ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/499
tas-3 ta' April 2020.
li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 124/2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Kroata u Litwana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 (2) fihom żball fl-Anness, fl-intestatura tat-tielet kolonna tat-tabella, fir-rigward tal-kontenut massimu ta’ sustanzi fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Kroat u bil-Litwan tar-Regolament (KE) Nru 124/2009 għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-3 ta' April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/500
tas-6 ta’ April 2020
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tissottometti abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ ikel ġdid u li jaġġorna l-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fit-18 ta’ April 2018, il-kumpanija Access Business Group International LLC (“l-applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, it-trab taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassat. L-applikant talab biex it-trab taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) jintuża f’għadd ta’ kategoriji tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali kif ġej: prodotti tal-ħalib iffermentati mingħajr togħmiet miżjuda, inkluż xorrox tal-butir naturali mhux mingħajr togħmiet miżjuda (barra x-xorrox tal-butir sterilizzat) mhux trattat bis-sħana wara l-fermentazzjoni; prodotti tal-ħalib iffermentat mingħajr togħmiet miżjuda, trattati bis-sħana wara l-fermentazzjoni; prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana; ħelu; meraq tal-frott u tal-ħaxix; in-nektars tal-frott u tal-ħaxix u prodotti simili; xarbiet aromatizzati; supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), minbarra supplimenti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar; għaġin. |
(5) |
Fis-16 ta’ Lulju 2018, l-applikant ressaq talba lill-Kummissjoni biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid, trab ieħor taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassat f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab li t-trab taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) jintuża f’għadd ta’ kategoriji tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali kif ġej: ħelu; meraq tal-frott u tal-ħaxix; in-nektars tal-frott u tal-ħaxix u prodotti simili; xarbiet aromatizzati; supplimenti tal-ikel kif iddefinit fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar; għaġin. |
(6) |
Iż-żewġ applikazzjonijiet lill-Kummissjoni jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ żewġ trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati differenti bħala ikel ġdid. Iż-żewġ trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) huma parzjalment sgrassati, miksuba bl-ippressar u t-tħin taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) sħaħ. Id-differenzi ewlenin bejn iż-żewġ trabijiet huma d-daqs tal-partikoli u l-kontenut ta’ ċerti makronutrijenti. It-trab b’kontenut għoli ta’ proteini għandu daqs tal-partikoli inqas minn 130 μm u kontenut ta’ proteini ta’ mill-inqas 40 %, filwaqt li t-trab b’kontenut għoli ta’ fibra għandu daqs tal-partikoli ta’ inqas minn 400 μm u kontenut ta’ fibra ta’ mill-inqas ta’ 50 %. L-użi proposti għaż-żewġ trabijiet huma simili wkoll. |
(7) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2018 u fit-22 ta’ Ottubru 2018 rispettivament, f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha tipprovdi opinjoni xjentifika billi twettaq valutazzjoni tat-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) bħala ikel ġdid. Fid-dawl tas-similaritajiet bejn iż-żewġ tipi ta’ trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati, il-valutazzjoni tas-sikurezza tagħhom mill-Awtorità ġiet amalgamata. |
(8) |
Fil-15 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika “Safety of chia seeds (Salvia hispanica L.) powders, as novel foods, pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (Is-sikurezza tat-trabijiet taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica L.) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283) (4). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(9) |
F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li t-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati huma sikuri fil-kundizzjonijiet tal-użu vvalutati. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li t-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati, fl-użi u fil-livelli ta’ użu vvalutati, meta jintużaw fi prodotti tal-ħalib iffermentati mingħajr togħmiet miżjuda, inkluż xorrox tal-butir naturali mhux mingħajr togħmiet miżjuda (barra x-xorrox tal-butir sterilizzat) mhux trattat bis-sħana wara l-fermentazzjoni; prodotti tal-ħalib iffermentat mingħajr togħmiet miżjuda, trattati bis-sħana wara l-fermentazzjoni; prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana; ħelu; meraq tal-frott u tal-ħaxix; in-nektars tal-frott u tal-ħaxix u prodotti simili; xarbiet aromatizzati; supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, jikkonformaw mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(10) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, “Safety of chia seeds (Salvia hispanica L.) as a novel food for extended uses pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (5) (Is-Sikurezza taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica L.) bħala ikel ġdid għal użi estiżi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283), l-Awtorità qieset studju wieħed li indika l-formazzjoni possibbli tal-akrilammid meta ż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) jintużaw f’ikel li jkun jeħtieġ trattament bis-sħana ta’ 120 °C jew ogħla fil-manifattura, fl-ipproċessar jew fil-preparazzjoni tiegħu. L-Awtorità qieset li dan l-istudju huwa applikabbli wkoll għall-valutazzjoni tat-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica), peress li huma differenti miż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) li diġà huma inklużi fil-lista tal-Unjoni, biss fir-rigward tat-tneħħija tax-xaħam, trattament li huwa newtrali fir-rigward tal-formazzjoni tal-akrilammid. |
(11) |
L-Awtorità nnutat li l-ikel “għaġin” jista’ jkun soġġett għal trattament bis-sħana b’temperaturi ogħla minn 120 °C u potenzjalment jista’ jirrappreżenta sors rilevanti ta’ akrilammid, filwaqt li l-kategoriji l-oħra tal-ikel proposti ma jippreżentawx tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tal-formazzjoni possibbli tal-akrilammid. |
(12) |
Fl-opinjoni dwar is-sikurezza tat-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica), l-Awtorità qieset li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant u/jew mid-dominju pubbliku, biex jiġi indirizzat il-potenzjal għall-formazzjoni tal-akrilammid meta ikel li jkun fih it-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) isirlu trattament bis-sħana f’temperatura ta’ 120 °C jew iktar. F’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2015/2283, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant dwar il-formazzjoni potenzjali tal-kontaminanti tal-proċess li jistgħu jiġu ffurmati matul l-ipproċessar u l-produzzjoni ta’ tip ta’ ikel (fil-livell tal-manifattur) u/jew meta ikel bit-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) mizjuda ikun soġġett għat-tisjir (trattament bis-sħana fil-livell tal-konsumatur). Il-perjodu stabbilit għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali kien it-13 ta’ Mejju 2019. Minkejja li l-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali qabel l-iskadenza stabbilita, l-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta mhijiex biżżejjed biex tindirizza l-formazzjoni potenzjali tal-akrilammid fl-għaġin f’temperaturi ogħla minn 120 °C li potenzjalment tista’ tirrappreżenta sors rilevanti tal-akrilammid fil-livell tal-konsumatur. |
(13) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-formazzjoni potenzjali tal-akrilammid fl-“għaġin”, jekk ikun soġġett għal tali trattament bis-sħana, l-Awtorità ddifferiet il-valutazzjoni tat-trab taż-żerriegħa taċ-chia fl-għaġin għal meta ssir disponibbli l-informazzjoni addizzjonali. Konsegwentement, il-Kummissjoni, f’dan l-istadju, ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-opinjoni tal-Awtorità meħtieġa skont l-Artikolu 12(1) (a) u (c) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għall-approvazzjoni tal-użu tat-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) fl-għaġin li jista’ jiġi soġġett għal trattament bis-sħana ta’ 120 °C jew aktar. B’hekk, wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni rilevanti tal-Awtorità se tittieħed deċiżjoni oħra dwar dan l-użu. |
(14) |
L-opinjoni tal-Awtorità identifikat ukoll żewġ rapporti ta’ każijiet mil-letteratura xjentifika disponibbli, li jorbtu l-konsum taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) mar-reazzjonijiet allerġiċi, u abbażi ta’ dan, ikkonkludiet li l-konsum taż-żrieragħ taċ-chia jista’ jipprovoka r-reazzjonijiet allerġiċi. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li l-potenzjal allerġeniku tat-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) huwa simili għal dak taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) minħabba li l-passi tal-manifattura użati fil-produzzjoni tat-trabijiet mhumiex mistennija jimmodifikaw il-potenzjal allerġeniku taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica). Meta wieħed iqis li, sal-lum, ġew irrapportati biss dawk iż-żewġ każijiet ta’ allerġiji u, fid-dawl tal-konsum wiesa’ taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) u l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni u fis-suq globali għal ħafna snin, il-Kummissjoni tqis li l-ebda rekwiżit ta’ tikkettar speċifiku dwar ir-reazzjonijiet allerġiċi potenzjali mal-konsum taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) ma jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat, sakemm tinkiseb aktar evidenza xjentifika dwar il-potenzjal allerġeniku taż-żrieragħ taċ-chia (Salvia hispanica) u tiġi vvalutata mill-Awtorità. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. It-trabijiet taż-żerriegħa taċ-chia (Salvia hispanica) parzjalment sgrassati kif speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(4) EFSA Journal 2019;17(6):5716.
