ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
19 ta' Marzu 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/412 tat-12 ta’ Marzu 2020 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cinta Senese (DOP))

1

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 83/19/COL tat-28 ta’ Novembru 2019 Trondheim Spektrum (In-Norveġja) [2020/413]

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/412

tat-12 ta’ Marzu 2020

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Cinta Senese” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Cinta Senese”, irreġistrata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2012 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Cinta Senese” (DOP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2012 tat-13 ta’ Mejju 2012 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cinta Senese (DOP)) (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 1).

(3)   ĠU C 393, 20.11.2019, p. 3.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

19.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/3


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 83/19/COL

tat-28 ta’ Novembru 2019

Trondheim Spektrum (In-Norveġja) [2020/413]

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 62,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 26 tal-Ftehim ŻEE,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 7(3) tal-Parti II,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL (emendata),

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-EWWEL ILMENT

(1)

Fl-14 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità rċeviet ilment (1) li allega li l-muniċipalità ta’ Trondheim (“il-Muniċipalità”) tat għajnuna mill-istat illegali lil Trondheim Spektrum AS (“TS”), kumpanija li hija sid ta’ u topera Trondheim Spektrum, li hija faċilità sportiva bi skopijiet multipli li tinsab fi Trondheim, in-Norveġja. Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jikkummentaw dwar l-ilment (2). L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Ġunju 2017 (3).

1.2.   IT-TIENI LMENT

(2)

Fis-27 ta’ Lulju 2017, l-Awtorità rċeviet it-tieni ilment (4), li allega wkoll li l-Muniċipalità tat għajnuna mill-Istat illegali lil TS. Permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Awwissu 2017, l-Awtorità stiednet lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jikkummentaw (5). Fl-istess ittra, l-Awtorità talbet aktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi dwar il-kummenti tagħhom għall-ewwel ilment. Permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Settembru 2017, l-Awtorità bagħtet informazzjoni addizzjonali mit-tieni lmentatur lill-awtoritajiet Norveġiżi (6).

(3)

Permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Settembru 2017, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom għat-tieni lment u pprovdew l-informazzjoni mitluba mill-Awtorità relatata mal-ewwel ilment (7). Fid-29 ta’ Settembru 2017, il-każ ġie diskuss ulterjorment matul il-laqgħa annwali tal-pakkett f’Oslo. Sussegwentement id-diskussjoni nġabret fil-qosor f’ittra ta’ segwitu (8).

1.3.   TALBA GĦAL INFORMAZZJONI

(4)

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, l-Awtorità bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Norveġiżi (9). Fit-22 ta’ Novembru 2017, l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità organizzaw vidjokonferenza biex jiddiskutu t-talba għal informazzjoni. Permezz ta’ ittra datata t-8 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu (10).

1.4.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI MIT-TIENI LMENTATUR

(5)

Fid-19 ta’ Settembru 2017, it-tieni lmentatur issottometta informazzjoni addizzjonali (11). Fis-6 ta’ Novembru 2017, it-tieni lmentatur issottometta informazzjoni supplimentari (12). Fid-9 ta’ Novembru 2017, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi b’informazzjoni addizzjonali minn wieħed mill-ilmentaturi (13). Fit-22 ta’ Novembru u fit-13 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità ddiskutew il-każ f’vidjokonferenzi. Fl-1 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew aktar informazzjoni lill-Awtorità (14).

(6)

Fis-26 ta’ Ottubru 2018, it-tieni lmentatur issottometta informazzjoni addizzjonali ulterjuri (15).

1.5.   TALBA OĦRA GĦAL INFORMAZZJONI

(7)

Fis-16 ta’ Jannar 2018, l-Awtorità bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Norveġiżi (16), li wieġbu għaliha permezz tal-ittri datati l-1 u l-5 ta’ Frar 2018 (17).

1.6.   NOTIFIKA TAL-FTEHIM TA’ KIRI TAL-2019

(8)

Fid-29 ta’ Novembru 2018 (18), l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw ftehim ta’ kiri (“il-ftehim ta’ kiri tal-2019”), li huwa maħsub li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2019. Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Jannar 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi. Permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Frar 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew (19).

(9)

Fit-13 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità ddiskutew il-każ f’vidjokonferenza. Wara l-laqgħa, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew aktar informazzjoni (20). Fit-18 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew informazzjoni addizzjonali (21). Fil-11 ta’ Ġunju, fil-15 ta’ Lulju u fit-18 ta’ Ottubru 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità ddiskutew il-każ f’vidjokonferenzi.

1.7.   L-ISKEDA TA’ INFORMAZZJONI TAL-GBER RIGWARD IŻ-ŻIEDA FIL-KAPITAL

(10)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw skeda informattiva (22) GBER (23), dwar għajnuna ad hoc lil TS fil-forma ta’ żieda kapitali ta’ NOK 55 miljun (madwar EUR 5,68 miljun), fejn iddikkjaraw li din il-miżura kienet kompletament eżentata.

1.8.   IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(11)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 32/19/COL (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”), l-Awtorità bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Mejju 2019 (24), l-awtoritajiet Norveġiżi talbu estensjoni tal-iskadenza tal-20 ta’ Mejju 2019 biex jissottomettu kummenti u jipprovdu d-dokumenti, l-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-miżuri. Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Mejju 2019 (25), l-Awtorità qablet li testendi d-data ta’ skadenza għall-20 ta’ Ġunju 2019. Fid-19 ta’ Ġunju 2019, l-awtoritajiet Norveġiżi talbu estensjoni oħra tal-iskadenza għat-30 ta’ Awwissu 2019, li l-Awtorità qablet fuqha fl-20 ta’ Ġunju 2019 (26).

(12)

Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Awwissu 2019 (27), l-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(13)

Fit-23 ta’ Mejju 2019, id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE (28). L-Awtorità rċeviet kummenti mingħand parti interessata waħda, wieħed mill-ilmentaturi. Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ġunju 2019 (29), l-Awtorità għaddiethom lill-awtoritajiet Norveġiżi, li ngħataw l-opportunità li jwieġbu. Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Awwissu 2019 (30), l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew kummenti għall-kummenti mill-partijiet interessati.

2.   SFOND

(14)

L-għan tal-Muniċipalità huwa li jingħataw faċilitajiet għal attivitajiet sportivi u ta’ divertiment lill-abitanti ta’ Trondheim. Trondheim Spektrum tospita avvenimenti sportivi żgħar u kbar kif ukoll avvenimenti oħrajn bħal kunċerti, fieri kummerċjali u kungressi. Pereżempju, fis-sena 2020, Trondheim Spektrum se tospita l-Kampjonat Ewropew tal-handball għan-nisa u għall-irġiel.

(15)

Fl-2004, il-Muniċipalità fformalizzat il-prinċipju ta’ faċilitajiet mingħajr ħlas għall-benefiċċju tal-klabbs sportivi tal-Muniċipalità. Dan jiffaċilita l-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’attivitajiet sportivi, irrispettivament mil-livell ta’ introjtu tal-familji individwali.

(16)

Sabiex tkun tista’ tissodisfa l-għan li tipprovdi faċilitajiet sportivi liċ-ċittadini tagħha, il-Muniċipalità hija s-sid ta’ u topera diversi faċilitajiet sportivi iżda tikri wkoll faċilitajiet li huma proprjetà ta’ partijiet terzi u operati minnhom. Il-Muniċipalità tixtri kapaċità minn TS, klabbs sportivi b’faċilitajiet proprji, awtoritajiet statali oħrajn (f’bini bħal skejjel sekondarji) u sa grad limitat ħafna, minn faċilitajiet privati.

(17)

Il-Muniċipalità tikri kapaċità minn faċilitajiet bħal dawn skont ftehimiet speċjali ta’ kiri, u l-kapaċità konġunta hija mqassma, mingħajr ħlas, fost il-klabbs sportivi. Il-kompitu tat-tqassim tal-kapaċità huwa fdat lill-Kunsill tal-Isport lokali (Idrettsrådet), li jifforma parti mill-istruttura organizzattiva tal-Konfederazzjoni Norveġiża tal-Isport (Norges idrettsforbund).

(18)

Il-kapaċità totali disponibbli hija mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kunsill tal-Isport lokali. Il-Kunsill tal-Isport stabbilixxa kumitat bil-għan li jqassam il-kapaċità li għamlet disponibbli l-Muniċipalità. Il-Kumitat iqassam is-sigħat li huma disponibbli fuq il-bażi ta’ linji gwida stabbiliti mill-Kunsill tal-Isport.

(19)

TS hija s-sid ta’ Trondheim Spektrum u toperaha,TS u hija faċilità bi skopijiet multipli li tinsab fiċ-ċentru ta’ Trondheim. Il-faċilità tikkonsisti fi tmien swali bi skopijiet multipli. Is-swali jintużaw bħala ċentru ta’ taħriġ minn diversi klabbs sportivi lokali, għal avvenimenti sportivi żgħar u kbar u għal avvenimenti oħrajn bħal kunċerti, fieri kummerċjali u kungressi.

(20)

L-istorja ta’ TS tmur lura għall-kumpanija Nidarøhallen u l-istabbiliment tagħha fl-1961, bl-iskop li tibni u topera sala għall-isport u l-esebizzjonijiet fi Trondheim. Fil-5 ta’ Ġunju 2002, l-isem tal-kumpanija nbidel għal Trondheim Spektrum AS.

(21)

Il-Muniċipalità kienet u għadha l-azzjonist maġġoritarju f’TS. Il-Muniċipalità bħalissa għandha 99,68 % tal-ishma (31).

(22)

Il-kostruzzjoni tal-ewwel parti tal-faċilità ntemmet fl-1963 (swali A u B). Il-faċilità ġiet estiża erba’ darbiet, fl-1971 (sala Ċ), fl-1980 (sala G), fl-1988 (swali D u E/H) u fis-sena 2000 (sala F).

(23)

Mis-sajf tal-2017, Trondheim Spektrum għaddejja b’rinnovazzjoni u b’estensjoni sinifikanti.

(24)

Il-Muniċipalità tikri kapaċità minn TS biex tagħmilha disponibbli lill-Kunsill Sportiv. Skont il-ftehim ta’ kiri, Trondheim Spektrum hija riżervata l-aktar għall-attivitajiet sportivi taż-żgħażagħ minn Settembru sa Mejju (32). Il-kapaċità li jifdal matul il-perjodu bejn Settembru u Mejju kif ukoll il-kapaċità totali matul il-bqija tas-sena huma mikrija minn TS għal attivitajiet sportivi oħrajn, fieri kummerċjali u kunċerti, eċċ. TS tospita għadd ta’ fieri, inkluża fiera annwali mill-industrija tas-sajd. Barra minn hekk, TS tiġġenera introjtu mill-operazzjoni ta’ kiosk, kafetterija u ristorant.

(25)

Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ TS għall-futur għandu l-għan li jikseb sehem rispettiv simili u bejn wieħed u ieħor ugwali ta’ introjtu ġġenerat skont il-ftehim ta’ kiri mal-Muniċipalità, u minn attivitajiet oħrajn, bħal dak li kien il-każ storikament (33).

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

3.1.   MIŻURI TA’ GĦAJNUNA EŻISTENTI

(26)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonċernat diversi allegati miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil TS. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità ma vvalutatx in-natura tal-miżuri li, kieku kienu jikkostitwixxu għajnuna, tkun tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“Protokoll 3 għall-SCA”). Għalhekk, dawn il-miżuri mhumiex inklużi fl-ambitu ta’ din id-deċiżjoni. Dawn il-miżuri kienu jikkonċernaw (i) is-selfa muniċipali (il-miżura 1), (ii) il-garanzija muniċipali (il-miżura 2), (iii) il-ftehimiet ta’ kiri (il-miżura 3), u (iv) l-għajnuna mogħtija skont l-Iskema ta’ Fondi għal-Logħob (il-miżura 8) (34).

3.2.   ALLEGATI MIŻURI TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(27)

Kif iddikjarat fil-paragrafu 120 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ambitu tal-investigazzjoni formali inkluda l-miżuri li ġejjin:

Miżura 4 (parzjalment): ftehimiet ta’ kiri bejn TS u l-Muniċipalità, li ġew konklużi bejn l-2007 u l-2017;

Miżura 5: il-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 bejn TS u l-Muniċipalità (notifikata);

Miżura 6: żieda fil-kapital relatata ma’ kostijiet ġodda u mhux mistennija tal-estensjoni u r-rinnovazzjoni ta’ Trondheim Spektrum;

Miżura 7: il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura;

Miżura 9: garanzija impliċita inerenti fi ftehim ta’ self bejn Nordea u TS.

(28)

Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-miżuri, l-Awtorità tirreferi għal taqsima 4 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

3.3.   MIŻURA 4 — FTEHIMIET TA’ KIRI KONKLUŻI BEJN L-1999 U L-2017

(29)

Il-biċċa l-kbira tal-kapaċità ta’ Trondheim Spektrum tradizzjonalment tintuża għall-iskop ta’ klabbs sportivi fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn TS u l-Muniċipalità. Il-Muniċipalità ilha tikri l-faċilità sa minn meta nfetħet fl-1963. Il-Muniċipalità kriet il-faċilitajiet mingħand Trondheim Spektrum għal madwar NOK 12-il miljun fis-sena bejn l-1990 u l-2002.

