ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
3 ta' April 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/483 tal-1 ta’ April 2020 li jemenda għat-313-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/484 tat-2 ta’ April 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-latto-N-tetraożju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/485 tat-2 ta’ April 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mit-Tajlandja ( 1 )

10

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 135 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom f’każ ta’ Impatt fil-Ġenb ma’ Arblu (PSI) [2020/486]

12

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-4 ta’ Diċembru 2019 li temenda dik il-Konvenzjoni [2020/487]

47

 

 

Rettifika

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/362 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw b’rabta mal-eżenzjoni għall-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju fi friġġijiet tal-assorbiment f’karavans motorizzati ( ĠU L 67, 5.3.2020 )

53

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/483

tal-1 ta’ April 2020

li jemenda għat-313-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-24 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Ibrahim Mohamed Khalil (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil, (e) Khalil Ibrahim al-Zahiri). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Dayr Az-Zawr, is-Sirja, (b) Baghdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjan. Nru tal-Passaport: T04338017. Indirizz: Iċ-ċentru ta’ akkoljenza għar-refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja Ir-ritratt u l-marki tas-swaba’ huma disponibbli biex jiddaħħlu fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”


3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/484

tat-2 ta’ April 2020

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-latto-N-tetraożju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Fis-16 ta’ Lulju 2018, il-kumpanija Glycom A/S (“l-applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex il-latto-N-tetraożju (’LNT’), li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni bil-mikrobi b’razza ġenetikament modifikata tal-Escherichia coli K-12 DH1, jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab biex l-LNT jintuża fi prodotti tal-ħalib pastorizzati u sterilizzati mhux aromatizzati, prodotti magħmulin mill-ħalib iffermentati aromatizzati u mhux aromatizzati, inklużi prodotti ttrattati bis-sħana, bars taċ-ċereali, xarbiet aromatizzati, formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment, ikel ipproċessat biċ-ċereali, ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali għajr għat-trabi. L-applikant ippropona wkoll li jenħtieġ li s-supplimenti tal-ikel li fihom l-LNT ma jintużawx jekk il-ħalib tas-sider li jkun fih l-LNT b’mod naturali u/jew ikel ieħor li kollu li jkun miżjud bl-LNT, jiġu kkunsmati fl-istess ġurnata.

(4)

Fis-16 ta’ Lulju 2018, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-ħarsien tad-data proprjetarja għal għadd ta’ studji ppreżentati b’appoġġ għall-applikazzjoni, b’mod partikolari, ir-rapporti analitiċi proprjetarji dwar it-tqabbil tal-istrutturi permezz ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) tal-LNT prodott bil-fermentazzjoni batterika bl-LNT preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem (5), id-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar il-produzzjoni tar-razez batteriċi (6) u ċ-ċertifikati tagħhom (7), l-ispeċifikazzjonijiet għall-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar (8), iċ-ċertifikati tal-analiżijiet tad-diversi lottijiet tal-LNT (9), il-metodi analitiċi u r-rapporti ta’ validazzjoni (10), ir-rapporti dwar l-istabbiltà tal-LNT (11), id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ produzzjoni (12), iċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni tal-laboratorji (13), ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-konsum tat-LNT (14), it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT (15) u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika (16), it-tieni test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT (17) u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika (18), iż-żewġ testijiet in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bil-kompost relatat, latto-N-neotetraożju (19), it-test ta’ retromutazzjoni batterika bl-LNT (20), l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 14-il jum fil-far neonatali bl-LNT (21), l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 90 jum fil-far neonatali bl-LNT (22), u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika, u l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 90 jum fil-far neonatali bil-latto-N-neotetraożju (23).

(5)

Fit-30 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-LNT bħala ikel ġdid f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(6)

Fit-30 ta’ Ottubru 2019, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of lacto-N-tetraose (LNT) as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (24) f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-LNT huwa sikur skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjonijiet fil-mira li ġew proposti. Għaldaqstant, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-LNT, meta jintuża fi prodotti tal-ħalib pastorizzati u sterilizzati mhux aromatizzati, fi prodotti magħmulin mill-ħalib iffermentati aromatizzati u mhux aromatizzati, inklużi fi prodotti ttrattati bis-sħana, f’bars taċ-ċereali, f’xarbiet aromatizzati, f’formula tat-trabi u f’formula tal-prosegwiment, f’ikel ipproċessat biċ-ċereali, f’ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, f’xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar, f’ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u f’ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, u f’supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali ħlief għat-trabi, jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità tqis li ma setgħetx tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tal-LNT mingħajr id-data mir-rapporti analitiċi proprjetarji dwar it-tqabbil tal-istrutturi permezz ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) tal-LNT prodott bil-fermentazzjoni batterika bl-LNT preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem, id-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar il-produzzjoni tar-razez batteriċi u ċ-ċertifikati tagħhom, l-ispeċifikazzjonijiet għall-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar, iċ-ċertifikati tal-analiżijiet tad-diversi lottijiet tal-LNT, il-metodi analitiċi u r-rapporti ta’ validazzjoni, ir-rapporti dwar l-istabbiltà tal-LNT, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ produzzjoni, iċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni tal-laboratorji, it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika, it-tieni test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika, it-test ta’ retromutazzjoni batterika bl-LNT, l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 14-il jum fil-far neonatali bl-LNT, l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 90 jum fil-far neonatali bl-LNT, u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika.

(9)

Wara li rċeviet l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta rigward ir-rapporti analitiċi proprjetarji tiegħu dwar it-tqabbil tal-istrutturi permezz tal-NMR tal-LNT prodott bil-fermentazzjoni batterika bl-LNT preżenti b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem, ir-rapport dwar id-data ta’ karatterizzazzjoni dettaljata dwar il-produzzjoni tar-razez batteriċi u ċ-ċertifikati tagħhom, ir-rapport dwar l-ispeċifikazzjonijiet għall-materja prima u l-għajnuniet għall-ipproċessar, iċ-ċertifikati tal-analiżijiet tad-diversi lottijiet tal-LNT, il-metodi analitiċi u r-rapporti ta’ validazzjoni, ir-rapporti dwar l-istabbiltà tal-LNT, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ produzzjoni, iċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni tal-laboratorji, it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika, it-tieni test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bl-LNT u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika, it-test ta’ retromutazzjoni batterika bl-LNT, l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 14-il jum fil-far neonatali bl-LNT, l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 90 jum fil-far neonatali bl-LNT, u t-tabella sommarja tal-osservazzjonijiet sinifikanti mil-lat tal-istatistika kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

L-Applikant iddikjara li, fiż-żmien li saret l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji skont il-liġi nazzjonali u li għalhekk il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dawn l-istudji b’mod legali.

(11)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant wera biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data li tinsab fil-fajl tal-applikant, li serviet bħala bażi għall-Awtorità biex tistabbilixxi s-sikurezza tal-ikel ġdid u biex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tal-LNT, u li mingħajrha l-ikel ġdid ma setax jiġi vvalutat mill-Awtorità, jenħtieġ li ma tintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ xi applikant sussegwenti u dan għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li għal dak il-perjodu t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-LNT ikun ristrett għall-applikant.

(12)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-LNT u tar-referenza għad-data li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)

F’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-LNT kif propost mill-applikant u vvalutati mill-Awtorità, il-konsumaturi jenħtieġ li jingħarfu permezz ta’ tikketta xierqa li s-supplimenti tal-ikel li fihom l-LNT m’għandhomx jintużaw jekk il-ħalib tas-sider li fih l-LNT b’mod naturali u/jew ikel ieħor li jkun miżjud bl-LNT jiġu kkunsmati fl-istess ġurnata.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-latto-N-tetraożju kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ ikel ġdid awtorizzat tal-Unjoni li ġiet stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Applikant inizjali biss:

Kumpanija: Glycom A/S;

Indirizz: Kogle Allé 4, DK-2970 Hørsholm, id-Danimarka,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi qbil tal-applikant.

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-data li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li abbażi tagħha l-Awtorità vvalutat il-latto-N-tetraożju, u li l-applikant iddikjara li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament 2015/2283, ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ xi applikant sussegwenti, mingħajr il-qbil tal-applikant, għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(5)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(6)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(7)  Glycom/DSMZ 2018 (mhux ippubblikat).

(8)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(9)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(10)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(11)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(12)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(13)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(14)  Glycom 2018 (mhux ippubblikat).

(15)  Gilby 2018 (mhux ippubblikat).

(16)  Gilby 2018 (mhux ippubblikat).

(17)  Gilby 2019 (mhux ippubblikat).

(18)  Gilby 2019 (mhux ippubblikat).

(19)  Verbaan 2015 (mhux ippubblikat), Verbaan 2016 (mhux ippubblikat).

(20)  Šoltésová, 2018 (mhux ippubblikat).

(21)  Stannard 2018a (mhux ippubblikat).

(22)  Stannard 2018b (mhux ippubblikat).

(23)  Penard 2016 (mhux ippubblikat).

(24)  Il-Bord tal-EFSA dwar in-Nutrizzjoni, l-Ikel Ġdid u l-Allerġeni tal-Ikel, Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tal-latto-N-tetraożju (LNT) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. EFSA Journal 2019;17(12):5907, 27 pp. https://doi.org/10. 2903/j.efsa.2019.5907.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħra

Protezzjoni tad-Data

“Latto-N-tetraożju (LNT”)

(sors mikrobjali)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dak l-ikel għandha tkun “latto-N-tetraożju’.

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-latto-N-tetraożju għandu jkollu dikjarazzjoni li tgħid li jenħtieġ li ma jintużawx jekk fl-istess jum jiġi kkunsmat ħalib tas-sider jew ikel ieħor li jkun miżjud bil-latto-N-tetraożju.

 

Awtorizzat fit-23.4.2020. Din l-inklużjoni tissejjes fuq evidenza xjentifika u data xjentifika proprjetarja u protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: Glycom A/S, Kogle Allé 4, DK-2970 Hørsholm, id-Danimarka. Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid latto-N-tetraożju huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni minn Glycom A/S biss, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika jew għad-data xjentifika proprjetarja u protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ Glycom A/S.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: 23.4.2025.”

Prodotti tal-ħalib pasturizzat u sterilizzat mhux aromatizzati (inkluż l-UHT)

1,0 g/l

Prodotti magħmulin mill-ħalib iffermentat mhux aromatizzati

1,0 g/l (xarbiet)

10 g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Prodotti magħmulin mill-ħalib iffermentat aromatizzati, inklużi prodotti ttrattati bis-sħana

1,0 g/l (xarbiet)

10 g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Xarbiet (xarbiet aromatizzati)

1,0 g/l

Bars taċ-ċereali

10 g/kg

Formula tat-trabi kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,8 g/l fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Formula ta’ prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,6 g/l fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

Ikel ipproċessat biċ-ċereali, ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,6 g/l (xarbiet) fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

5 g/kg għall-prodotti li mhumiex xarbiet

Xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

0,6 g/l (xarbiet) fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew biex jiġi rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur

5 g/kg għall-prodotti li mhumiex xarbiet

Ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

2,0 g/l (xarbiet)

20 g/kg (prodotti li mhumiex xarbiet)

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

F’konformità mal-bżonnijiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba l-prodotti

Supplimenti tal-Ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE, għajr għat-trabi

2,0 g/kuljum għat-tfal żgħar, għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-adulti

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Latto-N-tetraożju (“LNT”)

(sors mikrobjali)

Definizzjoni:

Formula kimika: C26H45O21

Isem kimiku: β-D-Galattopiranosil-(1→3)-2-aċetamido-2-deossi-β-D-glukopiranosil-(1→3)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranożju

Piż molekulari: 707,63 Da

Nru CAS 14116-68-8

Deskrizzjoni:

Il-Latto-N-tetraożju huwa trab purifikat, amorfu, abjad jagħti fl-abjad miksur li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobjali.

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata tal-Escherichia coli K-12 DH1

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

Dehra: Trab abjad jagħti fl-abjad miksur

Somma ta’ latto-N-tetraożju, D-Lattożju u latto-N-tetraożju II (% ta’ materja niexfa): ≥ 90,0 % (w/w)

Latto-N-tetraożju (% ta’ materja niexfa): ≥ 70,0 % (w/w)

D-Lattożju: ≤ 12,0 % (w/w)

Latto-N-tetraożju II: ≤ 10,0 % (w/w)

Para-latto-N-eżaożju-2: ≤ 3,5 % (w/w)

Latto-N-tetraożju isomeru tal-fruttożju: ≤ 1,0 % (w/w)

Somma ta’ karboidrati oħra: ≤ 5,0 % (w/w)

Indewwa: ≤ 6,0 % (w/w)

Rmied, issulfat: ≤ 0,5 % (w/w)

pH (20 °C, soluzzjoni ta’ 5 %): 4,0–6,0

Proteini residwi: ≤ 0,01 % (w/w)

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali ta’ batterji meżofiliċi aerobiċi: ≤ 1 000 CFU/g

Enterobacteriaceae: ≤ 10 CFU/g

Salmonella sp.: Negattiv/25 g

Ħmira: ≤ 100 CFU/g

Moffa: ≤ 100 CFU/g

Endotossini residwi: ≤ 10 EU/mg

CFU:

Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji; EU: Unitajiet ta’ Endotossini”


3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/485

tat-2 ta’ April 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mit-Tajlandja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15 u 16, u l-Artikolu 19(a) u 19(b) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 (3) jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jiddaħħlu fl-Unjoni ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Barra minn hekk, dan jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja li tapplika għal dawk il-konsenji.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolament l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni. Tistipula li l-ekwidi importati fl-Unjoni jridu jiġu minn pajjiż terz li jkun ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel.

(3)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwini lejn l-Unjoni. Tistipula li jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss dawk il-komoditajiet li jiġu mill-pajjiżi terzi jew mit-territorji ta’ pajjiżi terzi li huma elenkati f’lista kkumpilata f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(4)

Ir-regoli speċifiċi għall-kontrolli tal-konsenji fi tranżitu tal-annimali huma stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (4).

(5)

Fis-27 ta’ Marzu 2020, it-Tajlandja rrappurtat tifqigħa tal-marda Afrikana taż-żwiemel lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi mit-Tajlandja ma jibqgħux jiġu awtorizzati. Għaldaqstant, l-entrata tat-Tajlandja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex id-dħul fl-Unjoni ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi mit-Tajlandja ma jibqax awtorizzat.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan.

(7)

Minħabba r-riskji għas-saħħa tal-annimali, l-emenda fl-entrata tat-Tajlandja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jenħtieġ li tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659, l-entrata għat-Tajlandja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“TH

it-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

G

—”

 

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta' April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73)


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/12


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 135 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom f’każ ta’ Impatt fil-Ġenb ma’ Arblu (PSI) [2020/486]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Is-Suppliment 2 tas-serje 01 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: Id-29 ta’ Mejju 2020

Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:

ECE/TRANS/WP.29/2014/79

ECE/TRANS/WP.29/2014/80

ECE/TRANS/WP.29/2015/54

ECE/TRANS/WP.29/2015/71 u

ECE/TRANS/WP.29/2019/111

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Rekwiżiti

6.

Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

7.

Il-konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa b’mod definittiv

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni

2.

Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

3.

Proċedura tat-test dinamiku f’każ ta’ impatt fil-ġenb ma’ arblu

4.

Rekwiżiti dwar l-aġġustament u l-installazzjoni tas-sit għall-manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID

5.

Deskrizzjoni tal-magna tal-punt H tridimensjonali (il-magna 3-D H)

6.

Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tat-test għall-valutazzjoni tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil tal-idroġenu wara l-ħbit

7.

Linja ta’ referenza tal-impatt

8.

Angolu tal-impatt

9.

Referenzi tal-angolu tal-piċċ u tar-roll

10.

Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni ta’ manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI (1)

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Vetturi tal-Kategorija M1 b’massa grossa tal-vettura ta’ mhux aktar minn 3 500 kg; u

(b)

Vetturi tal-Kategorija N1 fejn l-angolu akut alfa (α), imkejjel bejn pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u pjan trażversali angolari li jgħaddi miċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u l-punt R tas-sit tas-sewwieq, kif jidher hawn taħt, huwa inqas minn 22,0 grad; jew il-proporzjon bejn id-distanza mill-punt R tas-sewwieq saċ-ċentru tal-fus ta’ wara (L101-L114) u ċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u l-punt R tas-sewwieq (L114) huwa inqas minn 1,30 (2).

Image 1

1.2.

Vetturi oħra tal-Kategorija M u tal-Kategorija N b’massa grossa tal-vettura ta’ mhux aktar minn 4 500 kg jistgħu jiġu approvati wkoll jekk dan jiġi mitlub mill-manifattur.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura” tfisser il-proċedura sħiħa li permezz tagħha Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tiċċertifika li tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament.

2.2.

“Bieba ta’ wara” hija bieba jew sistema ta’ bieba fuq wara nett ta’ vettura bil-mutur li permezz tagħha l-passiġġieri jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-vettura jew li minnha tista’ titgħabba jew tinħatt il-merkanzija. Ma tinkludix:

(a)

Għatu tal-bagoll; jew

(b)

Bieba jew tieqa li hija magħmula kompletament minn materjal tal-ħġieġ u li l-latches u/jew is-sistemi taċ-ċappetti tagħha jkunu mwaħħlin direttament mal-materjal għall-ħġieġ.

2.3.

“Sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (CHSS)” tfisser sistema ddiżinjata biex taħżen fjuwil tal-idroġenu għal vettura li taħdem bl-idroġenu u li hija komposta minn kontenitur taħt pressjoni, mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni (PRDs) u mekkaniżmu tal-għeluq li jiżola l-idroġenu maħżun mill-bqija tas-sistema tal-fjuwil u l-ambjent.

2.4.

“Kontenitur (għall-ħżin tal-idroġenu)” tfisser il-komponent fi ħdan is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu li jaħżen il-volum primarju tal-fjuwil tal-idroġenu.

2.5.

“Sistema ta’ latch tal-bieba” hija magħmula bħala minimu, minn latch u ħabbat tas-serratura.

2.6.

“Tnixxija tal-ballast tal-fjuwil” tfisser it-twaqqigħ, il-fluss jew il-ħruġ ta’ ballast tal-fjuwil mill-vettura iżda ma tinkludix tixrib li jirriżulta mill-azzjoni kapillari.

2.7.

“Pożizzjoni fully latched” hija l-kundizzjoni ta’ gganċjar tal-latch li żżomm il-bieba f’pożizzjoni magħluqa għalkollox.

2.8.

“Massa grossa tal-vettura” tfisser il-massa massima tal-vettura waħedha mgħobbija kompletament, ibbażata fuq il-prestazzjonijiet tal-kostruzzjoni u tad-disinn tagħha, kif iddikjarat mill-manifattur.

2.9.

“Ċappetta” hija apparat li jintuża biex il-bieba tiġi ppożizzjonata b’mod relattiv mal-istruttura tal-bodi tal-vettura u li jikkontrolla l-mogħdija taċ-ċaqliq tal-bieba għad-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri.

2.10.

“Vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur li tagħmel użu minn idroġenu gassuż ikkompressat bħala fjuwil għat-tħaddim tal-vettura, inkluż vetturi biċ-ċelluli tal-fjuwil u vetturi b’magna tal-kombustjoni interna. Il-fjuwil tal-idroġenu għall-vetturi tal-passiġġieri huwa speċifikat f’ISO 14687-2:2012 u SAE J2719: (Reviżjoni ta’ Settembru 2011).

2.11.

“Latch” huwa apparat użat sabiex iżomm il-bieba f’pożizzjoni magħluqa b’mod relattiv mal-bodi tal-vettura b’mekkaniżmu għar-rilaxx (jew tħaddim) intenzjonali.

2.12.

“Latched” tfisser kwalunkwe kundizzjoni ta’ gganċjar tas-sistema ta’ latch tal-bieba, fejn il-latch ikun f’pożizzjoni fully latched, pożizzjoni ta’ latching sekondarja, jew bejn pożizzjoni fully latched u pożizzjoni ta’ latching sekondarja.

2.13.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema jew tal-komponent li jkunu s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.14.

“Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta’ barra u l-paratija ta’ quddiem (front bulkhead) u l-pjan tad-diviżjoni tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta’ wara.

2.15.

“Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni (PRD) (għas-sistemi tal-ħżin tal-idroġenu)” tfisser mekkaniżmu li, meta jiġi attivat taħt kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifikati, jintuża għar-rilaxx ta’ idroġenu minn sistema taħt pressjoni u b’hekk jimpedixxi l-falliment tas-sistema.

2.16.

“Massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji” tfisser il-kapaċità ta’ ġarr tal-merkanzija u tal-bagalji tal-vettura, li hija l-massa miksuba billi titnaqqas il-massa tal-vettura mhux mgħobbija u l-massa tal-okkupanti kklassifikata mill-massa grossa tal-vettura.

2.17.

“Massa tal-okkupanti kklassifikata” hija l-massa miksuba billi jiġi mmultiplikat in-numru totali ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda speċifikati fil-vettura bi 68 kg.

2.18.

“Punt R” tfisser punt ta’ referenza tad-disinn, li:

(a)

Għandu koordinati ddeterminati fir-rigward tal-istruttura tal-vettura ddiżinjata; u

(b)

Għandu jkun stabbilit, fejn rilevanti għall-fini ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Anness I tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (3).

2.19.

“Pożizzjoni ta’ latching sekondarja” tirreferi għall-kundizzjoni ta’ gganċjar tal-latch li żżomm il-bieba f’pożizzjoni parzjalment magħluqa.

2.20.

“Valv iżolanti (għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu)” tfisser valv bejn il-kontenitur tal-ħżin u s-sistema tal-fjuwil tal-vettura li jista’ jiġi attivat b’mod awtomatiku; li jmur lura għall pożizzjoni “magħluq” meta ma jkunx imqabbad ma’ sors tal-enerġija.

2.21.

“Ħabbat tas-serratura” huwa apparat li jorbot fuqu l-latch biex iżomm il-bieba fil-pożizzjoni fully latched jew fil-pożizzjoni ta’ latching sekondarja.

2.22.

“Għatu tal-bagoll” huwa panel jiċċaqlaq tal-bodi tal-vettura li jipprovdi aċċess minn barra l-vettura għal spazju separat għalkollox mill-kompartiment tal-passiġġieri permezz ta’ separatur imwaħħal b’mod permanenti jew dahar tas-sit fiss jew li jintewa (fil-pożizzjoni ta’ użu mill-okkupant).

2.23.

“Tip ta’ sistema ta’ protezzjoni” tfisser kategorija ta’ apparati ta’ protezzjoni li ma jvarjawx f’aspetti tad-disinn essenzjali tagħhom bħal:

(a)

Teknoloġija;

(b)

Ġeometrija;

(c)

Il-kapaċità tal-assorbiment tal-enerġija; u

(d)

Il-materjali kostitwenti tagħhom.

2.24.

“Massa tal-vettura mhux mgħobbija” tfisser il-massa nominali ta’ vettura kompluta b’karozzerija u t-tagħmir kollu installat fil-fabbrika, it-tagħmir elettriku u awżiljarju għat-tħaddim normali tal-vettura, inklużi likwidi, għodod, l-apparat għat-tifi tan-nar, parts tal-bdil standard, riffieda u stepni, jekk installati. It-tank tal-fjuwil jimtela sa 90 fil-mija tal-kapaċità kklassifikata tal-manifattur u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għall-ilma użat) jkunu mimlija sa 100 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

2.25.

“Sistema tal-fjuwil tal-vettura (għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu)” tfisser ġabra ta’ komponenti użati għall-ħżin jew il-provvista tal-fjuwil tal-idroġenu għal ċellula tal-fjuwil (FC) jew magna ta’ kombustjoni interna (ICE).

2.26.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi, li l-karatteristiċi tad-disinn tagħhom ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali bħal:

(a)

It-tip ta’ sistema/i ta’ protezzjoni;

(b)

It-tip ta’ sit(ijiet) ta’ quddiem;

(c)

Il-wisa’ tal-vettura;

(d)

It-tul tal-bażi tar-roti u t-tul ġenerali tal-vettura;

(e)

L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-ħitan tal-ġenb tal-kompartiment tal-passiġġieri, inkluż kwalunkwe arranġament jew fittings tal-intern fakultattivi ġewwa jew madwar il-ħitan tal-ġenb tal-kompartiment tal-passiġġieri;

(f)

It-tip ta’ latches u ċappetti tal-bieba;

(g)

It-tip ta’ sistema/i tal-fjuwil;

(h)

Il-massa tal-vettura mhux mgħobbija u l-massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji;

(i)

Il-pożizzjoni tal-magna (quddiem, wara jew fin-nofs);

dment li dawn ikunu jistgħu jitqiesu bħala li għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati ta’ test tal-impatt fil-ġenb tal-vettura ma’ arblu mwettaq f’konformità mal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.27.

“Il-wisa’ tal-vettura” tfisser id-distanza bejn żewġ pjani paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali (tal-vettura) u li jmissu l-vettura fuq iż-żewġ naħat tal-pjan imsemmi imma jeskludu l-mirja li juru wara, il-lampi tal-ġenb, l-indikaturi tal-pressjoni tat-tajers, il-lampi indikaturi, il-lampi tal-pożizzjoni, il-parafangi flessibbli u l-parti laterali bbuzzata tat-tajers eżatt fuq il-punt ta’ kuntatt mal-art.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni tagħha f’każ ta’ impatt fil-ġenb ma’ arblu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif xieraq.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.2.2.

Ritratti u/jew dijagrammi u disinni tal-vettura li juru t-tip ta’ vettura b’elevazzjoni minn quddiem, mill-ġenb u minn wara u d-dettalji tad-disinn tal-parti laterali tal-istruttura;

3.2.3.

Il-massa tal-vettura mhux mgħobbija, il-massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji u l-ispeċifikazzjonijiet tal-massa grossa tal-vettura għat-tip ta’ vettura;

3.2.4.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri; u

3.2.5.

Deskrizzjoni tal-fittings tal-intern tal-ġenb rilevanti u tas-sistemi ta’ protezzjoni installati fil-vettura.

3.3.

L-applikant għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe data u riżultati ta’ testijiet imwettqa li jagħmluha possibbli li jiġi stabbilit, bi grad suffiċjenti ta’ akkuratezza, li l-vetturi prototipi jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa.

3.4.

Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha titressaq lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test(ijiet) tal-approvazzjoni.

3.4.1.

Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip ta’ vettura tista’ tiġi aċċettata għat-testijiet kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi ma għandu l-ebda effett detrimentali fuq il-prestazzjoni preskritta fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament.

3.4.2.

Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ min japplika għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1 hija konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa l-obbligi tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

F’każ ta’ dubju, meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu kwalunkwe data jew riżultati ta’ testijiet ipprovduti mill-manifattur li jistgħu jitqiesu fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-Servizz Tekniku.

4.3.

Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 01, li jikkorrispondu għas-serje 01 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru ta’ approvazzjoni lil tip ieħor ta’ vettura.

4.4.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u r-ritratti u/jew id-dijagrammi u d-disinni pprovduti minn min qed japplika għall-approvazzjoni, għandhom ikunu pprovduti f’format li ma jeċċedix A4 (210 × 297) mm jew mitwi f’dak il-format u fuq skala xierqa.

4.5.

Għandha titwaħħal marka ta’ approvazzjoni internazzjonali, fejn tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, li tkun magħmula minn:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

4.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.6.

Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.8.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.9.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.   REKWIŻITI

5.1.

Vettura, li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat, għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-Anness 3, bl-użu ta’ manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID (5).

5.1.1.

Bl-eċċezzjoni tat-tipi ta’ vetturi ddiżinjati kif deskritt fil-paragrafu 5.1.2 hawn taħt, it-test tal-approvazzjoni għandu jitwettaq b’tali mod li l-vettura taħbat mal-arblu fuq in-naħa tas-sewwieq.

5.1.2.

Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi fejn l-istrutturi tal-ġenb, is-sitijiet tar-ringiela ta’ quddiem jew it-tip ta’ sistemi ta’ protezzjoni fuq kull naħa tal-vettura huma differenti biżżejjed biex l-Awtorità tal-Approvazzjoni tqis li huma jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni b’mod sinifikanti f’test imwettaq f’konformità mal-Anness 3, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tista’ tuża kwalunkwe waħda mill-alternattivi fil-paragrafu 5.1.2.1 jew 5.1.2.2.

5.1.2.1.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni se tirrikjedi li t-test tal-approvazzjoni jitwettaq b’tali mod li l-vettura taħbat mal-arblu fuq in-naħa tas-sewwieq meta:

5.1.2.1.1.

Din titqies bħala l-inqas naħa favorevoli; jew

5.1.2.1.2.

Il-manifattur jipprovdi biżżejjed informazzjoni addizzjonali (pereżempju d-data tat-test interna tal-manifattur) biex jissodisfa l-Awtorità tal-Approvazzjoni li d-differenzi fid-disinn fuq kull naħa tal-vettura ma jaffettwawx il-prestazzjoni b’mod sinifikanti f’test imwettaq f’konformità mal-Anness 3.

5.1.2.2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni se tirrikjedi li t-test tal-approvazzjoni jitwettaq b’tali mod li l-vettura taħbat mal-arblu fuq in-naħa opposta tas-sewwieq, meta din titqies bħala l-inqas naħa favorevoli.

5.2.

Ir-riżultati ta’ test tal-approvazzjoni mwettaq f’konformità mal-paragrafu 5.1 għandhom jitqiesu sodisfaċenti, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.3, 5.4 u 5.5.

5.3.

Rekwiżiti tal-prestazzjoni ta’ manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID

5.3.1.

Il-kriterji tal-prestazzjoni mkejla minn manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID fil-pożizzjoni bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt ta’ vettura ttestjata f’konformità mal-Anness 3, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.3.2 sa 5.3.6.

5.3.2.

Il-Kriterji tal-Korriment fir-Ras

5.3.2.1.

Il-Kriterju tal-Korriment fir-Ras (HIC) 36 ma għandux jaqbeż l-1 000 meta jiġi kkalkulat f’konformità mal-paragrafu 1. tal-Anness 10.

5.3.3.

Il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ispalla

5.3.3.1.

Il-forza massima tal-ispalla laterali ma għandhiex taqbeż it-3,0 kN meta tiġi kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 2.1 tal-Anness 10.

5.3.4.

Il-kriterji tal-prestazzjoni tat-toraċi

5.3.4.1.

Id-deflessjoni massima tal-kustilji tat-toraċi ma għandhiex taqbeż il-55 mm meta tiġi kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 3.1 tal-Anness 10.

5.3.5.

Kriterji tal-prestazzjoni addominali

5.3.5.1.

Id-deflessjoni massima tal-kustilji addominali ma għandhiex taqbeż il-65 mm meta tiġi kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 4.1 tal-Anness 10.

5.3.5.2.

