reali tal-PDG ta’ 3,9 % fl-2019 u ta’ 3,8 % fl-2020, filwaqt li d-distakk fl-output huwa previst li jkun madwar żero. Il-partiti ta’ darba kienu jammontaw għal 0,1 % tal-PDG fl-2019 u kienu dovuti għal rimborż tat-taxxa tal-boll ambjentali fuq il-karozzi. L-eċċess ippjanat ogħla mill-valur referenzjarju tat-TFUE mhuwiex temporanju, kemm għall-finijiet tat-TFUE jew tal-PST. It-tbassir tax-xitwa għall-2020 tal-Kummissjoni, estiż b’varjabbli fiskali, jipprevedi defiċit tal-gvern ġenerali ta’ 4 % tal-PDG fl-2019, ta’ 4,9 % għall-2020 u ta’ 6,9 % għall-2021. Iż-żieda prevista fid-defiċit hija xprunata l-aktar minn żidiet sinifikanti fil-pensjonijiet. Fl-Istrateġija Fiskali, il-gvern ukoll jipprevedi li d-defiċit tal-gvern ġenerali ser jibqa’ ’l fuq mill-valur ta’ referenza fl-2020 u fl-2021, bi previżjoni ta’ defiċit ta’ 3,6 % tal-PDG għall-2020 u ta’ 3,4 % għall-2021. Il-kriterju ta’ defiċit tat-TFUE għaldaqstant, prima facie, mhuwiex issodisfat.

(8)

Id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tar-Rumanija kien jammonta għal 34,7 % tal-PDG fl-2018. Kemm l-Istrateġija Fiskali kif ukoll it-tbassir tax-xitwa għall-2020 tal-Kummissjoni, estiż b’varjabbli fiskali, jipprevedu li d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ser jiżdied sal-2021, madankollu ser jibqa’ taħt il-valur ta’ referenza tat-TFUE. Skont l-Istrateġija Fiskali, id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika huwa previst li jiżdied għal 37,8 % tal-PDG fl-2021. Il-Kummissjoni qed tipprevedi żieda aktar qawwija, sa 41,9 % tal-PDG fl-2021. Għaldaqsant il-kriterju tad-dejn fit-TFUE ġie ssodisfat.

(9)

F’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 126(3) TFUE, il-Kummissjoni analizzat ukoll il-fatturi rilevanti kollha fir-rapport tagħha skont l-Artikolu 126(3) TFUE. Kif stabbilit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, kull meta l-proporzjon tad-dejn tal-gvern apparagun tal-PDG ma jaqbiżx il-valur ta’ referenza, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti fil-passi li jwasslu għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv. Il-fatturi rilevanti, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ azzjoni effettiva sa mill-2017 b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont il-proċedura ta’ devjazzjoni sinifikanti, il-progress limitat li sar mir-Rumanija fir-rigward tar-riformi strutturali u r-riskji ta’ sostenibbiltà fiskali għoljin li r-Rumanija qed tiffaċċja fuq terminu medju u fit-tul, tqiesu fil-valutazzjoni tal-konformità tar-Rumanija mal-kriterju tad-defiċit. Dawk il-fatturi ma jibdlux il-konklużjoni li l-kriterju tad-defiċit tat-TFUE ma ġiex issodisfat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti defiċit eċċessiv fir-Rumanija minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kriterju tad-defiċit.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(3)  Id-dokumenti kollha relatati mal-PDE għar-Rumanija jinsabu fuq: https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/economic-and-fiscal-policy-coordination/eu-economic-governance-monitoring-prevention-correction/stability-and-growth-pact/corrective-arm-excessive-deficit-procedure/ongoing-excessive-deficit-procedures/romania_en