(30)

L-ilmentaturi argumentaw li l-kera hija ogħla mit-termini tas-suq. Jiġifieri, il-kera hija bbażata fuq il-ħtiġijiet ta’ TS, u mhux fuq il-kapaċità meħtieġa mill-Muniċipalità. L-ilmentaturi jallegaw li t-tariffa ta’ kiri qatt ma kienet ibbażata fuq negozjati distakkati, iżda deċiża b’mod unilaterali mill-bord muniċipali tal-Muniċipalità.

(31)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-kera mħallsa lil TS mill-Muniċipalità kienet konformi mas-suq u għalhekk ma tinvolvix għajnuna mill-Istat. Li kieku l-Awtorità kkonkludiet b’mod differenti, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li kwalunkwe għajnuna ġdida tkun, fi kwalunkwe każ, kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(32)

Matul il-proċedura sad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Norveġiżi sostnew li l-ftehimiet ta’ kiri jifformaw parti minn skema ta’ għajnuna eżistenti. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità adottat l-opinjoni preliminari li l-ftehim ta’ kiri konkluż bejn l-1999 u l-2017 ma jikkostitwixxix skema ta’ għajnuna. L-awtoritajiet Norveġiżi, fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, ma oġġezzjonawx għall-fehma preliminari tal-Awtorità f’dan ir-rigward.

(33)

Skont l-Artikolu 15(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-SCA, is-setgħat tal-Awtorità biex tirkupra l-għajnuna huma soġġetti għal perjodu limitat ta’ għaxar snin. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna f’forma ta’ skema ta’ għajnuna. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Awtorità fir-rigward tal-għajnuna illegali għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni (35).

(34)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità llimitat il-valutazzjoni tagħha għall-ftehimiet ta’ kiri li għalihom il-perjodu ta’ limitazzjoni ma skadiex (36). L-Awtorità kkunsidrat li l-perjodu ta’ limitazzjoni ġie interrott fis-27 ta’ Marzu 2017 (37).

(35)

Għaldaqstant, il-ftehimiet ta’ kiri li għalihom il-perjodu ta’ limitazzjoni ma jkunx skada jidhru li huma dawn li ġejjin:

(a)

Il-Ftehim ta’ kiri 2007–2008;

(b)

Il-Ftehim ta’ kiri 2009-2010; u

(c)

Il-Ftehim ta’ kiri 2011 (li ġie mġedded kull sena).

(36)

Dan għaliex mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi jidher li l-ftehim ta’ kiri daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008 (38), li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tgħid il-kontra għandu jitqies bħala l-jum li fih tkun ingħatat l-għajnuna skont il-ftehim.

(37)

Madankollu, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità ddikjarat li ma kellhiex informazzjoni dwar il-ftehim ta’ kiri fis-seħħ matul is-sena 2007 billi l-ftehim ta’ kiri elenkat mill-awtoritajiet Norveġiżi bħala ta’ qabel il-ftehim bejn l-2007 u l-2008 skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Barra minn hekk, l-Awtorità ma kellhiex informazzjoni dwar meta ġie ffirmat il-ftehim ta’ kiri 2007-2008, u dwar jekk id-data tal-iffirmar setgħetx tkun id-data li fiha ngħatat kwalunkwe għajnuna skont il-ftehim.

(38)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li ma setgħux jipprovdu l-ftehim ta’ kiri fis-seħħ għall-2007 minħabba li jidher li ma ġie konkluż l-ebda ftehim bil-miktub. L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li minħabba li l-kera tħallset skont il-ftehim ta’ kiri għall-perjodu preċedenti, dan kien jindika li l-ftehim ġie mtawwal b’mod taċitu, skont il-liġi Norveġiża dwar il-kuntratti. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi tindika kemm ħallset kera l-Muniċipalità għal ammont speċifiku ta’ kapaċità.

(39)

L-Awtorità ma talbitx aktar informazzjoni f’dan ir-rigward minħabba li l-awtoritajiet Norveġiżi ma oġġezzjonawx għall-valutazzjoni tal-Awtorità tal-perjodu ta’ limitazzjoni u minħabba l-fatt li l-informazzjoni li tikkonċerna l-ammont imħallas skont il-ftehim ta’ kiri ġiet ipprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi. Għalhekk, in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni ma jaffettwax il-valutazzjoni tal-Awtorità tal-miżura f’din id-deċiżjoni.

3.4.   MIŻURA 5 — FTEHIM TA’ KIRI TAL-2019 —NOTIFIKA

(40)

Kif stabbilit fil-premessa 8 ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-ftehim ta’ kiri tal-2019. TS u l-Muniċipalità kkonkludew ftehim ġdid ta’ kiri, li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2019 (39). Dan il-ftehim jiskadi fit-30 ta’ April 2035.

(41)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li dan il-ftehim ta’ kiri huwa bbażat fuq il-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-ftehimiet ta’ kiri preċedenti. L-awtoritajiet Norveġiżi komplew jispjegaw li l-ftehim ta’ kiri l-ġdid jirrappreżenta żieda sostanzjali fil-kapaċità magħmula disponibbli għall-klabbs sportivi. Total ta’ 16 848 siegħa fis-sena jinkrew skont il-ftehim ta’ kiri l-ġdid, meta mqabbel ma’ 12 500 siegħa fil-passat. Il-ftehim ta’ kiri l-ġdid jirrappreżenta żieda fil-kera għal kull siegħa minn madwar NOK 1 200 għal 1 700 (madwar EUR 124 għal 176). Hemm żewġ raġunijiet għal din iż-żieda. L-ewwel nett, il-kera storika mħallsa mill-Muniċipalità kienet stabbilita fuq il-bażi tal-livell stabbilit fl-1989 u fl-1990, u ma kinitx soġġetta għal aġġustamenti. It-tieni nett, il-kostijiet tal-kostruzzjoni assoċjati mal-provvista tal-flessibbiltà u l-possibbiltà li l-użu multisportiv jirriżultaw fil-kostijiet operatorji għal kull metru kwadru jaqbżu bil-bosta l-kost għal kull metru kwadru tal-post eżistenti.

(42)

Iż-żewġ ilmentaturi argumentaw li l-kera fil-ftehim ta’ kiri l-ġdid hija ogħla mit-termini tas-suq, peress li hija bbażata fuq il-ħtiġijiet ta’ TS u mhux fuq il-kapaċità meħtieġa mill-Muniċipalità. L-ilmentaturi jallegaw li t-tariffa ta’ kiri mhijiex ibbażata fuq negozjati distakkati, iżda hija stipulata sabiex tkopri l-kost tal-kostruzzjoni tal-espansjoni ta’ Trondheim Spektrum.

(43)

Wieħed mill-ilmentaturi allega wkoll li l-elementi prinċipali tal-kost tal-proġett ta’ estensjoni u rinnovazzjoni huma marbuta ma’ rekwiżiti relatati ma’ attivitajiet oħrajn minbarra l-attivitajiet koperti mill-ftehimiet ta’ kiri, bħal mhuma kunċerti, avvenimenti sportivi professjonali u fieri. Wieħed mill-ilmentaturi jsostni li t-tqassim tal-kostijiet bejn l-attivitajiet differenti għalhekk huwa żbaljat, minħabba li l-ħtiġijiet tal-klabbs sportivi setgħu ntlaħqu b’kost iżgħar.

(44)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-kera mħallsa lil TS mill-Muniċipalità, skont il-ftehim il-ġdid ta’ kiri, kienet konformi mas-suq u għalhekk ma tinvolvix għajnuna mill-Istat. Jekk l-Awtorità ma tkunx tista’ teskludi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-ftehim ta’ kiri l-ġdid, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw il-ftehim ta’ kiri bħala għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

3.5.   MIŻURA 6 — ŻIEDA FIL-KAPITAL RELATATA MA’ KOSTIJIET ĠODDA U MHUX MISTENNIJA — EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA

(45)

Kif spjegat fil-premessa 10 ta’ hawn fuq, fl-10 ta’ Diċembru 2018, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw skeda informattiva (40) GBER, dwar għajnuna ad hoc lil TS fil-forma ta’ żieda kapitali ta’ NOK 55 miljun (madwar EUR 5,68 miljun). L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew iż-żieda fil-kapital lil TS skont l-Artikolu 55 tal-GBER.

(46)

Minħabba, b’mod partikolari, modifika tal-proġett fl-ambitu tal-proġett fl-2018, il-baġit żdied minn NOK 536 għal NOK 591 miljun (madwar EUR 61,05 miljun) (41). L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li TS ma tistax tkopri l-kostijiet addizzjonali permezz tal-mezzi eżistenti tagħha jew permezz ta’ finanzjament addizzjonali mis-suq. Għalhekk applikat għaż-żieda fil-kapital fis-6 ta’ Lulju 2018. L-injezzjoni ta’ kapital ingħatat fil-5 ta’ Diċembru 2018.

(47)

Il-kostijiet addizzjonali ta’ NOK 55 miljun jistgħu jiġu attribwiti kif ġej, skont l-awtoritajiet Norveġiżi:

Kostijiet ġodda: il-modifika għall-proġett tammonta għal NOK 40,5 miljun ta’ kostijiet addizzjonali

Kostijiet mhux mistennija: baġit maqbuż b’NOK 14,5 miljun

(48)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li minħabba li TS diġà kienet ingħatat għajnuna kbira, kien ippreferut kapital ġdid minflok self addizzjonali sabiex jiġu koperti dawn il-ispejjeż addizzjonali. Għalhekk, kien ikun diffiċli li jinkiseb finanzjament (fis-sens ta’ self addizzjonali) fis-suq. Għalhekk, TS irrikorriet għand is-sidien tagħha biex tikseb il-finanzjament meħtieġ.

(49)

F’dak iż-żmien il-Muniċipalità kienet is-sid maġġoritarju ta’ TS (madwar 78 %), u s-sidien l-oħra ma tawx indikazzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital (42). B’hekk il-Muniċipalità kellha tagħżel bejn: li tipprovdi l-fondi addizzjonali u tara t-tlestija tal-proġett jew li taċċetta li TS ma tkunx tista’ tiffinalizza l-proġett skont il-pjanijiet finali mmodifikati li ġew stabbiliti wara li x-xogħlijiet fuq il-proġett oriġinali nbdew.

(50)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, għadd ta’ kunsiderazzjonijiet għamlu l-injezzjoni ta’ kapital vantaġġuża għas-sid maġġoritarju ta’ TS, il-Muniċipalità.

(51)

L-estensjoni tas-sala bi 3 200 siġġu tagħmilha possibbli li TS tilqa’ avvenimenti akbar, li jagħmlu l-post aktar attraenti għall-maniġers tal-avvenimenti. TS tassumi li se tkun tista’ tagħmel arranġamenti għal bejn erba’ u sitt avvenimenti kbar bħal dawn fis-sena. Minbarra l-kera, l-avvenimenti l-kbar jiġġeneraw aktar introjtu fil-forma ta’ avvenimenti VIP, catering u cloakroom. Bħala tali, l-estensjoni x’aktarx twassal għal żieda sinifikanti fl-introjtu għal TS.

(52)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li x-xogħlijiet fuq ir-rinnovazzjoni bdew qabel it-talba ta’ TS għal żieda fil-kapital. Ix-xogħlijiet bdew qabel ma ġew iffinalizzati l-pjanijiet dettaljati għall-eżekuzzjoni tal-proġett. Ir-raġuni għall-għaġġla fit-tnedija tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kienet li kellu jiġi żgurat li l-proġett ikun iffinalizzat fil-ħin biex jiġi ospitat il-kampjonat Ewropew tal-handball għall-irġiel u n-nisa fl-2020.

(53)

TS taqla’ partijiet kbar mill-introjtu tagħha mhux biss mill-kera, iżda wkoll mill-bejgħ ta’ biljetti mill-box-office. Għalhekk, it-3 200 post bilqiegħda addizzjonali probabbli kienu se jiġġeneraw żieda fil-bejgħ ta’ biljetti mill-box-office, b’mod partikolari minħabba li l-estensjoni għamlitha possibbli li TS tospita avvenimenti bħal “Disney On Ice”.

(54)

L-alternattiva għal estensjoni kienet li jkunu installati postijiet bilqiegħda temporanji għall-Kampjonat Ewropew tal-handball u avvenimenti kbar oħrajn. L-installazzjoni u t-tneħħija tal-postijiet bilqiegħda temporanji jieħdu madwar 11-il jum, li matulhom TS ikollha tagħlaq is-sala għall-attivitajiet sportivi kollha. L-użu ta’ postijiet bilqiegħda temporanji b’hekk kien iwassal għal tnaqqis fl-introjtu għal TS.

(55)

Żieda fil-kapaċità tal-lifts u l-ħażna tirriżulta f’kostijiet aktar baxxi u f’effiċjenza ogħla. Iż-żieda fil-kapaċità tal-lifts tfisser li t-tagħmir jista’ jiġi trasportat b’mod sikur u effiċjenti għaż-żoni differenti tal-faċilitajiet. L-effiċjenzi fihom infushom x’aktarx li jiffrankaw il-kostijiet ta’ TS fl-operazzjonijiet ta’ kuljum. L-alternattiva kienet li t-tagħmir jiġi ttrasportat manwalment madwar l-istadium b’karozza. Din ġiet ikkunsidrata bħala soluzzjoni għalja u ineffiċjenti, b’mod partikolari fid-dawl tal-kampjonati li ġejjin.