L-aċċellerazzjoni li tirriżulta fis-sinsla tad-dahar tan-naħa t’isfel ma għandhiex taqbeż il-75 g (1 g = l-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità = 9,81 m/s2), ħlief għall-intervalli li d-durata kumulattiva tagħhom ma tkunx aktar minn 3 ms, meta tiġi kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 4.2 tal-Anness 10.

5.3.6.

Il-kriterji tal-prestazzjoni tal-pelvi

5.3.6.1.

Il-forza massima tas-simfisi tal-pubis ma għandhiex taqbeż it-3,36 kN meta tiġi kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 5.1 tal-Anness 10.

5.4.

Rekwiżiti ta’ integrità tas-sistema tal-latch u taċ-ċappetti tal-bieba

5.4.1.

Kwalunkwe bieba tal-ġenb li taħbat mal-arblu ma għandhiex tissepara kompletament mill-vettura.

5.4.2.

Kull bieba (inkluża bieba ta’ wara, iżda eskluż l-għatu tal-bagoll), li ma taħbatx mal-arblu u mhix separata għalkollox mill-kompartiment tal-passiġġieri permezz ta’ separatur imwaħħal b’mod permanenti jew dahar tas-sit fiss jew li jintewa (fil-pożizzjoni ta’ użu mill-okkupant), għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

5.4.2.1.

Il-bieba għandha tibqa’ latched.

Dan ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat:

(a)

jekk ikun jidher b’mod ċar li l-lukkett tal-bieba huwa latched. jew

(b)

jekk il-bieba ma tinfetaħx taħt forza tat-trazzjoni statika ta’ mill-inqas 400 N fid-direzzjoni-y applikata fuq il-bieba, skont il-Figura t’hawn taħt, kemm jista’ jkun qrib tas-soll tat-tieqa u tat-tarf tal-bieba faċċata tal-ġenb biċ-ċappetti, ħlief għall-handle tal-bieba nnifsu.

Image 2

5.4.2.2.

Il-latch ma għandux jissepara minn mal-ħabbat tas-serratura;

5.4.2.3.

Il-komponenti taċ-ċappetta ma għandhomx jisseparaw minn ma’ xulxin jew minn mal-apparat għat-tqabbid tagħhom mal-vettura; u

5.4.2.4.

La s-sistemi tal-latch u lanqas is-sistemi taċ-ċappetti tal-bieba ma għandhom joħorġu mill-ankraġġ tagħhom.

5.5.

Rekwiżiti ta’ integrità tas-sistema tal-fjuwil

5.5.1.

Fil-każ ta’ vettura li taħdem bil-fjuwil b’punt tat-togħlija ta’ aktar minn 0 °C, it-tnixxija tal-ballast tal-fjuwil mis-sistema/i tal-fjuwil (6) ippreparata/i f’konformità mal-paragrafu 5.1 tal-Anness 3 ma għandhiex taqbeż:

5.5.1.1.

Total ta’ 142 gramma matul il-perjodu ta’ 5 minuti immedjatament wara l-ewwel kuntatt tal-vettura mal-arblu; u

5.5.1.2.

Total ta’ 28 gramma matul kull perjodu ta’ minuta sussegwenti minn 5 minuti sa 30 minuta wara l-ewwel kuntatt tal-vettura mal-arblu.

5.5.2.

Fil-każ ta’ vettura li taħdem bl-idroġenu kkompressat:

5.5.2.1.

Ir-rata ta’ tnixxija tal-idroġenu (VH2) iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 4. tal-Anness 6 għall-idroġenu, jew mal-paragrafu 5. tal-Anness 6 għall-elju, ma għandhiex taqbeż medja ta’ 118 NL kull minuta għall-intervall ta’ ħin, Δt minuti, wara l-ħbit;

5.5.2.2.

Il-konċentrazzjoni tal-gass (idroġenu jew elju kif applikabbli) skont il-volum fil-valuri tal-arja ddeterminata għall-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji f’konformità mal-paragrafu 6. tal-Anness 6, ma għandhiex taqbeż 4,0 fil-mija għall-idroġenu jew 3,0 fil-mija għall-elju, fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ kejl ta’ 60 minuta wara l-ħbit (7); u

5.5.2.3.

Il-kontenitur/i (għall-ħżin tal-idroġenu) għandu/hom jibqa’/jibqgħu mwaħħal/mwaħħla mal-vettura f’minimu ta’ punt ta’ twaħħil wieħed.

6.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

6.1.

Kull modifika, li taffettwa l-karatteristiċi tad-disinn tat-tip ta’ vettura identifikati fil-paragrafu 2.26 (a) sa (i) hawn fuq, għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni li approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni mbagħad tista’ jew:

6.1.1.

Tqis li l-modifiki magħmula mhux se jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-impatt fil-ġenb tal-vettura ma’ arblu u jagħtu estensjoni tal-approvazzjoni; jew

6.1.2.

Tqis li l-modifiki magħmula jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-impatt fil-ġenb tal-vettura ma’ arblu b’mod negattiv u tirrikjedi testijiet ulterjuri jew verifiki addizzjonali qabel ma tagħti estensjoni tal-approvazzjoni.

6.2.

Sakemm ma jkunx hemm, mod ieħor, kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.1 hawn fuq, l-approvazzjoni għandha tiġi estiża biex tkopri l-varjanti l-oħra kollha tat-tip ta’ vettura li għalih l-ammont totali tal-massa tal-vettura mhux mgħobbija u l-massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji ma jkunux aktar minn 8 fil-mija akbar minn dik tal-vettura użata fit-test tal-approvazzjoni.

6.3.

Avviż ta’ estensjoni jew rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifika l-bidla/bidliet, għandu jiġi kkomunikat mill-Awtorità tal-Approvazzjoni lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, bl-użu tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.4 ta’ hawn fuq.

6.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull estensjoni, li għandu jkun magħruf bħala n-numru ta’ estensjoni.

7.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin.

7.1.

Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5. ta’ hawn fuq.

7.2.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li tal-inqas għal kull tip ta’ vettura jitwettqu t-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta’ kejl.

7.3.

L-Awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

8.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 7.1 ta’ hawn fuq jew jekk il-vettura jew il-vetturi magħżula ma jgħaddux mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7.2 ta’ hawn fuq.

8.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA B’MOD DEFINITTIV

9.1.

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf b’mod permanenti mill-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

10.1.

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

11.1.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi.

11.2.

Anke wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

11.3.

Sal-1 ta’ Settembru 2016, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

11.4.

Mill-1 ta’ Settembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, vetturi li jkollhom wisa’ ta’ vettura ta’ 1,50 m jew inqas, li mhumiex approvati għat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi.

11.5.

Anke wara l-1 ta’ Settembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw l-approvazzjonijiet tat-tipi ta’ vetturi skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, li mhumiex affettwati bis-serje 01 ta’ emendi.

(1)  F’konformità mal-linji gwida ġenerali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti tan-NU (ara d-dokument ECE/TRANS/WP.29/1044/Rev.1), l-approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament Nru 135 jistgħu jingħataw biss lill-vetturi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar il-kategoriji ta’ vetturi li huma meħtieġa jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fuq bażi reġjonali/nazzjonali għandhom jiġu indirizzati fil-livell reġjonali/nazzjonali. Għalhekk, Parti Kontraenti tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha jekk hija tiddeċiedi li tali restrizzjoni hija xierqa.

(2)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Id-Dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, Anness 1 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(4)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6.

(5)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li jinkludu disinni u proċeduri ddettaljati għall-armar/iż-żarmar tal-manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID huma speċifikati fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

(6)  Sabiex jiġi żgurat li t-tnixxija tal-likwidu mis-sistema tal-fjuwil tkun tista’ tiġi separata u identifikata faċilment, il-likwidi minn sistemi tal-vettura oħra jistgħu jiġu ssostitwiti mill-massa tal-ballast ekwivalenti (skont il-paragrafu 5.3 tal-Anness 3).

(7)  Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk jiġi kkonfermat li l-valv iżolanti ta’ kull sistema tal-ħżin tal-idroġenu jkun ingħalaq fi żmien 5 sekondi mill-ewwel kuntatt tal-vettura mal-arblu u li ma jkun hemm l-ebda tnixxija mis-sistema/i tal-ħżin tal-idroġenu.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm)

Image 3

 (1)

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni:


Li tikkonċerna (2):

Approvazzjoni mogħtija

 

Approvazzjoni estiża

 

Approvazzjoni rrifjutata

 

Approvazzjoni rtirata

 

Produzzjoni mwaqqfa b’mod definittiv

ta’ tip ta’ vettura rigward il-prestazzjoni tagħha tal-impatt fil-ġenb ma’ arblu skont ir-Regolament Nru 135

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …

1.

Trademark tal-vettura: …

2.

Tip tal-vettura u l-ismijiet kummerċjali: …

3.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Deskrizzjoni qasira tal-vettura: …

6.

Id-data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni: …

7.

Speċifikazzjonijiet/livell tal-ġisem ta’ manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID: …

8.

Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni: …

9.

Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz: …

10.

In-numru tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz: …

11.

Approvazzjoni mogħtija/irrifjutata/estiża/irtirata2: …

12.

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura: …

13.

Post: …

14.

Data: …

15.

Firma: …

16.

Rimarki: …

17.

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Ħassar dak li ma japplikax.


ANNESS 2

ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 4

a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip tal-vettura kkonċernat, fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu tal-impatt fil-ġenb ma’ arblu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 135 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 00124. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 135 kif emendat bis-serje ta’ emendi 01.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.6 ta’ dan ir-Regolament)

Image 5

a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 135 u Nru 95 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 135 kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 01 u r-Regolament Nru 95 kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 03.


(1)  Dan in-numru tal-aħħar ingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

PROĊEDURA TAT-TEST DINAMIKU F’KAŻ TA’ IMPATT FIL-ĠENB MA’ ARBLU

1.   GĦAN

Determinazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finiijiet ta’ dan l-anness:

2.1.

“Ballast tal-fjuwil” tfisser ilma; jew Solvent Stoddard; jew kwalunkwe likwidu omoġenju bi gravità speċifika ta’ 1,0 + 0/-0,25 u viskożità dinamika ta’ 0,9 ±0,05 mPa·s b’25 °C.

2.2.

“Linja ta’ referenza tal-impatt” hija l-linja ffurmata fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura tat-test bl-intersezzjoni tal-wiċċ ta’ barra tal-vettura u pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin ippożizzjonat f’konformità mal-Anness 4, fil-pożizzjoni bilqiegħda speċifikata fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura. Il-pjan vertikali jifforma angolu ta’ 75° mal-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura. L-angolu jitkejjel kif indikat fl-Anness 7, il-Figura 7-1 (jew il-Figura 7-2) għall-impatt fuq in-naħa tax-xellug (jew tal-lemin).

2.3.

“Vettur tal-veloċità tal-impatt” tfisser il-kwantità ġeometrika li tiddeskrivi kemm il-veloċità kif ukoll id-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura fil-mument tal-impatt mal-arblu. Il-vettur tal-veloċità tal-impatt jindika d-direzzjoni tal-ivvjaġġar tal-vettura. L-oriġini tal-vettur tal-veloċità tal-impatt huwa ċ-ċentru tal-gravità tal-vettura u d-daqs (tul) tagħha jiddeskrivi l-veloċità ta’ impatt tal-vettura.

2.4.

“Orjentazzjoni mgħobbija” tfisser l-angolu tal-piċċ u tar-roll tal-vettura tat-test meta tkun ippożizzjonata fuq wiċċ invell bit-tajers kollha mwaħħlin u minfuħin kif irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura u mgħobbija bil-massa mgħobbija. Il-vettura tat-test tiġi mgħobbija billi 136 kg jew il-massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji (skont liema tkun l-inqas) jiġu ppożizzjonati ċentralment fiż-żona tal-ġarr tal-merkanzija/bagalji fuq il-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura. Il-massa tal-apparat tat-test antropomorfiku meħtieġ titpoġġa fil-pożizzjoni bilqiegħda speċifikata fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura. Is-sit tal-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura huwa ppożizzjonat f’konformità mal-Anness 4.

2.5.

“Massa mgħobbija” tfisser massa tal-vettura mhux mgħobbija, flimkien ma’ 136 kg jew il-massa kklassifikata tal-merkanzija u tal-bagalji (skont liema tkun l-inqas), kif ukoll il-massa tal-apparat tat-test antropomorfiku meħtieġ.

2.6.

“Angolu tal-piċċ” huwa l-angolu ta’ referenza lineari fissa li tgħaqqad żewġ punti ta’ referenza fuq is-soll tal-bieba ta’ quddiem tax-xellug jew tal-lemin (kif applikabbli), b’mod relattiv ma’ wiċċ invell jew pjan ta’ referenza orizzontali. Eżempju ta’ referenza lineari fissa xierqa għall-kejl tal-angolu tal-piċċ tas-soll tal-bieba tan-naħa tax-xellug jidher fil-Figura 9-1 tal-Anness 9.

2.7.

“Arblu” tfisser struttura tal-metall b’orjentazzjoni vertikali riġida u fissa b’dijametru trażversali estern ta’ 254 mm ± 6 mm, li jibda mhux aktar minn 102 mm ’il fuq mill-aktar punt baxx tat-tajers fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura fl-orjentazzjoni mgħobbija, u li jestendi mill-inqas ’il fuq mill-aktar punt għoli tas-saqaf tal-vettura tat-test.

2.8.

“Angolu tar-roll” huwa l-angolu ta’ referenza lineari fissa li tgħaqqad żewġ punti ta’ referenza fuq kull naħa tal-pjan ċentrali lonġitudinali tal-vettura fuq in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara (kif applikabbli) tal-bodi tal-vettura, b’mod relattiv ma’ wiċċ invell jew pjan ta’ referenza orizzontali. Eżempju ta’ referenza lineari fissa adattata għall-kejl tal-angolu tar-roll ta’ wara jidher fil-Figura 9-2 tal-Anness 9.

2.9.

“Gravità speċifika” tfisser id-densità ta’ likwidu ta’ referenza espressa bħala proporzjon tad-densità tal-ilma (jiġifieri ρliquidwater) b’temperatura ta’ referenza ta’ 25 °C u bi pressjoni ta’ referenza ta’ 101,325 kPa.

2.10.

“Solvent stoddard” tfisser taħlita ta’ distillat tal-pitrolju omoġenja u trasparenti ta’ idrokarburi C7-C12 raffinati; b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ mill-inqas 38 °C, gravità speċifika ta’ 0,78 ±0,03 u viskożità dinamika ta’ 0,9 ±0,05 mPa·s b’25 °C.

2.11.

“Pożizzjoni tat-test” tfisser l-angolu tal-piċċ u tar-roll tal-vettura tat-test li se jkollha impatt mal-arblu.

2.12.

“Pożizzjoni mhux mgħobbija” tfisser l-angolu tal-piċċ u tar-roll tal-vettura mhux mgħobbija meta tkun ippożizzjonata fuq wiċċ invell bit-tajers kollha mwaħħlin u minfuħin kif irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura.

2.13.

“Kapaċità tat-tank tal-fjuwil li tista’ tintuża” tfisser il-kapaċità tat-tank tal-fjuwil speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

2.14.

“Swiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura” tfisser l-apparat li permezz tiegħu s-sistema tal-elettronika abbord il-vettura tgħaddi minn modalità mitfija, bħal fil-każ fejn il-vettura tkun ipparkjata mingħajr il-preżenza tas-sewwieq, għall-modalità ta’ tħaddim normali.

2.15.