(5) EFSA Journal 2019;17(4):5657.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:
|
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58).”
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/501
tas-6 ta’ April 2020
li jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward tad-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti permezz tal-iskema ta’ pagament bażiku għas-sena 2020
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jipprevedi d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u għad-data finali għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti permezz tal-iskema ta’ pagament bażiku. |
(2) |
Minħabba s-sitwazzjoni attwali li tirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi ta’ moviment introdotti fl-Istati Membri, kien hemm diffikultajiet amministrattivi eċċezzjonali fl-Istati Membri kollha. |
(3) |
Dik is-sitwazzjoni affettwat il-possibbiltà li l-benefiċjarji jressqu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti permezz tal-iskema ta’ pagament bażiku fil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
(4) |
Minħabba dik is-sitwazzjoni, jixraq li tiġi stipulata deroga mill-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 sabiex għall-2020, l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas u data finali għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti permezz tal-iskema ta’ pagament bażiku, u dawn id-dati jkunu aktar tard minn dawk stipulati f’dawk l-Artikoli. Peress li d-dati u l-perjodi msemmija fl-Artikoli 11(4), 15(2) u (2a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huma marbuta mad-data finali stipulata fl-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stipulata deroga simili għan-notifika tar-riżultati tal-verifiki preliminari u tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas. |
(5) |
Billi dawn id-derogi jenħtieġ li jkopru l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għas-sena 2020, jixraq li dan ir-Regolament ikun japplika għall-applikazzjonijiet u għat-talbiet għall-ħlas li għandhom x’jaqsmu mas-sena 2020. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għas-sena 2020, id-dati finali li jridu jiffissaw l-Istati Membri għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Madankollu għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja dawk id-dati ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta’ Lulju.
Artikolu 2
B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għas-sena 2020, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-emendi magħmula fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 iridu jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ Ġunju. Madankollu l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja jistgħu jiddeċiedu li dawk l-emendi jiġu nnotifikati sat-30 ta’ Lulju.
Artikolu 3
Id-derogi stipulati fl-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fl-Istati Membri kkonċernati biex jiġu kkalkulati l-perjodi ta’ 26 jum u 9 ijiem kalendarji, rispettivament, wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas u d-data finali għan-notifika tal-emendi kif imsemmija fl-Artikoli 11(4) u 15(2a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
Artikolu 4
B’deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għas-sena 2020, id-data li jridu jiffissaw l-Istati Membri għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti permezz tal-iskema ta’ pagament bażiku, ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Madankollu għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Lulju.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika għall-applikazzjonijiet u għat-talbiet għall-ħlas li għandhom x’jaqsmu mas-sena 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/502
tas-6 ta’ April 2020
dwar ċerti miżuri ta’ politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2020, l-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) adottaw miżuri ta’ salvagwardja fl-għamla ta’ żieda fit-tariffa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li huma derivat tal-aluminju u ċerti prodotti li huma derivat tal-azzar, effettiva mit-8 ta’ Frar 2020 u b’durata illimitata. |
(2) |
Minkejja li l-Istati Uniti kkaratterizzaw dawn il-miżuri bħala miżuri ta’ sigurtà, essenzjalment dawn huma miżuri ta’ salvagwardja. Huma jikkonsistu f’azzjoni korrettiva li tfixkel il-bilanċ tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) u jirrestrinġu l-importazzjonijiet għall-fini tal-protezzjoni tal-industrija domestika kontra l-kompetizzjoni barranija, f’ġieh il-prosperità kummerċjali ta’ dik l-industrija. L-eċċezzjonijiet tas-sigurtà tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“il-GATT tal-1994”) la japplikaw u lanqas jiġġustifikaw tali miżuri ta’ salvagwardja, u ma għandhom l-ebda rilevanza fuq id-dritt tal-ibbilanċjar mill-ġdid skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO. |
(3) |
Il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji jipprevedi d-dritt ta’ kull Membru esportatur milqut minn miżura ta’ salvagwardja li jissospendi l-applikazzjoni ta’ obbligi sostanzjalment ekwivalenti taħt il-GATT 1994 għall-kummerċ tal-Membru tad-WTO li japplika l-miżura ta’ salvagwardja, dment li ma tintlaħaq ebda soluzzjoni sodisfaċenti matul il-konsultazzjonijiet bejn dawk il-Membri u li l-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan. |
(4) |
Il-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni kif previsti fl-Artikoli 8 u 12.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ma rriżulta f’ebda soluzzjoni sodisfaċenti (2). |
(5) |
Is-sospensjoni mill-Unjoni ta’ konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta’ obbligi oħra għandha ssir wara li jaslu fi tmiemhom it-30 jum wara n-notifika tagħha lill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, dment li l-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan. |
(6) |
Il-Ftehim tad-WTO jippermetti l-eżerċitar tad-dritt tas-sospensjoni (a) immedjatament, dment li l-miżura ta’ salvagwardja ma tkunx ittieħdet b’riżultat ta’ żieda assoluta fl-importazzjonijiet, jew ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew (b) wara li jiskadi perjodu ta’ tliet snin mill-applikazzjoni tal-miżura ta’ salvagwardja. |
(7) |
Il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti għandhom il-kapaċità li jkollhom impatt ekonomiku negattiv konsiderevoli fuq l-industriji tal-Unjoni kkonċernati. Dawn jillimitaw b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti rilevanti ta’ derivati tal-aluminju u tal-prodotti rilevanti derivati tal-azzar lejn l-Istati Uniti. L-importazzjonijiet affettwati fl-Unjoni tal-prodotti rilevanti derivati tal-aluminju u tal-azzar lejn l-Istati Uniti kellhom valur ta’ kważi EUR 40 miljun fl-2019. |
(8) |
Għaldaqstant, sospensjoni ta’ konċessjonijiet kummerċjali fil-forma ta’ żieda fid-dazji doganali fuq prodotti magħżula li joriġinaw fl-Istati Uniti importati fl-Unjoni, li jirriflettu u ma jaqbżux l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dazji tal-Istati Uniti għall-importazzjonijiet tal-prodotti rilevanti derivati tal-aluminju u l-prodotti rilevanti derivati tal-azzar mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti, tirrappreżenta sospensjoni xierqa tal-applikazzjoni ta’ konċessjonijiet kummerċjali sostanzjalment ekwivalenti f’konformità mal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. |
(9) |
Il-Kummissjoni teżerċita d-dritt li tibbilanċja mill-ġdid il-konċessjonijiet fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014. L-azzjoni adatta hija f'għamla ta’ miżuri tal-politika kummerċjali li għandhom jikkonsistu mis-sospensjoni tal-konċessjonijiet għat-tariffi u l-impożizzjoni ta’ dazji doganali ġodda jew miżjuda. |
(10) |