(56)

Il-faċilitajiet ta’ ħażna kienu meħtieġa biex tkun żgurata loġistika tajba u operazzjonijiet effiċjenti ta’ avvenimenti kbar, inkluż il-kampjonat tal-handball. Barra minn hekk, il-bord ikkunsidra li kien hemm potenzjal għall-kiri tal-faċilitajiet ta’ ħażna, pereżempju bejn l-avvenimenti l-kbar, li għal darb’oħra pprovdew possibbiltà sikura oħra ta’ introjtu għal TS.

(57)

Fl-aħħar nett, is-sitwazzjoni ppermettiet lill-Muniċipalità li ssir il-kważi azzjonist uniku ta’ TS. Bħala riżultat taż-żieda fil-kapital li ngħatat fil-5 ta’ Diċembru 2018, is-sehem tal-Muniċipalità żdied għal 99,68 % (43). Is-sehem ta’ aktar minn 99 % tal-ishma kollha jippermetti lill-Muniċipalità tixtri l-ishma li jifdal anki mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti minoritarji tal-lum. Billi tkun l-unika azzjonist, il-Muniċipalità se titpoġġa f’pożizzjoni favorevoli skont l-Att Norveġiż dwar il-Kumpaniji b’Responsabbiltà Limitata (44) peress li tista’ tiddeċiedi unilateralment kif għandha tiġi operata TS.

(58)

Dan jimplika wkoll li l-Muniċipalità tista’ tiddeċiedi li tbiddel il-liġijiet sekondarji sabiex TS tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet mingħajr l-approvazzjoni tal-azzjonisti minoritarji. Għalhekk, l-injezzjoni ta’ kapital poġġiet lill-Muniċipalità f’pożizzjoni li tippermettilha tikseb redditu diċenti fuq l-investiment tagħha fuq perjodu ta’ żmien twil, jew inkella tkun l-unika sid ta’ infrastruttura multifunzjonali kummerċjalment attraenti u moderna (45).

(59)

Il-kontrofattwali ta’ dak ix-xenarju kienet tkun li tibqa’ azzjonist maġġoritarju f’kumpanija li l-assi uniċi tagħha jkunu kummerċjalment inqas attraenti, b’inqas infrastruttura, u għaldaqstant bi prospetti inqas pożittivi għall-futur (46).

(60)

Wieħed mill-ilmentaturi allega li ż-żieda fil-kapital mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu I tal-GBER.

3.6.   MIŻURA 7 — IL-FINANZJAMENT TAL-KOSTIJIET TAL-INFRASTRUTTURA

(61)

Fl-14 ta’ Marzu 2017, il-Kunsill tal-Belt adotta pjan ta’ tqassim f’żoni għaż-żona fejn tinsab Trondheim Spektrum u ż-żona tal-park tal-madwar. Il-proċess inbeda minn TS bil-għan li l-faċilità tiġi estiża f’faċilità b’bosta funzjonijiet, fattibbli għal kunċerti u avvenimenti sportivi kbar, u b’kapaċità akbar għal klabbs sportivi, fieri kummerċjali u kungressi.

(62)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li pjan ta’ tqassim f’żoni jifforma l-bażi għal proġett bħall-espansjoni ta’ Trondheim Spektrum (47). Il-pjan ta’ tqassim f’żoni — inkluż l-użu ta’ ordnijiet proċedurali (48) (Bin-Norveġiż: rekkefølgekrav) — ma jimponi l-ebda obbligu ekonomiku fuq l-iżviluppatur, iżda jipprovdi għall-użu taż-żona relatata mal-proġett u jindika x’infrastruttura (pubblika) għandu jkun hemm qabel l-implimentazzjoni tal-proġett (49).

(63)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-ftehimiet ta’ żvilupp tal-proprjetà, bħal dak li daħlu fih il-Muniċipalità u TS f’dan il-każ, huma għodda biex jassistu lill-iżviluppatur u lill-muniċipalitajiet biex jiżguraw li r-rekwiżiti skont il-pjan ta’ tqassim f’żoni u fil-forma ta’ ordnijiet proċedurali (rekkefølgekra v”), inkluż għall-miżuri ta’ infrastruttura ġenerali, huma sodisfatti.

(64)

Ftehimiet ta’ żvilupp tal-proprjetà jistgħu, iżda mhux neċessarjament ikollhom jinkludu dispożizzjonijiet li jimponu xi piżijiet ekonomiċi relatati ma’ miżuri ġenerali tal-infrastruttura fuq l-iżviluppatur. Huwa importanti li l-ftehimiet ta’ żvilupp tal-proprjetà jkunu r-riżultat ta’ negozjati bejn muniċipalità u l-iżviluppatur (50).

(65)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-miżuri ġenerali tal-infrastruttura mhumiex ir-responsabbiltà tal-iżviluppatur, iżda dawk tal-muniċipalitajiet. Barra minn hekk, lanqas m’hemm obbligu li wieħed jidħol fi ftehim dwar l-iżvilupp tal-proprjetà, la għall-muniċipalità u lanqas għall-iżviluppatur (51).

(66)

Madankollu, jekk jiġi konkluż ftehim dwar l-iżvilupp tal-proprjetà, il-leġiżlazzjoni rilevanti tistabbilixxi limiti dwar liema kostijiet jistgħu jiġu imposti fuq l-iżviluppatur. Ir-raġunament wara dan huwa li hemm distribuzzjoni asimmetrika tas-setgħa fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ żvilupp, li jiffavorixxu lill-Muniċipalità.

(67)

Il-Kunsill tal-Belt adotta l-prinċipju ta’ trasferiment sħiħ tal-ispejjeż fl-1993, li jistabbilixxi li proġetti ta’ bini jridu jerfgħu l-kostijiet kollha tal-infrastruttura li jirriżultaw mill-proġett. Madankollu, meta l-Muniċipalità tapplika dan il-prinċipju hija trid tikkunsidra t-Taqsima 17-3, it-tielet paragrafu, tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, li jirregola xi jrid jinkludi ftehim dwar l-iżvilupp tal-proprjetà (52).

(68)

Wieħed mill-ilmentaturi jargumenta li l-Muniċipalità ħelset lil TS mill-kostijiet tal-infrastruttura li żviluppatur normalment kien ikollu jħallas fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ kostruzzjonijiet, u għalhekk tat vantaġġ lil TS.

(69)

Il-kostijiet tal-infrastruttura li (parzjalment) jitħallsu mill-Muniċipalità jikkonċernaw l-elementi li ġejjin:

Sistema tal-ilma/tad-dranaġġ fi Klostergata

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li s-sistema tal-ilma/tad-dranaġġ kellha tiġi ssostitwita irrispettivament mit-titjib ta’ Trondheim Spektrum.

Dan jikkoinċidi max-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati ma’ Trondheim Spektrum.

TS tħallas sehem ta’ NOK 20 miljun.

Konnessjoni b’pont minn Nidarø għall-Knisja ta’ Ilen

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-pont huwa parti minn żona ta’ rikreazzjoni u netwerk.

Il-pont attwali għadda żmienu u jeħtieġ li jiġi rinnovat.

Il-pont se jgħaqqad il-partijiet ċentrali tal-belt, u se jgħaqqad iż-żoni rikreattivi u ta’ parks importanti, u għalhekk kien ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u l-viżitaturi kollha ta’ Trondheim.

Struttura ekoloġika u park pubbliku

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-istruttura ekoloġika u l-park pubbliku huma maħsuba biex jiżguraw li jkun hemm postijiet attraenti għall-attività u r-rikreazzjoni għall-pubbliku ġenerali.

TS tħallas sehem ta’ NOK 26 miljun.

3.7.   MIŻURA 9 — GARANZIJA IMPLIĊITA INERENTI FI FTEHIM TA’ SELF BEJN NORDEA U TS

(70)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, TS iffirmat ftehim ta’ self għal NOK 490 miljun ma’ Nordea (53). Nordea se tipprovdi l-kapital operatorju matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-Muniċipalità la hija parti mill-ftehim ta’ self u lanqas hemm obbligi kuntrattwali li jeħtieġu li l-Muniċipalità tipprovdi finanzjament jew kapital lil TS (54).

(71)

Madankollu, il-ftehim ta’ self jinkludi d-dikjarazzjonijiet li ġejjin (55):

 

“Nordea tat importanza konsiderevoli lill-fatt li Trondheim Spektrum AS għandha l-intenzjoni li tagħmel bidliet strutturali fil-kumpanija jew miżuri oħrajn li jżidu l-possibbiltà li l-muniċipalità ta’ Trondheim, mingħajr ma taġixxi b’mod li jmur kontra l-liġi, jekk ikun meħtieġ, tkun tista’ tipprovdi garanzija lil Nordea li tnaqqas ir-riskju li jkun hemm kostijiet akbar milli ppjanati.”

 

“Nordea tat ukoll importanza kbira lis-sjieda tal-muniċipalità ta’ Trondheim u lid-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-kawża 144/14, li fit-tieni paragrafu tgħid li l-muniċipalità ta’ Trondheim, bħala s-sid maġġoritarju ta’ Trondheim Spektrum, lesta li tassumi r-responsabbiltà finanzjarja meħtieġa li tirriżulta mir-rinnovazzjoni u l-iżvilupp ta’ Trondheim Spektrum.”

(72)

Dawn id-dikjarazzjonijiet huma relatati ma’ klawżola fil-ftehim ta’ self li tgħid taħt “termini oħrajn” (56):

 

“Ir-riskju li jirriżulta minn kwalunkwe kost akbar milli ppjanat li seħħ matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni u, li l-klijent tal-kreditu nnifsu ma jistax iħallas: Trondheim Spektrum AS tagħmel bidliet strutturali fil-kumpanija jew tieħu miżuri oħrajn, li jagħmluha possibbli għall-Muniċipalità ta’ Trondheim, mingħajr ma tiġi f’kunflitt mal-leġiżlazzjoni, jekk ikun meħtieġ, li tipprovdi garanzija lil Nordea.”

(73)

Taħt l-istess intestatura, il-klawżola li ġejja tgħid (57):

 

“Il-ftehim ta’ kiri mal-Muniċipalità ta’ Trondheim tas-26 ta’ Ottubru 2017 ma jistax jinbidel/jitnaqqas mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Nordea.”

(74)

Fl-aħħar nett, taħt l-intestatura “Bidla fis-sjieda — ħlas lura antiċipat obbligatorju” (58) il-ftehim ta’ self jiddikjara (59):

 

“Hija kundizzjoni għad-dħul u ż-żamma tal-Ftehim ta’ Self għall-Kostruzzjoni, li l-Muniċipalità ta’ Trondheim ikollha s-sjieda ta’ mill-inqas 77,93 % tal-klijent tal-kreditu u żżomm is-sjieda tagħha l-istess.

 

Fil-każ li l-kompożizzjoni tas-sjieda tinbidel, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Nordea, is-Self għall-Kostruzzjoni u kwalunkwe ammont pendenti għandu jitħallas lura kif speċifikat fil-klawżola 11 (maturità bikrija tas-self għall-kostruzzjoni).”

(75)

TS u Nordea preċedentement iffirmaw ftehim ta’ self datat is-27 ta’ Lulju 2017. Il-ftehim inkluda kundizzjoni li kwalunkwe eċċess fil-kost tal-kostruzzjoni matul il-perjodu tal-kostruzzjoni għandu jkun kopert minn TS jew mill-Muniċipalità. Il-ftehim ta’ self ġie ffirmat b’mod konġunt mill-Eżekuttiv tal-Finanzi tal-Belt. Għalhekk, dan il-ftehim inkluda klawżoli dwar ir-responsabbiltà tal-Muniċipalità fir-rigward ta’ kwalunkwe spiża akbar milli ppjanata tal-proġett, kif ukoll obbligi fir-rigward tal-ftehim ta’ kiri li f’dak iż-żmien ma kienx għadu ġie ffinalizzat (60).

(76)

L-iffirmar konġunt tal-ftehim ta’ self aktar tard tqies bħala garanzija muniċipali skont it-Taqsima 51 tal-Att dwar il-Muniċipalità (61). Il-Belt ikkonkludiet li l-garanzija, sabiex tkun effettiva, kienet teħtieġ l-approvazzjoni mill-Istat. Il-garanzija, għal diversi raġunijiet, probabbilment ma tiksibx tali approvazzjoni, u għalhekk il-Kap Eżekuttiv tal-Belt ingħata l-parir li jinforma minnufih lil Nordea li l-Muniċipalità ma setgħetx tkun parti mill-ftehim ta’ self. Dan il-ftehim huwa null. Għalhekk, TS u Nordea ffirmaw il-ftehim ta’ self attwali mingħajr l-involviment uffiċjali tal-Muniċipalità.

4.   KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI

(77)

Fit-12 ta’ Ġunju 2019, l-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata, wieħed mill-ilmentaturi fil-każ. Il-kummenti kkonċernaw il-prezz imħallas mill-Muniċipalità lil ċentru sportiv ieħor, u appoġġjaw l-allegazzjonijiet li tressqu qabel dwar l-ipprezzar żejjed tal-ftehim ta’ kiri.