“Fjuwil tal-vettura” tfisser il-fjuwil ottimali rrakkomandat mill-manifattur tal-vettura għas-sistema tal-fjuwil applikabbli.

3.   STAT TAL-VETTURA TAT-TEST

3.1.

Il-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollu li jkun installat normalment u għandha tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan normali.

3.2.

Minkejja l-paragrafu 3.1 ta’ dan l-anness t’hawn fuq, xi komponenti jistgħu jitħassru jew jiġu ssostitwiti b’mases ekwivalenti fejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni f’konsultazzjoni mal-manifattur u mas-Servizz Tekniku, tqis li kwalunkwe tali ommissjoni jew sostituzzjoni mhu se jkollha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.

4.   TAGĦMIR TAT-TEST

4.1.

Żona ta’ preparazzjoni tal-vettura tat-test

4.1.1.

Żona magħluqa b’temperatura kkontrollata xierqa biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tat-temperatura tal-manikin tat-test qabel l-ittestjar.

4.2.

Arblu

4.2.1.

Arblu li jissodisfa d-definizzjoni tal-paragrafu 2.7 ta’ dan l-anness, separat minn kwalunkwe wiċċ tal-immuntar, bħal ilqugħ jew strutturi oħra, sabiex il-vettura tat-test fl-ebda ħin f’100 ms mill-bidu tal-kuntatt tal-vettura mal-arblu ma jkollha kuntatt ma’ tali tagħmir ta’ mmuntar jew irfid.

4.3.

Apparati tat-Test Antropomorfiċi

4.3.1.

Manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID f’konformità mal-Addendum 2 tar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1 u mgħammar (bħala minimu) bl-istrumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinkisbu l-kanali tad-data neċessarji biex jiġu ddeterminati l-kriterji tal-prestazzjoni tal-manikin elenkati fil-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament.

5.   PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

5.1.

Is-sistemi tal-fjuwil iddiżinjati b’punt tat-togħlija ta’ aktar minn 0 °C għandhom jiġu ppreparati f’konformità mal-paragrafi 5.1.1 u 5.1.2.

5.1.1.

It-tank tal-fjuwil għandu jimtela b’ballast tal-fjuwil (1) tal-massa:

5.1.1.1.

Aktar minn jew daqs il-massa tal-fjuwil tal-vettura meħtieġa biex timtela 90 fil-mija tal-kapaċità tat-tank tal-fjuwil li tista’ tintuża; u

5.1.1.2.

Inqas minn jew daqs il-massa tal-fjuwil tal-vettura meħtieġa biex timtela 100 fil-mija tal-kapaċità tat-tank tal-fjuwil li tista’ tintuża.

5.1.2.

Il-ballast tal-fjuwil għandu jintuża biex is-sistema tal-fjuwil kollha timtela mit-tank tal-fjuwil permezz tas-sistema ta’ induzzjoni tal-magna.

5.2.

Is-sistema/i tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat u l-ispazji magħluqa ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu kkompressat għandhom jiġu ppreparati f’konformità mal-paragrafu 3. tal-Anness 6.

5.3.

Is-sistemi l-oħra tal-vettura li fihom likwidu (li mhux fjuwil) jistgħu jkunu vojta, f’liema każ, il-massa tal-likwidi (pereżempju l-fluwidu tal-brejkijiet, il-fluwidu berried, il-fluwidu għal trażmissjoni) għandha tiġi ssostitwita bil-massa tal-ballast ekwivalenti.

5.4.

Il-massa tat-test tal-vettura, inkluża l-massa tal-apparat tat-test antropomorfiku meħtieġ u kwalunkwe massa tal-ballast, għandha tkun fi ħdan il-limiti ta’ +0/-10 kg tal-massa mgħobbija ddefinita fil-paragrafu 2.5 ta’ dan l-anness.

5.5.

L-angoli tal-piċċ imkejla fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-vettura fil-pożizzjoni tat-test għandhom ikunu bejn l-angolu tal-piċċ tal-orjentazzjoni mhux mgħobbija u l-angolu tal-piċċ tal-pożizzjoni mgħobbija (xellug jew lemin kif applikabbli) korrispondenti.

5.6.

Kull referenza lineari li tintuża biex jitkejlu l-angoli tal-piċċ tal-pożizzjoni mhux mgħobbija, mgħobbija u tat-test fuq in-naħa tax-xellug jew tal-lemin tal-vettura fil-paragrafu 5.5 hawn fuq għandha tgħaqqad l-istess punti ta’ referenza fissi fuq in-naħa tax-xellug jew tal-lemin (kif applikabbli) tas-soll tal-bieba.

5.7.

L-angoli tar-roll imkejla fuq in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara tal-vettura fil-pożizzjoni tat-test għandhom ikunu bejn l-angolu tar-roll tal-pożizzjoni mhux mgħobbija u l-angolu tar-roll tal-pożizzjoni mgħobbija (quddiem jew wara kif applikabbli) korrispondenti, inklużivi.

5.8.

Kull referenza lineari li tintuża biex jitkejlu l-angoli tar-roll mhux mgħobbija, mgħobbija u tat-test fuq in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara tal-vettura fil-paragrafu 5.7 hawn fuq għandha tgħaqqad l-istess punti ta’ referenza fissi fuq in-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara (kif applikabbli) tal-bodi tal-vettura.

6.   L-aġġustamenti fil-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura

6.1.

Sitijiet tal-ewwel ringiela aġġustabbli

6.1.1.

Kwalunkwe aġġustament tas-sit, inkluż kwalunkwe kuxin tas-sit, dahar tas-sit, armrest, appoġġ lumbari, u trażżin għar-ras ta’ pożizzjoni bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura; għandu jitpoġġa fil-pożizzjoni ta’ aġġustament speċifikata fl-Anness 4.

6.2.

Ankraġġi taċ-ċinturin ta’ sikurezza tal-ewwel ringiela aġġustabbli

6.2.1.

Kwalunkwe ankraġġ(i) taċ-ċinturin ta’ sikurezza aġġustabbli pprovdut/i għal pożizzjoni bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura, għandu/għandhom jitpoġġa/ew fil-pożizzjoni ta’ aġġustament speċifikata fl-Anness 4.

6.3.

Rota tal-istering aġġustabbli

6.3.1.

Kwalunkwe rota tal-istering aġġustabbli għandha titpoġġa fil-pożizzjoni ta’ aġġustament speċifikata fl-Anness 4.

6.4.

Soqfa konvertibbli

6.4.1.

Vetturi konvertibbli u tat-tip b’bodi miftuħ għandu jkollhom is-saqaf, jekk ikun hemm, f’postu fil-konfigurazzjoni tal-kompartiment tal-passiġġier magħluq.

6.5.

Bibien

6.5.1.

Bibien, inkluż kwalunkwe bieba ta’ wara (pereżempju hatchback jew tailgate), għandhom ikunu kompletament magħluqin u f’pożizzjoni fully latched, iżda mhux imsakkrin.

6.6.

Brejk tal-ipparkjar

6.6.1.

Il-brejk tal-ipparkjar għandu jkun ingranat.

6.7.

Sistema elettrika

6.7.1.

L-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura għandu jkun fil-pożizzjoni “on”(mixgħul).

6.8.

Il-pedali

6.8.1.

Kwalunkwe pedala aġġustabbli għandha titpoġġa kif speċifikat fl-Anness 4.

6.9.

Twieqi, ventijiet u sunroofs

6.9.1.

It-twieqi u l-ventijiet tal-vettura li jistgħu jiċċaqalqu li jinsabu fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura għandhom jitpoġġew fil-pożizzjoni kompletament magħluqa.

6.9.2.

Kwalunkwe sunroof għandha titpoġġa fil-pożizzjoni kompletament magħluqa.

7.   PREPARAZZJONI U POŻIZZJONAMENT TAL-MANIKIN

7.1.

Manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID f’konformità mal-paragrafu 4.3.1 ta’ dan l-anness għandu jiġi installat f’konformità mal-Anness 4, fis-sit fuq in-naħa ta’ barra fl-ewwel ringiela fuq in-naħa tal-impatt tal-vettura.

7.2.

Il-manikin tat-test għandu jiġi kkonfigurat u strumentat b’tali mod li jintlaqat fuq in-naħa l-eqreb tan-naħa tal-vettura li taħbat mal-arblu.

7.3.

It-temperatura stabbilizzata tal-manikin tat-test fil-ħin tat-test għandha tkun bejn 20,6 °C u 22,2 °C.

7.4.

Qabel it-test, għandha tinkiseb temperatura stabbilizzata tal-manikin billi l-manikin jitqiegħed f’temperaturi kkontrollati tal-ambjent tal-laboratorju tat-testijiet fil-firxa speċifikata fil-paragrafu 7.3 ta’ hawn fuq.

7.5.

It-temperatura stabbilizzata tal-manikin tat-test għandha tiġi rreġistrata permezz ta’ sensur intern tat-temperatura fil-kavità toraċika tal-manikin.

8.   TEST TAL-IMPATT FIL-ĠENB TAL-VETTURA MA’ ARBLU

8.1.

Vettura tat-test ippreparata f’konformità mal-paragrafu 5., mal-paragrafu 6. u mal-paragrafu 7. ta’ dan l-anness, għandha taħbat ma’ arblu wieqaf.

8.2.

Il-vettura tat-test għandha timxi ’l quddiem b’mod li meta jseħħ il-kuntatt tal-vettura mal-arblu, id-direzzjoni tal-moviment tal-vettura tifforma angolu ta’ 75° ± 3° mal-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura.

8.3.

L-angolu fil-paragrafu 8.2 t’hawn fuq għandu jitkejjel bejn il-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura u pjan vertikali b’mod parallel mal-vettur tal-veloċità tal-impatt tal-vettura, kif indikat fl-Anness 8, il-Figura 8-1 (jew il-Figura 8-2) għall-impatt fuq in-naħa tax-xellug (jew tal-lemin).

8.4.

Il-linja ta’ referenza tal-impatt għandha tkun allinjata mal-linja tan-nofs tal-wiċċ tal-arblu riġidu, kif jidher fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura, sabiex, meta jseħħ il-kuntatt tal-vettura mal-arblu, il-linja tan-nofs tal-wiċċ tal-arblu tolqot il-parti tal-vettura delimitata b’żewġ pjani vertikali b’mod parallel mal-linja ta’ referenza tal-impatt u 25 mm ’il quddiem u lura minn din il-linja.

8.5.

Waqt il-fażi tal-aċċellerazzjoni tat-test qabel l-ewwel kuntatt bejn il-vettura u l-arblu, l-aċċellerazzjoni tal-vettura tat-test ma għandhiex taqbeż il-1,5 m/s2.

8.6.

Fil-mument tal-ewwel kuntatt tal-vettura mal-arblu, il-veloċità tal-vettura tat-test għandha tkun 32 ± 1 km/h.

(1)  Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-likwidi fjammabbli b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ inqas minn 38 °C mhumiex irrakkomandati għall-użu bħala ballast tal-fjuwil.


ANNESS 4

REKWIŻITI DWAR L-AĠĠUSTAMENT U L-INSTALLAZZJONI TAS-SIT GĦALL-MANIKIN TA’ RAĠEL ADULT TAL-50 PERĊENTIL WORLDSID

1.   GĦAN

Installazzjoni tas-sit fl-ewwel ringiela ripetuta u riproduċibbli tal-manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID f’pożizzjoni tas-sit tal-vettura u pożizzjoni tas-sit tal-karozza li jirrappreżentaw raġel adult tipiku ta’ daqs medju.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finiijiet ta’ dan l-anness:

2.1.

“Angolu reali tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt H u l-linja tat-torso tal-manikin bl-użu tal-angolu ta’ wara tal-kwadrant fuq il-magna 3-D H.

2.2.

“Pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO)” tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħda f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda speċifikata. Dan huwa rrappreżentat mill-koordinati laterali (assi-Y) tal-punt H fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura. Għas-sitijiet individwali, il-pjan medjan vertikali tas-sit jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda tal-bank tas-sewwieq, il-pjan ċentrali tal-okkupant jikkoinċidi maċ-ċentru ġeometriku tal-buttun tal-istering. Għas-sitijiet l-oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant ikun speċifikat mill-manifattur.

2.3.

“Angolu tal-kustilji tad-disinn” tfisser l-angolu (teoretiku) nominali tat-toraċi tan-nofs, tat-toraċi tan-naħa t’isfel u tal-kustilji addominali tal-manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID b’mod relattiv ma’ wiċċ invell jew pjan ta’ referenza orizzontali, kif iddefinit mill-manifattur għall-pożizzjoni ta’ aġġustament finali tas-sit li fih għandu jiġi installat il-manikin. L-angolu tal-kustilji tad-disinn jikkorrispondi teoretikament mal-angolu tat-torso tad-disinn nieqes 25°.

2.4.

“Angolu tat-torso tad-disinn” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt H tal-manikin u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn nominali tad-dahar tas-sit għal okkupant raġel adult tal-50 perċentil stabbilit mill-manifattur tal-vettura.

2.5.

“Punt H tal-manikin” tfisser il-punt tal-koordinati li jinsab fin-nofs bejn il-punti ta’ kejl tal-armar tal-lokalizzatur tal-punt H fuq kull naħa tal-pelvi tal-manikin tat-test. (1)

2.6.

“Angolu tal-kustilji tal-manikin” tfisser l-angolu tat-toraċi tan-nofs, tat-toraċi tan-naħa t’isfel u tal-kustilji addominali tal-manikin tat-test b’mod relattiv ma’ wiċċ invell jew pjan ta’ referenza orizzontali kif stabbilit mill-qari tas-sensur tal-angolu ta’ inklinazzjoni tat-toraċi dwar is-sensur tal-assi-y. L-angolu tal-kustilji tal-manikin jikkorrispondi teoretikament mal-angolu reali tat-torso nieqes 25°.

2.7.

“Marki ta’ fiduċja” huma punti fiżiċi (toqob, uċuħ, marki jew għafsiet) fuq il-bodi tal-vettura.

2.8.

“Riġel (għall-finijiet ta’ installazzjoni tal-manikin)” tirreferi għall-parti t’isfel tal-assemblaġġ tar-riġel kollu bejn, u inkluż, l-armar tas-sieq u tal-irkoppa.

2.9.

“Punt H tal-manikin” tfisser iċ-ċentru ta’ fus tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H meta tiġi installata f’sit tal-vettura f’konformità mal-paragrafu 6. ta’ dan l-anness. Il-punt H tal-manikin jinsab fiċ-ċentru tal-linja tan-nofs tal-apparat, bejn il-buttuni jidhru mill-punt H fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Ladarba jiġi ddeterminat f’konformità mal-proċedura deskritta fil-paragrafu 6 ta’ dan l-anness, il-punt H tal-manikin jitqies bħala fiss b’rabta mal-istruttura ta’ appoġġ tal-kuxin tas-sit u jitqies li jimxi magħha meta jiġi aġġustat is-sit.

2.10.

“Pjan medjosaġittali” tfisser il-pjan medjan tal-manikin tat-test li jinsab fin-nofs bejn u b’mod parallel mal-pjanċi tal-ġnub tal-kaxxa tas-sinsla tal-manikin.

2.11.

“Qoton tal-musulina” tfisser drapp tal-qoton ordinarju li jkollu 18,9 ħajta għal kull cm2 u li jiżen 0,228 kg/m2 jew drapp maħdum bil-labar jew mhux minsuġ li jkollu karatteristiċi komparabbli.

2.12.

“Linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit” tfisser linja ċatta tul il-wiċċ tal-ġenb tal-bażi tal-kuxin tas-sit u li tgħaddi mill-SCRP iddefinit fil-paragrafu 2.14 ta’ dan l-anness. Il-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit tista’ tiġi mmarkata fuq il-ġenb ta’ struttura ta’ appoġġ tal-kuxin tas-sit u/jew il-pożizzjoni tagħha tiġi ddefinita bl-użu ta’ punt ta’ referenza addizzjonali. Il-projezzjoni tal-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit għal pjan lonġitudinali vertikali hija lineari (jiġifieri dritta).

2.13.

“Angolu tal-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit” tfisser l-angolu tal-projezzjoni tal-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit fi pjan lonġitudinali vertikali, b’mod relattiv għal wiċċ invell jew pjan ta’ referenza orizzontali.

2.14.

“Punt ta’ referenza tal-kuxin tas-sit” (SCRP) tfisser il-punt ta’ kejl identifikat, imqiegħed jew immarkat fuq in-naħa ta’ barra ta’ struttura ta’ appoġġ tal-kuxin tas-sit biex jiġi rreġistrat l-ivvjaġġar lonġitudinali (‘il quddiem/lura) u vertikali ta’ kuxin tas-sit aġġustabbli.

2.15.

“Pjan medjan tal-ispalla” tfisser pjan li jaqsam il-clevis tal-ispalla tax-xellug jew tal-lemin (kif applikabbli) f’sezzjonijiet anterjuri/posterjuri simmetriċi. Il-pjan medjan tal-ispalla huwa perpendikolari għal-linja tan-nofs tax-xaft tal-pern tal-ispalla u huwa parallel mal-assi-y taċ-ċellola tal-piż tal-ispalla (jew assi ta’ sostituzzjoni strutturali taċ-ċellola tal-piż tal-ispalla orjentata b’mod ekwivalenti).

2.16.

“Koxxa (għall-finijiet ta’ installazzjoni tal-manikin)” tirreferi għall-parti tal-laħam tan-naħa ta’ fuq tat-tarf tar-riġel tal-manikin tat-test bejn, iżda li ma tinkludix, l-armar tal-irkoppa u l-laħam tal-pelvi.

2.17.

“Magna tridimensjonali tal-punt H” (il-magna 3-D H) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti H tal-manikin u tal-angoli reali tat-torso. Dan l-apparat huwa ddefinit fl-Anness 5.

2.18.

“Linja tat-torso” tfisser il-linja tan-nofs tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni l-aktar lura.

2.19.

“Pożizzjonament tal-vettura għall-kejl” tfisser il-pożizzjoni tal-bodi tal-vettura kif iddefinita mill-koordinati ta’ mill-inqas tliet marki ta’ fiduċja, separati b’mod suffiċjenti fl-assi lonġitudinali (X), trażversali (Y) u vertikali (Z) tas-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura, sabiex ikun jista’ jsir allinjament akkurat mal-assi ta’ kejl ta’ magna tal-kejl tal-koordinati.

2.20.

“Sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura” tfisser sistema ta’ koordinati ortogonali li tikkonsisti fi tliet assi; assi lonġitudinali (X), assi trażversali (Y), u assi vertikali (Z). X u Y jinsabu fl-istess pjan orizzontali u Z jgħaddi mill-intersezzjoni ta’ X u Y. L-assi-X huwa parallel mal-pjan ċentrali lonġitudinali tal-vettura.

2.21.

“Pjan lonġitudinali vertikali” tfisser pjan vertikali, parallel mal-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura.

2.22.

“Pjan żero lonġitudinali vertikali” tfisser pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mill-oriġini tas-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura.

2.23.

“Pjan vertikali” tfisser pjan vertikali, mhux neċessarjament perpendikolari jew parallel mal-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura.

2.24.

“Pjan trażversali vertikali” tfisser pjan vertikali, perpendikolari mal-linja tan-nofs lonġitudinali tal-vettura.

2.25.

“Punt H WS50M” tfisser il-punt tal-koordinati li jinsab 20 mm ’il quddiem b’mod lonġitudinali fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura tal-punt H tal-manikin iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-anness.

3.   STABBILIMENT TAL-POŻIZZJONAMENT TAL-VETTURA GĦALL-KEJL

3.1.

Pożizzjonament tal-vettura għall-kejl għandu jiġi stabbilit billi l-vettura tat-test tiġi ppożizzjonata fuq wiċċ invell u billi tiġi aġġustata l-pożizzjoni tal-bodi tal-vettura tat-test b’tali mod li:

3.1.1.

il-pjan ċentrali lonġitudinali tal-vettura jkun parallel mal-pjan żero lonġitudinali vertikali; u

3.1.2.

l-angoli tal-piċċ tas-soll tal-bieba ta’ quddiem tan-naħa tax-xellug u tal-lemin ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni tat-test tal-vettura tal-paragrafu 5.5 tal-Anness 3.

4.   AĠĠUSTAMENTI TAL-KUMDITÀ TAS-SIT U TAT-TRAŻŻIN GĦAR-RAS

4.1.

Fejn applikabbli, l-aġġustamenti tas-sit tat-test speċifikati fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.3 għandhom jitwettqu fuq is-sit li fih għandu jiġi installat il-manikin.

4.1.1.

Appoġġ lumbari aġġustabbli

4.1.1.1.

Kwalunkwe appoġġ lumbari aġġustabbli għandu jiġi aġġustat sabiex l-appoġġ lumbari jkun fl-aktar pożizzjoni ta’ aġġustament baxxa, irtirata jew l-aktar imniżżla.

4.1.2.

Sistemi ta’ appoġġ tas-sit aġġustabbli oħra

4.1.2.1.

Kwalunkwe appoġġ tas-sit aġġustabbli ieħor, bħal kuxins tas-sit aġġustabbli fit-tul u sistemi ta’ appoġġ tas-saqajn, għandu jiġi aġġustat fl-aktar pożizzjoni ta’ aġġustament lura jew l-aktar irtirata.

4.1.3.

Trażżin għar-ras

4.1.3.1.

It-trażżin għar-ras għandu jiġi aġġustat għall-pożizzjoni tad-disinn nominali tal-manifattur tal-vettura għal okkupant raġel adult tal-50 perċentil jew l-aktar pożizzjoni għolja jekk ma tkun disponibbli l-ebda pożizzjoni tad-disinn.

5.   L-AĠĠUSTAMENTI FIL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERI

5.1.

Fejn applikabbli, l-aġġustament speċifikat fil-paragrafu 5.1.1 ta’ dan l-anness, u fil-każ fejn il-manikin għandu jiġi installat fuq in-naħa tas-sewwieq, l-aġġustamenti speċifikati fil-paragrafi 5.1.2 u 5.1.3 ta’ dan l-anness għandhom jitwettqu fuq il-vettura.

5.1.1.

Ankraġġi taċ-ċinturini ta’ sikurezza aġġustabbli

5.1.1.1.

Kwalunkwe ankraġġ taċ-ċinturini ta’ sikurezza aġġustabbli pprovdut għall-pożizzjoni bilqiegħda li fiha għandu jiġi installat il-manikin, għandu jitpoġġa fil-pożizzjoni tad-disinn nominali tal-manifattur tal-vettura għal okkupant raġel adult tal-50 perċentil, jew fil-pożizzjoni kompletament ’il fuq jekk ma tkun disponibbli l-ebda pożizzjoni tad-disinn.

5.1.2.

Rota tal-istering aġġustabbli

5.1.2.1.

Rota tal-istering aġġustabbli għandha tiġi aġġustata għall-ogħla pożizzjoni tas-sewqan ġeometrika, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet ta’ aġġustament teleskopiċi u ta’ inklinazzjoni kollha disponibbli. (2)

5.1.3.

Pedali aġġustabbli

5.1.3.1.

Kwalunkwe pedala aġġustabbli għandha titqiegħed fil-pożizzjoni kompletament ’il quddiem (jiġifieri lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura).

6.   PROĊEDURA GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-POŻIZZJONI TAT-TEST TA’ KUXIN TAS-SIT AĠĠUSTABBLI

6.1.

Punt ta’ Referenza tal-Kuxin tas-Sit (SCRP) għandu jintuża biex jitkejlu u jiġu rreġistrati l-aġġustamenti magħmula għall-kuxins tas-sit mgħammra b’kontrolli għal aġġustament tal-kuxin tas-sit lonġitudinali (‘il quddiem/lura) u/jew vertikali.

6.2.

L-SCRP għandu jkun jinsab fuq parti tal-istruttura tal-ġenb jew fi frejm ta’ appoġġ tal-kuxin tas-sit li hija mwaħħla f’pożizzjoni fir-rigward tal-kuxin tas-sit.

6.3.

Linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit għandha tintuża biex jitkejlu u jiġu rreġistrati l-aġġustamenti angolari li jsiru għall-kuxins tas-sit li l-piċċ tagħhom jista’ jiġi aġġustat.

6.4.

Għall-kuxins tas-sit li l-piċċ tagħhom jista’ jiġi aġġustat, il-pożizzjoni tal-SCRP għandha tiġi stabbilita kemm jista’ jkun qrib l-assi ta’ rotazzjoni (pereżempju lejn in-naħa ta’ wara) tal-istruttura ta’ appoġġ tal-kuxin tas-sit.

6.5.

Il-pożizzjoni ta’ aġġustament tal-bażi tal-kuxin tas-sit li fuqha għandu jiġi installat il-manikin għandha tiġi ddeterminata bi tkomplija sekwenzjali (fejn applikabbli għad-disinn tas-sit) tal-passi deskritti fil-paragrafi 6.6 sa 6.13 ta’ dan l-anness hawn taħt, bil-vettura tat-test ikollha l-pożizzjonament tal-vettura għall-kejl stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3. ta’ dan l-anness hawn fuq.

6.6.

Uża l-kontroll tas-sit li primarjament imexxi s-sit b’mod vertikali biex taġġusta l-SCRP għall-pożizzjoni vertikali l-aktar għolja.

6.7.

Uża l-kontroll tas-sit li primarjament imexxi s-sit ’il quddiem/lura biex taġġusta l-SCRP fl-aktar pożizzjoni lura.

6.8.

Iddetermina u rreġistra (billi tkejjel l-angolu tal-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit), il-firxa ta’ aġġustament angolari sħiħa tal-piċċ tal-kuxin tas-sit u billi tuża biss il-kontroll(i) li primarjament jaġġusta(w) il-piċċ tal-kuxin, issettja l-piċċ tal-kuxin kemm jista’ jkun qrib l-angolu tan-nofs.

6.9.

Uża l-kontroll tas-sit li primarjament imexxi s-sit b’mod vertikali biex taġġusta l-SCRP għall-pożizzjoni vertikali l-aktar baxxa. Ivverifika li l-kuxin tas-sit għadu jinsab fl-aktar pożizzjoni lura tal-korsa tas-sit. Irreġistra l-pożizzjoni lonġitudinali (assi-X) tal-SCRP fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura.

6.10.

Uża l-kontroll tas-sit li primarjament imexxi s-sit ’il quddiem/lura biex taġġusta l-SCRP fl-aktar pożizzjoni ’l quddiem. Irreġistra l-pożizzjoni lonġitudinali (assi-X) tal-SCRP fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura.

6.11.

Iddetermina l-pożizzjoni assi-X tal-vettura ta’ pjan trażversali vertikali 20 mm lura minn punt li jinsab fin-nofs bejn il-pożizzjonijiet lonġitudinali (assi-X) rreġistrati f’konformità mal-paragrafi 6.9 u 6.10 hawn fuq (jiġifieri 20 mm lura mill-pożizzjoni ta’ nofs il-korsa).

6.12.

Uża l-kontroll tas-sit li primarjament imexxi s-sit ’il quddiem/lura biex taġġusta l-SCRP għall-pożizzjoni lonġitudinali (assi-X) iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 6.11 (– 0/+2 mm), jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-ewwel pożizzjoni ta’ aġġustament ’il quddiem/lura disponibbli lura mill-pożizzjoni ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 6.11.

6.13.

Irreġistra l-pożizzjoni lonġitudinali (assi-X) tal-SCRP fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura u kejjel l-angolu tal-linja ta’ referenza tal-kuxin tas-sit għal referenza fil-futur. Ħlief għal kif previst fil-paragrafu 8.4.6 ta’ dan l-anness, din il-pożizzjoni ta’ aġġustament għandha tintuża bħala l-aħħar pożizzjoni ta’ aġġustament tal-kuxin tas-sit għall-installazzjoni tal-manikin. (3)

7.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT H U TAL-ANGOLU REALI TAT-TORSO TAL-MANIKIN

7.1.

Il-vettura tat-test għandha tkun prekundizzjonata f’temperatura ta’ 20 °C ± 10 °C sabiex jiġi żgurat li l-materjal tas-sit jilħaq temperatura tal-kamra stabbilizzata għall-installazzjoni tal-magna 3-D H.

7.2.

Appoġġ lumbari aġġustabbli u appoġġ tas-sit aġġustabbli ieħor għandhom jiġu ssettjati għall-pożizzjonijiet ta’ aġġustament speċifikati fil-paragrafu 4.1.1 u 4.1.2 ta’ dan l-anness.

7.3.

Il-koordinati tal-punt H u l-angolu reali tat-torso finali tal-manikin għandhom jiġu ddeterminati għas-sit li fih għandu jiġi installat il-manikin, bi tkomplija sekwenzjali tal-passi deskritti fil-paragrafi 7.4 sa 7.24 ta’ dan l-anness hawn taħt; bil-vettura tat-test ikollha l-pożizzjonament tal-vettura għall-kejl stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-anness hawn fuq.

7.4.

Għatti l-parti tal-pożizzjoni tas-sit li se jkollha kuntatt mal-magna 3-D H b’liżar tal-qoton tal-musulina li jkun kbir biżżejjed u poġġi l-assemblaġġ tas-sit u tad-dahar tal-magna 3-D H fis-sit.

7.5.

Issettja l-pożizzjoni tal-kuxin tas-sit għall-pożizzjoni ta’ aġġustament irreġistrata f’konformità mal-paragrafu 6.13 ta’ dan l-anness.

7.6.

Billi tuża biss il-kontroll(i) li primarjament jaġġusta/w l-angolu tad-dahar tas-sit, indipendentement mill-piċċ tal-kuxin tas-sit, aġġusta l-pożizzjoni tad-dahar tas-sit skont wieħed mill-metodi li ġejjin:

7.6.1.

Poġġi d-dahar tas-sit aġġustabbli fil-pożizzjoni ta’ sewqan jew tal-irkib tad-disinn nominali tal-manifattur għal okkupant raġel adult tal-50 perċentil, bil-mod speċifikat mill-manifattur.

7.6.2.

Meta pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit ma tkunx speċifikata mill-manifattur:

7.6.2.1.

Issettja d-dahar tas-sit għall-ewwel pożizzjoni ta’ llokkjar 25° lura mill-vertikal.

7.6.2.2.

Jekk ma hemm l-ebda pożizzjoni ta’ llokkjar 25° lura mill-vertikal, issettja l-angolu tad-dahar tas-sit għall-aktar pożizzjoni ta’ aġġustament imniżżla.

7.7.

Aġġusta l-assemblaġġ tas-sit u tad-dahar tal-magna 3-D H sabiex il-pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO) jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H.

7.8.

Issettja s-segment tas-sieq l-aktar baxx għat-tul tal-50 perċentil (417 mm) u s-segment tal-iżbarra tal-koxxa għat-tul tal-10 perċentil (408 mm).

7.9.