Fit-tfassil u l-għażla ta’ dawn il-miżuri, il-Kummissjoni applikat il-kriterji oġġettivi f'konformità mal-Artikolu 4(2)(c) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, li jinkludu skont ir-rilevanza, il-proporzjonalità ta’ kull miżura, il-potenzjal tagħhom li joffru nifs għall-industriji tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta’ salvagwardja, u l-għan li l-impatt ekonomiku negattiv fuq l-Unjoni jkun imminimizzat. F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, il-Kummissjoni provdiet opportunità lill-partijiet ikkonċernati li jesprimu l-fehmiet tagħhom u jippreżentaw informazzjoni li tirrigwarda l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni rilevanti (3). |
(11) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni żgurat li d-dazji doganali addizzjonali huma proporzjonati mal-effett tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti u mhux eċċessivi, kif deskritt fil-premessi (8), (16) u (18). |
(12) |
Barra minn hekk, il-miżuri magħżula għandhom il-potenzjal li jipprovdu xi eżenzjoni lill-industriji tal-azzar u tal-aluminju tal-Unjoni affettwati mill-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti. |
(13) |
Fl-aħħar nett, dawn il-miżuri jikkonċernaw importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti li l-Unjoni mhijiex sostanzjalment dipendenti fuqhom għall-provvista tagħha. Dan l-approċċ jevita kemm jista’ jkun impatt negattiv fuq l-atturi diversi fis-suq tal-Unjoni, inklużi l-konsumaturi. |
(14) |
B’mod li jirrifletti r-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (6), u fin-nuqqas ta’ diżapprovazzjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Prodotti kif imsemmi fil-premessa (5), id-dazji doganali addizzjonali għandhom japplikaw f’żewġ stadji. |
(15) |
Fl-ewwel stadju, dazju ad valorem ta’ 20 % u 7 % fuq importazzjonijiet tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(2)(a), għandu jiġi applikat mit-8 ta’ Mejju 2020 u sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta’ salvagwardja taghħhom għall-prodotti mill-Unjoni. |
(16) |
L-ammont totali ta’ dazji ad valorem fl-ewwel stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta’ 10 % u 25 % fuq l-importazzjonijiet ta’ stampar ta’ bumper tal-aluminju, li jinkludi partijiet u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur ta’ titoli 8701 sa 8705, u stampar ta’ bumper tal-azzar, li jinkludu partijiet u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705 (it-tnejn deskritti fil-kodiċi HTS (4)8708 10 30), u stampar ta’ bodu tal-aluminju għal tratturi adatti għal użu agrikolu u stampar tal-bodi tal-azzar għal tratturi adatti għal użu agrikolu (it-tnejn deskritti taħt il-kodiċi HTS 8708 29 21) (5) mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti (EUR 19-il miljun f’valur totali ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2019). Dawn huma l-prodotti li dwarhom il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti ma tteħdux minħabba żieda assoluta fl-importazzjonijiet. |
(17) |
Fit-tieni stadju, dazji ad valorem addizzjonali ulterjuri ta’ 4,4 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(2)(b), jistgħu jiġu applikati mit-8 ta’ Frar 2023 jew malli sseħħ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO li l-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew malli jkun innotifikat biha, jekk dan iseħħ qabel, sakemm il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti jieqfu japplikaw. |
(18) |
L-ammont totali ta’ dazji ad valorem fit-tieni stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta’ 10 % u 25 % fuq l-importazzjonijiet tal-bqija tal-prodotti rilevanti mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti (6) (EUR 21 miljun bħala valur totali tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2019). Dawn huma l-prodotti li dwarhom il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti ma tteħdux minħabba żieda assoluta fl-importazzjonijiet. |
(19) |
Il-Kummissjoni tista’ temenda dan ir-Regolament biex tqis kull modifika jew emenda għall-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti, inkluż permezz tal-esklużjoni tal-prodott jew tal-kumpanija. |
(20) |
Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-kwistjoni tal-konsistenza tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-Istati Uniti mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO. |
(21) |
Fid-dawl tal-limiti ta’ żmien applikabbli tad-WTO, ikun jixraq li dan l-att ikun jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(22) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni għandha, immedjatament u f’kull każ, mhux aktar tard mis-7 ta’ April 2020, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija, li fin-nuqqas ta’ diżapprovazzjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, l-Unjoni tissospendi, mit-8 ta’ Mejju 2020, l-applikazzjoni għall-kummerċ tal-Istati Uniti ta’ konċessjonijiet ta’ dazji tal-importazzjoni skont il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-paragrafu 2.
2. B’konsegwenza ta’ dan, l-Unjoni għandha tapplika dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti elenkati hawn taħt u li joriġinaw fl-Istati Uniti, kif ġej:
(a) |
Fl-ewwel stadju, għandhom jiġu applikati dazji ad valorem addizzjonali ta’ 20 % u 7 % mit-8 ta’ Mejju 2020 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti speċifikati kif ġej:
|
(b) |
Fit-tieni stadju, għandu jiġi applikat dazju ad valorem addizzjonali ta’ 4,4 % ulterjorment fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti speċifikati kif ġej, minn:
|
Artikolu 2
L-Unjoni għandha tapplika d-dazji doganali addizzjonali previsti fl-Artikolu 1 sakemm, u sa fejn, l-Istati Uniti japplikaw jew japplikaw mill-ġdid il-miżuri ta’ salvagwardja tagħhom b’mod li jkollhom effett fuq il-prodotti mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-Istati Uniti jkunu waqfu japplikaw il-miżuri ta’ salvagwardja tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).
(2) Fis-6 ta' Marzu 2020 intalbu konsultazzjonijiet mill-Unjoni. Ma ntlaħaqx ftehim u l-perjodu ta’ 30 jum għall-konsultazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ġie fi tmiemu.
(3) https://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=264
(4) L-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-kodiċijiet tal-Istati Uniti kif imsemmija fil-Proklamazzjoni 9980 tal-24 ta’ Jannar 2020, Aġġustar tal-Importazzjonijiet ta’ Artikoli ta’ Derivati tal-Aluminju u Artikoli ta’ Derivati tal-Azzar lejn l-Istati Uniti, Reġistru Federali vol. 85, nru 19, 29 ta’ Jannar, 2020 u l-Annessi tagħha (https://www.whitehouse.gov/presidential-actions/proclamation-adjusting-imports-derivative-aluminum-articles-derivative-steel-articles-united-states/).
(5) Prodotti msemmija fil-Proklamazzjoni 9980 tal-24 ta’ Jannar 2020, Aġġustar tal-Importazzjonijiet ta’ Artikoli ta’ Derivati tal-Aluminju u Artikoli ta’ Derivati tal-Azzar lejn l-Istati Uniti, Reġistru Federali vol. 85, nru 19, 29 ta’ Jannar, 2020 u l-Annessi tagħha (https://www.whitehouse.gov/presidential-actions/proclamation-adjusting-imports-derivative-aluminum-articles-derivative-steel-articles-united-states/).
(6) Prodotti msemmija fil-Proklamazzjoni 9980 tal-24 ta’ Jannar 2020, Aġġustar tal-Importazzjonijiet ta’ Artikoli ta’ Derivati tal-Aluminju u Artikoli ta’ Derivati tal-Azzar lejn l-Istati Uniti, Reġistru Federali vol. 85, nru 19, 29 ta’ Jannar, 2020 (https://www.whitehouse.gov/presidential-actions/proclamation-adjusting-imports-derivative-aluminum-articles-derivative-steel-articles-united-states/).
(7) Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni) (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).
(8) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1).