5.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI DWAR IL-KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTI INTERESSATA

(78)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li ċ-ċentru li l-kummenti ta’ parti terza huma relatati miegħu huwa parti minn bini tal-iskola, u huma proprjetà tal-kontea li jinsab fiha. Il-Muniċipalità xtrat aktar sigħat hemm fl-2018 u l-2019 bħala soluzzjoni interim biex tipprovdi ammont suffiċjenti ta’ kapaċità tas-sala lill-klabbs sportivi minħabba li partijiet tal-kapaċità ta’ Trondheim Spektrum ma kinux disponibbli minħabba x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li kienu għaddejjin. Wara dak il-perjodu, la hemm bżonn u lanqas il-possibbiltà finanzjarja għall-Muniċipalità biex tkompli l-ftehim ma’ dan iċ-ċentru.

(79)

L-awtoritajiet Norveġiżi ma jikkunsidrawx li l-arranġament interim huwa komparabbli mal-ftehim ta’ kiri. Il-kontea, bħala sid iċ-ċentru, kienet lesta li toffri xi kapaċità tas-sala bi prezz inqas minn dak tas-suq, waqt li tkun qed issir l-espansjoni ta’ Trondheim Spektrum. Dan l-arranġament ma kienx maħsub biex ikun, u ma kienx, konformi mas-suq u ma jistax jiġi kkunsidrat bħala indikazzjoni li l-ftehim ta’ kiri tal-Muniċipalità ma’ Trondheim Spektrum mhuwiex konformi mas-suq.

II.   VALUTAZZONI

6.   IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

6.1.   INTRODUZZJONI

(80)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jgħid:

 

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”

(81)

Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lil impriża; (iii) tiffavorixxi ċerti impriżi (selettività); u (iv) thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ.

6.2.   IL-KUNĊETT TA’ IMPRIŻA

(82)

Biex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil impriża. L-impriżi huma entitajiet involuti f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (62). Konsegwentement, l-istatus pubbliku jew privat ta’ entità jew il-fatt li entità hija parzjalment jew kompletament proprjetà pubblika ma għandux effett fuq jekk dik l-entità hijiex “impriża” skont it-tifsira tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat (63).

(83)

Attivitajiet ekonomiċi huma attivitajiet li jikkonsistu fl-offerta ta’ oġġetti jew servizzi f’suq (64). Min-naħa l-oħra, entitajiet li mhumiex attivi fis-suq, fis-sens li mhumiex qed joffru oġġetti jew servizzi f’suq partikolari, ma jikkostitwixxux impriżi. B’mod ġenerali, kemm il-bini kif ukoll l-operat ta’ infrastruttura jikkostitwixxu attività ekonomika fiha nnifisha (u għalhekk huma soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat) jekk dik l-infrastruttura tintuża, jew se tintuża, biex tipprovdi oġġetti jew servizzi fis-suq (65). L-għajnuna mill-Istat tista’ tingħata f’diversi livelli: il-kostruzzjoni, l-operat u l-użu tal-infrastruttura (66).

(84)

Trondheim Spektrum hija faċilità multifunzjonali, li tospita, inter alia, kunċerti, avvenimenti sportivi kbar, fieri u kungressi. Barra minn hekk, fl-2020, Trondheim Spektrum se tospita l-Kampjonat Ewropew tal-handball għall-irġiel u n-nisa. Għalhekk, TS twettaq attivitajiet ekonomiċi.

(85)

TS tikri wkoll faċilitajiet lill-Muniċipalità, li min-naħa tagħha tagħmilhom disponibbli għall-klabbs sportivi. Il-fatt li l-Muniċipalità toffri l-kapaċità li tikri minn TS bħala faċilitajiet mingħajr ħlas għall-klabbs sportivi tal-Muniċipalità ma jaffettwax in-natura tat-tranżazzjoni bejn TS u l-Muniċipalità, li hija attività ekonomika. Għalhekk TS hija impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE.

6.3.   PREŻENZA TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT

(86)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun ingħatat mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat.

(87)

It-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat jista’ jieħu diversi forom, bħal għotjiet diretti, self, garanziji, investiment dirett fil-kapital ta’ kumpaniji u benefiċċji in natura. Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku, inklużi l-muniċipalitajiet (67).

6.3.1.    Il-Miżura 4 u 5 — il-ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn l-2007 u l-2017 u l-ftehim ta’ kiri tal-2019

(88)

Jekk il-ftehimiet ta’ kiri bejn il-Muniċipalità u TS (il-miżuri 4 u 5) ikunu jinkludu elementi ta’ għajnuna mill-Istat, tali miżura ta’ għajnuna tingħata mill-Istat u permezz ta’ riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE peress li l-finanzjament ikun ġej direttament mill-Muniċipalità.

6.3.2.    Miżura 6 — żieda fil-kapital

(89)

Iż-żieda fil-kapital (miżura 6) titħallas direttament mill-Muniċipalità lil TS u għalhekk tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

6.3.3.    Miżura 7 — il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura

(90)

Il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura, li normalment jitħallas mill-iżviluppatur, mill-Muniċipalità jitħallas direttament mill-Muniċipalità u għalhekk jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

6.3.4.    Miżura 9 — garanzija impliċita inerenti fi ftehim ta’ self bejn Nordea u TS

(91)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, TS iffirmat ftehim ta’ self għal NOK 490 miljun (madwar EUR 50,67 miljun) ma’ Nordea (68). Nordea se tipprovdi l-kapital operatorju matul il-perijodu tal-kostruzzjoni (69).

(92)

Kif deskritt fit-taqsima 3.7, il-ftehim ta’ self jinkludi klawżoli, li jgħidu li TS għandha l-intenzjoni li tieħu miżuri biex, mingħajr ma taġixxi kontra l-leġiżlazzjoni, jekk meħtieġ, tagħmilha possibbli għall-Muniċipalità, li toħroġ garanzija għal Nordea, b’rabta mar-riskju li jsegwi kwalunkwe kost akbar milli ppjanat fil-perjodu ta’ kostruzzjoni (70).

(93)

Il-ftehim ta’ self jinkludi wkoll klawżola, li tiddikjara li l-ftehim ta’ kiri bejn TS u l-Muniċipalità ma jistax jinbidel, mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel ta’ Nordea (71). Barra minn hekk, il-ftehim ta’ self jinkludi kundizzjoni li l-Muniċipalità jkollha mill-inqas 77,93 % ta’ TS (72).

(94)

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li t-taqsima fil-ftehim ta’ self li tiddikjara li l-ftehim ta’ kiri mal-Muniċipalità ma jistax jinbidel mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Nordea, ma jorbotx lill-Muniċipalità. Jekk jinbidel il-ftehim ta’ kiri, tkun TS li trid tiżgura li tikseb il-kunsens tal-kreditur tagħha, jiġifieri Nordea.

(95)

Fir-rigward tal-kundizzjoni għall-għoti u għaż-żamma tas-self għall-kostruzzjoni li l-Muniċipalità jkollha mill-inqas 77,93 % ta’ TS, l-awtoritajiet Norveġiżi jfakkru li l-bord ta’ TS, li daħal fil-ftehim ta’ self, ma għandux l-awtorità li jorbot lill-azzjonisti tiegħu u b’hekk lill-Muniċipalità, inkluż rigward bejgħ potenzjali futur ta’ ishma. Il-ftehim ta’ self jirrifletti li Nordea hija konxja sew li l-ftehim ma jistax jorbot lill-Muniċipalità, minħabba li t-tieni taqsima tipprovdi li bidla fl-istruttura tas-sjieda mingħajr kunsens timplika ksur tal-kuntratt minn TS (73).

(96)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew aktar informazzjoni dwar il-ftehim ta’ self, u jenfasizzaw li l-Muniċipalità mhijiex parti mill-ftehim ta’ self, u li l-bord ta’ TS ma jista’ bl-ebda mod jorbot lill-Muniċipalità, is-sid maġġoritarju tagħha. Il-klawżoli dwar l-obbligu min-naħa ta’ TS li twettaq bidliet strutturali potenzjali fil-kumpanija u li tieħu miżuri biex ikun possibbli għall-Muniċipalità, jekk ikun meħtieġ, li toħroġ garanzija ma jikkostitwixxux obbligu legali sod u konkret li jista’ jorbot lill-Muniċipalità.

(97)

L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew għal ittra mill-Muniċipalità lill-gvernatur tal-kontea (bin-Norveġiż: Fylkesmannen). L-ittra ntbagħtet wara l-avvenimenti li wasslu biex il-ftehim ta’ self preċedenti jitqies null u bla effett wara valutazzjoni legali li tiddikjara li l-Muniċipalità ma setgħetx tkun parti mill-ftehim ta’ self u ma setgħetx toħroġ garanzija.

(98)

F’din l-ittra, il-Muniċipalità għarrfet lill-gvernatur tal-kontea li “TS u Nordea qed jaħdmu fuq soluzzjonijiet finanzjarji oħrajn mingħajr l-involviment tal-Muniċipalità” (74).

(99)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw ukoll li kieku l-Muniċipalità kienet obbligata legalment li tintervjeni, TS ma kienx ikollha tapplika għal żieda fil-kapital (75), u l-Muniċipalità ma kienx ikollha l-possibbiltà li tiddeċiedi kontra dik il-miżura jew favur tagħha.

(100)

Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-ftehim ta’ self ma jinvolvix obbligu kuntrattwali fuq il-Muniċipalità li jirrappreżenta impenn sod u konkret li jsiru disponibbli r-riżorsi tal-Istat.

(101)

It-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat jista’ jieħu diversi forom, bħal għotjiet diretti, self, garanziji, investiment dirett fil-kapital ta’ kumpaniji u benefiċċji in natura. Impenn sod u konkret biex ir-riżorsi tal-Istat isiru disponibbli aktar ’il quddiem huwa kkunsidrat ukoll bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat (76). Il-ħolqien ta’ riskju konkret ta’ impożizzjoni ta’ piż addizzjonali fuq l-Istat fil-futur, permezz ta’ garanzija jew b’offerta kuntrattwali, huwa suffiċjenti għall-finijiet tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE (77). Billi l-miżuri tal-Istat jieħdu diversi forom u jridu jiġu analizzati f’termini tal-effetti tagħhom, ma jistax jiġi eskluż li l-vantaġġi mogħtija fil-forma ta’ garanzija tal-Istat jistgħu jinvolvu piż addizzjonali fuq l-Istat (78).

(102)

L-Awtorità vvalutat in-natura tad-dispożizzjonijiet deskritti tal-ftehim ta’ self fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi.

(103)

L-awtoritajiet Norveġiżi wrew li l-Muniċipalità mhijiex formalment parti mill-ftehim attwali (79). Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ self jirreferu għad-deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2015 tal-Bord Eżekuttiv tal-Muniċipalità li tiddikjara li hija lesta li tassumi r-responsabbiltà finanzjarja meħtieġa li tirriżulta mir-rinnovazzjoni u mill-iżvilupp ta’ TS. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew dokumentazzjoni li turi li l-eżekuttiv Muniċipali, fl-2016, iddikjara li l-Muniċipalità mhijiex se tiffinanzja l-kostruzzjoni iżda biss il-kapaċità tal-kera (80).

(104)

Filwaqt li l-Eżekuttiv tal-Finanzi tal-Belt iffirma b’mod konġunt l-ewwel self, fid-dawl tal-liġi Norveġiża li teħtieġ l-approvazzjoni mill-Istat għal dawk it-tip ta’ garanziji, l-iffirmar tqies null u l-partijiet ġew infurmati bix-xieraq.

(105)

F’konformità mar-rekwiżiti tal-liġi Norveġiża anki fil-każ tas-self attwali, kwalunkwe dispożizzjoni fil-ftehim ta’ self li tirreferi għall-Muniċipalità għalhekk ma tkunx infurzabbli quddiem il-qrati nazzjonali.

(106)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, kwalunkwe dikjarazzjoni fil-ftehim ta’ self li tirreferi għal dak li Nordea tat importanza fil-valutazzjoni tagħha dwar jekk għandux jingħata self lil TS trid tiġi kkunsidrata bħala kunsiderazzjoni unilaterali f’isem Nordea.

(107)

Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim ta’ self li jiddikjaraw li l-ftehim ta’ kiri ma jistax jinbidel mingħajr l-approvazzjoni ta’ Nordea, kif ukoll id-dispożizzjoni li tiddikjara li hija kundizzjoni għas-self li l-Muniċipalità jkollha mill-inqas 77,93 % ta’ TS, ma jistgħux mingħajr evidenza li turi l-involviment formali tal-Muniċipalità, jiġu kkunsidrati bħala impenn sod u konkret tar-riżorsi tal-Istat. TS hija kumpanija b’responsabbiltà limitata (81) li ma tibbenefika minn ebda dritt addizzjonali meta mqabbla ma’ kumpaniji oħrajn skont il-liġi Norveġiża minħabba s-sjieda tal-Muniċipalità.

(108)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra li tistabbilixxi impenn sod u konkret f’isem il-Muniċipalità, ma jistax jintwera li dawn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ self huma tali li jimpentaw riżorsi tal-Istat.

(109)

L-ebda dispożizzjoni oħra fil-ftehim ta’ self ma qajmet dubji min-naħa tal-Awtorità fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u fid-dawl li Nordea hija operatur tas-suq privat, l-Awtorità ssib li l-ftehim ta’ self bejn TS u Nordea ma jimplikax għajnuna mill-Istat. Għalhekk, din il-miżura mhux se tiġi vvalutata aktar f’dan li ġej.