Waħħal l-immuntar tas-sieq u tal-parti t’isfel tar-riġel mal-armar ta’ magħqad is-sit, jew b’mod individwali jew bl-użu tat-T-bar u l-immuntar tal-parti t’isfel tar-riġel. Il-linja li tgħaddi mill-buttuna tidher mill-punt H għandha tkun parallela mal-art u perpendikolari għas-C/LO tas-sit.

7.10.

Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġlejn tal-magna 3-D H kif ġej:

7.10.1.

L-immuntar kemm tas-saqajn kif ukoll tar-riġlejn jitressqu ’l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu pożizzjoni normali mal-art, bejn il-pedali tal-operazzjoni jekk neċessarju. Fejn ikun possibbli, is-sieq ix-xellugija titqiegħed bejn wieħed u ieħor l-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bl-istess mod kif is-sieq il-leminija għandha titqiegħed fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trażversali tal-magna 3-D H jinġieb orizzontali bl-aġġustament mill-ġdid ta’ magħqad is-sit jekk huwa neċessarju, jew bl-aġġustament tal-immuntar tar-riġel u tas-sieq lejn in-naħa ta’ wara. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni jidhru mill-punt H tinżamm perpendikolari għas-C/LO tas-sit.

7.10.2.

Jekk ir-riġel tax-xellug ma jistax jinżamm parallel mar-riġel tal-lemin u s-sieq ix-xellugija ma tistax tkun sostnuta mill-istruttura, mexxi s-sieq ix-xellugija sakemm tkun sostnuta. L-allinjament tal-buttuni jidhru mill-punt jinżamm.

7.11.

Applika l-piżijiet mal-parti t’isfel tar-riġel u mal-koxox u llivella l-magna 3-D H.

7.12.

Inklina l-magħqad id-dahar ’il quddiem sal-waqqafa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H lil hinn mid-dahar tas-sit bl-użu tat-T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit skont wieħed mill-metodi li ġejjin:

7.12.1.

Jekk il-magna 3-D H għandha t-tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżloq lejn in-naħa ta’ wara sakemm mhux aktar neċessarju piż li jrażżan orizzontali minn quddiem fuq it-T-bar (jiġifieri sakemm magħqad is-sit jagħmel kuntatt mad-dahar tas-sit). Jekk ikun neċessarju, erġa’ ppożizzjona l-parti t’isfel tar-riġel.

7.12.2.

Jekk il-magna 3-D H ma għandhiex tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lejn in-naħa ta’ wara billi tapplika piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara fuq it-T-bar sakemm magħqad is-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit (ara l-Figura 5-2 tal-Anness 5).

7.13.

Applika piż ta’ 100 N ± 10 N fuq l-armar tad-dahar u l-magħqad tal-magna 3-D H fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenb u tal-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi mill-intersezzjoni li ssemmiet aktar ’il fuq għal punt li jkun eżatt ’il fuq mill-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara l-Figura 5-2 tal-Anness 5). Imbagħad reġġa’ lura b’attenzjoni magħqad id-dahar lejn id-dahar tas-sit. Trid tingħata attenzjoni matul il-bqija tal-proċedura sabiex il-magna 3-D H ma titħalliex tiżżerżaq ’il quddiem.

7.14.

Installa l-piżijiet tan-natka tal-lemin u tax-xellug u wara, b’mod alternat, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-magna 3-D H livell.

7.15.

Inklina magħqad id-dahar ’il quddiem biex teħles it-tensjoni ta’ fuq id-dahar tas-sit. Ċaqlaq il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra f’ark ta’ 10 gradi (5 gradi fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex teħles kull frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sit.

7.15.1.

Waqt it-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li titbiegħed mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk trid tkun imrażżna billi jkun applikat piż laterali xieraq matul it-tbandil. It-T-bar tinżamm b’ċerta attenzjoni, bl-istess attenzjoni tingħata meta tiġi mbandla l-magna 3-D H sabiex ikun żgurat li l-ebda piż esterjuri involontarju ma jkun applikat f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

7.15.2.

Is-saqajn tal-magna 3-D H ma għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma matul dan il-pass. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni tagħhom, dawn għandhom jitħallew f’dik il-pożizzjoni għal dak il-mument.

7.16.

Irritorna b’attenzjoni magħqad id-dahar lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk kien hemm kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta’ tbandil tal-magna 3-D H, dawn iridu jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

7.16.1.

L-ewwel għolli sieq mill-art, imbagħad għolli l-oħra l-ammont minimu neċessarju sakemm ma jkun hemm l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn iridu jitħallew liberi li jduru, u l-ebda piż ta’ quddiem jew tal-ġenb m’għandu jkun applikat. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni t’isfel, l-għarqub irid ikun f’kuntatt mal-istruttura maħsuba għal dan.

7.17.

Ikkontrolla l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk ikun neċessarju, applika piż laterali fil-quċċata ta’ magħqad id-dahar suffiċjenti biex tillivella magħqad is-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

7.18.

Filwaqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxin tas-sit, kompli kif ġej:

7.18.1.

Poġġi lura magħqad id-dahar mad-dahar tas-sit; u

7.18.2.

Alternattivament applika u erħi piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara, li ma jeċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu tad-dahar f’għoli bejn wieħed u ieħor fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara li jkun intreħa l-piż. Dan għandu jsir b’ċerta attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-ebda tagħbija esterjuri ’l isfel jew laterali ma hi applikata għall-magna 3-D H. Jekk ikun meħtieġ aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar il-magħqad id-dahar ’il quddiem, illivella mill-ġdid, u rrepeti l-proċeduri kollha mill-paragrafu 6.15, ta’ dan l-anness ’il quddiem.

7.19.

Uża l-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H, bis-sonda tal-ispazju tar-ras fil-pożizzjoni l-aktar lura, biex tkejjel l-angolu reali tat-torso.

7.20.

Jekk ikun neċessarju, uża biss il-kontroll(i) li primarjament jaġġusta/w l-angolu tad-dahar tas-sit indipendentement mill-piċċ tal-kuxin tas-sit biex taġġusta l-angolu reali tat-torso għall-angolu tat-torso tad-disinn ± 1° speċifikat mill-manifattur.

7.21.

Meta angolu tat-torso tad-disinn ma jkunx speċifikat mill-manifattur:

7.21.1.

Uża biss il-kontroll(i) li primarjament jaġġusta/w l-angolu tad-dahar tas-sit indipendentement mill-piċċ tal-kuxin tas-sit biex taġġusta l-angolu reali tat-torso għal 23° ± 1°.

7.22.

Meta angolu tat-torso tad-disinn ma jkunx speċifikat mill-manifattur u l-ebda pożizzjoni ta’ aġġustament angolari tad-dahar tas-sit ma tipproduċi angolu reali tat-torso fi ħdan il-firxa ta’ 23° ± 1°:

7.22.1.

uża biss il-kontroll(i) li primarjament jaġġusta/w l-angolu tad-dahar tas-sit indipendentement mill-piċċ tal-kuxin tas-sit; biex taġġusta l-angolu reali tat-torso kemm jista’ jkun qrib għal 23° ± 1°.

7.23.

Irreġistra l-angolu reali tat-torso finali għal referenza futura.

7.24.

Kejjel u rreġistra l-koordinati (X, Y, Z) tal-punt H tal-manikin fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura għal referenza futura.

7.25.

Ħlief għal kif previst fil-paragrafu 8.4.6 ta’ dan l-anness, il-koordinati rreġistrati f’konformità mal-paragrafu 7.24 t’hawn fuq jiddefinixxu l-pożizzjoni tal-punt H tal-manikin tas-sit, meta s-sit jiġi aġġustat għall-pożizzjonijiet ta’ llokkjar tat-test finali tat-tagħmir tal-kuxin tas-sit u tad-dahar tas-sit għall-installazzjoni tal-manikin.

7.26.

Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-armar tas-sit għandu jitħalla bla piż għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-repetizzjoni. Il-magna 3-D H ma għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-armar tas-sit għal aktar ħin minn dak neċessarju sabiex jitwettaq it-test.

8.   Rekwiżiti tal-installazzjoni ta’ manikin ta’ raġel adult tal-50 perċentil WorldSID

8.1.

Appoġġ lumbari aġġustabbli, appoġġ tas-sit aġġustabbli ieħor u trażżin għar-ras aġġustabbli għandhom jiġu ssettjati għall-pożizzjonijiet ta’ aġġustament speċifikati fil-paragrafu 4. ta’ dan l-anness.

8.2.

L-aġġustamenti tal-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jiġu ssettjati għall-pożizzjonijiet ta’ aġġustament speċifikati fil-paragrafu 5. ta’ dan l-anness.

8.3.

Il-manikin tat-test imbagħad għandu jiġi installat bit-tkomplija tal-passi deskritti fil-paragrafu 8.4 t’hawn taħt, bil-vettura tat-test fil-pożizzjonament tal-vettura għall-kejl stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3. ta’ dan l-anness.

8.4.

Proċedura ta’ installazzjoni tal-manikin

8.4.1.

Poġġi l-manikin tat-test fis-sit applikabbli b’tali mod li l-pjan medjosaġġitali jikkoinċidi mas-C/LO u l-parti ta’ fuq tat-torso isserraħ mad-dahar tas-sit (4)

8.4.2.

Bandal ’il quddiem/lura u b’mod laterali biex il-pelvi jitpoġġa lura fis-sit. (5)

8.4.3.

Fejn l-apparat li jgħaqqad il-kustilja addominali u/jew il-parti ta’ barra ta’ kull armar tal-kustilja addominali ta’ taħt (jiġifieri xellug/lemin) ikollu kuntatt mal-ġilda tal-pelvi, kun ċert li l-uċuħ li jkollhom kuntatt tal-apparat li jgħaqqad tal-kustilja addominali u l-parti ta’ barra ta’ kull kustilja addominali ta’ taħt ikunu ppożizzjonati fuq in-naħa ta’ wara tal-ħajt addominali ta’ ġewwa tal-ġilda tal-pelvi, u mhux fuq il-ġilda tal-pelvi.

8.4.4.

Mexxi l-kuxin tas-sit u d-dahar tas-sit lura flimkien mal-manikin tat-test għall-pożizzjoni ta’ aġġustament finali użata biex jiġi ddeterminat l-punt H tal-manikin u l-angolu reali tat-torso fil-paragrafu 7. ta’ dan l-anness.

8.4.5.

Ivverifika li l-punt H tal-manikin huwa raġonevolment qrib (± 10 mm) għall-punt H WS50M definit fil-paragrafu 2.25 ta’ dan l-anness. Jekk le, irrepeti l-proċeduri deskritti fil-paragrafi 8.4.2 sa 8.4.3 ta’ dan l-anness. Jekk għadu mhux possibbli li jiġi vverifikat li l-punt H tal-manikin huwa raġonevolment qrib (± 10 mm) għall-punt H WS50M, irreġistra l-ispostament u pproċedi għall-pass li jmiss.

8.4.6.

Jekk mhux possibbli li tilħaq il-pożizzjoni tat-test tas-sit minħabba kuntatt tal-irkoppa, ċaqlaq il-pożizzjoni tas-sit tat-test fil-mira lura b’żieda fil-passi għall-eqreb pożizzjoni fejn l-ispazju għall-irkoppa jkun mill-inqas ta’ 5 mm. Irreġistra l-aġġustament tal-pożizzjoni SCRP u mmodifika l-punt H tal-manikin u l-koordinati tal-punt H WS50M kif xieraq.

8.4.7.

Għal pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq:

8.4.7.1.

Estendi r-riġel tal-lemin mingħajr ma ċċaqlaq il-koxxa mill-kuxin tas-sit u ħalli l-qiegħ tas-sieq iserraħ fuq il-pedala tal-aċċelleratur. Il-qiegħ taż-żarbun għandu jkun f’kuntatt mal-pjanċa tal-qiegħ.

8.4.7.2.

Estendi r-riġel tax-xellug mingħajr ma ċċaqlaq il-koxxa mill-kuxin tas-sit u ħalli l-qiegħ tas-sieq iserraħ fuq il-pedala tal-aċċelleratur. Il-qiegħ taż-żarbun għandu jkun f’kuntatt mal-pjanċa tal-qiegħ, F’każ ta’ kuntatt mat-tibja, żerżaq is-sieq lura (lejn is-sit) sakemm jinkiseb spazju ta’ 5 mm.

8.4.8.

Għal pożizzjoni bilqiegħda tal-passiġġier:

8.4.8.1.

Estendi kull sieq mingħajr ma ċċaqlaq il-koxxa mill-kuxin tas-sit.

8.4.8.2.

Ħalli l-qiegħ tas-sieq il-leminija jserraħ fuq il-pjanċa tal-qiegħ bi dritt (jiġifieri fl-istess pjan vertikali) il-koxxa. Il-qiegħ taż-żarbun għandu jkun f’kuntatt mal-pjanċa tal-qiegħ. Jekk il-kontorn tal-pjanċa tal-qiegħ ma jħallix is-sieq isserraħ fuq wiċċ ċatt, mexxi s-sieq b’żidiet ta’ 5 mm sakemm is-sieq isserraħ fuq wiċċ ċatt.

8.4.8.3.

Ħalli l-qiegħ tas-sieq ix-xellugija jserraħ fuq il-pjanċa tal-qiegħ bi dritt (jiġifieri fl-istess pjan vertikali) il-koxxa u fl-istess pożizzjoni ’l quddiem/lura (allinjament) bħas-sieq il-leminija. Il-qiegħ taż-żarbun għandu jkun f’kuntatt mal-pjanċa tal-qiegħ. Jekk il-kontorn tal-pjanċa tal-qiegħ ma jħallix is-sieq isserraħ fuq wiċċ ċatt, mexxi s-sieq b’żidiet ta’ 5 mm sakemm is-sieq isserraħ fuq wiċċ ċatt.

8.4.9.

Ippożizzjona l-punt H tal-manikin sabiex ikun jaqbel mal-koordinati tal-punt H WS50M (iddefiniti mill-paragrafu 2.25 ta’ dan l-anness) fi ħdan ± 5 mm. Għandha tingħata prijorità lill-koordinat tal-assi-X.

8.4.10.

Aġġusta l-angolu tal-kustilji tal-manikin kif ġej:

8.4.10.1.

Aġġusta l-manikin sakemm il-qari tas-sensur tal-angolu ta’ inklinazzjoni tat-toraċi (dwar is-sensur tal-assi-y) jkun fi ħdan ± 1° tal-angolu tal-kustilji tad-disinn speċifikat mill-manifattur.

8.4.10.2.

Fejn angolu tal-kustilji tad-disinn ma jkunx speċifikat mill-manifattur u l-angolu reali tat-torso finali ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 7. ta’ dan l-anness ikun ta’ 23° ± 1°, aġġusta l-manikin sakemm is-sensur ta’ inklinazzjoni tat-toraċi juri – 2° (jiġifieri 2° ’l isfel) ± 1° (dwar is-sensur tal-assi-y).

8.4.10.3.

Fejn angolu tal-kustilji tad-disinn ma jkunx speċifikat mill-manifattur u l-angolu reali tat-torso finali rreġistrat f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-anness ma jkunx ta’ 23° ± 1°, mhu meħtieġ l-ebda aġġustament ulterjuri tal-angolu tal-kustilji tal-manikin.

8.4.11.

Aġġusta l-brekit tal-għonq tal-manikin tat-test biex tillivella r-ras fl-eqreb pożizzjoni għal 0° (kif imkejjel dwar is-sensur tal-assi-y ta’ inklinazzjoni tal-qalba tar-ras).

8.4.12.

