ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
26 ta' Marzu 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/442 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jikkoreġi r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/443 tal-25 ta’ Marzu 2020 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestivum) skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/444 tal-25 ta’ Marzu 2020 li jinvalida fatturi maħruġin minn Wuxi Suntech Power Co. Ltd bi ksur tal-impenn imħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570

10

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/442

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jikkoreġi r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 111(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-emendi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/981 (2) għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (3) estendew it-trasparenza fl-approċċ għall-impriżi relatati ma’ impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Referenza żbaljata għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 84 ta’ dak ir-Regolament fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu teżenta ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv jew investimenti aggregati bħala fondi li huma wkoll impriżi relatati ma’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mill-approċċ taċ-ċar kristall. Madankollu, l-impriżi ta’ investiment kollettiv jew l-investimenti aggregati bħala fondi għandhom b’mod awtomatiku jkunu soġġetti għal approċċ ta’ trasparenza.

(2)

Fl-Anness X tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, it-taqsima “Piżijiet tar-riskju għal riskju ta’ għargħar” tistabbilixxi l-parametri standard għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bażiku għar-riskju ta’ għargħar. Sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għar-riskju ta’ għargħar għar-reġjun tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, it-tabella għandu jkollha ringiela waħda għal kull żona ta’ riskju 124 ta’ dak ir-reġjun.

(3)

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom f’kull ħin ikunu kapaċi jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom għar-riskju ta’ għargħar. Għal dak il-għan u sabiex jiġi evitat li r-rekwiżiti kapitali fir-rigward tal-investimenti f’impriżi ta’ investiment kollettiv ma jissottovalutawx ir-riskju reali li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu esposti għalihom, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2019/981.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 jiġi rettifikat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 84(4), il-formulazzjoni tal-bidu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għal investimenti f'impriżi relatati, minbarra investimenti li fir-rigward tagħahom il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(2)

Fl-Anness X, it-tabella fit-taqsima “Piżijiet tar-riskju għal riskju ta’ għargħar” tiġi sostitwita bit-tabella fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ Lulju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/981 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 161, 18.6.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness X, it-Taqsima “Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta’ għargħar” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ponderazzjonijiet tar-riskju ta’ għargħar

Żona/Reġjun

AT

BE

BG

CH

CZ

DE

FR

IT

HU

PL

RO

SI

SK

UK

1

0,1

0,3

1,3

2,0

0,6

1,5

1,9

8,0

0,6

0,4

1,3

1,3

1,5

1,3

2

0,1

1,0

2,8

1,8

1,6

0,8

1,1

2,4

4,2

0,1

2,0

1,2

1,0

0,5

3

0,5

0,5

0,0

1,8

0,5

0,5

1,1

1,2

4,9

0,1

1,3

0,8

0,8

1,5

4

0,0

3,5

2,6

1,8

0,4

1,5

0,5

0,8

0,5

1,7

2,6

2,7

3,8

7,8

5

0,9

3,8

0,2

1,8

0,9

2,5

0,3

1,6

0,3

0,8

2,0

0,6

0,2

10,5

6

4,0

0,5

0,1

3,3

1,5

1,3

0,2

2,0

0,1

0,7

0,7

1,1

0,3

5,8

7

0,4

0,5

0,1

1,3

1,4

0,5

0,7

4,8

0,3

2,4

0,7

1,8

1,5

1,3

8

0,2

1,0

0,5

1,3

1,6

0,3

1,3

0,0

1,0

1,0

11,9

1,5

1,5

3,3

9

0,5

2,8

0,3

4,2

1,7

1,0

0,6

0,0

1,2

0,8

0,7

0,9

1,5

1,3

10

1,0

 

0,8

3,0

0,5

1,3

1,3

0,0

3,4

2,5

0,7

0,1

0,0

2,3

11

0,2

 

0,1

3,0

1,1

1,8

1,4

4,8

0,8

1,0

2,0

1,7

0,0

6,0

12

0,3

 

0,7

3,0

1,6

2,0

0,4

0,0

0,1

2,0

3,3

 

0,0

0,0

13

0,3

 

0,4

1,5

1,6

0,8

6,1

2,4

0,2

2,6

2,0

 

0,5

4,3

14

0,5

 

0,2

3,8

1,5

0,8

1,1

0,4

1,4

2,2

2,0

 

0,0

2,8

15

0,9

 

0,2

4,5

2,7

0,3

0,3

2,0

3,2

1,2

1,3

 

0,2

7,0

16

0,4

 

0,0

1,3

2,5

0,3

1,1

2,4

2,3

0,0

2,0

 

2,1

2,0

17

1,4

 

0,1

2,8

4,5

1,3

2,2

0,0

0,4

1,8

3,3

 

1,1

1,5

18

2,6

 

2,5

1,8

1,1

2,3

1,3

0,8

0,6

1,3

4,0

 

1,3

1,5

19

3,6

 

0,8

2,5

1,8

4,5

0,4

0,8

4,9

1,4

3,3

 

0,9

2,0

20

2,2

 

0,9

2,0

2,3

2,0

0,0

0,0

4,8

1,8

0,7

 

0,3

2,8

21

0,5

 

7,5

2,0

1,7

0,8

1,6

3,2

3,1

0,0

0,7

 

2,8

3,0

22

1,6

 

4,2

5,0

1,5

0,3

0,3

0,0

2,8

1,3

3,3

 

2,7

2,5

23

1,0

 

0,8

1,5

1,6

0,5

0,3

1,6

0,3

0,7

4,6

 

0,1

3,3

24

3,6

 

0,8

3,3

2,1

2,0

1,0

1,6

4,0

1,4

2,0

 

0,0

1,3

25

1,8

 

7,5

1,5

2,0

2,3

0,7

3,2

 

3,1

3,3

 

 

4,0

26

0,8

 

5,8

1,8

2,2

2,5

1,1

1,6

 

0,2

2,0

 

 

5,5

27

2,0

 

3,3

 

3,1

4,3

1,2

3,2

 

0,8

1,3

 

 

8,5

28

2,4

 

2,5

 

1,1

2,8

0,5

3,2

 

3,6

2,0

 

 

3,0

29

0,7

 

3,3

 

2,9

2,3

0,3

0,0

 

5,9

4,0

 

 

1,3

30

4,4

 

 

 

1,7

0,8

3,0

0,8

 

0,8

0,7

 

 

1,3

31

2,0

 

 

 

1,3

0,3

1,6

4,8

 

0,6

3,3

 

 

2,0

32

3,3

 

 

 

1,1

1,8

1,3

4,8

 

0,1

2,6

 

 

2,5

33

0,9

 

 

 

2,0

1,0

2,8

1,6

 

5,9

1,3

 

 

0,3

34

4,6

 

 

 

2,2

0,3

1,7

2,4

 

9,8

1,3

 

 

3,5

35

1,5

 

 

 

1,4

3,0

0,7

0,0

 

7,3

4,6

 

 

3,0

36

0,3

 

 

 

1,8

2,3

0,7

2,4

 

0,5

2,0

 

 

2,8

37

0,4

 

 

 

2,6

2,5

2,0

1,2

 

2,2

7,9

 

 