6.4.   VANTAĠĠ

(110)

Il-miżura trid tagħti lil TS vantaġġ li teħlisha minn spejjeż li normalment jitħallsu mill-baġit tagħha

6.4.1.    Il-Miżuri 4 u 5 — il-ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn l-2007 u l-2017 u l-ftehim ta’ kiri tal-2019

6.4.1.1.   Introduzzjoni

(111)

Matul il-proċedura sad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Norveġiżi sostnew li l-ftehimiet ta’ kiri jifformaw parti minn skema ta’ għajnuna eżistenti. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità adottat l-opinjoni preliminari li l-ftehim ta’ kiri konkluż bejn l-1999 u l-2017 ma jikkostitwixxix skema ta’ għajnuna. L-awtoritajiet Norveġiżi, fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, ma oġġezzjonawx għall-opinjoni preliminari tal-Awtorità f’dan ir-rigward. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’referenza għall-valutazzjoni tal-Awtorità fit-taqsima 5.1 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità ssib li l-ftehim ta’ kiri konkluż bejn l-1999 u l-2017 ma jikkostitwixxix skema ta’ għajnuna.

(112)

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn l-2007 u l-2017, kif ukoll il-ftehim ta’ kiri tal-2019, huma konformi mas-suq u għalhekk ma jinvolvux vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(113)

L-ordni ġuridiku taż-ŻEE huwa newtrali fir-rigward tas-sistema ta’ sjieda ta’ proprjetà u bl-ebda mod ma jippreġudika d-dritt tal-Istati taż-ŻEE li jaġixxu bħala operaturi ekonomiċi. Madankollu, meta l-awtoritajiet pubbliċi direttament jew indirettament iwettqu tranżazzjonijiet ekonomiċi fi kwalunkwe forma, huma soġġetti għar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat. Tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi (inklużi impriżi pubbliċi) ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħhom, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna, jekk jitwettqu skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (82).

(114)

L-awtoritajiet Norveġiżi nnotaw li minħabba d-daqsijiet, it-tagħmir, id-disinn u l-post differenti ta’ ċentri oħrajn fin-Norveġja, mhuwiex possibbli li jiġi identifikat ċentru kompletament ekwivalenti għal Trondheim Spektrum fin-Norveġja (83). Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew informazzjoni dwar ċentri oħrajn mikrija għal skopijiet simili li għalihom il-Muniċipalità tikri kapaċità minn TS, u dwar ċentri oħrajn fin-Norveġja, biex jappoġġjaw l-argument tagħha li l-ftehimiet ta’ kiri kienu konformi mas-suq.

6.4.1.2.   Punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi

(115)

Il-Muniċipalità pprovdiet informazzjoni dwar kif l-ipprezzar ta’ TS lil partijiet terzi huwa paragunabbli ma’ ċentri oħrajn u informazzjoni dwar prezzijiet għall-kiri ta’ kapaċità ta’ sala għal skopijiet sportivi u ta’ divertiment f’ċentri oħrajn.

(116)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li Trondheim Spektrum tiddisponi minn żewġ swali li huma akbar minn 2 000 m 2 (sala D u sala F), li huma partikolarment adattati għal fieri, kunċerti, konferenzi u avvenimenti simili akbar. Skont it-tip ta’ avveniment, TS titlob ħlas ta’ bejn wieħed u ieħor NOK 70 000 sa NOK 85 000 kuljum għas-sala akbar D (bejn wieħed u ieħor EUR 7 230 sa 8 780), u bejn NOK 59 000 u NOK 70 000 għas-sala F kemxejn iżgħar (bejn wieħed u ieħor EUR 6 100 sa 7 230).

(117)

L-awtoritajiet Norveġiżi għamlu paragun mal-kiri ta’ tali faċilitajiet f’ċentri oħrajn fi Trondheim. Pereżempju, il-loġġa tal-mażuni fi Trondheim, titlob rata ta’ kuljum ta’ bejn NOK 15 000 u NOK 18 000 (madwar EUR 1 550 sa 1 860) biss. Dan huwa ċentru kemxejn iżgħar, li jista’ jakkomoda sa 600 persuna, filwaqt li s-sala F fi Trondheim Spektrum għandha kapaċità ta’ aktar minn 1 000 persuna.

(118)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, iċ-ċentri ta’ daqs komparabbli li jinsabu fi bliet Norveġiżi japplikaw rati simili. Fi Stavanger, il-kiri ta’ post b’kapaċità simili għal dik tas-sala F jiswa ftit aktar minn NOK 200 000 għal erbat ijiem, filwaqt li Grieghallen f’Bergen jitlob madwar NOK 300 000 għal erbat ijiem (madwar EUR 20 100 u 31 000). Il-prezzijiet ta’ TS huma ftit inqas minn dawk ta’ Bergen (84).

(119)

L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew ukoll għal Sotra Arena li tinsab fil-muniċipalità ta’ Fjell, 25 minuta ”l bogħod miċ-ċentru ta’ Bergen b’karozza, ċentru b’kapaċità interna ta’ 12 000 m2. Fl-2016, dan iċ-ċentru ntuża għal fieri kummerċjali fejn talab ħlas ta’ madwar NOK 100 000 sa 125 000 għal tlett ijiem (madwar EUR 10 300 sa 12 900) għal madwar 5 000 sa 7 000 m2.

(120)

Fid-dawl ta’ dan it-tqabbil, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li jidher li l-prezzijiet ta’ TS għall-kapaċità tas-sala, meta mikrija lil partijiet terzi, huma konformi mal-prezzijiet tas-suq.

(121)

Il-Muniċipalità tixtri kapaċità minn TS, klabbs sportivi b’faċilitajiet proprji, awtoritajiet statali oħrajn (f’bini bħal skejjel sekondarji) u sa grad limitat ħafna, minn faċilitajiet privati.

(122)

Ir-rata fis-siegħa mħallsa mill-Muniċipalità tvarja bejn NOK 350 u 2 046 fis-siegħa (madwar EUR 36 u 211). Ir-rata fis-siegħa mħallsa lil TS hija ta’ NOK 1 174 (madwar EUR 121). Skont il-ftehim ta’ kiri l-ġdid, ir-rata fis-siegħa hija ta’ NOK 1 700. L-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li d-differenzi fil-prezzijiet jistgħu jiġu spjegati b’varjetà ta’ fatturi. Barra minn hekk, għadd minn dawn iċ-ċentri ġew (parzjalment) iffinanzjati mill-Istat, u huma marbuta b’kuntratt li jipprovdu (uħud) kapaċità b’rati fissi.

(123)

Fatturi oħrajn, li jistgħu jispjegaw id-differenzi relattivament kbar fil-prezzijiet, huma li mhux il-ħinijiet kollha matul il-jum għandhom valur simili u mhux iċ-ċentri kollha huma moderni, mgħammra tajjeb u jinsabu f’post ċentrali bħal Trondheim Spektrum. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq huma raġunijiet għaliex xi kapaċità li l-Muniċipalità tixtri minn ċentri oħrajn hija mikrija bi prezz komparattivament aktar baxx (85).

(124)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew eżempji tar-rati mitluba minn Vestlandshallen, ċentru sportiv f’Bergen. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, dan iċ-ċentru jitlob bejn wieħed u ieħor l-istess prezz għall-utenti (ta’ klabb mhux sportiv) bħalma l-Muniċipalità tħallas lil TS. Dan huwa bbażat fuq kalkolu fejn waħda mis-“sigħat tas-sala” ta’ TS hija għal erja tas-superfiċje ta’ 800 m2 u tinkludi 60 minuta. “Kwart ta’ sala” f’Vestlandshallen tkun madwar 440 m2 u tiswa NOK 940 għal 90 minuta (madwar EUR 97). Dan jirriżulta fi prezz teoretiku ta’ madwar NOK 626 għal 60 minuta u għalhekk ta’ NOK 1 252 għal erja tas-superfiċje ftit akbar minn dik ta’ TS (madwar EUR 65 u 129).

(125)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-Belt ta’ Bergen titlob lill-utenti mhux preferenzjali NOK 1 150 għal siegħa f’Haukelandshallen, ċentru komparabbli ma’ Trondheim Spektrum (madwar EUR 119). Barra minn hekk, il-Belt ta’ Tromsø titlob ħlas sa NOK 1 940 għal siegħa ta’ erja tas-superfiċje simili f’Tromsøhallen (madwar EUR 200).

(126)

Rigward il-ftehim ta’ kiri tal-2019 speċifikament, l-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-ftehim ta’ kiri l-ġdid jirrappreżenta żieda ta’ madwar 50 % fil-kera fis-siegħa minn madwar NOK 1 200 għal NOK 1 700 (madwar EUR 124 sa 176) (86). L-awtoritajiet Norveġiżi jirrikonoxxu li dan huwa fil-parti ta’ fuq tar-rati fis-siegħa li huma pprovdew (ir-rati fis-siegħa minn kampjun ta’ faċilitajiet sportivi jvarjaw minn madwar NOK 350 għal NOK 2046 (madwar EUR 36 sa 211)) (87).

(127)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, wara t-titjib, Trondheim Spektrum se tkun, faċilità moderna u b’pożizzjoni ċentrali ħafna f’waħda mill-akbar bliet tan-Norveġja li qed jikbru b’rata mgħaġġla. Fil-fehma tal-awtoritajiet Norveġiżi, sabiex l-Awtorità tikkonkludi li l-ftehim ta’ kiri jinvolvi vantaġġ, ir-rata fis-siegħa trid tkun ferm ogħla mil-firxiet ta’ prezzijiet osservati fis-suq (88).

(128)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw ukoll li r-rata fis-siegħa għall-utenti kummerċjali ta’ Trondheim Spektrum kienet ogħla fil-passat (bejn NOK 1 000 u 1 800; madwar EUR 103 sa 186) milli taħt il-kuntratt ta’ kera muniċipali (NOK 1 200; madwar EUR 124). Dan huwa mistenni wkoll li jibqa’ l-każ, b’rata fis-siegħa ta’ madwar NOK 1 700 taħt il-ftehim ta’ kiri l-ġdid (madwar EUR 176) u b’mod korrispondenti b’rata fis-siegħa ogħla għall-utenti kummerċjali.

(129)

Fil-fehma tal-awtoritajiet Norveġiżi, kieku ġie konkluż li l-Muniċipalità ħallset prezz ogħla mil-livelli tas-suq, dan neċessarjament ikun ifisser li l-utenti kummerċjali ta’ TS jagħmlu dan ukoll. Fil-fehma tal-awtoritajiet Norveġiżi, m’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li l-utenti kummerċjali jkollhom iħallsu prezz ogħla mil-livell tas-suq għall-kiri ta’ spazju ta’ sala fi Trondheim Spektrum (89).

(130)

Fil-fehma tal-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità tista’ tikkonkludi li l-ftehimiet ta’ kiri huma ħielsa mill-għajnuna. Sabiex jassistu lill-Awtorità biex tasal għal dik il-konklużjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi essenzjalment s’issa pprovdew dan li ġej:

Punti ta’ riferiment esterni, jiġifieri rati fis-siegħa għall-kiri ta’ ħin f’sala f’infrastrutturi multifunzjonali komparabbli.

“Punti ta’ riferiment interni”, jiġifieri dokumentazzjoni li turi li l-attivitajiet l-oħra ta’ TS joħolqu bejn wieħed u ieħor l-istess livell ta’ introjtu filwaqt li jikkunsmaw inqas kapaċità.

Dokumentazzjoni li TS ma tbigħx il-kapaċità tagħha lil partijiet terzi bi prezzijiet artifiċjalment baxxi, u b’hekk jindika li l-attivitajiet “kummerċjali” tagħha ma jingħatawx sussidju inkroċjat (90).

6.4.1.3.   Il-valutazzjoni tal-Awtorità tal-ftehimiet ta’ kiri

(131)

Biex jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni hijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, it-tranżazzjoni tista’ tiġi vvalutata fid-dawl tat-termini li taħthom tranżazzjonijiet komparabbli mwettqa minn operaturi privati komparabbli seħħew f’sitwazzjonijiet komparabbli (91).

(132)

Il-valutazzjoni komparattiva tista’ ma tkunx metodu xieraq biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-punti ta’ riferiment disponibbli ma jkunux ġew definiti fir-rigward ta’ kunsiderazzjonijiet tas-suq jew il-prezzijiet eżistenti jkunu mxekkla b’mod sinifikanti minn interventi pubbliċi (92).

(133)

Barra minn hekk, kif ġie nnutat mill-awtoritajiet Norveġiżi, hemm differenzi importanti fejn jidħol it-tqabbil ta’ dawn iċ-ċentri, pereżempju fil-ħin tal-kiri (93), l-ammont ta’ sigħat mikrija, il-kwalità tal-faċilitajiet, u l-post taċ-ċentri fl-ibliet (jew barra mill-ibliet).

(134)

L-Awtorità tikkunsidra li l-punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi mhumiex komparabbli jew xierqa biżżejjed biex jiġi stabbilit prezz tas-suq li l-kera mħallsa skont il-ftehim ta’ kiri tista’ tiġi mqabbla direttament miegħu, ara aktar premessi 142 sa 152 ta’ hawn taħt.

(135)

Sabiex l-Awtorità tikkonkludi li l-ftehimiet ta’ kiri jinvolvu elementi ta’ għajnuna u għalhekk jagħtu vantaġġ lil TS skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità trid issib li l-prezz imħallas skont il-ftehimiet ta’ kiri jiddevja biżżejjed mill-prezz tas-suq biex jiġġustifika sejba bħal din (94).