Ipproċedi għall-pożizzjoni finali tas-sieq u tar-riġel billi tirrepeti l-passi deskritti fil-paragrafu 8.4.7 ta’ dan l-anness għal pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq jew il-passi deskritti fil-paragrafu 8.4.8 ta’ dan l-anness għal pożizzjoni bilqiegħda tal-passiġġier.

8.4.13.

Ivverifika li l-punt H tal-manikin tat-test u l-angolu tal-kustilji tal-manikin għadhom f’konformità mal-paragrafi 8.49 u 8.4.10 ta’ dan l-anness rispettivament. Jekk le, irrepeti l-passi deskritti mill-paragrafu 8.4.9 ta’ dan l-anness ’il quddiem.

8.4.14.

Kejjel u rreġistra l-pożizzjoni tal-punt H tal-manikin tat-test finali fis-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tal-vettura u rreġistra l-angolu tal-kustilji tal-manikin finali u l-angoli tas-sensur ta’ inklinazzjoni tal-qalba.

8.4.15.

Poġġi ż-żewġ idejn fil-pożizzjoni ta’ llokkjar ta’ 48°. F’din il-pożizzjoni, kull pjan tal-għadam ta’ nofs l-id ta’ simetrija jifforma angolu ta’ 48° ± 1° mal-pjan medjan tal-ispalla fil-qrib (jiġifieri xellug/lemin kif applikabbli).

8.5.

Noti u rakkomandazzjonijiet tal-installazzjoni tal-manikin

8.5.1.

L-ebda distanza mhi speċifikata għall-ispazju għall-irkoppa tal-manikin tat-test. Madankollu, għandha tingħata prijorità sabiex jiġi żgurat:

8.5.1.1.

Spazju ta’ mill-inqas 5 mm bejn l-irkopptejn/ir-riġlejn u l-kaver tal-istering u l-konsol taċ-ċentru;

8.5.1.2.

Pożizzjoni tas-sieq u tal-għaksa stabbli; u

8.5.1.3.

Ir-riġlejn huma paralleli kemm jista’ jkun għall-pjan medjosaġġitali.

8.6.

Sistema taċ-ċinturini ta’ sikurezza

8.6.1.

Il-manikin installat f’konformità mal-paragrafu 8.4 ta’ dan l-anness għandu jitrażżan kif ġej bl-użu tas-sistema taċ-ċinturini ta’ sikurezza pprovduta għall-pożizzjoni bilqiegħda mill-manifattur:

8.6.1.1.

Dawwar iċ-ċinturin ta’ sikurezza madwar il-manikin b’attenzjoni u aqfel bħas-soltu.

8.6.1.2.

Fin-naħa tal-ħoġor issikka ċ-ċinturin sakemm dan ikun qed iserraħ mingħajr wisq pressjoni madwar il-pelvi tal-manikin. Meta tissikka ċ-ċinturin għandha tiġi applikata biss forza minima. Ir-rotta taċ-ċinturin tal-ħoġor għandha tkun kemm jista’ jkun naturali.

8.6.1.3.

Poġġi seba’ wieħed wara s-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin fl-għoli tal-isternu tal-manikin. Iġbed iċ-ċinturin ’il quddiem b’mod orizzontali u lil hinn mis-sider, u billi tuża l-forza pprovduta mill-mekkaniżmu tar-ritrattatur biss, ħallih jinġibed lura waħdu fid-direzzjoni tal-ankraġġ ta’ fuq. Irrepeti dan il-pass tliet darbiet.

(1)  Dettalji tal-armar tal-lokalizzatur tal-punt H (għodda tal-punt H) inklużi d-dimensjonijiet huma speċifikati fl-Addendum 2 tar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1.

(2)  Ir-rota tal-istering mhix mistennija tinfluwenza t-tagħbija tal-manikin – l-ogħla pożizzjoni hija speċifikata sabiex jingħata l-akbar spazju ħieles għas-saqajn u għat-toraċi tal-manikin.

(3)  Għal xi sitijiet, l-aġġustamenti speċifikati fil-paragrafi 6.9 sa 6.12 jistgħu awtomatikament ibiddlu l-piċċ tal-kuxin tas-sit mill-angolu tan-nofs stabbilit f’konformità mal-paragrafu 6.8. Dan huwa aċċettabbli.

(4)  L-immarkar tal-linja tan-nofs tas-sit jista’ jintuża biex jiġi identifikat is-C/LO u biex jiġi ffaċilitat it-tqegħid tal-manikin.

(5)  Sabiex tiżgura li tinkiseb pożizzjoni tal-pelvi li tista’ tiġi ripetuta u li hija stabbli, huwa rrakkomandat li tiġi segwita t-tlestija ta’ dan il-pass, sabiex jiġi vverifikat li l-pelvi jkun jinsab f’kuntatt mal-kuxin tas-sit fuq it-tul tal-pelvi kollu.


ANNESS 5

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TAL-PUNT H TRIDIMENSJONALI (1) (IL-MAGNA 3D H)

1.   MAGĦQAD ID-DAHAR U S-SIT

Magħqad id-dahar u s-sit huma magħmula minn plastik rinfurzat u metall; huma jirriproduċu b’mod artifiċjali t-torso u l-koxxa ta’ bniedem u huma impernjati b’mod mekkaniku fil-punt H. Kwadrant huwa marbut mas-sonda li hija impernjata fil-punt H sabiex ikejjel l-angolu reali tat-torso. Żbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata, imwaħħla ma’ magħqad is-sit, tistabbilixxi l-linja taċ-ċentru tal-koxxa u sservi bħala linja ta’ bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-ELEMENTI TAL-ĠISEM U TAR-RIĠEL

Segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel huma marbuta mal-armar ta’ magħqad is-sit mat-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-iżbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata. Kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel biex jitkejlu l-angoli tal-irkoppa. L-immuntar taż-żarbun u tas-saqajn huma kkalibrati biex ikejlu l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-istrument fl-ispazju. Il-piżijiet tal-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri tal-gravità korrispondenti sabiex jipprovdu dħul ’il ġewwa tas-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Il-ġogi kollha tal-magna 3-D H għandhom ikunu kkontrollati għall-moviment liberu mingħajr ma jkun hemm l-ebda frizzjoni tidher.

Image 6

Image 7


(1)  Għal dettalji tal-kostruzzjoni tal-magna 3-D H irreferi għal SAE International (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, L-Istati Uniti tal-Amerka (SAE J826 verżjoni 1995). Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549: 1999.


ANNESS 6

IL-KUNDIZZJONIJIET U L-PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-INTEGRITÀ TAS-SISTEMA TAL-FJUWIL TAL-IDROĠENU WARA L-ĦBIT

1.   GĦAN

Determinazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finiijiet ta’ dan l-anness:

2.1.

“Spazji magħluqa” tindika l-volumi speċjali fi ħdan il-vettura (jew il-profil tal-vettura minn fetħa għal oħra) li huma esterni għas-sistema tal-idroġenu (sistema tal-ħżin, sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil u sistema tal-ġestjoni tal-fluss tal-fjuwil) u l-housings tagħha (jekk ikun hemm) fejn jista’ jakkumula l-idroġenu (u b’hekk joħloq periklu), bħall-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-bagalji u l-ispazju taħt il-bonit.

2.2.

“Kompartiment tal-bagalji” tfisser l-ispazju fil-vettura għall-bagalji u/jew għall-akkomodazzjoni ta’ oġġetti, magħluq bis-saqaf, il-bonit, l-art, il-ġnub, u separat mill-kompartiment tal-passiġġieri mill-paratiji ta’ quddiem u ta’ wara.

2.3.

“Pressjoni nominali tat-tħaddim (NWP)” hija l-pressjoni tal-gejġ li tikkaratterizza l-operazzjoni tipika ta’ sistema. Għal kontenituri tal-gass tal-idroġenu kkompressat, in-NWP hija l-pressjoni stabbilizzata tal-gass ikkompressat f’sistema tal-ħżin jew kontenitur mimli bil-fjuwil f’temperatura uniformi ta’ 15 °C.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-PREPARAZZJONI, TAL-ISTRUMENTAZZJONI U TAT-TEST

3.1.

Sistemi tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat u piping downstream

3.1.1.

Qabel ma jitwettaq test tal-ħbit, fis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu jiġi installat strument biex iwettaq il-kejl meħtieġ tal-pressjoni u tat-temperatura sakemm il-vettura standard ma jkollhiex diġà strument bħal dan bl-akkuratezza meħtieġa.

3.1.2.

Jekk ikun meħtieġ, is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu mbagħad tiġi mnaddfa, wara direzzjonijiet mill-manifattur biex jitneħħew impuritajiet mill-kontenitur qabel il-mili tas-sistema tal-ħżin b’gass tal-elju jew tal-idroġenu kkompressat. Minħabba li l-pressjoni tas-sistema tal-ħżin tvarja mat-temperatura, il-pressjoni tal-mili fil-mira hija funzjoni tat-temperatura. Il-pressjoni fil-mira għandha tiġi ddeterminata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Ptarget = NWP × (273 + To)/288

fejn NWP hija l-pressjoni tat-tħaddim nominali (MPa), To hija t-temperatura ambjentali li fiha mistennija tistabbilizza s-sistema tal-ħżin, u Ptarget hija l-pressjoni tal-mili fil-mira wara li tistabbilizza t-temperatura.

3.1.3.

Il-kontenitur jimtela sa minimu ta’ 95 % tal-pressjoni tal-mili fil-mira u jitħalla jistabbilizza ruħu qabel ma jitwettaq it-test tal-ħbit.

3.1.4.

Il-valv iżolanti ewlieni u l-valvi iżolanti għall-gass tal-idroġenu, li jinsabu fil-piping tal-gass tal-idroġenu downstream, ikunu f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali immedjatament qabel l-impatt.

3.2.

Spazji magħluqa.

3.2.1.

Jintgħażlu sensuri biex ikejlu jew l-akkumulazzjoni tal-gass tal-idroġenu jew tal-elju jew it-tnaqqis fl-ossiġenu (minħabba l-ispostament tal-arja permezz tat-tnixxija ta’ idroġenu/elju).

3.2.2.

Is-sensuri jiġu kkalibrati għal referenzi traċċabbli sabiex tiġi żgurata akkuratezza ta’ ±5 % fil-kriterji fil-mira ta’ 4 % idroġenu u 3 % elju skont il-volum fl-arja, u kapaċità ta’ kejl fuq skala sħiħa ta’ mill-anqas 25 % ’il fuq mill-kriterji fil-mira. Is-sensur għandu jkollu kapaċità ta’ rispons ta’ 90 % għal bidla fuq skala sħiħa fil-konċentrazzjoni f’10 sekondi.

3.2.3.

Qabel l-impatt tal-ħbit, is-sensuri jiġu lokalizzati fil-kompartiment tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-vettura kif ġej:

(a)

F’distanza ta’ 250 mm mill-headliner fuq is-sit tas-sewwieq jew qrib iċ-ċentru ta’ fuq tal-kompartiment tal-passiġġieri;

(b)

F’distanza ta’ 250 mm mill-art quddiem is-sit ta’ wara (jew dak li jinsab l-aktar fuq wara) fil-kompartiment tal-passiġġieri; u

(c)

F’distanza ta’ 100 mm minn fuq nett tal-kompartimenti tal-bagalji fil-vettura li ma jiġux affettwati direttament mill-impatt tal-ħbit partikolari li għandu jitwettaq.

3.2.4.

Is-sensuri jiġu mmuntati b’mod sikur mal-istruttura tal-vettura jew mas-sitijiet u jiġu protetti għat-test tal-ħbit ippjanat minn trab, gass tal-egżost tal-air bags u projettili. Il-kejl wara l-ħbit jiġi rreġistrat permezz ta’ strumenti lokalizzati fil-vettura jew permezz ta’ trażmissjoni remota.

3.2.5.

It-test jista’ jitwettaq jew fuq barra f’żona protetta mir-riħ u effetti solari possibbli jew fuq ġewwa fi spazju li jkun kbir biżżejjed jew ventilat biex tiġi impedita akkumulazzjoni tal-idroġenu ta’ aktar minn 10 % tal-kriterji fil-mira fil-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji.

4.   KEJL TAT-TEST TAT-TNIXXIJA TA’ WARA L-ĦBIT GĦAL SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT MIMLIJA BL-IDROĠENU KKOMPRESSAT

4.1.

Il-pressjoni tal-gass tal-idroġenu, P0 (MPa) u t-temperatura, T0 (°C) jitkejlu immedjatament qabel l-impatt u mbagħad f’intervall ta’ ħin, Δt (min), wara l-impatt.

4.1.1.

L-intervall tal-ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal mill-inqas 60 minuta.

4.1.2.

L-intervall tal-ħin, Δt, għandu jiġi miżjud jekk ikun meħtieġ sabiex jakkomoda l-akkuratezza tal-kejl għal sistema tal-ħżin b’volum kbir u li topera 70MPa; f’dak il-każ, Δt jista’ jiġi kkalkulat mill-ekwazzjoni li ġejja:

Δt = VCHSS × NWP/1000 × ((– 0,027 × NWP +4) × Rs–0,21) – 1,7 × Rs

fejn Rs = Ps/NWP, Ps hija l-firxa tal-pressjoni tas-sensur tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni tat-Tħaddim Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (l), u Δt huwa l-intervall tal-ħin (min).

4.1.3.

Jekk il-valur ikkalkulat ta’ Δt ikun inqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.

4.2.

Il-massa ta’ idroġenu inizjali fis-sistema tal-ħżin tiġi kkalkulata kif ġej:

Po’ = Po × 288/(273 + T0)

ρο’ = –0,0027 × (P0’)2+0,75 × P0’ +0,5789

Mo = ρο’ × VCHSS

4.3.

B’mod korrispondenti, il-massa finali tal-idroġenu fis-sistema tal-ħżin, Mf, lejn l-aħħar tal-intervall tal-ħin, Δt, tista’ tiġi kkalkulata kif ġej:

Pf’ = Pf × 288/(273 + Tf)

ρf’ = –0,0027 × (Pf’)2+0,75 × Pf’ +0,5789

Mf = ρf’ × VCHSS

fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmien l-intervall tal-ħin, u Tf hija t-temperatura finali mkejla (°C).

4.4.

Għalhekk, ir-rata medja tal-fluss tal-idroġenu matul l-intervall tal-ħin hija:

VH2 = (Mf-Mo)/Δt × 22,41/2,016 × (Ptarget/Po)

fejn VH2 hija r-rata medja tal-fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu (Ptarget/Po) jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla (Po) u l-pressjoni tal-mili fil-mira (Ptarget).

5.   KEJL TAT-TEST TAT-TNIXXIJA TA’ WARA L-ĦBIT GĦAL SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT MIMLIJA BL-ELJU KKOMPRESSAT

5.1.

Il-pressjoni tal-gass tal-elju, P0 (MPa), u t-temperatura T0 (°C), jitkejlu immedjatament qabel l-impatt u mbagħad f’intervall ta’ ħin predeterminat wara l-impatt.

5.1.1.

L-intervall ta’ ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal mill-inqas 60 minuta.

5.1.2.

L-intervall ta’ ħin, Δt, għandu jiġi miżjud jekk ikun meħtieġ sabiex jakkomoda l-akkuratezza tal-kejl għal sistema tal-ħżin b’volum kbir u li topera sa 70 MPa; f’dak il-każ, Δt jista’ jiġi kkalkulat mill-ekwazzjoni li ġejja:

Δt = VCHSS × NWP/1000 × ((– 0,028 × NWP +5,5) × Rs–0,3) – 2,6 × Rs

fejn Rs = Ps/NWP, Ps hija l-firxa tal-pressjoni tas-sensur tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni tat-Tħaddim Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (l), u Δt huwa l-intervall tal-ħin (min).