2,8

38

4,4

 

 

 

2,6

3,3

1,4

6,4

 

7,3

2,0

 

 

3,3

39

1,2

 

 

 

0,8

1,0

1,7

2,4

 

10,6

1,3

 

 

3,5

40

0,4

 

 

 

1,0

0,8

1,7

1,2

 

5,4

2,6

 

 

1,8

41

0,2

 

 

 

3,9

0,3

1,4

6,4

 

0,0

1,3

 

 

2,5

42

0,3

 

 

 

4,2

0,3

0,7

1,2

 

0,7

 

 

 

0,0

43

0,1

 

 

 

1,2

2,0

0,4

0,8

 

1,7

 

 

 

3,0

44

0,2

 

 

 

1,5

3,8

1,9

0,8

 

3,1

 

 

 

7,5

45

0,6

 

 

 

0,8

3,5

1,7

1,6

 

0,3

 

 

 

2,8

46

0,1

 

 

 

1,1

2,0

0,8

4,8

 

2,8

 

 

 

1,0

47

0,1

 

 

 

0,7

4,5

2,3

3,2

 

1,1

 

 

 

19,5

48

1,5

 

 

 

3,6

2,5

0,2

0,4

 

5,6

 

 

 

0,5

49

0,1

 

 

 

2,1

0,3

2,5

1,6

 

2,2

 

 

 

3,0

50

2,4

 

 

 

1,9

3,3

0,9

3,6

 

3,0

 

 

 

5,8

51

2,8

 

 

 

1,0

2,0

1,1

0,8

 

1,1

 

 

 

3,3

52

0,4

 

 

 

2,2

4,3

0,6

3,2

 

2,1

 

 

 

0,0

53

0,3

 

 

 

1,2

6,0

0,4

0,4

 

0,3

 

 

 

2,0

54

0,0

 

 

 

2,8

0,3

1,0

0,0

 

0,1

 

 

 

2,5

55

0,1

 

 

 

3,5

1,0

1,2

0,8

 

0,2

 

 

 

0,0

56

0,1

 

 

 

1,9

0,8

0,7

4,8

 

4,9

 

 

 

4,0

57

0,1

 

 

 

4,8

1,5

1,0

0,0

 

4,9

 

 

 

3,8

58

0,3

 

 

 

3,3

0,3

1,3

0,0

 

2,3

 

 

 

1,0

59

0,9

 

 

 

2,4

3,8

0,9

0,8

 

4,6

 

 

 

1,8

60

0,1

 

 

 

 

1,3

1,0

0,0

 

7,0

 

 

 

2,0

61

0,1

 

 

 

 

3,3

0,5

0,4

 

0,1

 

 

 

10,0

62

0,1

 

 

 

 

2,3

0,8

0,8

 

0,9

 

 

 

13,3

63

0,1

 

 

 

 

4,0

0,7

0,0

 

0,9

 

 

 

2,8

64

0,4

 

 

 

 

3,0

0,9

0,8

 

1,7

 

 

 

2,8

65

1,1

 

 

 

 

1,5

1,2

4,0

 

3,0

 

 

 

0,8

66

0,5

 

 

 

 

0,5

0,8

1,6

 

0,1

 

 

 

8,5

67

0,9

 

 

 

 

0,3

4,3

2,4

 

2,9

 

 

 

1,0

68

0,0

 

 

 

 

1,5

2,9

3,2

 

4,6

 

 

 

6,0

69

0,0

 

 

 

 

0,5

1,6

1,2

 

4,6

 

 

 

4,3

70

0,0

 

 

 

 

1,3

1,5

0,8

 

8,8

 

 

 

3,3

71

0,0

 

 

 

 

0,8

1,9

0,0

 

1,9

 

 

 

2,0

72

0,0

 

 

 

 

3,5

1,4

1,6

 

1,2

 

 

 

2,0

73

0,0

 

 

 

 

1,0

0,9

1,2

 

2,2

 

 

 

2,0

74

0,0

 

 

 

 

0,5

0,5

3,2

 

1,6

 

 

 

6,8

75

0,0

 

 

 

 

1,0

6,2

6,4

 

8,8

 

 

 

1,5

76

0,0

 

 

 

 

0,8

1,1

1,2

 

0,1

 

 

 

4,5

77

0,1

 

 

 

 

0,5

1,3

2,4

 

0,3

 

 

 

1,3

78

 

 

 

 

 

1,0

1,2

1,6

 

0,6

 

 

 

2,0

79

 

 

 

 

 

3,0

0,7

1,6

 

1,6

 

 

 

3,8

80

 

 

 

 

 

2,3

0,8

0,8

 

1,5

 

 

 

2,5

81

 

 

 

 

 

2,3

0,5

1,2

 

0,1

 

 

 

2,8

82

 

 

 

 

 

3,0

2,5

0,0

 

12,6

 

 

 

2,0

83

 

 

 

 

 

1,3

0,7

0,0

 

3,9

 

 

 

5,5

84

 

 

 

 

 

0,5

2,7

3,2

 

0,1

 

 

 

0,8

85

 

 

 

 

 

1,3

2,0

0,0

 

0,8

 

 

 

1,3

86

 

 

 

 

 

0,3

0,8

0,8

 

2,1

 

 

 

2,5

87

 

 

 

 

 

1,0

0,3

1,2

 

0,9

 

 

 

2,0

88

 

 

 

 

 

0,8

0,6

0,8

 

2,4

 

 

 

2,8

89

 

 

 

 

 

1,5

0,9

1,6

 

1,9

 

 

 

1,5

90

 

 

 

 

 

2,3

0,8

0,0

 

0,1

 

 

 

4,5

91

 

 

 

 

 

0,5

1,0

0,0

 

0,2

 

 

 

6,5

92

 

 

 

 

 

2,5

6,1

1,2

 

0,1

 

 

 

1,5

93

 

 

 

 

 

5,0

1,4

 

 

0,2

 

 

 

1,5

94

 

 

 

 

 

0,8

5,0

 

 

0,1

 

 

 

3,5

95

 

 

 

 

 

2,0

1,1

 

 

1,2

 

 

 

2,8

96

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

 

 

 

1,0

97

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

 

 

 

2,5

98

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,3

 

 

 

1,8

99

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2,1

 

 

 

2,0

100

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,0

101

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,5

102

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,0

103

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,5

104

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,5

105

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,0

106

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13,3

107

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,0

108

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,0

109

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,8

110

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

111

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,8

112

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2,8

113

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,5

114

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,3

115

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6,8

116

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,3

117

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,3

118

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5,0

119

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,8

120

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3,5

121

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2,0

122

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2,3

123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2,3

124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,5”


26.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/443

tal-25 ta’ Marzu 2020

li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “Estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestivum)” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Fis-6 ta’ Diċembru 2017, il-kumpanija TLL The Longevità Labs GmbH (“l-applikant”), għarrfet lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), dwar l-intenzjoni tagħha li tqiegħed l-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestivum) fis-suq bħala ingredjent ta’ ikel ġdid. Għaldaqstant, l-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina kien inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(5)

Fis-6 ta’ Awwissu 2019, l-applikant għamel talba lill-Kummissjoni biex tibdel l-ispeċifikazzjonijiet tal-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab biex il-livell ta’ kadaverina jiżdied minn dak kurrenti ta’ < 0,1 μg/g għal ≤ 16,0 μg/g.