(136)

Kif deskritt hawn fuq, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit prezz tas-suq preċiż f’dan il-każ, permezz ta’ metodi tradizzjonali ta’ valutazzjoni komparattiva billi ma jista’ jiġi identifikat l-ebda punt ta’ riferiment komparabbli u xieraq.

(137)

Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ prezz b’referenza għall-kost tal-provvista tas-servizzi skont il-ftehim ta’ kiri ma jidhirx xieraq f’dan il-każ, peress li huwa diffiċli li jiġi ddeterminat, b’mod sinifikanti, is-sehem xieraq tal-kost ta’ investiment li għandu jiġi allokat għall-ftehim ta’ kiri, jew x’kienu jkunu dawn il-kostijiet fin-nuqqas tal-attivitajiet l-oħra mwettqa minn TS.

(138)

Kif spjegat mill-awtoritajiet Norveġiżi, ir-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum saru parzjalment minħabba li l-Muniċipalità ma kellhiex faċilitajiet adegwati biex takkomoda avvenimenti sportivi u kulturali akbar. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Norveġiżi semmew li Trondheim se tospita l-EURO 2020 tal-handball kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għalhekk, wieħed mill-għanijiet tat-titjib kien li ċ-ċentru rinnovat jissodisfa r-rekwiżiti tal-federazzjoni Ewropea tal-handball u jkun jista’ jieħu għadd sinifikanti ta’ spettaturi.

(139)

Fil-fehma tal-Awtorità, wieħed jista’ jassumi li operatur privat, li jikri l-kapaċità bl-iskop li jipprovdi spazju ta’ sala lill-klabbs sportivi taż-żgħażagħ, ma jaċċettax prezz li jkun ikopri l-kostijiet sinifikanti assoċjati mar-rinnovazzjoni u l-estensjonijiet sproporzjonati għall-ħtiġijiet tiegħu skont il-ftehim ta’ kiri. Jekk tali approċċ jiġi aċċettat, dan jippermetti mekkaniżmu li bih il-Muniċipalità tista’ tħallas prezz biex tikri l-faċilitajiet għall-provvista ta’ spazju ta’ sala għall-isports taż-żgħażagħ, li jikkorrispondi għall-ħtieġa finanzjarja li jitwettaq titjib tal-faċilitajiet b’mod ġenerali, mingħajr ma tiġi nnotifikata tali kontribuzzjoni bħala għajnuna mill-Istat (95).

(140)

Il-bini ta’ ċentri għall-isport u avvenimenti pubbliċi oħrajn u l-appoġġ ta’ tipi differenti ta’ attivitajiet li jibbenefikaw lill-pubbliku ġenerali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala responsabbiltà tal-Istat. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-Istat ma jkunx qed jaġixxi bħala operatur tas-suq. Ikun qed jaġixxi bħala awtorità pubblika. Għalhekk, l-Istat f’ċerti ċirkostanzi jista’ jiffinanzja attivitajiet bħal dawn billi jagħti għajnuna mill-Istat. Madankollu, tali miżura jkollha tissodisfa l-kriterji rilevanti kollha stabbiliti fil-GBER (96) għal eżenzjoni ta’ kategorija jew, inkella, ikollha tiġi nnotifikata u approvata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE.

(141)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità trid tibbaża fuq metodi oħrajn sabiex tivvaluta jekk il-ftehimiet ta’ kiri jinvolvux elementi ta’ għajnuna. Għalkemm mhux applikabbli direttament, l-Awtorità tikkunsidra li l-punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex tiġi stabbilita firxa ta’ prezzijiet misjuba fis-suq sabiex jiġi vvalutat jekk il-prezz imħallas skont il-ftehimiet ta’ kiri huwiex ’il bogħod minn dawk li jidhru li huma l-kundizzjonijiet tas-suq għal servizz simili.

(142)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew lill-Awtorità b’ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet imħallsa mill-Muniċipalità lil ċentri oħrajn għall-kera tal-kapaċità ta’ sala għall-istess skopijiet li għalihom il-Muniċipalità tixtri kapaċità ta’ sala minn TS (97). Fil-fehma tal-Awtorità, dawn ikunu l-aktar komparabbli għall-ftehimiet ta’ kiri vvalutati f’din id-deċiżjoni.

(143)

L-Awtorità tikkunsidra li dawn iċ-ċentri huma aktar xierqa b’paragun mal-kapaċità tas-sala mikrija mill-Muniċipalità milli l-eżempji ta’ prezzijiet mitluba minn ċentri fi bliet oħra (98). Ir-rati fis-siegħa pprovduti għaċ-ċentri l-oħra jidhru li jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn iċ-ċentru jinkera għal perjodu limitat u għal avvenimenti differenti. Dawn iċ-ċentri huma wkoll differenti f’termini ta’ faċilitajiet.

(144)

Il-punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi fejn il-Muniċipalità tikri l-ispazju tas-sala, jikkonċernaw ukoll arranġamenti fejn ammont akbar ta’ sigħat jinkrew għall-istess tip ta’ servizzi — għalkemm l-ebda wieħed minnhom ma jqarreb l-ammont ta’ sigħat mikrija skont il-ftehim ta’ kiri bejn il-Muniċipalità u TS. Dawn iċ-ċentri jinsabu wkoll fi Trondheim (99).

(145)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-prezz ivarja bejn NOK 350 u NOK 2 046 fis-siegħa. L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li r-rati fis-siegħa li l-Muniċipalità tħallas f’numru kbir ta’ dawn il-kuntratti individwali huma ċertament bi prezz inqas minn dak tas-suq u għaldaqstant mhux kompletament komparabbli minħabba li numru minn dawn iċ-ċentri ġew parzjalment iffinanzjati mill-Istat, u huma marbutin kuntrattwalment li jipprovdu ċerta kapaċità b’rati fissi, barra mill-fatt li l-ftehimiet jistgħu jkunu relatati ma’ ħinijiet tal-ġurnata/tal-ġimgħa ta’ valur differenti (100).

(146)

Barra minn hekk, minn ħdax-il kuntratt ta’ kiri li għalihom huwa pprovdut il-prezz, żewġ ċentri biss, Heimdal u Utleira, iqarrbu l-prezz imħallas mill-Muniċipalità lil TS (101). L-awtoritajiet Norveġiżi rrikonoxxew li r-rati għal dawn iż-żewġ ċentri huma ogħla minn dak li jitħallas liċ-ċentri l-oħra li għalihom hija pprovduta l-informazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li r-rati jistgħu ma jirriflettux il-prezz tas-suq, peress li l-Muniċipalità, hija u tistabbilixxi r-rata tal-kiri, qieset ukoll l-interess muniċipali fl-appoġġ tal-attivitajiet ta’ klabbs sportivi voluntiera bbażati fuq sħubija. Għalhekk il-prezz tas-suq għal dawn iċ-ċentri jista’ jkun ftit inqas minn dak indikat (102).

(147)

L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web ta’ Heimdal tgħid li r-rati fis-siegħa jvarjaw bejn NOK 275 u 550, skont it-tip ta’ kuntratt magħmul. Għalhekk jidher li r-rata li ċ-ċentru jitlob fis-suq hija konsiderevolment inqas minn dik li l-Muniċipalità tħallas skont dik il-kirja.

(148)

Skont id-disa’ kuntratti ta’ kiri li jifdal, iċ-ċentri jitolbu prezz li jkun bejn 77 % u 242 % (103) inqas minn dak li tħallas il-Muniċipalità lil TS skont il-ftehimiet il-qodma ta’ kiri u bejn 154 % u 385 % inqas mill-prezz imħallas mill-Muniċipalità lil TS skont il-ftehim ta’ kiri tal-2019.

(149)

Mill-ħdax-il ċentru li għalihom qed jiġi pprovdut il-prezz, erbgħa minn dawn iċ-ċentri huma mikrija minn operaturi privati (104). Il-prezzijiet għal dawn l-erba’ ċentri jvarjaw bejn NOK 425 u NOK 677.

(150)

Għalhekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi minflok juru li l-prezz imħallas mill-Muniċipalità skont il-ftehimiet ta’ kiri kien konsiderevolment ogħla mill-prezz imħallas lil u mitlub minn ċentri oħrajn kemm għall-ftehimiet fil-passat kif ukoll, b’mod partikolari, wara ż-żieda fil-prezz imħallas għall-kiri tal-kapaċità tas-sala skont il-ftehim ta’ kiri tal-2019.

(151)

Fil-fehma tal-Awtorità, differenzi bħal dawn fil-prezz bejn ir-rati fis-siegħa ta’ dawn iċ-ċentri u l-prezz fis-siegħa mħallas mill-Muniċipalità skont il-ftehim ta’ kiri ma’ TS — li kollha huma mikrija mill-Muniċipalità għall-istess skopijiet — ma jistgħux jiġu spjegati bis-sħiħ mill-fatt li xi wħud minn dawn iċ-ċentri setgħu ġew parzjalment iffinanzjati mill-Istat, jew setgħu impenjaw ruħhom li jipprovdu xi kapaċità b’rati fissi. Il-fatt li dawn il-ftehimiet jistgħu jkunu relatati mal-ħinijiet tal-jum jew tal-ġimgħa li jvarjaw fil-valur huwa applikabbli bl-istess mod għaċ-ċentri kollha li ġew ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi bħala punti ta’ riferiment possibbli.

(152)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità ma tistax teskludi li l-ftehimiet ta’ kiri mill-2007 sal-2017 u l-ftehim ta’ kiri tal-2019 taw vantaġġ lil TS. Madankollu, minħabba li għajnuna bħal din tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu, mhuwiex meħtieġ li ssir sejba definittiva dwar l-eżistenza ta’ għajnuna (105).

6.4.2.    Miżura 6 — żieda fil-kapital relatata ma’ kostijiet ġodda u mhux mistennija — GBER

(153)

L-awtoritajiet Norveġiżi taw żieda fil-kapital lil TS għall-ammont ta’ NOK 55 miljun (madwar EUR 5.68 miljun) skont l-Artikolu 55 tal-GBER. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li TS ma tistax tkopri dawn il-kostijiet addizzjonali permezz tal-mezzi eżistenti tagħha jew permezz ta’ finanzjament addizzjonali tas-suq.

(154)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li ż-żieda fil-kapital ma tagħtix vantaġġ lil TS. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, għadd ta’ kunsiderazzjonijiet għamlu l-injezzjoni ta’ kapital xi ħaġa vantaġġuża għall-Muniċipalità bħala s-sid ta’ TS.

(155)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li kollox ma’ kollox, il-modifiki x’aktarx li kellhom impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà ta’ TS, b’mod partikolari jekk imqabbla mal-pjanijiet kontrofattwali, jiġifieri jekk ma jkunux saru modifiki individwali għall-pjanijiet tal-postijiet bilqiegħda, tal-lifts u tal-ħażniet. Il-miżuri kollha kienu jwasslu għal żieda fl-introjtu/fil-kostijiet aktar baxxi, filwaqt li l-alternattivi waslu għall-kontra ta’ dan (106).

(156)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw ukoll li ż-żieda fil-kapital għamlet lill-Muniċipalità l-kważi azzjonist uniku ta’ TS, u dan jippermetti lill-Muniċipalità tixtri l-ishma li jifdal anki mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti minoritarji tal-lum. Billi tkun l-unika azzjonist, il-Muniċipalità se titpoġġa f’pożizzjoni favorevoli skont l-Att Norveġiż dwar il-Kumpaniji b’Responsabbiltà Limitata (107) peress li tista’ tiddeċiedi unilateralment kif għandha tiġi operata TS.

(157)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, operatur f’ekonomija tas-suq li kien ikollu jagħżel bejn dawn iż-żewġ xenarji x’aktarx li kien jaġixxi kif għamlet il-Muniċipalità. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw li m’hemmx biżżejjed indikazzjonijiet biex jikkonkludu li t-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq mhuwiex sodisfatt (108).

(158)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-valur tal-ishma f’TS — li huwa intrinsikament relatat mal-infrastruttura li TS hija sidha — se jkun ogħla jekk relatat ma’ Trondheim Spektrum fi stadju kkompletat, milli kieku twaqqaf il-proġett ta’ rinnovazzjoni. Il-modifiki li ġew iffinanzjati miż-żieda fil-kapital se jikkontribwixxu għal titjib fil-profittabbiltà ta’ TS, iffrankar ta’ kostijiet u tisħiħ tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul mill-infrastruttura.

(159)

Barra minn hekk, il-Muniċipalità żiedet b’mod sinifikanti s-sehem tagħha f’TS. Dan jinvolvi qabel kollox żieda fil-valur tas-sehem tagħha. Il-Muniċipalità xtrat, essenzjalment, sehem ta’ 18 % f’kumpanija sid ta’ infrastruttura, li l-espansjoni waħedha tagħha tiswa kważi NOK 600 miljun, għal NOK 55 miljun. Barra minn hekk, il-pożizzjoni li tkun is-sid (kważi) uniku ta’ TS se tippermetti lill-Muniċipalità teżerċita influwenza aktar diretta u immedjata fuq l-operat u l-futur tal-kumpanija.

(160)

L-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil, mhuwa bl-ebda mod improbabbli li Trondheim Spektrum tista’ tinbiegħ għal prezz li jkun jinvolvi redditu aċċettabbli fuq l-investiment għall-injezzjoni ta’ kapital. Jekk Trondheim Spektrum ma tinbiegħx, il-valur tas-sjieda tagħha probabbilment se jiżdied b’mod sinifikanti bit-tlestija tal-espansjoni, u bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u l-istrateġija li bil-mod il-mod se tara parti akbar tal-introjtu tagħha jiġi minn attivitajiet kummerċjali.