(9) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/503
tat-3 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE sabiex tiġi estiża d-deroga għall-ossidu taż-żingu biex tippermetti li l-użu tiegħu bħala stabbilizzatur tal-preżervattivi jkopri l-“preżervazzjoni ta’ ġol-bottijiet” u l-preżervazzjoni ta’ “pejsts li jagħtu l-lewn”
(notifikata bid-dokument C(2020) 1979)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti li jħallu impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. Se jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tistabbilixxi l-kriterji, u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifiki marbutin magħhom, għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa |
(3) |
Deroga għall-ossidu taż-żingu (ZnO, CAS: 1314-13-2), ikklassifikata bil-perikli: H400, tossiċità akkwatika akuta ta’ kategorija 1, u H410, tossiċità akkwatika kronika ta’ kategorija 1 ġiet stabbilita fil-punt 1(d) tal-Appendiċi tad-Deċiżjoni 2014/312/UE għall-użu bħala stabbilizzatur għall-kombinazzjonijiet tal-preżervattivi b’saff niexef li jeħtieġu l-piritjon taż-żingu (ZPT) jew 1,2 Benżiżotijażol-3(2H)-on (BIT) sa konċentrazzjoni ta’ 0,05 %. |
(4) |
F’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/72/UE (3), il-BIT mhuwiex approvat għall-użu bħala preżervattiv b’saff niexef. Għalhekk, il-punt 1(d) imsemmi hawn fuq irid jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Bosta entitajiet kompetenti nazzjonali li jagħtu l-Ekotikketta tal-UE ssuġġerew estensjoni tad-deroga attwali għall-ossidu taż-żingu sabiex jiġi permess li l-użu tiegħu bħala stabbilizzatur tal-preżervattivi jkopri l-“preżervazzjoni ta’ ġol-bottijiet” u l-preżervazzjoni ta’ “pejsts li jagħtu l-lewn”. |
(6) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (REFIT) tat-30 ta’ Ġunju 2017, is-servizzi tal-Kummissjoni, flimkien mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, ivvalutaw ir-rilevanza ta’ din l-emenda biex jiggarantixxu użu għoli tal-iskema għal dan il-grupp ta’ prodotti. Il-partijiet ikkonċernati pubbliċi ġew ikkonsultati wkoll. |
(7) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-fornituri u mill-manifatturi taż-żebgħa, iz-ZnO jintuża għal skopijiet ta’ stabbilizzazzjoni fiż-żebgħa u fil-verniċ flimkien ma’ dawn iż-żewġ preżervattivi: iz-ZPT u l-BIT, li jintużaw biex jiġġieldu t-tkabbir ta’ mikrobi mhux mixtieqa fiż-żebgħa. |
(8) |
Iz-ZnO jipprovdi funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni liż-żebgħa li fiha z-ZPT u l-BIT jintużaw bħala preżervattivi. Iz-ZnO jipprevjeni l-propensità li z-ZPT tagħmel transkelati ma’ joni tal-metall oħrajn, tipikament il-ħadid u l-kalċju u li tifforma kumplessi kkuluriti li jwasslu għal bidla mhux mixtieqa fil-kulur taż-żebgħa. F’kombinazzjonijiet mal-BIT, iz-ZnO jippreveniha milli tgħaddi mill-fażi tal-ilma għall-fażi organika taż-żebgħa (eż. il-legant) u b’hekk iżid id-disponibbiltà tagħha fil-fażi tal-ilma fejn ir-riskju għat-tkabbir mikrobiku jkun ogħla. Mingħajr iz-ZnO l-ħajja taż-żebgħa titnaqqas għal ftit ġimgħat, u b’hekk titnaqqas ukoll il-ħajja tagħha fuq l-ixkaffa. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 2014/312/UE diġà tippermetti l-użu taz-ZPT għal tliet funzjonijiet: bħala preżervattiv ta’ ġol-bottijiet, bħala preżervattiv użat fil-magni tal-lewn u bħala preżervattiv b’saff niexef, sa konċentrazzjoni ta’ 0,05 %, u tippermetti l-użu tal-BIT f’konċentrazzjoni ta’ 0,05 % fil-prodott finali li jkun lest biex jintuża. Għalhekk, jidher xieraq li jiġi permess ukoll l-użu tal-istabilizzatur ZnO għall-istess applikazzjonijiet. |
(10) |
Meta z-ZnO jintuża biex jistabbilizza l-kombinazzjonijiet ta’ preżervazzjoni “ta’ ġol-bottijiet” jew ta’ “pejst li jagħti l-lewn”, l-impatti fuq l-ambjent huma mistennija li jkunu inqas minn meta jintuża f’kombinazzjonijiet ta’ preżervazzjoni b’saff niexef, (li għalih diġà hemm deroga mill-kriterji attwali), peress li d-doża tipika ta’ ZPT għall-applikazzjoni ta’ preżervazzjoni b’saff niexef għaż-żebgħa ta’ barra tkun bejn wieħed u ieħor 10 darbiet ogħla meta mqabbla ma’ dik meħtieġa għall-preżervazzjoni ta’ ġol-bottijiet taż-żebgħa ta’ ġewwa. |
(11) |
L-alternattivi użati mill-manifatturi, fl-għamla ta’ kombinazzjonijiet oħra ta’ preżervazzjoni li ma jkunux jeħtieġu ZnO għal skopijiet ta’ stabbilizzazzjoni, jużaw fil-biċċa l-kbira tagħhom l-MIT (2-metil-2H-iżotijażol-3on). Madankollu, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 (4), mill-1 ta’ Mejju 2020, l-MIT se jiġi kklassifikat, fost oħrajn, bħala Sens. għall-Ġilda 1 A bil-Kodiċi tad-Dikjarazzjoni ta’ Periklu H317 (jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda). Dan se jiskatta wkoll il-klassifikazzjoni tal-periklu Sens. għall-Ġilda 1 A bil-Kodiċi tad-Dikjarazzjoni ta’ Periklu H317 għall-prodotti taż-żebgħa finali li fihom l-MIT jintuża f’konċentrazzjoni ta’ 15 ppm jew aktar. Ir-riċerka xjentifika attwali turi li l-MIT mhuwiex effettiv, bħala preżervattiv, jekk jintuża f’konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 15 ppm. |
(12) |
Iz-ZPT, il-BIT jew il-kombinazzjonijiet tagħhom jitqiesu bħala l-għażliet vijabbli l-oħra għas-sostituzzjoni tal-MIT, iżda dawn se jkunu jeħtieġu l-użu ta’ ZnO fl-applikazzjonijiet kollha possibbli tiegħu. |
(13) |
Għalhekk, mhuwiex teknikament fattibbli li jiġi sostitwit iz-ZnO. |
(14) |
Id-data pprovduta mill-partijiet ikkonċernati turi li sabiex tintlaħaq prestazzjoni ta’ stabbilizzazzjoni suffiċjenti jkun meħtieġ sa 0,030 % ta’ ZnO għall-kombinazzjonijiet ta’ preżervazzjoni ta’ ġol-bottijiet u tal-ilwien li fihom iz-ZPT, filwaqt li għall-kombinazzjonijiet mal-BIT ikun meħtieġ bejn 0,010 u 0,040 % ZnO. |
(15) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/312/UE tiġi emendata skont dan. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Fl-Appendiċi tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, fit-taqsima intitolata “1. Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali”, il-punt (d) (Stabbilizzaturi tal-preżervattivi) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Grupp ta’ sustanzi |
Ambitu tar-restrizzjoni u/jew tad-deroga |
Limiti tal-konċentrazzjoni (meta applikabbli) |
Valutazzjoni u verifika |
“(d) Stabbilizzatur tal-preżervattivi |
L-ossidu taż-żingu huwa derogat għall-użu bħala stabbilizzatur għal: |
|
Verifika: Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu.” |
kombinazzjonijiet ta’ preżervattivi ta’ ġol-bottijiet u kombinazzjonijiet ta’ preżervattivi għal pejst li jagħti l-lewn li jeħtieġu l-piritjon taż-żingu b’1,2 Benżiżotijażol-3(2H)-on (BIT). |
0,030 % |
||
kombinazzjonijiet ta’ preżervattivi ta’ ġol-bottijiet u kombinazzjonijiet ta’ preżervattivi ta’ pejst li jagħti l-lewn li jeħtieġu 1,2 Benżiżotijażol-3(2H)-on (BIT). |
0,040 % |
||
kombinazzjonijiet ta’ preżervattivi b’saff niexef li jeħtieġu l-piritjon taż-żingu. |
0,050 % |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/72/UE tat-8 ta’ Frar 2010 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 36, 9.2.2010, p. 36).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/504
tas-6 ta’ April 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2020) 2226)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/47 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżammu t-tjur tat-trobbija f’ċerti Stati Membri, u l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza minn dawk l-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 tistipula li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, iridu tal-inqas jinkludu ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’dak l-Anness. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/454 (5), wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur tat-trobbija fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fil-Polonja li kien jeħtieġ li jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