(6)

L-applikant iġġustifika t-talba billi indika li l-bidla hi meħtieġa biex tirrifletti l-livelli naturali ta’ kadaverina, sa ≤ 16,0 μg/g, li tista’ ssir detezzjoni analitika tagħhom, fis-sufara tal-qamħ tal-pjanta Triticum aestivum. Il-livell attwalment awtorizzat ta’ < 0,1 μg/g ta’ kadaverina fl-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina, jirrappreżenta l-limitu ta’ detezzjoni bil-metodu analitiku li l-applikant kien niżżel bi żball fin-notifika inizjali bħala l-limitu ta’ speċifikazzjoni tal-kadaverina, u li tniżżel sussegwentement fl-ispeċifikazzjonijiet tal-lista tal-Unjoni ta’ dan l-ikel ġdid.

(7)

Il-kadaverina hija diammina li flimkien mal-istamina, mat-tirammina u mal-putrexxina jagħmlu parti mill-klassi tal-ammini bijoġeniċi li jifformaw b’mod naturali b’riżultat tal-metaboliżmu batteriku tal-proteini.

(8)

Ir-riskji għas-saħħa tal-ammini bijoġeniċi ġew evalwati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-2011 (4). Fl-opinjoni xjentifika, l-Awtorità osservat li t-tagħrif analitiku u d-data dwar il-konsum tal-ikel mill-Istati Membri wrew li l-kadaverina tinstab f’ikel differenti (xorb alkoħoliku, kondimenti, ħut u prodotti tal-ħut, laħam, prodotti tal-ħalib, ħxejjex u prodotti tal-ħxejjex) f’livelli medji li jistgħu jilħqu l-184 mg/kg ta’ ikel b’konsegwenza li d-doża tista’ tilħaq il-116,1 mg kadaverina kuljum.

(9)

Meta jitqies li l-livelli massimi proposti tal-kadaverina fl-ikel ġdid u d-doża li tirriżulta minnu abbażi tal-kundizzjonijiet awtorizzati tal-użu tal-ikel ġdid se jkunu mill-inqas tliet ordnijiet ta’ kobor inqas mil-livelli ta’ kadaverina li jiġu kkunsmati f’dieta normali, il-Kummissjoni tqis li l-bidliet proposti fil-livelli tal-kadaverina fl-ispeċifikazzjonijiet tal-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tas-sikurezza li appoġġaw l-awtorizzazzjoni ta’ dan l-ikel ġdid, u li evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjoni attwali mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283 mhix meħtieġa. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tal-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina bħala ikel ġdid, bil-livell ta’ kadaverina kif mitlub mill-applikant.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrata fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283, u inkluża fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestivum) bħala ikel ġdid, hija emendata kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)   EFSA Journal 2011;9(10):2393


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “Estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestevium )” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

Estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina (Triticum aestivum)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-estratt tas-sufara tal-qamħ li fih ħafna spermidina jinkiseb mis-sufara tal-qamħ li mhux iffermentata u li ma tkunx qed tinbet (Triticum aestivum) permezz tal-proċess ta’ estrazzjoni solidu-likwidu li jimmira speċifikament, iżda mhux esklużivament, il-poliammini.

Spermidina:(N- (3-amminopropil)butan-1,4-diammina): 0,8–2,4 mg/g

Spermina: 0,4-1,2 mg/g

Triklorur tal-ispermidina < 0,1 μg/g

Putrexxina: < 0,3 mg/g

Kadaverina: ≤ 16,0 μg/kg

Mikotossini:

Aflatossini (total): < 0,4 μg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Batterji aerobiċi totali: < 10 000 CFU/g

Ħmira u moffa: < 100 CFU/g

Escherichia coli: < 10 CFU/g

Salmonella: Assenti f’25 g

Listeria monocytogenes: Assenti f’25 g”


26.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/444

tal-25 ta’ Marzu 2020

li jinvalida fatturi maħruġin minn Wuxi Suntech Power Co. Ltd bi ksur tal-impenn imħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 13 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 (3) li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (4) tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta’ Marzu 2017 (5) li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta’ Marzu 2017 (6) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta’ Settembru 2017 (7) li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli u ta’ ċelloli (“il-prodott ikkonċernat”) fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”). Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(2)

Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “is-CCCME”) ippreżentat, f’isem grupp ta’ produtturi esportaturi, inklużi l-partijiet relatati tagħhom, impenn fuq il-prezz lill-Kummissjoni. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (8), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju anti-dumping proviżorju. Wara n-notifika ta’ verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta’ produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat permezz tad-Deċiżjoni 2013/707/UE tal-4 ta’ Diċembru 2013 (9) li aċċettat l-impenn tal-prezz kif emendat għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji definittivi (“l-impenn”). L-impenn ġie aċċettat, fost l-oħrajn, għal Wuxi Suntech Power Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC B796 (“Wuxi Suntech”).

(3)

Il-Kummissjoni adottat ukoll Deċiżjoni li tiċċara l-implimentazzjoni tal-impenn (10) u 15-il regolament li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal diversi produtturi esportaturi u, fejn applikabbli, li tinvalida l-fatturi tal-impenn (11).

(4)

Bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (12) u (UE) 2016/184 (13), il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fir-RPĊ jew li huma kkunsinjati minnha għall-importazzjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) kkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan bl-eċċezzjoni ta’ numru ta’ produtturi ġenwini.

(5)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 (“ir-Regolament tal-anti-dumping tar-rieżami tal-iskadenza”), il-Kummissjoni estendiet id-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-RPĊ wara rieżami ta’ skadenza u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont, rispettivament, l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ir-”Regolament bażiku dwar l-anti-dumping”).

(6)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (“ir-Regolament tar-rieżami tal-iskadenza antisussidji”), il-Kummissjoni estendiet id-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-RPĊ wara rieżami ta’ skadenza u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont, rispettivament, l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ir-”Regolament bażiku dwar l-antisussidji”).

(7)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 (“ir-Regolament ta’ revoka”), il-Kummissjoni ħassret l-impenn.

(8)

Permezz tal-avviżi 2018/C 310/06 (14) u 2018/C 310/07 (15), il-Kummissjoni avżat li d-dazju anti-dumping u d-dazju antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-RPĊ skadew fit-3 ta’ Settembru 2018.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(9)

Skont it-termini tal-impenn, il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni taħt ċertu prezz minimu ta’ importazzjoni (“PMI”). Il-PMI kien suġġett għal mekkaniżmu ta’ aġġustament trimestrali b’referenza għall-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli inklużi l-prezzijiet Ċiniżi kif irrapportati mill-bażi ta’ data ta’ Bloomberg.

(10)

Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott ikkonċernat biss permezz ta’ bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett kien iddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta’ parti relatata fl-Unjoni elenkata fl-impenn.

(11)

It-termini ta’ impenn taw dettalji wkoll dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-esportatur lill-Kummissjoni u li n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi kkostitwixxa ksur tal-impenn.