(161)

Jekk stat isostni li aġixxa bħala operatur f’ekonomija tas-suq, fejn hemm dubju, irid jipprovdi evidenza li turi li d-deċiżjoni li jwettaq it-tranżazzjoni kienet meħuda, fuq il-bażi ta’ evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma’ dawk li, f’ċirkostanzi simili, operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq (b’karatteristiċi simili għal dawk tal-korp pubbliku kkonċernat) kien iwettaq sabiex jiddetermina l-profittabbiltà jew il-vantaġġi ekonomiċi tat-tranżazzjoni (109).

(162)

Il-livell ta’ sofistikazzjoni ta’ valutazzjoni ex ante bħal din jista’ jvarja skont il-kumplessità tat-tranżazzjoni kkonċernata u l-valur tal-assi, tal-oġġetti jew tas-servizzi involuti. Normalment, dawn il-valutazzjonijiet ex ante għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta’ esperti b’ħiliet u b’esperjenza xierqa. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom dejjem ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u ma għandhomx ikunu affettwati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika pubblika. Evalwazzjonijiet imwettqa minn esperti indipendenti jistgħu jipprovdu korroborazzjoni addizzjonali għall-kredibbiltà tal-valutazzjoni.

(163)

Sabiex ikun stabbilit li miżura tipprovdi vantaġġ ekonomiku, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk, f’ċirkostanzi simili, operatur privat f’ekonomija tas-suq ta’ daqs komparabbli għal dik tal-impriża kkonċernata kienx jagħmel injezzjoni ta’ kapital tal-istess kobor, b’mod partikolari fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fi żmien dan l-investiment.

(164)

Il-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq ġie żviluppat fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-Qrati taż-ŻEE żviluppaw il-“prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq” biex jidentifikaw il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat f’każijiet ta’ investiment pubbliku (b’mod partikolari, injezzjonijiet ta’ kapital). Biex jiġi ddeterminat, skont dan il-prinċipju, jekk investiment ta’ korp pubbliku jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk, f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ daqs komparabbli li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq kienx jitħajjar jagħmel l-investiment inkwistjoni (110).

(165)

Il-konformità mal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq tista’ tintwera permezz ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ex ante li abbażi tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni li jsir l-investiment (111). Stat jista’ jinvoka biss elementi oġġettivi u verifikabbli meqjusa qabel jew fiż-żmien tad-deċiżjoni li jsir investiment.

(166)

Għalhekk irid jintwera li l-investiment huwa bbażat fuq valutazzjoni ekonomika ekwivalenti għal dak li investitur privat razzjonali f’sitwazzjoni komparabbli kien jagħmel qabel investiment bħal dan sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura tiegħu.

(167)

Mhuwiex biżżejjed li wieħed jibbaża fuq valutazzjonijiet ekonomiċi stabbiliti wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ (potenzjali), fuq sejba retrospettiva li l-investiment li sar kien tassew profittabbli jew fuq ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-kors ta’ azzjoni fil-fatt magħżul biex jiġi konkluż li stat iddeċieda fuq l-investiment bl-istess mod bħal azzjonist privat f’ekonomija tas-suq (112).

(168)

Il-fatt li kontribuzzjoni f’kapital hija allegatament meħtieġa għall-impriża biex tkompli bl-operazzjonijiet tagħha, jew biex tiġi żgurata l-kapitalizzazzjoni adegwata tan-negozju, skont ir-regoli prudenzjali jew stima tar-riskji involuti, mhijiex bażi suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-rekwiżiti tal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq ġew issodisfati.

(169)

Investitur privat li jopera f’kundizzjonijiet normali tas-suq ma jagħmilx din l-injezzjoni ta’ kapital ħlief jekk il-profittabbiltà mistennija titqies suffiċjenti, meta ssir din l-injezzjoni, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli f’dak il-mument speċifiku.

(170)

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, huwa preżunt li investitur privat jipprova jimmassimizza l-profitti tiegħu (113). Kif ġie ddikjarat mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs il-Kummissjoni, “Għandu jiġi enfasizzat li, normalment, investitur privat ma jikkuntentax ruħu biss bil-fatt li investiment ma jikkawżalux telf, jew li jagħtih profitti limitati. Effettivament, huwa jfittex massimizzazzjoni raġonevoli tar-redditu fuq l-investiment tiegħu, skont iċ-ċirkustanzi preżenti u kemm-il darba jissodisfa l-interessi tiegħu fuq medda ta’ żmien qasir, medju u twil, inkluż fil-każ ta’ investiment f’impriża li fiha huwa diġà jkollu ishma” (114).

(171)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-Muniċipalità vvalutat jekk, bħala l-azzjonist maġġoritarju fi Trondheim Spektrum, u abbażi ta’ kriterji oġġettivi, għandhiex tagħmel aktar investimenti fil-forma ta’ żieda fil-kapital. Barra minn hekk, li kien hemm raġunijiet ekonomiċi tajba tas-suq għall-Muniċipalità biex twettaq iż-żieda fil-kapital, b’mod partikolari fil-fehma tal-kontrofattwali (115).

(172)

Madankollu, għal darba oħra skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, jidher li l-Muniċipalità ma wettqet l-ebda evalwazzjoni ekonomika ex ante qabel ma ddeċidiet li tagħti l-injezzjoni ta’ kapital. Ma jistax jiġi kkunsidrat biżżejjed li operatur ekonomiku li jkollu jagħżel bejn it-tlestija tar-rinnovazzjonijiet u l-alternattiva, x’aktarx kien jaġixxi kif għamlet il-Muniċipalità (116) mingħajr ebda valutazzjoni konkreta tal-profittabbiltà mistennija tal-investiment.

(173)

L-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi ma jurux li l-investiment kien profittabbli biżżejjed għal investitur fis-suq (117). Dan japplika kemm għall-kost l-ġdid kif ukoll għall-kost akbar milli ppjanata. Il-valutazzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq tali spjegazzjonijiet ġenerali bħal dawk ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi. Pereżempju, ma hija mogħtija l-ebda stima f’termini ta’ żieda mistennija fl-introjtu minħabba s-siġġijiet addizzjonali, u lanqas il-kisbiet fl-effiċjenza mistennija minn lifts akbar u ż-żieda fiż-żona tal-ħażna.

(174)

L-Awtorità pprovdiet lill-awtoritajiet Norveġiżi bl-opportunità li jippreżentaw kwalunkwe dokument bħal dan li huwa relatat mat-tranżazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdew l-ebda evalwazzjoni ekonomika komparabbli ma’ dawk li investitur privat razzjonali f’sitwazzjoni komparabbli kien jagħmel qabel investiment bħal dan sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura tiegħu. Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx evidenza li turi li l-profittabbiltà futura mistennija kienet sodisfaċenti mil-lat ta’ investitur privat (118). Fiż-żmien meta TS talbet kapital addizzjonali, il-Muniċipalità kellha 78 % tal-ishma f’TS. Sidien oħrajn ta’ TS ma wrewx interess li jipparteċipaw fiż-żieda fil-kapital. Għall-kuntrarju, diversi azzjonisti minoritarji qablu li jittrasferixxu l-ishma tagħhom lill-Muniċipalità għal NOK 1.

(175)

Il-fatt li azzjonisti oħrajn ma kinux lesti li jipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital u, fil-fatt, ittrasferew l-ishma tagħhom għal NOK 1 lill-Muniċipalità, jista’ jitqies bħala indikazzjoni li t-tranżazzjoni ma ġietx meqjusa mill-operaturi tas-suq bħala waħda profittabbli.

(176)

Bħala konklużjoni, l-Awtorità ssib li ż-żieda fil-kapital tikkostitwixxi vantaġġ lil TS li jikkorrispondi għall-ammont sħiħ taż-żieda fil-kapital.

6.4.3.    Miżura 7 — il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura

(177)

Il-forma preċiża tal-miżura mhijiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk din tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża. L-għoti ta’ vantaġġi ekonomiċi pożittivi mhux biss huwa rilevanti għall-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, iżda anki l-eżenzjoni minn piżijiet ekonomiċi tista’ tikkostitwixxi vantaġġ. Din tal-aħħar hija kategorija wiesgħa li tinkludi kull mitigazzjoni tal-imposti normalment inklużi fil-baġit ta’ impriża. Dan ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom l-operaturi ekonomiċi jinħelsu mill-kostijiet inerenti tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (119).

(178)

Il-kunċett ta’ vantaġġ ikopri wkoll sitwazzjonijiet fejn ċerti operaturi ma jkollhomx iġarrbu l-kostijiet li operaturi oħrajn komparabbli normalment iġarrbu taħt ordni ġuridika partikolari, irrispettivament min-natura mhux ekonomika tal-attività li magħhom huma relatati l-kostijiet (120).

(179)

Il-kostruzzjoni tal-infrastruttura użata għall-attivitajiet li l-Istat iwettaq fl-eżerċizzju tiegħu ta’ setgħat pubbliċi, u li mhijiex sfruttata kummerċjalment, fil-prinċipju hija eskluża mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (121).

(180)

Vantaġġ selettiv fir-rigward tal-infrastruttura bħalma huwa vvalutat f’dan il-każ, li huwa ffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat u mhuwiex sfruttat kummerċjalment xorta waħda jista’ jinstab li jeżisti:

Jekk ir-regoli normalment applikabbli għall-proġett jimponu fuq l-iżviluppaturi tal-proġett li jġarrbu parti mill-kostijiet, allura jista’ jkun hemm vantaġġ selettiv jekk l-iżviluppatur iħallas inqas minn dak legalment meħtieġ;

Jekk l-infrastruttura ma tkunx ta’ karattru ġenerali iżda sservi biss impriża waħda jew għadd limitat ta’ impriżi magħrufa minn qabel, u jekk tkun imfassla skont il-ħtiġijiet tagħhom b’tali mod li l-impriża/impriżi normalment ikollha/ikollhom iġarrab/iġarrbu l-kostijiet tal-infrastruttura hija/huma stess (122).

(181)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-infrastruttura inkwistjoni hija infrastruttura pubblika ta’ natura ġenerali, u li TS ma ħallsitx inqas minn dak legalment meħtieġ. Il-finanzjament tal-infrastruttura jikkonċerna tliet miżuri.

(182)

L-ewwel waħda, dwar il-pont li jgħaqqad il-peniżola ta’ Nidarø mal-kontinent fejn tinsab il-Knisja ta’ Ilen. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-pont attwali għadda żmienu. Il-pont huwa ffinanzjat għal kollox mill-Muniċipalità. Il-pont se jgħaqqad il-partijiet ċentrali tal-belt, u se jgħaqqad iż-żoni rikreattivi u ta’ parks importanti u għalhekk se jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u l-viżitaturi kollha ta’ Trondheim.

(183)

It-tieni waħda, ix-xogħlijiet fuq Klostergata jikkonċernaw sistema tal-ilma u l-iskart li l-Muniċipalità kellha tissostitwixxi xorta waħda. Il-kostruzzjoni tikkoinċidi max-xogħlijiet fuq Trondheim Spektrum. Skont il-Pjan Prinċipali għall-Ambjent tad-Drenaġġ u l-Ilma 2013–2024, il-Pjan Prinċipali għall-Provvista tal-Ilma 2004–2012 u s-sottopjan Muniċipali għall-provvista tal-Ilma 2017–2028, il-Muniċipalità trid tissepara l-ilma domestiku mormi u l-ilma tal-wiċċ, u trid tibdel il-pajpijiet qodma tal-ilma. Huwa rrakkomandat li dawn il-miżuri jitwettqu fi żmien 10 snin (mill-2014). Il-Muniċipalità tagħmel ħilitha biex tikkoordina l-ħidma tagħha mal-ħidma ta’ atturi oħra. Il-pajpijiet tal-ilma fi Klostergata ġew installati fil-perjodu 1895–1915. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-Muniċipalità dejjem tissostitwixxi tali pajpijiet meta jsir xogħol ieħor fit-triq jew tul it-triq. TS se tħallas sehem ta’ NOK 20 miljun (123).

(184)

It-tielet waħda, l-istruttura ekoloġika u l-park pubbliku huma disponibbli biex jiġi żgurat li jkun hemm postijiet attraenti għall-attività u r-rikreazzjoni għall-pubbliku ġenerali. Il-Muniċipalità għandha pjanijiet li tħawwel veġetazzjoni qrib ix-xmara biex jinħoloq ambjent tajjeb għall-ħajja tal-pjanti u tal-annimali. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-istruttura ekoloġika u l-park pubbliku mhumiex meħtieġa għall-proġett iżda huma pjuttost infrastruttura li tkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha u għall-viżitaturi ta’ Trondheim (124).

(185)

Għall-valutazzjoni ta’ jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, l-Awtorità għandha tanalizza l-effett tal-miżuri kkonċernati, aktar milli l-għanijiet imfittxija. Anki jekk il-pjan infrastrutturali ġie adottat b’rabta mal-pjanijiet tal-iżvilupp inkwistjoni, l-Awtorità jkollha bżonn tivvaluta jekk l-infrastruttura hijiex ta’ benefiċċju għall-komunità kollha jew għall-iżvilupp ikkonċernat biss. Huwa fil-każ tal-aħħar biss li l-infrastruttura għandha tiġi ffinanzjata mill-iżviluppatur biex ma jkunx hemm għajnuna (125).