(4) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/454, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn kienu jinżammu t-tjur tat-trobbija, fid-distrett ta’ Börde. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat oħrajn tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżammu t-tjur tat-trobbija, fil-kontej ta’ Bács-Kiskun u Csongrád. |
(6) |
It-tifqigħat il-ġodda fil-Ġermanja u fl-Ungerija jinsabu barra mill-konfini taż-żoni elenkati attwalment fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġodda. |
(7) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadu l-Ġermanja, u l-Ungerija f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri, huma ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat riċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Ġermanja u mal-Ungerija, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza l-ġodda stabbiliti minn dawk l-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza ġodda għall-Ġermanja u l-Ungerija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 jiġi emendat biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli din tkun tinkludi ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Ġermanja u mill-Ungerija, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8, huwa importanti li l-emendi lill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/47 tal-20 ta’ Jannar 2020 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 16, 21.1.2020, p. 31).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/454 tas-27 ta’ Marzu 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 95, 30.3.2020, p. 8).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
PARTI A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 2:
Stat Membru: Il-Bulgarija
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Plovdiv: |
|||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta' Maritsa
|
5.4.2020 |
||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Kurdzali: |
|||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Kurdzali
|
5.4.2020 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Aurich |
|
In den wie folgt beschriebenen Sperrbezirk fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Dornum, Großheide In der Gemeinde Dornum beginnend an der Gabelung Hochbrücker Tief — Dornumersiel Tief, dann weiter über das Dornumersieltief bis hoch zur Brücke Butenhusener Straße. Der Butenhusener Straße nördlich folgen und dann den ersten Feldweg in Richtung Südosten nehmen. Der Straße folgen, am Ferienhof Blankenhausen vorbei, weiter in südöstlicher Richtung bis zur Windmühle. Danach dem Weg folgen, bis zum ersten Gebäude auf der rechten Seite. Hier die Südenburger Straße entlang, dieser erst südlich, dann südöstlich folgen bis zur Pumpsieler Straße. Dann Luftlinie Kreuzung Südenburger Straße – Pumpsieler Straße bis Sackgasse Lütt Uppum. An der Kreisgrenze südöstlich entlang bis zum Dornumersieltief, diesem südöstlich folgen bis kurz vor der Kreuzung mit dem Pumptief, von da an der Kreisgrenze wieder folgen, erst südlich dann westlich. Von der Kreisgrenze Luftlinie in gerader Linie südwestlich bis Ostergaste. Von da aus dem Alter Weg nördlich folgen bis zum Dornumer Weg, diesem westlich folgen bis zur Kreuzung mit dem Moortief. Dem Moortief weit folgen bis zur Kreuzung mit dem Zugraben Hoheweg. Östlich weiter dem Moortief folgen, dann nordöstlich bis zur Gabelung Hochbrücker Tief, westliches Dornum. Dem Hochbrücker Tief folgen, erst nördlich und dann nordöstlich, an der Brücke Schatthauser Straße vorbei östlich bis zur Gabelung mit dem Dornumersieler Tief. |
13.4.2020 |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Wittmund |
|
In den wie folgt beschriebenen Sperrbezirk fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Holtgast, Nenndorf, Westerholt, Schweindorf, Utarp Das Gebiet des Landkreises Wittmund, das westlich bzw nördlich von folgender Linie gelegen ist: Im Norden beginnend von dem Punkt, an dem das „Pumptief“ südlich von Damsum auf die Grenze zum Landkreis Aurich trifft, dann weiter Richtung Süden über das „Pumptief“, „Oetjetief“ und „Schleitief“ bis zur Kreuzung des „Schleitiefs“ mit der L6 zwischen Ochtersum und Utarp. Dann der L6 folgend in Richtung der Stadt Norden über Schweindorf, Westerholt und Nenndorf bis zur Grenze zum Landkreis Aurich. |
13.4.2020 |
BUNDESLAND SACHSEN-ANHALT, Landkreis Börde |
|
Verbandsgemeinde Flechtingen Gemeinde: 39345 Bülstringen Ortsteil: Wieglitz/Ellersell |
23.4.2020 |
Einheitsgemeinde Stadt Haldensleben Ortsteil: 39345 Uthmöden |
23.4.2020 |
Stat Membru: L-Ungerija
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
Bács-Kiskun és Csongrád megye: |
|
Balástya, Bócsa, Bugac, Csólyospálos, Forráskút, Jászszentlászló, Kecskemét, Kiskunfélegyháza, Kiskunmajsa, Kömpöc, Móricgát, Nyárlőrinc, Soltvadkert, Szank és Tázlár települések közigazgatási területeinek a 46.440827és a 19.846995, a 46.438786 és a 19.850685, a 46.440443 és a 19.857895, a 46.423886 és a 19.854827, a 46.435119 és a 19.836480, a 46.558317 és 19.713448, a 46.694364 és 19.77329, a 46.44449 és 19.8483, 46.455321 és 19.852898, a 46.44159 és 19.84327, a 46.45030 és 19.84853, a 46.514537 és 19.65459, a 46.403611 és 19.834167, a 46.465556 és 19.808611, a 46.5448459 és 19.745837, a 46.38769 és 19.86654 , a 46.800833 és 19.857222, a 46.40299 és 19.87998, a 46.41549 és 19.84498, a 46.5692465 és 19.6932973, a 46.5606135 és 19.7108641, a 46.41096 és 19.83726, a 46.44957 és 19.87544, a 46.55800 és 19.79035, a 46.55800 és 19.79035, a 46.38741 és 19.86223, a 46.42564 és 19.86214, 46.41504 és 19.83675, a 46.44133 és 19.85725, a 46.40685 és 19.86369, a 46.47190 és 19.82798, a 46.38730 és 19.85161, a 46.45601 és 19.87579, a 46.45869 és 19.87283, a 46.860495 és 19.848759 valamint a 46.603350 és 19.478592 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei |
21.4.2020 |
Csongrád megye: |
|
Csengele, Kistelek, Ruzsa és Üllés települések közigazgatási területeinek a 46.3424 és 19.8024 valamint a 46.5323 és 19.8675 koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei. |
26.4.2020 |
Stat Membru: Il-Polonja
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE |
W województwie lubuskim w powiecie sulęcińskim: |
|
w gminie Krzeszyce miejscowość Muszkowo |
17.4.2020 |
PARTI B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 3:
Stat Membru: Il-Bulgarija
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Plovdiv: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Rakovski:
|
Mit-30.3.2020 sal-15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta' Brezovo:
|
Mit-22.3.2020 sal-15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta' Maritsa
|
Mis-6.4.2020 sal-15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità kollha ta’ Brezovo Il-muniċipalità kollha ta’ Rakovski minbarra l-villaġġi elenkati fil-Parti A Il-muniċipalità kollha ta’ Kaloyanovo Il-muniċipalità kollha ta’ Maritsa Il-muniċipalità kollha ta’ Suedinenie Il-muniċipalità ta’ Sadovo
|
15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Kurdzali: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Kurdzali
|
Mis-6.4.2020 sal-15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Kurdzhali
|
15.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Bratya Daskalovi
|
7.4.2020 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġjun ta’ Haskovo: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-muniċipalità ta’ Haskovo
Il-muniċipalità ta’ Stambolovo
|
15.4.2020 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Aurich |
|