(12)

L-obbligi ta’ rappurtar tal-impenn stipulaw li kull esportatur ippreżenta lill-Kummissjoni, fost l-oħrajn, rapporti trimestrali tal-bejgħ dirett tiegħu lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, tal-bejgħ tiegħu lil partijiet relatati, kif irreġistrat fl-impenn, fl-Unjoni u tal-bejgħ tal-partijiet relatati tiegħu, kif irreġistrat fl-impenn, lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni. Dan fisser li d-data ppreżentata f’dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati kienu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni kien obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat inbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta’ importatur relatat, kif irreġistrat fl-impenn. Huma biss dawn ir-rapporti li ppermettew lill-Kummissjoni tissorvelja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti kienx skont il-PMI.

(13)

Skont l-impenn, kull-produttur esportatur ikun responsabbli wkoll għall-ksur ta’ kwalunkwe parti relatata, kemm jekk kienet elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le.

(14)

B’mod simili, il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom ukoll li jikkonsultaw mal-Kummissjoni rigward kull diffikultà jew kwistjoni, teknika jew ta’ xort’oħra, li tista’ tinqala’ matul l-implimentazzjoni tal-impenn.

C.   REVOKA TAL-IMPENN

(15)

L-impenn kien inizjalment aċċettat minn aktar minn 120 kumpanija/grupp ta’ kumpaniji. Sadanittant, il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn għal 19-il kumpanija. Sbatax minnhom instabu li kisru l-impenn filwaqt li ż-żewġ kumpaniji l-oħra kellhom mudelli ta’ negozju li għamluha imprattikabbli li tiġi ssorveljata l-konformità tagħhom mal-impenn. Barra minn hekk, 16-il kumpanija Ċiniża oħra rtiraw volontarjament mill-impenn.

(16)

B’riżultat tar-Regolament ta’ revoka, il-Kummissjoni ħassret l-impenn u introduċiet dazju varjabbli fil-forma ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (“il-PMI ta’ dazju varjabbli”). Il-PMI ta’ dazju varjabbli kellu l-effett li importazzjonijiet eliġibbli b’valur iddikjarat fil-livell tal-PMI, jew ogħla minnu, ma jkunux soġġetti għal dazji. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali jimponu d-dazji immedjatament jekk il-prodott jiġi importat bi prezz inqas mill-PMI bid-dazju varjabbli. Ir-Regolament ta’ abrogazzjoni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2017, u għalhekk huwa applikabbli ratione temporis biss għall-importazzjonijiet li jsiru f’dik id-data jew warajha.

(17)

Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ tħassir fl-1 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni kompliet twettaq investigazzjonijiet dwar il-konformità mal-impenn għal fatturi ta’ impenn maħruġa qabel dik id-data, u kkunsidrat xieraq li jinfetħu investigazzjonijiet ġodda għall-fatturi maħruġa waqt li l-impenn kien għadu fis-seħħ. Għal dawk l-investigazzjonijiet, dejn doganali jkun imġarrab hekk kif id-dikjarazzjoni tkun aċċettata għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: (a) kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet fatturati mill-kumpaniji soġġetti għall-impenn, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-impenn ma tkunx ġiet issodisfata; jew (b) meta l-Kummissjoni tikkonstata li l-impenn ikun inkiser f’regolament jew deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn. Bl-istess mod, fatturi maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2017 taħt ir-reġim il-qadim, li kienu invokati bħala fatturi kummerċjali għall-importazzjonijiet fl-1 ta’ Ottubru 2017 jew wara, jistgħu jiġu invalidati.

(18)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1551 (16) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1329 (17), il-Kummissjoni invalidat il-fatturi maħruġa minn tliet produtturi esportaturi bi ksur tal-impenn waqt li kien għadu fis-seħħ.

D.   MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI

(19)

Abbażi tal-Artikoli 8(7), 8(9) u 14(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikoli 13(7), 13(9) u 24(7) tar-Regolament antisussidji bażiku, il-Kummissjoni saret konxja tal-evidenza ppreżentata minn Wuxi Suntech quddiem l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi fir-rigward tal-konformità tagħha mal-impenn. Il-Kummissjoni analizzat ulterjorment l-informazzjoni sottomessa lilha minn Wuxi Suntech skont l-obbligi ta’ rappurtar tagħha.

(20)

Is-sejbiet elenkati fil-premessi (21) sa (23) hawn taħt jindirizzaw l-allegat ksur tal-impenn minn Wuxi Suntech waqt li dan kien għadu fis-seħħ.

E.   RAĠUNIJIET GĦALL-INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN

(21)

Filwaqt li l-impenn kien fis-seħħ Wuxi Suntech kellha tliet importaturi relatati fl-Unjoni, jiġifieri Suntech Power Deutschland GmbH (“Suntech Deutschland”) fil-Ġermanja, Suntech Power Italy Co, Srl (“Suntech Italy”) fl-Italja, u Suntech Europe France (“Suntech France”) fi Franza. Dawk il-kumpaniji huma rreġistrati fl-impenn bħala partijiet relatati għal Wuxi Suntech. Wuxi Suntech qatt ma talbet li l-impenn jiġi rtirat għal dawk il-partijiet relatati.

(22)

Fl-2018, fil-kuntest tal-kawża tal-qorti C-226/18 (18), sar magħruf lill-Kummissjoni li diversi fatturi minn Wuxi Suntech lil Suntech Deutschland datati mill-2014 kienu ġew ippreżentati għar-rilaxx mid-dwana fil-Ġermanja mingħajr qatt ma ġew irrappurtati lill-Kummissjoni bħala bejgħ mill-ġdid fil-qafas tal-impenn, u b’hekk ġew miksura d-dispożizzjonijiet tal-impenn kif deskritt fil-premessi (9) u (12) hawn fuq.

(23)

Wara analiżi dettaljata li twettqet fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-impenji tagħha, il-Kummissjoni identifikat 28 tranżazzjoni minn Wuxi Suntech għal Suntech Deutschland, żewġ tranżazzjonijiet minn Wuxi Suntech għal Suntech Italy, u tmien tranżazzjonijiet minn Wuxi Suntech għal Suntech France li ma kinux irrappurtati fil-livell ta’ bejgħ mill-ġdid (19) kif meħtieġ skont it-termini tal-impenn.