5.1.3.

Jekk il-valur ta’ Δt ikun inqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.

5.2.

Il-massa inizjali tal-elju fis-sistema tal-ħżin tiġi kkalkulata kif ġej:

Po’ = Po × 288/(273 + T0)

ρο’ = –0,0043 × (P0’)2+1,53 × P0’ +1,49

Mo = ρο’ × VCHSS

5.3.

Il-massa finali tal-elju fis-sistema tal-ħżin fi tmiem l-intervall tal-ħin, Δt, tiġi kkalkulata kif ġej:

Pf’ = Pf × 288/(273 + Tf)

ρf’ = –0,0043 × (Pf’)2+1,53 × Pf’ +1,49

Mf = ρf’ × VCHSS

fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmien l-intervall tal-ħin, u Tf it-temperatura finali mkejla (°C).

5.4.

Għalhekk, ir-rata medja tal-fluss tal-elju matul l-intervall tal-ħin hija:

VHe = (Mf-Mo)/Δt × 22,41/4,003 × (Ptarget/Po)

fejn VHe hija r-rata medja ta’ fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu (Ptarget/Po) jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla (Po) u l-pressjoni tal-mili fil-mira (Ptarget).

5.5.

Il-konverżjoni tal-fluss medju volumetriku tal-elju għall-fluss medju tal-idroġenu ssir bl-espressjoni li ġejja:

VH2 = VHe/0,75

fejn VH2 huwa l-fluss volumetriku medju korrispondenti tal-idroġenu.

6.   IL-KEJL TAL-KONĊENTRAZZJONI TA’ WARA L-ĦBIT GĦAL SPAZJI MAGĦLUQA

6.1.

Il-ġbir tad-data ta’ wara l-ħbit fi spazji magħluqa jibda meta l-vettura tieqaf. Id-data mis-sensuri installati f’konformità mal-paragrafu 3.2. ta’ dan l-anness tinġabar mill-inqas kull 5 sekondi u tkompli tinġabar għal perjodu ta’ 60 minuta wara t-test. Perjodu latenti (kostant tal-ħin) tal-ewwel klassi sa massimu ta’ 5 sekondi jista’ jiġi applikat mal-kejl biex jiġi pprovdut “irfinar” u jiġu ffiltrati l-effetti ta’ punti tad-data qarrieqa.

ANNESS 7

LINJA TA’ REFERENZA TAL-IMPATT

Image 8

Image 9


ANNESS 8

ANGOLU TAL-IMPATT

Image 10

Image 11


ANNESS 9

REFERENZI TAL-ANGOLU TAL-PIĊĊ U TAR-ROLL

Image 12

Image 13


ANNESS 10

DETERMINAZZJONI TAL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TA’ MANIKIN TA’ RAĠEL ADULT TAL-50 PERĊENTIL WORLDSID

1.   KRITERJU TAL-KORRIMENT FIR-RAS (HIC)

1.1.

Il-Kriterju tal-Korriment fir-Ras (HIC) 36 huwa l-valur massimu kkalkulat mill-espressjoni:

Image 14

Fejn:

aR

=

l-aċċellerazzjoni translazzjonali li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin li tiġi rreġistrata versus il-ħin fl-unitajiet ta’ gravità, g (1 g = 9,81 m/s2); u

t1 u t2 huma kwalunkwe żewġ punti fil-ħin matul l-impatt li huma separati b’mhux aktar minn 36 millisekonda ta’ intervall tal-ħin u fejn t1 huwa inqas minn t2.

1.2.

L-aċċellerazzjoni li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin hija kkalkulata mill-espressjoni:

Image 15

Fejn:

aX

=

l-aċċellerazzjoni lonġitudinali (assi-x) fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin irreġistrata versus il-ħin u ffiltrata fi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) (1) ta’ 1 000 Hz;

aY

=

l-aċċellerazzjoni laterali (assi-y) fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin irreġistrata versus il-ħin u ffiltrata f’CFC ta’ 1 000 Hz; u

aZ

=

l-aċċellerazzjoni (assi-z) vertikali fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin irreġistrata versus il-ħin u ffiltrata f’CFC ta’ 1 000 Hz.

2.   IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAL-ISPALLA

2.1.

Il-forza massima tal-ispalla laterali (assi-y) hija l-forza massima laterali mkejla miċ-ċellola tal-piż immuntata bejn l-armar tal-clevis tal-ispalla u d-doubler tal-kustilji u tal-ispalla u ffiltrata f’CFC ta’ 600 Hz.

3.   IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAT-TORAĊI

3.1.

Id-deflessjoni massima tal-kustilji tat-toraċi hija d-deflessjoni massima ta’ kwalunkwe kustilja tat-toraċi (tan-naħa ta’ fuq, tan-nofs jew tan-naħa t’isfel), kif iddeterminat mill-kejl ta’ output tal-vultaġġ irreġistrat mis-sensur ta’ deflessjoni mmuntat bejn il-brekit tal-immuntar tal-aċċellerometru tal-kustilja u l-brekit tal-immuntar tal-kaxxa tal-ispina ċentrali ġewwa kull kustilja tat-toraċi fuq in-naħa milquta, u ffiltrata f’CFC ta’ 600 Hz.

4.   KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI ADDOMINALI

4.1.

Id-deflessjoni massima tal-kustilji addominali hija d-deflessjoni massima ta’ kwalunkwe kustilja addominali (tan-naħa ta’ fuq jew tan-naħa t’isfel), kif iddeterminat mill-kejl ta’ output tal-vultaġġ irreġistrat mis-sensur ta’ deflessjoni mmuntat bejn il-brekit tal-immuntar tal-aċċellerometru tal-kustilja u l-brekit tal-immuntar tal-kaxxa tal-ispina ċentrali ġewwa kull kustilja addominali fuq in-naħa milquta, u ffiltrata f’CFC ta’ 600 Hz.

4.2.

Il-valur tal-aċċellerazzjoni (aR) tas-sinsla tad-dahar tan-naħa t’isfel (T12) li tirriżulta li tinqabeż għal 3 millisekondi b’mod kumulattiv (jiġifieri forza massima waħda jew aktar) huwa kkalkulat mill-espressjoni:

Image 16

Fejn:

aX

=

l-aċċellerazzjoni lonġitudinali (assi-x) tas-sinsla tad-dahar tan-naħa t’isfel tal-manikin versus il-ħin u ffiltrata f’CFC ta’ 180 Hz;

aY

=

l-aċċellerazzjoni laterali (assi-y) tas-sinsla tad-dahar tan-naħa t’isfel tal-manikin versus il-ħin u ffiltrata f’CFC ta’ 180 Hz; u

aZ

=

l-aċċellerazzjoni (assi-z) vertikali tas-sinsla tad-dahar tan-naħa t’isfel tal-manikin versus il-ħin u ffiltrata f’CFC ta’ 180 Hz;

5.   IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAL-PELVI

5.1.

Il-forza massima tas-simfisi tal-pubis hija l-forza massima mkejla miċ-ċellola tal-piż fis-simfisi tal-pubis tal-pelvi u ffiltrata f’CFC ta’ 600 Hz.

(1)  Għal dettalji ta’ kull Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal (CFC) irreferi għall-Prattika Rakkomandata SAE J211/1 (reviżjoni ta’ Diċembru 2003).


3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/47


DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC STABBILIT PERMEZZ TAL-KONVENZJONI TAL-20 TA’ MEJJU 1987 DWAR PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANŻITU

tal-4 ta’ Diċembru 2019

li temenda dik il-Konvenzjoni [2020/487]

IL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (“il-Konvenzjoni”), il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz ta’ dik il-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt EU-CTC”) irid jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li jikkonċernaw is-simplifikazzjoni tat-tranżitu, li jikkonsistu fl-użu tad-dokument tat-trasport elettroniku (ETD) bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru, ilhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2018. Is-simplifikazzjoni tat-tranżitu preċedenti għat-trasport bl-ajru setgħet tintuża biss sal-1 ta’ Mejju 2018. Għalhekk, ir-referenzi kollha għas-simplifikazzjoni tat-tranżitu preċedenti għat-trasport bl-ajru jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxi qafas legali għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2018. Dak ir-Regolament ħassar l-att legali preċedenti f’dan il-qasam, jiġifieri d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Konsegwentement, ir-referenzi għad-Direttiva 95/46/KE li saru fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) 2016/679.

(4)

L-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (4), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-applikanti sabiex jiġu awtorizzati jużaw garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija, ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1118 (5). Bħala riżultat ta’ dik l-emenda, tneħħa r-rekwiżit dwar riżorsi finanzjarji suffiċjenti bħala kundizzjoni awtonoma, minħabba li l-esperjenza prattika wriet li din il-kundizzjoni ġiet interpretata b’mod restrittiv wisq u ffukat biss fuq id-disponibbiltà tal-flus kontanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi li jħallsu l-ammont sħiħ tad-dejn tiġi integrata fil-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. L-Artikolu 75 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jirrifletti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Attwalment, il-kundizzjonijiet li skonthom il-merkanzija trasportata fil-kuritur T2 iżżomm l-istatus doganali tagħha ta’ merkanzija tal-Unjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 2a tat-Titolu I tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat għal merkanzija mhux imqiegħda skont il-proċedura ta’ esportazzjoni. Ma kinitx l-intenzjoni li tali restrizzjoni tiġi stabbilita għal merkanzija tal-Unjoni trasportata fil-kuritur T2. Għalhekk, l-Artikolu 2a tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jitħassar mit-Titolu I u jenħtieġ li Artikolu ġdid jiġi introdott f’Titolu Ia ġdid li għalih ma tapplika l-ebda restrizzjoni simili.

(6)

Wara n-notifika mill-Maċedonja ta’ Fuq, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Unjoni Ewropea, tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Prespa mill-15 ta’ Frar 2019, il-pajjiż preċedentement imsejjaħ “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” biddel ismu għal “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”. Għalhekk, l-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu l-bidla tad-denominazzjoni ta’ dak il-pajjiż u tal-kodiċi tal-pajjiż rispettiv.

(7)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness C ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   L-Appendiċi IIIa tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness D ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Skopje, l-4 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Gjoko TANASOSKI


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1118 tas-7 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal tnaqqis tal-livell tal-garanzija komprensiva u tar-rinunzja tal-garanzija (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 11).


ANNESS A

L-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali skambjata fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 13(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-merkanzija trasportata bl-ajru meta tintuża l-proċedura ta’ tranżitu bbażata fuq dokument tat-trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru;”;

(3)

l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-użu tal-proċedura komuni ta’ tranżitu bbażata fuq il-karta għall-merkanzija trasportata bl-ajru”;

(b)

fil-paragrafu 3, jitħassar it-tieni subparagrafu;

(4)

fl-Artikolu 57(3), jitħassar il-punt (b);

(5)

l-Artikolu 75(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), jitħassar is-subpunt (vi);

(b)

fil-punt (b), jitħassar is-subpunt (vii);

(c)

fil-punt (c), jitħassar is-subpunt (xii);

(6)

fl-Artikolu 75, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.

Meta jivverifikaw jekk l-applikant għandux kapaċità finanzjarja suffiċjenti sabiex jingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta’ garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija kif meħtieġ skont il-paragrafi 2(a)(v), 2(b)(vi) u 2(c)(xi), l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-kapaċità tal-applikant li jissodisfa l-obbligi tiegħu tal-ħlas tad-djun tiegħu u ta’ ħlasijiet oħrajn li jista’ jġarrab, li ma jkunux koperti minn dik il-garanzija.

Jekk ikun ġustifikat, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu r-riskju li jġarrab dawk id-djun filwaqt li jitqiesu t-tip u l-volum tal-attivitajiet kummerċjali relatati mad-dwana tal-applikant u tat-tip ta’ merkanzija li għaliha hija meħtieġa l-garanzija.”;

(7)

it-titolu tal-Kapitolu VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-proċedura komuni ta’ tranżitu bbażata fuq il-karta għall-merkanzija trasportata bl-ajru u l-proċedura komuni ta’ tranżitu bbażata fuq dokument tat-trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru”;

(8)

l-Artikolu 111 jitħassar.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;”


ANNESS B

L-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu tat-Titolu I huwa sostitwit b’dan li ġej:

PROVA TAL-ISTATUS DOGANALI TAL-MERKANZIJA TAL-UNJONI”;

(2)

l-Artikolu 2a jitħassar;

(3)

jiddaħħal it-Titolu Ia li ġej:

“TITOLU Ia

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IN-NONALTERAZZJONI TAL-ISTATUS DOGANALI TA’ MERKANZIJA TAL-UNJONI GĦAL MERKANZIJA TRASPORTATA F’KURITUR T2

Artikolu 21a

Preżunzjoni tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni

1.   Il-merkanzija li jkollha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni trasportata bil-ferrovija tista’ tiġi trasportata minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, mingħajr ma tkun soġġetta għal proċedura doganali, u tista’ tiġi trasportata fit-territorju ta’ pajjiż ta’ tranżitu komuni mingħajr alterazzjoni tal-istatus doganali tagħha, meta:

(a)

it-trasport tal-merkanzija jkun kopert minn dokument tat-trasport uniku maħruġ fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(b)

id-dokument tat-trasport uniku jkun fih l-approvazzjoni li ġejja: “Kuritur T2”;

(c)

it-tranżitu minn pajjiż ta’ tranżitu komuni qiegħed jiġi ssorveljat permezz ta’ sistema elettronika f’dak il-pajjiż ta’ tranżitu komuni; kif ukoll

(d)

l-impriża ferrovjarja kkonċernata tkun awtorizzata mill-pajjiż ta’ tranżitu komuni li t-territorju tiegħu jkun sar tranżitu minnu biex tuża l-proċedura tal-“Kuritur T2”.

2.   Il-pajjiż ta’ tranżitu komuni jżomm lill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, jew lil grupp ta’ ħidma stabbilit mill-Kumitat abbażi tal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, infurmat dwar il-modalitajiet relatati mas-sistema elettronika għall-monitoraġġ, u dwar l-impriżi ferrovjarji li huma awtorizzati jużaw il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”.


ANNESS C

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness B1 il-kliem “MK(1) l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “MK il-Maċedonja ta’ Fuq” u n-nota f’qiegħ il-paġna (1) titħassar;

(2)

fit-Titolu III tal-Anness B6, il-kodiċi “MK(1 )” huwa sostitwit bil-kodiċi “MK”;

(3)

fil-punt 1 tal-Anness C1, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”;

(4)

fil-punt 1 tal-Anness C2, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”;

(5)

fil-punt 1 tal-Anness C4, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”;

(6)

fir-ringiela 7 tal-Anness C5, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “il-Maċedonja ta’ Fuq”;

(7)

fir-ringiela 6 tal-Anness C6, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “il-Maċedonja ta’ Fuq”.


ANNESS D

Fit-Titolu IV tal-Anness A1a tal-Appendiċi IIIa tal-Konvenzjoni, il-kodiċi “MK(1)” huwa sostitwit bil-kodiċi “MK”.


Rettifika

3.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/53


Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/362 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw b’rabta mal-eżenzjoni għall-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju fi friġġijiet tal-assorbiment f’karavans motorizzati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 67 tal-5 ta’ Marzu 2020 )

Fil-paġna 118, l-Anness jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

Fl-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE, l-entrata bin-numru 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

‘14. Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:

 

X’

(i)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ inqas minn 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

(ii)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ 75 W jew iktar f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;

Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi

 

(iii)

maħsubin biex jaħdmu għalkollox b’ħiter li mhux tal-elettriku.