In den wie folgt beschriebenen Sperrbezirk fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Dornum, Großheide In der Gemeinde Dornum beginnend an der Gabelung Hochbrücker Tief — Dornumersiel Tief, dann weiter über das Dornumersieltief bis hoch zur Brücke Butenhusener Straße. Der Butenhusener Straße nördlich folgen und dann den ersten Feldweg in Richtung Südosten nehmen. Der Straße folgen, am Ferienhof Blankenhausen vorbei, weiter in südöstlicher Richtung bis zur Windmühle. Danach dem Weg folgen, bis zum ersten Gebäude auf der rechten Seite. Hier die Südenburger Straße entlang, dieser erst südlich, dann südöstlich folgen bis zur Pumpsieler Straße. Dann Luftlinie Kreuzung Südenburger Straße — Pumpsieler Straße bis Sackgasse Lütt Uppum. An der Kreisgrenze südöstlich entlang bis zum Dornumersieltief, diesem südöstlich folgen bis kurz vor der Kreuzung mit dem Pumptief, von da an der Kreisgrenze wieder folgen, erst südlich dann westlich. Von der Kreisgrenze Luftlinie in gerader Linie südwestlich bis Ostergaste. Von da aus dem Alter Weg nördlich folgen bis zum Dornumer Weg, diesem westlich folgen bis zur Kreuzung mit dem Moortief. Dem Moortief weit folgen bis zur Kreuzung mit dem Zugraben Hoheweg. Östlich weiter dem Moortief folgen, dann nordöstlich bis zur Gabelung Hochbrücker Tief, westliches Dornum. Dem Hochbrücker Tief folgen, erst nördlich und dann nordöstlich, an der Brücke Schatthauser Straße vorbei östlich bis zur Gabelung mit dem Dornumersieler Tief. |
Mill-14.4.2020 sat-22.4.2020 |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Aurich |
|
In den wie folgt beschriebenen Sperrbezirk fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Dornum, Großheide, Hagermarsch, Hage, Berumbur, Aurich In der Gemeinde Hagermarsch beginnend an der Gabelung Theener Oststreek — Vierweg, dem Vierweg nördlich folgen, an der Kreuzung Osterdeicher Weg vorbei weiter nach Norden, dann an der Kreuzung rechts. Der Straße östlich folgen bis diese nach links abbiegt, dem Weg dann nördlich wieder folgen, bis er die Küste erreicht. Die Grenze verläuft an der Küste entlang bis zur Kreisgrenze Wittmund, folgt dann weiter der Kreisgrenze entlang bis zur Kreuzung Langefelder Grenzweg — Ricklefsche Trift in Aurich. Dem Ricklefsche Trift südlich folgen, bis sich diese mit der Straße Im Meerhusener Moor kreuzt. Letzterer südwestlich am Wald entlang bis zum Rockerstrift. Auf diesem weiter südlich gehen bis zum Aderkrutweg, diesen dann westlich weiter bis man auf die Dietrichsfelder Straße trifft. Von dort verläuft die Grenze per Luftlinie nach Westen durch den Meerhusener Wald bis zur Kreuzung Dornumer Straße — Stickerspittsweg. Dem Stickerspittsweg südwestlich bis zum Sandstrahlweg, die Grenze verläuft hier nordwestlich weiter bis zur Kreisgrenze Aurich/Wittmund. Der Kreisgrenze folgen bis zur Kreuzung Tannenhausener Weg — Mansfelder Weg. Dem Tannenhausener Weg westlich folgen bis zur Kreuzung Zum Ententeich, dann nördlich weiter bis zum Düwelsmeer, auf diesem nordwestlich bis die Kreuzung mit dem Kuhweg kommt. Dem Kuhweg nordwestlich folgen bis zur Kreuzung Kuhweg – Rotdornweg, letzterem westlich folgen bis zur Kreuzung Röttweg. Dem Röttweg dann nördlich folgen bis zur Kreuzung mit dem Weidenweg, dort westlich gehen bis dieser in den Kastanienweg mündet. Dem Kastanienweg nordwestlich folgen bis zur Kreuzung Dorfstraße. Dort nördlich weiter mit dem Moorwegschloot bis dieser zum Ostermoordorfer Tog wird, diesem auch nördlich folgen zum Schulweg. Diesem westlich folgen bis zur Kreuzung Großheider Straße diesem nördlich folgen bis zur Kreuzung Linienweg. Auf dem Linienweg nordwestlich weiter bis zum Wald und dann dem Feldweg am Waldrand entlang bis zur Feldstraße. Dieser westlich zum Ende folgen, dann auf die Holtenbrück wechseln. Dort nördlich bis dieser in die Poststraße mündet. Der Poststraße nordwestlich bis zur Kreuzung mit Sandlage folgen. Dann Luftlinie Kreuzung Sandlage — Poststraße bis zur Kreuzung Hauptstraße — Holzdorfer Straße in Berumbur. Der Hauptstraße folgen nordwestlich bis diese in die Blandorfer Straße mündet. Dann Luftlinie von Kreuzung Hauptstraße — Blandorfer Straße bis zur Kreuzung Hagemarscher Straße — Alter Postweg. Dem Alten Postweg nordwestlich folgen bis Hagermarsch. Dann Luftlinie Feuerwehr Hagermarsch bis zum Lüttje Weg. Diesem nördlich folgen bis zum Theener Oststreek. Dann nordöstlich bis zur Kreuzung mit dem Vierweg, dem Startpunkt. |
22.4.2020 |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Wittmund |
|
In den wie folgt beschriebenen Sperrbezirk fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Holtgast, Nenndorf, Westerholt, Schweindorf, Utarp Das Gebiet des Landkreises Wittmund, das westlich bzw nördlich von folgender Linie gelegen ist: Im Norden beginnend von dem Punkt, an dem das „Pumptief“ südlich von Damsum auf die Grenze zum Landkreis Aurich trifft, dann weiter Richtung Süden über das „Pumptief“, „Oetjetief“ und „Schleitief“ bis zur Kreuzung des „Schleitiefs“ mit der L6 zwischen Ochtersum und Utarp. Dann der L6 folgend in Richtung der Stadt Norden über Schweindorf, Westerholt und Nenndorf bis zur Grenze zum Landkreis Aurich. |
Mill-14.4.2020 sat-22.4.2020 |
NIEDERSACHSEN, Landkreis Wittmund |
|
In dem wie folgt beschriebenen Beobachtungsgebiet fallen folgende Gemeinden bzw. werden folgende Gemeinden angeschnitten: Stadt Esens, Neuharlingersiel, Holtgast, Moorweg, Dunum, Ochersum, Blomberg, Neuschoo, Eversmeer, Nenndorf, Westerholt, Schweindorf, Utarp. Der Bereich des Landkreises Wittmund, der westlich folgender Linie gelegen ist: Von der Nordsee bis zur Zuwegung „Ostbense Am Deich 25“, dann die K7 ab dem Zusammentreffen mit der L5 von Ostbense über Hartward Richtung Esens, dort beim Zusammentreffen mit der L8 diese immer weiter in südliche Richtung über den Esenser Nordring, weiter auf der L8 bleibend Richtung Ogenbargen bis zur Grenze mit dem Landkreis Aurich. |
22.4.2020 |
BUNDESLAND SACHSEN-ANHALT, Landkreis Börde |
|
Verbandsgemeinde Flechtingen Gemeinde: 39345 Bülstringen Ortsteil: Wieglitz/Ellersell |
Mill-24.4.2020 sat-2.5.2020 |
Einheitsgemeinde Stadt Haldensleben Ortsteil: 39345 Uthmöden |
Mill-24.4.2020 sat-2.5.2020 |
Einheitsgemeinde Stadt Haldensleben Ortsteil: 39343 Bodendorf Ortsteil: 39345 Gut Detzel Ortsteil: 39340 Hütten Ortsteil: 39340 Lübberitz Ortsteil: 39345 Satuelle Ortsteil: 39343 Süplingen 39340 Stadt Haldensleben |
2.5.2020 |
Einheitsgemeinde Oebisfelde/Weferlingen Ortsteil: 39359 Keindorf |
2.5.2020 |
Verbandsgemeinde Elbe-Heide Gemeinde Westheide Ortsteil: 39345 Born |
2.5.2020 |
BUNDESLAND SACHSEN-ANHALT, Altmarkkreis Salzwedel |
|
Gemeinde Gardelegen Ortsteil: 39638 Jeseritz Ortsteil: 39638 Parleib Ortsteil: 39638 Potzehne Ortsteil: 39638 Roxförde |
2.5.2020 |
Stat Membru: L-Ungerija
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
Bács-Kiskun és Csongrád megye: |
|
Balástya, Bócsa, Bugac, Csólyospálos, Forráskút, Jászszentlászló, Kecskemét, Kiskunfélegyháza, Kiskunmajsa, Kömpöc, Móricgát, Nyárlőrinc, Soltvadkert, Szank és Tázlár települések közigazgatási területeinek a 46.440827és a 19.846995, a 46.438786 és a 19.850685, a 46.440443 és a 19.857895, a 46.423886 és a 19.854827, a 46.435119 és a 19.836480, a 46.558317 és 19.713448, a 46.694364 és 19.77329, a 46.44449 és 19.8483, 46.455321 és 19.852898, a 46.44159 és 19.84327, a 46.45030 és 19.84853, a 46.514537 és 19.65459, a 46.403611 és 19.834167, a 46.465556 és 19.808611, a 46.5448459 és 19.745837, a 46.38769 és 19.86654 , a 46.800833 és 19.857222, a 46.40299 és 19.87998, a 46.41549 és 19.84498, a 46.5692465 és 19.6932973, a 46.5606135 és 19.7108641, a 46.41096 és 19.83726, a 46.44957 és 19.87544, a 46.55800 és 19.79035, a 46.55800 és 19.79035, a 46.38741 és 19.86223, a 46.42564 és 19.86214, 46.41504 és 19.83675, a 46.44133 és 19.85725, a 46.40685 és 19.86369, a 46.47190 és 19.82798, a 46.38730 és 19.85161, a 46.45601 és 19.87579, a 46.45869 és 19.87283, a 46.860495 és 19.848759 valamint a 46.603350 és 19.478592 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei |
Mit-22.4.2020 sat-30.4.2020 |
Délről az 55-ös út, keletről az 53-as út és 54-es út, északról a 44-es út, keletről az 5-ös út által határolt terület, a 46.435119 és 19.836480,a 46.860495 és 19.848759, a 46.800833 és 19.857222 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területek, valamint Kiskunfélegyháza, Pálmonostora, Pusztaszer, Kistelek, Balástya és Szatymaz 5-ös úttól keletre eső közigazgatási területei. |
5.5.2020 |
Csengele, Kistelek, Ruzsa és Üllés települések közigazgatási területeinek a 46.3424 és 19.8024 valamint a 46.5323 és 19.8675 koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei. |
Mis-27.4.2020 sal-5.5.2020 |
Stat Membru: Il-Polonja
Żona li tinkludi: |
Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||
W województwie łódzkim w powiecie zgierskim i w mieście Łódź |
|||||||||||||||||||||||
w powiecie zgierskim:
w mieście Łódź:
|
Mit-28.3.2020 sal-5.04.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie łódzkim w powiecie zgierskim, pabianickim, w mieście Łódź: |
|||||||||||||||||||||||
w powiecie zgierskim:
w powiecie pabianickim
w mieście Łódź:
|
5.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie dolnośląskim w powiecie wrocławskim: |
|||||||||||||||||||||||
w gminie Długołęka miejscowości: Dąbrowica, Kępa, Michałowice, Budziwojowice, Łosice, Dobroszów Oleśnicki, Januszkowice. |
Mid-29.3.2020 sas-6.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie dolnośląskim w mieście Wrocław: |
|||||||||||||||||||||||
|
6.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie dolnośląskim w powieciewrocławskim, oleśnickim i trzebnickim: |
|||||||||||||||||||||||
w powiecie wrocławskim:
w powiecie oleśnickim:
w powiecie trzebnickim:
|
6.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie lubuskim w powiecie sulęcińskim i słubickim: |
|||||||||||||||||||||||
w powiecie sulęcińskim:
w powiecie słubickim: w gminie Ośno Lubuskie miejscowości: Radachów, Trześniów, Kochań |
26.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
W województwie lubuskim w powiecie sulęcińskim: |
|||||||||||||||||||||||
w gminie Krzeszyce, miejscowość Muszkowo. |
Mit-18.4.2020 sas-26.4.2020 |
REGOLI TA' PROĊEDURA
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/28 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-AĠENZIJA EWROPEA GĦAD-DIFIŻA
tal-24 ta’ Frar 2020
li tadotta r-regoli interni fir-rigward tar-restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data marbutin mal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-EDA
IL-BORD TA’ TMEXXIJA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 45 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (2) (minn hawn ’il quddiem “EDA”), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2017/25 tal-Bord ta’ Tmexxija li tadotta r-regoli ta’ proċedura riveduti għall-Bord ta’ Tmexxija tal-EDA, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-EDPS tal-15 ta’ Jannar 2020 u l-Gwida tal-EDPS dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-regoli interni, u
Wara li kkonsulta mal-Kumitat tal-Persunal;
Billi:
(1) |
L-EDA twettaq l-attivitajiet tagħha skont id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835; |
(2) |
Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, ir-restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, għandhom ikunu bbażati fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati mill-EDA, fejn dawn mhumiex ibbażati fuq atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati; |
(3) |
Dawn ir-regoli interni, inkluż id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ restrizzjoni, m’għandhomx japplikaw fejn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data; |
(4) |
Fejn l-EDA twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament; |
(5) |
Fi ħdan il-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, l-EDA tista’ twettaq investigazzjonijiet amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; twettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; timponi restrizzjonijiet rigward elementi klassifikati ta’ attivitajiet ad hoc fil-kuntest tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1835; tipproċessa każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; tindirizza proċeduri ta’ fastidju; tipproċessa lmenti interni u esterni; twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) indirizzati internament u twettaq attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni. |
(6) |
L-EDA tipproċessa diversi kategoriji ta’ data personali, inkluża data fattwali (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data“suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività jew imressqa b’konnessjoni miegħu); |
(7) |
L-EDA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn delegazzjonijiet ulterjuri tar-rwol tal-kontrollur fl-EDA biex jiġu riflessi r-responsabbiltajiet operazzjonali għal operazzjonijiet tal-ipproċessar speċifiċi tad-data personali ; |
(8) |
Id-data personali tinħażen b’mod sigur f’ambjent elettroniku jew fuq karta b’mod li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta’ data lil persuni li m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu jafu. Id-data personali pproċessata ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun neċessarju u xieraq għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data jew ir-reġistri tal-EDA. |
(9) |
Ir-regoli interni għandhom japplikaw għal operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta’ dawn il-proċeduri. Għandhom ikunu inklużi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-EDA lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha; |
(10) |
Fil-każijiet fejn japplikaw dawn ir-regoli interni, l-EDA trid tipprovdi ġustifikazzjonijiet fejn tispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament neċessarji u proporzjonati f’soċjetà demokratika u jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; |
(11) |
F’dan il-qafas l-EDA hija marbuta li tirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta’ hawn fuq, b’mod partikolari, dawk relatati mad-dritt għall-għoti ta’ informazzjoni, l-aċċess u r-rettifika, id-dritt għal tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725; |
(12) |
Madankollu, l-EDA tista’ tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data u drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex tipproteġi, b’mod partikolari, l-investigazzjonijiet tagħha stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tagħha jew proċeduri oħra; |
(13) |
Għalhekk, l-EDA tista’ tirrestrinġi l-informazzjoni għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-investigazzjoni u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti tad-data oħra; |
(14) |
Perjodikament, l-EDA għandha timmonitorja li japplikaw il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni u għandha tneħħi r-restrizzjoni sa fejn dawn ma jkunux għadhom japplikaw; |
(15) |
Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-mument tad-differiment u matul ir-reviżjonijiet. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom l-EDA, fil-qafas tal-proċeduri tagħha stipulati fil-paragrafu 2, tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll fl-Artikolu 4 tagħha, wara l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725;
2. Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-EDA, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar fuq data personali mill-EDA għall-finijiet tat-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, l-ipproċessar ta’ każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, proċeduri ta’ fastidju, l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet dwar is-sigurtà indirizzati internament jew b’involviment estern.