F.   FATTURI TA’ IMPENN RILEVANTI

(24)

It-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ li saru minn Wuxi Suntech bi ksur tal-impenn (premessi (21)-(23)) huma marbuta mal-fatturi tal-impenn li ġejjin:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

SFDE20140601~0640

30.6.2014

SFDE20140245~0284

30.6.2014

SFDE20140165~0204

30.6.2014

SFDE20140001~0002

13.6.2014

SFDE20140005~0044

30.6.2014

SFDE20140481~0520

30.6.2014

SFDE20140045~0084

30.6.2014

SFDE20140365~0404

30.6.2014

SFDE20140285~0324

30.6.2014

SFDE20140561~0600

30.6.2014

SFDE20140325~0364

30.6.2014

SFDE20140721~0760

30.6.2014

SFDE20140125~0164

30.6.2014

SFDE20140761~0800

30.6.2014

SFDE20140445~0480

30.6.2014

SFDE20140641~0680

30.6.2014

SFDE20140521~0560

30.6.2014

SFDE20140205~0244

30.6.2014

SFDE20140681~0720

30.6.2014

SFDE20140405~0444

30.6.2014

SFDE20140085~0124

30.6.2014

SFDE20140003~0004

11.7.2014

REF0001~0040

19.9.2014

REF_EXWX0023~0027

19.9.2014

REF_EXWX0001~0022

19.9.2014

0308001312-009

21.5.2014

0308001312-015

17.7.2014

Lavansol201400001

13.3.2014

G.   SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA’ SMIGĦ

(25)

Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-konstatazzjonijiet, b’mod partikolari dwar l-intenzjoni li l-fatturi ta’ impenn jiġu invalidati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(26)

Wuxi Suntech għamlet sottomissjonijiet bil-miktub fid-29 ta’ Lulju 2019, fl-4 ta’ Settembru 2019, fis-26 ta’ Settembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020 u fit-3 ta’ Marzu 2020.

(27)

Fit-28 ta’ Awwissu 2019 u fis-7 ta’ Frar 2020, saru seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni wara talba ta’ Wuxi Suntech.

(28)

Wuxi Suntech sostniet li s-sjieda tagħha nbidlet fil-11 ta’ Marzu 2014 meta, wara pjan ta’ ristrutturar approvat minn Qorti Intermedja tal-Poplu Ċiniż, Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co., Ltd, sussidjarja ta’ Shunfeng Photovoltaic International Limited (20), akkwistat l-ishma kollha ta’ Suntech.

(29)

Skont Wuxi Suntech, b’riżultat ta’ din ir-ristrutturazzjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja, Suntech Power Holdings Co., Ltd (“Suntech Holdings”) (21) ma baqgħtex il-kumpanija holding finali ta’ Wuxi Suntech. Peress li Suntech Holdings kienet ukoll il-proprjetarja finali ta’ Suntech France, Suntech Deutschland u Suntech Italy, Wuxi Suntech issostni li, mill-11 ta’ Marzu 2014, dawn il-kumpanniji Ewropej ma baqgħux relatati ma’ Wuxi Suntech. Konsegwentement, minn dak il-mument’ il quddiem, Wuxi Suntech ma kienet taħt l-ebda obbligu li tirrapporta t-tranżazzjonijiet inkwistjoni bħala bejgħ mill-ġdid fil-qafas tal-impenn. Wuxi Suntech issostni li ma kisritx l-obbligi ta’ rapportar tagħha skont l-impenn.

(30)

Wuxi Suntech sostniet ukoll li hija infurmat lill-Kummissjoni dwar din il-bidla fis-sjieda. Skont hi, Wuxi Suntech, diġà f’Diċembru 2013, permezz tal-avukat tagħha, infurmat lill-Kummissjoni dwar bidla imminenti fl-istruttura tal-kumpanija. Hija siltet dan il-fehim minn ittra elettronika tas-6 ta’ Jannar 2014, li semmiet komunikazzjoni ta’ Diċembru 2013 mingħajr ma pprovdiet aktar dettalji dwar dan il-punt. Wuxi Suntech kompliet li, fit-22 ta’ Mejju 2014, permezz ta’ tweġiba għal kwestjonarju dwar il-bidla fl-isem mibgħut lilha mill-Kummissjoni, Wuxi Suntech kienet infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx aktar relatata mat-tliet kumpaniji fl-Ewropa.

(31)

Barra minn hekk, skont Wuxi Suntech, l-obbligu ta’ notifika tagħha stabbilit fil-klawżola 5.16 tal-impenn tagħha fir-rigward tal-bidliet fl-istruttura korporattiva tagħha kien debitament osservat sa mhux iktar tard mid-divulgazzjoni tagħha tat-22 ta’ Mejju 2014.

(32)

Bħala argument alternattiv, Wuxi Suntech sostniet li l-Kummissjoni ma setgħetx tinvalida fatturi tal-impenn u tordna li jkun hemm allegat ġbir retroattiv ta’ dazji fuq importazzjonijiet preċedenti li diġà ġew irrilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera. Skont Wuxi Suntech, il-ġbir retroattiv ta’ dazji antidumping u kumpensatorji mingħajr ma jkun ġie rreġistrat u impost mill-ġdid dazju provviżorju fuq dawk l-importazzjonijiet minn qabel ikun bi ksur tal-Artikolu 8(1), (9) u (10) u l-Artikolu 10(5) tar-Regolament antidumping bażiku u tal-Artikolu 13(1), (9) u (10) u l-Artikolu 16(5) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(33)

Fl-aħħar nett, Wuxi Suntech sostniet li anki li kieku l-Kummissjoni setgħet timponi dazji b’mod retroattiv, id-dispożizzjonijiet abilitanti tal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366) skadew u ġew irrevokati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570, li jfisser li llum ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tippermetti li l-fatturi tal-impenn jiġu invalidati.

(34)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-produttur esportatur u indirizzathom hawn taħt.

(35)

Il-Kummissjoni l-ewwel indirizzat it-talba skont liema Suntech France, Suntech Deutschland u Suntech Italy ma kinux partijiet relatati ta’ Wuxi Suntech mill-11 ta’ Marzu 2014, u għalhekk il-kumpanija ma kienet taħt l-ebda obbligu li tirrapporta bejgħ mill-ġdid. Insostenn tat-talba tagħha, Wuxi Suntech hemżet ċirkolari tal-21 ta’ Marzu 2014 (22) li permezz tagħha Hong Kong Exchange and Clearing Limited u The Stock Exchange of Hong Kong Limited (“il-borża ta’ Hong Kong”) għarrfu lill-azzjonisti ta’ Shunfeng Photovoltaic International Limited bi proposta ta’ “akkwist ta’ interessi ta’ ekwità f’Wuxi Suntech” (“l-akkwist”).

(36)

Skont din iċ-ċirkulari, dan l-akkwist kien suġġett għal żewġ kundizzjonijiet: a) li jiġi approvat mill-qorti Ċiniża, li fil-fatt seħħ fil-15 ta’ Novembru 2013, u b) li jiġi approvat mill-azzjonisti f’laqgħa ġenerali li saret fis-7 ta’ April 2014. Kif deskritt fiċ-ċirkolari, l-akkwist isir effettiv biss wara li jivvutaw l-azzjonisti.

(37)

Iċ-ċirkulari tal-21 ta’ Marzu 2014 tressqet għall-ewwel darba lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Lulju 2019, bħala l-Anness 5 tas-sottomissjonijiet ta’ Wuxi Sunntech tal-istess data. Il-konferma li l-laqgħa ġenerali seħħet fis-7 ta’ April 2014 tressqet aktar tard għall-attenzjoni tal-Kummissjoni wara t-talba tal-Kummissjoni fis-seduta li saret fit-28 ta’ Awwissu 2019. Wuxi Suntech ressqet provi tad-data li fiha din il-laqgħa tal-azzjonisti seħħet biss fl-4 ta’ Settembru 2019, permezz tal-Anness 4 għall-ittra elettronika mibgħuta mill-avukat ta’ Wuxi Suntech tal-istess data.

(38)

Madankollu, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li timmonitorja fuq inizjattiva tagħha bidliet fl-istruttura korporattiva tal-kumpaniji li jkunu pprovdew impenn. Minflok, jirriżulta b’mod ċar mill-klawżoli 5.16 u 9.6 tal-impenn li huwa d-dmir tal-kumpanija rilevanti li tinforma lill-Kummissjoni b’tali bidliet u li tikkonforma mal-impenn sakemm l-impenn attwali jkun ġie mmodifikat sabiex jinkorpora l-bidla, jiġifieri sakemm l-ismijiet tal-kumpaniji li qabel kienu relatati jkunu tneħħew mill-impenn.

(39)

Għalhekk, irrispettivament mid-data attwali li fiha seħħ l-akkwist, jibqa’ essenzjali li jiġi vvalutat jekk Wuxi Suntech ssodisfatx l-obbligi li impenjat ruħha dwarhom skont il-klawżoli 5.16 u 9.6 tal-impenn.

(40)

Il-Kummissjoni l-ewwel osservat li hija ġiet informata biss bil-fatt li Wuxi Suntech ma kinitx iktar relatata ma’ Suntech France, Suntech Deutschland u Suntech Italy fit-22 ta’ Mejju 2014. Għalhekk, għall-inqas għall-fatturi tat-13 ta’ Marzu 2014 u tal-21 ta’ Mejju 2014, ma hemm l-ebda dubju li kien hemm ksur tal-obbligi ta’ rappurtar.

(41)

Il-Kummissjoni tqis li Wuxi Suntech baqgħet ukoll marbuta bl-obbligi ta’ rappurtar tagħha għaż-żmien wara t-22 ta’ Mejju 2014. Fil-fatt, it-tliet kumpaniji relatati qatt ma tneħħew formalment mill-impenn. Għalhekk, Wuxi Suntech baqgħet marbuta li tirrapporta dwarhom sal-1 ta’ Ottubru 2017.

(42)

Il-klawżola 5.16 tal-impenn tistabbilixxi li s-CCCME u l-kumpanija jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-istruttura korporattiva tagħha, li sseħħ matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-impenn. Tiddikjara wkoll li l-kumpanija tifhem li tali bidliet jistgħu jagħtu lok għall-bżonn li jiġu modifikati ċerti aspetti tal-impenn.

(43)

Skont il-klawżola 9.6 tal-impenn, l-annessi huma parti integrali mill-impenn. L-Anness IX tal-impenn, b’mod partikolari, elenka b’mod eżawrjenti l-partijiet kollha relatati tal-esportaturi fl-Unjoni.

(44)

Qari kkombinat ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet iwassal għall-konklużjoni li l-obbligi legali ta’ Wuxi Suntech fir-rigward tal-impenn baqgħu fis-seħħ sakemm il-kumpaniji preċedentement relatati tagħha fl-Unjoni tneħħew minnju, u Anness IX ġdid u aġġornat, daħal fis-seħħ. Ikun biss f’dak il-punt li s-sitwazzjoni legali tinbidel f’termini li tippermetti lil Wuxi Suntech twaqqaf ir-rapportar tal-bejgħ mill-ġdid. Din il-bidla qatt ma seħħet.

(45)

Skont id-dokumenti ppreżentati minn Wuxi Suntech, it-tħejjijiet għall-akkwist bdew f’Ottubru 2013 qabel ma l-Kummissjoni aċċettat l-offerta ta’ impenn fi stadju definittiv f’Diċembru 2013. Preċedentement, f’Lulju 2013, Wuxi Suntech - permezz tas-CCCME - kienet diġà ppreżentat l-offerta ta’ impenn iffirmata tagħha. Hija ma biddlitx dik l-offerta ta’ impenn qabel ma l-Kummissjoni aċċettat l-offerta fi stadju definittiv. It-tliet kumpaniji ġew elenkati hemmhekk bħala kumpaniji relatati u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ bidla possibbli imminenti fl-istruttura tal-kumpanija.

(46)

L-aċċettazzjoni tal-impenn ħolqot kanal ta’ komunikazzjoni dirett, ċar u dedikat bejn l-esportaturi u s-servizzi tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-obbligi speċifiċi li jirriżultaw mill-impenn. Dan il-mezz ta’ komunikazzjoni kien kaxxa postali funzjonali inkluża fit-test tal-impenn (23) għalkemm ġie stabbilit ukoll kuntatt dirett mal-uffiċjal inkarigat mill-impenn bħala alternattiva fit-test tal-impenn. Wuxi Suntech kienet, konsegwentement, konxja li l-komunikazzjoni tagħha fir-rigward tal-impenn kellha ssir permezz tal-kaxxa postali funzjonali jew permezz ta’ kuntatt dirett tal-uffiċjal inkarigat mill-impenn. Madankollu, Wuxi Suntech qatt ma użat dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni biex issemmi, jew tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-istruttura tal-kumpanija tagħha.

(47)

Minflok, Wuxi Suntech fetħet mezz ġdid ta’ komunikazzjoni: hija argumentat li, diġà f’Diċembru 2013, hija kkuntattjat lit-tim tal-Kummissjoni inkarigat mill-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji oriġinali sabiex tindika b’mod preliminari l-bidliet imminenti fl-istruttura ta’ Wuxi Suntech. Wuxi Suntech ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa din il-komunikazzjoni jew li tagħti evidenza ta’ liema informazzjoni ġiet skambjata iżda bbażat biss fuq ittra elettronika tas-6 ta’ Jannar 2014, li għamlet referenza għal dik il-komunikazzjoni ta’ Diċembru 2013.

(48)

Fis-6 ta’ Jannar 2014, Wuxi Suntech bagħtet ittra elettronika lill-kaxxa postali funzjonali ddedikata għall-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji oriġinali (24) biex titlob “kwestjonarju partikolari/kwestjonarju dwar bdil tal-isem”. Is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu billi bagħtu kwestjonarju “bdil tal-isem” adattat lil Wuxi Suntech, kif normalment isir meta jintalab bdil fl-isem. Fl-14 ta’ Jannar 2014, permezz ta’ ittra elettronika, Wuxi Suntech imbagħad ipprovdiet aktar spjegazzjoni dwar il-bidla fl-istruttura tal-kumpanija tagħha. Din l-ittra elettronika ġiet sussegwentement segwita, fit-22 ta’ Mejju 2014, minn risposta li kienet tinkludi l-kwestjonarju “bdil tal-isem” mimli. Dak il-kwestjonarju għall-ewwel darba semma l-istruttura korporattiva ġdida sħiħa u kkjarifika li t-tliet kumpaniji preċedentement relatati ta’ Wuxi Sunntech fl-Unjoni ma kinux għadhom relatati magħha.

(49)

F’Marzu 2014, Wuxi Suntech iddeċidiet li tieqaf tirrapporta l-bejgħ mill-ġdid ta’ Suntech France, Suntech Deutschland u Suntech Italy lill-Kummissjoni. Madankollu, Wuxi Suntech qatt ma talbet biex il-kumpaniji fl-Ewropa jitneħħew mit-test tal-impenn, permezz tal-ebda wieħed miż-żewġ kanali ta’ komunikazzjoni.