3. Il-kategoriji ta’ data kkonċernati huma data fattwali (data“oġġettiva” bħal data ta’ identifikazzjoni, data ta’ kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data “suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma’ jew imressqa b’konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).
4. Fejn l-EDA twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.
5. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika, it-tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.
Artikolu 2
Salvagwardji
1. Is-salvagwardji stabbiliti għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali huma dawn li ġejjin:
(a) |
Id-dokumenti tal-karti għandhom jinżammu f’armarji siguri u għandhom ikunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss; |
(b) |
Id-data elettronika kollha għandha tinħażen f’applikazzjoni tal-IT sigura skont l-istandards ta’ sigurtà tal-EDA, kif ukoll f’folders elettroniċi speċifiċi li jkunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss. Il-livelli ta’ aċċess xierqa għandhom jingħataw b’mod individwali; |
(c) |
Il-bażijiet tad-data (3) għandhom ikunu protetti b’password f’sistema ta’ reġistrazzjoni unika u għandhom ikunu konnessi b’mod awtomatiku mal-ID u l-password tal-utent. Ir-reġistri elettroniċi għandhom jinżammu b’mod sigur biex tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data fihom; |
(d) |
Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità. |
2. Il-perjodu ta’ żamma tad-data personali msemmija fl-Artikolu 1(3) ma għandux ikun itwal minn dak meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata. Fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ żamma speċifikat fl-avviżi jew ir-reġistri tal-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1).
3. Fejn l-EDA tqis li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandhom jitqabblu, b’mod partikolari, mar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra u r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-effett tal-investigazzjonijiet jew tal-proċeduri tal-EDA, pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji ta’ reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt tas-smigħ.
Artikolu 3
L-ispeċifikazzjoni tal-Kontrollur
1. Il-kontrollur tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar huwa l-EDA, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li jista’ jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur.
2. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur iddelegat permezz tar-reġistri tal-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web tal-EDA.
Artikolu 4
Restrizzjonijiet
1. L-EDA għandha tinkludi fir-reġistri tal-protezzjoni tad-data, fejn tinforma lis-suġġetti tad-data dwar id-drittijiet tagħhom fil-qafas ta’ proċedura partikolari fis-sens tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ppubblikata fuq is-sit web tagħha, informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta’ dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet u d-durata potenzjali.
2. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata mill-EDA biss biex tissalvagwardja:
(a) |
is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika u/jew id-difiża tal-Istati Membri; |
(b) |
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; |
(c) |
objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, jew xi interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni; |
(d) |
is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom; |
(e) |
il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji; |
(f) |
funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ spezzjoni jew regolatorja konnessa, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c); |
(g) |
il-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn; |
(h) |
l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili. |
3. Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-EDA tista’ tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
Fejn l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f’konformità mal-Kapitolu IX ta’ dan ir-Regolament jew skont l-atti fundaturi ta’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni; |
(b) |
Fejn l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jista’ jkun ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew skont miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(c) |
Fejn l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet u l-obbligi jista’ jipperikola l-kooperazzjoni tal-EDA ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha. |
Qabel tapplika r-restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b), l-EDA għandha tikkonsulta mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji, l-uffiċċji tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sakemm ma jkunx ċar għall-EDA li l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f’dawn il-punti.
4. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonata billi tqis ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika.
5. Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli preżenti. Dan għandu jiġi ddokumentat fuq bażi ta’ każ b’każ permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ responsabbiltà.
6. L-EDA għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha u mal-għeluq tal-inkjesta, il-proċedura jew l-investigazzjoni rilevanti. Wara dan, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni. Ir-reġistru, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
7. Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jkunux għadhom japplikaw. B’mod partikolari, fejn ikun meqjus li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.
8. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10, l-EDA, fejn proporzjonat, għandha tinforma wkoll individwalment lis-suġġetti kollha tad-data, li huma kkunsidrati bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar, bid-drittijiet tagħhom li jikkonċernaw restrizzjonijiet preżenti jew futuri mingħajr dewmien bla bżonn u bil-miktub.
9. Fejn l-EDA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 9, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, ir-raġuni legali skont dan l-Artikolu, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni. Ir-reġistru, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
10. Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 10 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.
11. Fejn ma jibqgħux japplikaw ir-raġunijiet għar-restrizzjoni, l-EDA għandha tipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Fl-istess ħin, l-EDA għandha tinforma lis-suġġett tad-data bid-dritt li jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
1. L-EDA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinvolvi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EDA (minn hawn ’il quddiem “l-UPD”) kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi lill-UPD bl-aċċess għar-reġistru li jinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u jiddokumenta fir-reġistru d-data li fiha jinforma lill-UPD.
2. L-UPD jista’ jitlob bil-miktub li l-kontrollur jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.
3. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.
4. Għandu jiġi ddokumentat kif xieraq l-involviment tal-UPD tul il-proċedura sħiħa.
Artikolu 6
Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data
F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-informazzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin:
(a) |
It-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
(b) |
Attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; |
(c) |
Proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
(d) |
Proċeduri għal każijiet ta’ fastidju; |
(e) |
L-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
(f) |
L-investigazzjonijiet imwettqa mill-UPD f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(g) |
L-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b’involviment estern; |
(h) |
It-twettiq ta’ attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni kif previst mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. |
Artikolu 7
Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-aċċess jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u proporzjonat:
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; |
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
(d) |
proċeduri għal każijiet ta’ fastidju; |
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
(f) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(g) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b’involviment estern; |
(h) |
it-twettiq ta’ attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni kif previst mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. |
2. Meta s-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta’ każ speċifiku wieħed jew aktar jew ta’ operazzjoni ta’ pproċessar partikolari, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EDA għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal tali data personali biss.
3. Fejn l-EDA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, id-dritt ta’ aċċess, imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi li ġejjin:
(a) |
għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha, u bil-possibbiltà li jista’ jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
(b) |
għandha tiddokumenta f’nota ta’ valutazzjoni interna r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni u d-durata tagħha. |
Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-punt (a) jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, jekk dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 8
Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni ta’ pproċessar
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
(b) |
l-attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; |
(c) |
il-proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
(d) |
il-proċeduri għal każijiet ta’ fastidju; |
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
(f) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(g) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b’involviment estern; |
(h) |
it-twettiq ta’ attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni kif previst mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. |
2. Fejn l-EDA tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt għar-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni u tirreġistra r-reħistru skont l-Artikolu 6(3) tagħha.
Artikolu 9
Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika
1. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
(b) |
attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; |
(c) |
proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
(d) |
proċeduri għal każijiet ta’ fastidju; |
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
(f) |
l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(g) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b’involviment estern; |
(h) |
it-twettiq ta’ attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni kif previst mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. |
2. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:
(a) |
it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari; |
(b) |
l-attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF; |
(c) |
il-proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; |
(d) |
il-proċeduri għal każijiet ta’ fastidju; |
(e) |
l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni; |
(f) |
l-investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b’involviment estern; |
(g) |
it-twettiq ta’ attivitajiet biex jiġu protetti objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni kif previst mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1835. |
3. Fejn l-EDA tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tirreġistra u żżomm rekord tar-raġunijiet għar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(3) ta’ din id-deċiżjoni. L-Artikolu 5(4) ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2020.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55.
(3) “Bażi tad-data ” tfisser, f’din id-Deċiżjoni, sett strutturat ta’ data maħżuna elettronikament, inklużi għodod u applikazzjonijiet tal-IT u SharePoint.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).