(50)

Dik id-deċiżjoni unilaterali mingħajr ma t-tliet kumpaniji Ewropej qatt tneħħew mill-impenn kienet tmur kontra t-termini miftiehma tal-impenn. L-obbligu legali stabbilit fil-klawżola 5.16 tal-impenn kien osservat biss meta l-kumpaniji preċedentement relatati fl-Unjoni Ewropea tneħħew mit-test tal-impenn. Sa dak iż-żmien, l-obbligi ta’ rappurtar ta’ Wuxi Suntech kienu għadhom fis-seħħ. Kien għal kumpaniji li jkunu qed isirulhom bidliet fl-istruttura korporattiva biex jittrattaw ir-riskji kuntrattwali u l-konsegwenzi ta’ dawk il-bidliet. Il-piż tal-ġestjoni ta’ dawn ma kienx fuq in-naħa tal-Kummissjoni.

(51)

It-tlestija tal-akkwist, id-data li fiha allegatament seħħ u l-konsegwenzi għall-funzjonament tal-impenn kienu kwistjonijiet li kellhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni sabiex tkun iġġustifikata din il-bidla fl-impenn. Sakemm il-Kummissjoni kienet ħadet deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni ta’ bidla fit-termini tal-impenn, Wuxi Suntech kienet meħtieġa tosserva t-termini tiegħu, inkluż ir-rapportar għal kumpaniji rreġistrati bħala relatati fl-impenn. Barra minn hekk, sa fejn l-akkwist ta lok għall-ħtieġa li jiġi modifikat l-impenn, kien għal Wuxi Suntech li tagħti bidu għal tali bidla.

(52)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tranżazzjonijiet mingħand Wuxi Suntech għal Suntech Deutschland, Suntech Italy, u Suntech France imsemmija fil-premessa (23) kellhom jiġu rrapportati fil-livell tal-bejgħ mill-ġdid. Dan in-nuqqas ta’ rapportar ikkostitwixxa ksur tal-impenn.

(53)

Fi kwalunkwe każ, u biss għall-argument, irrispettivament mid-data eżatta li fiha seħħ l-akkwist, tal-inqas il-bejgħ mill-ġdid fir-rigward tal-fatturi maħruġa qabel it-22 ta’ Mejju 2014 kellu jiġi rrappurtat. Dan għaliex huwa jippreċedi d-data li fiha l-kumpanija infurmat lit-tim inkarigat mill-investigazzjoni oriġinali li ma kinitx għadha relatata mat-tliet kumpaniji fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-ewwel affermazzjoni ġiet miċħuda.

(54)

Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-allegata retroattività tal-impożizzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni nnutat li, skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(10) tar-Regolament antisussidji bażiku, dazju provviżorju jista’ jiġi impost biss meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għall-impenn ma tkunx tlestiet. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx f’xenarju bħal dak preżenti.

(55)

Il-każ preżenti jikkonċerna t-tneħħija tan-nuqqas temporanju ta’ ħlas ta’ dazji antidumping u dawk kompensatorji, minħabba li l-kundizzjonijiet għat-tkomplija ta’ dak in-nuqqas ta’ ħlas ma baqgħux jinstabu li huma veri.

(56)

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont id-Deċiżjoni 2013/423/UE tagħha, il-ksur tal-impenn jista’ jirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari (25). Dawk it-tranżazzjonijiet bi ksur tal-impenn immaterjalizzaw ruħhom f’fatturi li jridu jiġu invalidati mill-Kummissjoni. Dan jippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiġbru d-dejn doganali kollu. dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jiġbru dawk id-dazji indipendentement minn sejba formali ta’ ksur tal-impenn mill-Kummissjoni, abbażi tar-regoli ġenerali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u (UE) Nru 1239/2013.

(57)

Permezz tal-invalidazzjoni, il-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li n-nuqqas temporanju ta’ ġbir tad-dazji antidumping u kompensatorji applikabbli jitneħħa u li d-dazji individwali għandhom jinġabru għall-importazzjonijiet ikkonċernati. F’dawk iċ-ċirkostanzi, jidħlu fis-seħħ u japplikaw id-dazji definittivi stabbiliti mill-Artikolu 9(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 14(4) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(58)

Il-ġbir ta’ dazji li kellhom ikunu dovuti minn dak iż-żmien ma jikkostitwixxix ksur tal-prinċipju tan-non-retroattività, jew, għal dik il-kwistjoni, ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi: Wuxi Suntech kienet soġġetta għas-sitwazzjoni li ma tiksirx il-kundizzjonijiet meħuda, u, min-naħa tagħha, tibbenefika minn nuqqas temporanju ta’ ġbir tad-dazji antidumping u kumpensatorji. Billi ma rrispettatx dawk il-kundizzjonijiet, ma tistax tiddikjara li kisbet aspettattivi leġittimi minn sitwazzjoni li kienet kapaċi tinbidel f’ċerti ċirkostanzi. L-allegazzjoni ta’ retroattività ġiet miċħuda.

(59)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indirizzat l-affermazzjoni li l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366) skadew u ġew revokati permezz tar-Regolament (UE) 2017/1570. Konsegwentement, Wuxi Suntech sostniet li ma kien hemm ebda bażi legali li setgħet tippermetti l-annullament ta’ fatturi ta’ impenn.

(60)

Il-Kummissjoni spjegat li l-ksur tal-impenn seħħ matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-impenn.

(61)

Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, il-premessa (54) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 tgħid: “Il-Kummissjoni qiegħda tkompli twettaq investigazzjonijiet dwar il-konformità mal-impenn tal-prezz u tista’ tiftaħ investigazzjonijiet ġodda għal oġġetti li ġew rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa filwaqt li l-impenn fuq il-prezz kien għadu fis-seħħ. Għal dawn l-investigazzjonijiet, l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u (UE) 2017/367 jibqgħu l-liġi applikabbli. B’mod partikolari, dejn doganali jinħoloq hekk kif id-dikjarazzjoni tkun aċċettata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: (a) kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet fatturati mill-kumpaniji soġġetti għall-impenn, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-impenn ma tkunx ġiet issodisfata; jew (b) meta l-Kummissjoni tikkonstata li l-impenn ikun inkiser f’regolament jew deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn. Il-Kummissjoni qieset ukoll li produttur esportatur li jkun instab li kiser l-impenn jenħtieġ li ma jibbenefikax mill-PMI tad-dazju varjabbli, ukoll jekk dawn il-konstatazzjonijiet ikunu saru wara t-tmiem tal-impenn tal-prezz. F’dawk it-tipi ta’ każijiet, il-PMI tad-dazju varjabbli jenħtieġ li ma jibqax aktar applikabbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li mbagħad tneħħi l-ismijiet tal-kumpanija (i) rispettiva/i mill-Anness VI l-ġdid u l-Anness 5 il-ġdid bl-istess att legali li fih huwa stabbilit in-nuqqas ta’ konformità.”

(62)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li hija tikseb is-setgħa li tinvalida fatturi ta’ impenn mill-Artikolu 14 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 24 tar-Regolament antisussidji bażiku. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jinvalida l-fatturi jiddikjara biss il-konsegwenza legali tal-ksur tal-impenn, li jirriżulta direttament mill-Artikolu 8 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13 tar-Regolament antisussidji bażiku. Dawk is-setgħat huma rreġistrati għal darba oħra fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, kif ukoll fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.

(63)

Minħabba li l-ksur inkwistjoni deher ċar f’mument qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ tħassir, il-Kummissjoni tinsab f’pożizzjoni li tinvalida l-fatturi tal-impenn bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 14 tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikoli 13 u 24 tar-Regolament antisussidji bażiku, l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366. Il-fatt li l-Kummissjoni saret taf b’dak il-ksur biss wara t-tħassir ta’ dawk id-dispożizzjonijiet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 ma jnaqqasx il-ħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dawk ir-regoli u r-rekwiżit li l-fatturi jiġu invalidati mill-punt fiż-żmien meta seħħ il-ksur. Dan l-argument ġie għalhekk miċħud.

H.   KSUR TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONI TA’ DAZJI DEFINITTIVI

(64)

Skont l-Artikolu 8(7) u 8(9) tar-Regolament anti-dumping bażiku, l-Artikolu 13(7) u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, u skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li Wuxi Suntech kisret l-impenn waqt li kien għadu fis-seħħ.

(65)

Għalhekk, skont l-Artikoli 8(7), 8(9) u 14 tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikoli 13(7), 13(9) u 24 tar-Regolament antisussidji bażiku, l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-fatturi ta’ Wuxi Suntech elenkati fil-premessa (24) huma ddikjarati invalidi.

(66)

Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali nazzjonali li jivvalutaw jekk il-perjodi ta’ limitazzjoni applikabbli jkunux skadew f’konformità mar-regoli li jinsabu fl-Artikoli 221 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (26) u 103 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (27). Peress li dawn ir-regoli huma regoli sostantivi, l-applikazzjoni tagħhom ratione temporis tiddependi mid-data tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija (28).

(67)

Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jenħtieġ li jiġi rkuprat u mdaħħal fil-kontijiet mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikoli 218 et seq tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(68)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f’fattura tal-impenn ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fil-fatturi tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (PMI) ma jkunx ġie rispettat.

(69)

Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew li l-PMI ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta’ dan.

(70)

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li f’sitwazzjonijiet bħal dawn tikkondividi t-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra tal-impenn għall-iskop uniku ta’ proċedimenti nazzjonali abbażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma ddikjarati invalidi.

2.   Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 għandhom jinġabru, għajr meta jkunu skadew il-perjodi ta’ limitazzjoni applikabbli skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikoli 221 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (29) u 103 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (30).

Artikolu 2

1.   Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, maħruġa minn Wuxi Suntech Power Co. Ltd qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpanija setgħet marret kontra l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta’ proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz minimu ta’ importazzjoni applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

2.   Meta l-verifika msemmija fil-paragrafu 1 tiżvela li skontijiet u tnaqqis ma jkunux ġew inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 għandhom jinġabru.

3.   L-informazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ tintuża biss għall-iskop tal-infurzar tad-dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta’ dawn id-dazji b’din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Din l-informazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi żvelata lil partijiet terzi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(4)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(5)   ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

(6)   ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.

(7)   ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22.

(8)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(9)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(10)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(11)  Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/866 (ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30), (UE) 2015/1403 (ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1), (UE) 2015/2018 (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23), (UE) 2016/115 (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47), (UE) 2016/1045 (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5), (UE) 2016/1382 (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10), (UE) 2016/1402 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16), (UE) 2016/1998 (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8), (UE) 2016/2146 (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4), (UE) 2017/454 (ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5), (UE) 2017/941 (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 43), (UE) 2017/1408 (ĠU L 201, 2.8.2017, p. 3), (UE) 2017/1497 (ĠU L 218, 24.8.2017, p. 10), (UE) 2017/1524 (ĠU L 230, 6.9.2017, p. 11), (UE) 2017/1589 (ĠU L 241, 20.9.2017, p. 21) li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal bosta produtturi esportaturi.

(12)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(13)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(14)   ĠU C 310, 3.9.2018, p. 4.

(15)   ĠU C 310, 3.9.2018, p. 5.

(16)   ĠU L 260, 17.10.2018, p. 8.

(17)   ĠU L 207, 7.8.2019, p. 12.

(18)  EU:C:2019:440.

(19)  L-impenn jiddefinixxi “fattura ta’ bejgħ mill-ġdid” bħala fattura ta’ bejgħ maħruġa lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni minn parti relatata fl-Unjoni għall-prodott kopert jew il-prodott ikkonċernat (parti 1, Definizzjonijiet).

(20)  Li bħalissa qed issir referenza għaliha bħala Shunfeng International Clean Energy Limited (“SFCE”).

(21)  Flimkien mas-sussidjarja b’sjieda ta’ 100 % tagħha Power Solar System Co. Ltd.

(22)  Dokument anness bħala Anness 5 tas-sottomissjonijiet ta’ Wuxi Suntech tad-29 ta’ Lulju 2019.

(23)  Din il-kaxxa postali hija “TRADE-UT-HELPDESK@ec.europa.eu”.

(24)  Dawn il-kaxxi postali huma “TRADE-SOLAR-DUMPING@ec.europa.eu” u “TRADE-SOLAR-SUBSIDY@ec.europa.eu”, li ġew ikkomunikati lill-partijiet kollha fl-avviżi ta’ ftuħ dwar dawn l-investigazzjonijiet.

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE tat-2 ta’ Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26, il-premessi (14) u (15)).

(26)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(28)  Is-sentenza tat-23 ta’ Frar 2006, Molenbergnatie NV, C-201/04, ECLI: UE:C:2006:136, il-paragrafu 41.

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

Lista ta’ fatturi tal-impenn maħruġa minn Wuxi Suntech Power Co. Ltd, li huma ddikjarati invalidi:

Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn

Data

SFDE20140601~0640

30.6.2014

SFDE20140245~0284

30.6.2014

SFDE20140165~0204

30.6.2014

SFDE20140001~0002

13.6.2014

SFDE20140005~0044

30.6.2014

SFDE20140481~0520

30.6.2014

SFDE20140045~0084

30.6.2014

SFDE20140365~0404

30.6.2014

SFDE20140285~0324

30.6.2014

SFDE20140561~0600

30.6.2014

SFDE20140325~0364

30.6.2014

SFDE20140721~0760

30.6.2014

SFDE20140125~0164

30.6.2014

SFDE20140761~0800

30.6.2014

SFDE20140445~0480

30.6.2014

SFDE20140641~0680

30.6.2014

SFDE20140521~0560

30.6.2014

SFDE20140205~0244

30.6.2014

SFDE20140681~0720

30.6.2014

SFDE20140405~0444

30.6.2014

SFDE20140085~0124

30.6.2014

SFDE20140003~0004

11.7.2014

REF0001~0040

19.9.2014

REF_EXWX0023~0027

19.9.2014

REF_EXWX0001~0022

19.9.2014

0308001312-009

21.5.2014

0308001312-015

17.7.2014

Lavansol201400001

13.3.2014