(186)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-miżuri (parzjalment) iffinanzjati mill-Muniċipalità ma għandhomx relazzjoni fattwali diretta mal-iżvilupp, iżda huma r-riżultat tal-politika pubblika tal-Muniċipalità li tipprovdi din it-tip ta’ infrastruttura ġeneralment aċċessibbli u struttura ekoloġika allokata għall-pubbliku (126). Iż-żona allokata hija parti minn żona importanti ta’ rikreazzjoni li tinsab tul il-banek tax-xmara Nidelva fejn jgħixu diversi pjanti u annimali. Nidarø huwa parti minn netwerk ta’ mogħdijiet għall-mixi li huma popolari mal-abitanti tal-Belt għar-rikreazzjoni u l-ħajja fuq barra (127).

(187)

Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità tikkunsidra li l-miżuri infrastrutturali inkwistjoni huma għall-użu u l-benefiċċju tal-pubbliku fi Trondheim. Għalkemm xi żieda fit-traffiku fiż-żona tista’ tkun minħabba l-iżvilupp, ix-xogħol imwettaq huwa ta’ benefiċċju għal kull min jgħix fiha (128).

(188)

Kif deskritt hawn fuq, il-Muniċipalità u TS daħlu fi ftehim ta’ żvilupp relatat mal-iżvilupp (129). L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li m’hemm l-ebda obbligu li wieħed jidħol fi ftehim dwar l-iżvilupp, la għall-Muniċipalità u lanqas għall-iżviluppatur.

(189)

Il-ftehimiet ta’ żvilupp huma għodda biex jassistu lill-iżviluppatur u lill-muniċipalitajiet biex jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti skont il-pjan ta’ tqassim f’żoni u l-ordnijiet proċedurali, inkluż għal miżuri ġenerali tal-infrastruttura. Dawn jistgħu, iżda mhux neċessarjament ikollhom jinkludu dispożizzjonijiet li jimponu wħud mill-piżijiet ekonomiċi relatati ma’ miżuri ġenerali tal-infrastruttura fuq l-iżviluppatur. Huwa importanti li l-ftehimiet ta’ żvilupp ikunu r-riżultat ta’ negozjati bejn muniċipalità u żviluppatur.

(190)

Fil-liġi m’hemm l-ebda dispożizzjoni li teħtieġ li l-muniċipalitajiet jimponu kwalunkwe kost bħal dan fuq l-iżviluppatur. Madankollu, jekk isir ftehim ta’ żvilupp bejn il-Muniċipalità u l-iżviluppatur, il-leġiżlazzjoni rilevanti tistabbilixxi limiti dwar liema kostijiet jistgħu jiġu imposti fuq l-iżviluppatur. Ir-raġunament wara dan huwa li hemm distribuzzjoni asimmetrika tas-setgħa fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ żvilupp, li jiffavorixxu lill-Muniċipalità.

(191)

L-awtoritajiet Norveġiżi, f’dan ir-rigward, irreferew għal sentenza riċenti mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo, fejn il-Qorti kkunsidrat li “Ir-raġuni għat-Taqsima 17-3 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini kienet, inter alia, il-ħtieġa li jiġi limitat dak li l-muniċipalitajiet jistgħu jinkludu fi ftehim ta’ żvilupp, peress li l-awtorità tal-muniċipalità li tippermetti jew tipprojbixxi proġetti tpoġġiha f’pożizzjoni b’saħħitha. Għalhekk, id-dispożizzjoni tinvolvi rekwiżit għan-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità” (130).

(192)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-marġni ta’ manuvra tal-Muniċipalità huwa għalhekk limitat mill-qafas legali, u l-każistika msemmija hawn fuq fir-rigward tat-testijiet tan-neċessità u tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, il-Muniċipalità tipprova timponi kemm jista’ jkun kostijiet fuq l-iżviluppaturi. Filwaqt li l-Muniċipalità adottat prinċipju ta’ trasferiment sħiħ tal-kost, dan il-prinċipju huwa kemxejn imrażżan fil-prattika mil-limitazzjonijiet fil-qafas legali nazzjonali.

(193)

M’hemm l-ebda formula jew kalkolu ddeterminati minn qabel użati għall-allokazzjoni tal-kost bejn il-muniċipalitajiet u żviluppatur skont ftehim dwar l-iżvilupp. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, dawn il-kalkoli la jkunu meħtieġa bil-liġi u lanqas ikunu utli fil-prattika. Il-proġetti, l-iżviluppaturi u l-kapaċità ekonomika ta’ proġetti differenti huma eteroġeni wisq biex jużaw mudelli matematiċi.

(194)

Il-Muniċipalità tivvaluta l-proposti mill-iżviluppatur. Billi jsir dan, u sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-allokazzjoni tal-kostijiet, il-kostijiet totali li l-iżviluppatur irid iħallas jitqabblu ma’ proġetti u prattika oħra (il-kost tal-kontribuzzjoni għall-infrastruttura pubblika għal kull m2 BRA (jiġifieri l-erja għall-użu)). Għal żvilupp tipiku ta’ abitazzjoni, li għandu t-tendenza li jkun żvilupp li jrendi profitt kbir, spiża aċċettabbli għal kull m2 BRA hija ta’ madwar NOK 2 000 jew inqas. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-proġetti kummerċjali, jew il-proġetti tas-servizz pubbliku, għandhom it-tendenza li jkollhom profittabbiltà aktar baxxa, u b’hekk ġeneralment isostnu kost aktar baxx għal kull m2 BRA.

(195)

Skont il-ftehim ta’ żvilupp ma’ TS li sar wara din il-prattika, il-kost għal TS huwa ta’ NOK 2 226 għal kull m2 BRA.

(196)

Kif mitlub mill-Awtorità, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew aktar informazzjoni dwar proġetti ta’ kostruzzjoni riċenti u relattivament kbar fi Trondheim fejn ġie konkluż ftehim ta’ żvilupp. L-ebda wieħed mill-proġetti ma jġorr kost sostanzjalment ogħla għal kull m2 BRA mill-proġett ta’ TS. Il-proġetti huma proġetti ta’ abitazzjonijiet residenzjali u proġetti ta’ kummerċ/servizzi pubbliċi. Uħud mill-proġetti jappartjenu għal waħda minn dawk il-kategoriji u wħud huma mħallta.

(197)

Il-kost impost fuq TS fil-ftehim ta’ żvilupp huwa akbar minn dak mogħti fil-biċċa l-kbira tal-eżempji. L-Awtoritajiet Norveġiżi nnotaw li anki proġetti kummerċjali bi profitt għoli bħall-espansjoni ta’ lukanda jew l-isttabiliment ta’ ċentru kummerċjali għandhom kostijiet aktar baxxi jew marġinalment ogħla minn TS għal kull m2 BRA.

(198)

Bi tweġiba għall-inkjesta tal-Awtorità, l-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li, skont l-għarfien tagħhom, m’hemm l-ebda statistika speċifika nazzjonali jew ta’ Trondheim dwar il-kostijiet għal kull m2 BRA. Madankollu, hemm dokumenti disponibbli għall-pubbliku li jindikaw li l-kost li TS għandu jħallas huwa fil-parti ta’ fuq ta’ dak li jikkontribwixxu l-proġetti l-oħra tal-kostruzzjoni. Pereżempju, rapport minn Norsk Eiendom minn Awwissu 2018 sab li l-kost għal kull m2 BRA għal kampjun ta’ żviluppi kbar f’Oslo tvarja minn NOK 975 sa 2 167, bil-biċċa l-kbira tal-proġetti jikkontribwixxu madwar NOK 1 400 sa 1 500 (131).

(199)

L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-punti ta’ riferiment sottomessi fuq il-kost għal kull m2 BRA huma komparabbli. Skont l-ordni ġuridiku Norveġiż, fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità, trid titqies b’mod partikolari s-sostenibbiltà ekonomika tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-ftehim ta’ żvilupp ta’ TS jiddevjax mill-prattika normali, l-iżviluppi ta’ abitazzjonijiet jistgħu jintużaw bħala punt ta’ riferiment, anki jekk jistgħu, bħala regola, iġorru aktar kostijiet minn proġetti bħal ta’ TS. Fi kwalunkwe każ, anki l-ftehimiet ta’ żvilupp għall-iżviluppi ta’ kummerċ/servizzi pubbliċi li saru mill-muniċipalitajiet, għandhom kost aktar baxx għal kull m2 BRA minn TS.

(200)

Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet ċari mil-leġiżlazzjoni rilevanti (li teħtieġ valutazzjoni tal-proporzjonalità) u mill-qrati Norveġiżi (132), li l-Muniċipalità ma setgħetx timponi aktar kostijiet fuq TS mingħajr ma tmur kontra l-liġi (133).

(201)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew informazzjoni dwar il-prattika tan-negozjar ta’ ftehimiet ta’ żvilupp fi Trondheim kif ukoll spjegazzjoni tar-rekwiżit tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi ma tindikax li l-prattika tas-soltu tan-negozjar tad-diviżjoni tal-kostijiet kienet devjata fil-każ ta’ TS. Il-punti ta’ riferiment ipprovduti, għalkemm għal tip differenti ta’ proġetti, ma jindikawx li TS ħallset inqas minn dak li normalment ikun meħtieġ f’termini ta’ kontribuzzjoni għall-infrastruttura pubblika relatata ma’ proġett ta’ żvilupp fi Trondheim.

(202)

Għalhekk, l-Awtorità ma tistax turi li l-każ inkwistjoni jiddevja mill-prattika normali tad-diviżjoni tal-kostijiet fi proġetti ta’ infrastruttura pubblika.

(203)

Wara li vvalutat l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità għalhekk ma tistax tikkonkludi li d-diviżjoni tal-kostijiet tal-infrastruttura, fir-rigward tar-rinnovazzjoni u tal-estensjoni ta’ TS, tat vantaġġ selettiv lil TS. Għaldaqstant, il-miżura titqies li ma tikkostitwixxix għajnuna, u b’hekk ma tiġix ivvalutata aktar f’dan li ġej.

6.5.   SELETTIVITÀ

(204)

Biex miżura tikklassifika bħala għajnuna trid tkun selettiva billi tiffavorixxi “ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

(205)

Il-miżuri inkwistjoni huma miżuri individwali indirizzati biss lejn TS. Għalhekk huma selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

6.6.   L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U D-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI

(206)

Miżura ta’ għajnuna trid tkun tista’ tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE.

(207)

Is-sempliċi fatt li miżura ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE, huwa kkunsidrat suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-miżura x’aktarx taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE u tfixkel il-kompetizzjoni bejn l-impriżi stabbiliti fi Stati oħrajn taż-ŻEE (134).

(208)

L-injezzjoni ta’ kapital tat vantaġġ lil TS, li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li tikkompeti magħhom f’suq mifrux fiż-ŻEE. L-istess japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti lil TS mill-element ta’ għajnuna potenzjali inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri.

(209)

L-Awtorità trid tikkunsidra wkoll jekk il-miżuri jistgħux jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li “fejn l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li qed jikkompetu fil-kummerċ intra-[Unjoni], dawn tal-aħħar iridu jitqiesu li ġew affettwati mill-għajnuna” (135).

(210)

Trondheim Spektrum għandha l-kapaċità li tospita avvenimenti internazzjonali ta’ daqs medju u kbir, li jistgħu wkoll jiġu organizzati barra r-reġjun (136).

(211)

L-Awtorità tinnota li effett fuq il-kummerċ ma jistax ikun sempliċement ipotetiku jew preżunt. Irid jiġi stabbilit għaliex il-miżura tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tista’ twassal biex taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, abbażi tal-effetti prevedibbli tal-miżura (137).

(212)

F’diversi deċiżjonijiet, l-Awtorità u l-Kummissjoni kkunsidraw, li ċerti miżuri u attivitajiet, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, għandhom impatt purament lokali u konsegwentement l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. F’dawk il-każijiet, l-Awtorità u l-Kummissjoni aċċertaw b’mod partikolari li l-benefiċjarju pprovda servizzi f’żona limitata fi Stat taż-ŻEE u ma kienx probabbli li jattira klijenti minn Stati oħrajn taż-ŻEE, u li ma setax jiġi previst li l-miżura kien ikollha effett aktar minn wieħed marġinali fuq il-kundizzjonijiet tal-investimenti jew l-istabbiliment transkonfinali. Uħud minn dawn id-deċiżjonijiet ikkonċernaw faċilitajiet sportivi u ta’ divertiment li prinċipalment iservu udjenza lokali u li mhumiex probabbli li jattiraw klijenti jew investiment minn Stati oħrajn taż-ŻEE (138).

(213)

F’dan il-każ, anki jekk uħud mill-attivitajiet imwettqa minn TS huma ta’ natura lokali, TS tospita wkoll avvenimenti bħal fieri kummerċjali u avvenimenti internazzjonali oħra, li jattiraw klijenti barranin. Barra minn hekk, TS se tospita l-Kampjonat Ewropew tal-handball fl-2020, li wieħed jista’ jassumi li se jattira klijenti barranin.

(214)

Fl-aħħar nett, is-suq għal organizzazzjoni ta’ avvenimenti internazzjonali huwa miftuħ għall-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-postijiet għall-attivitajiet u l-organizzaturi tal-avvenimenti, li ġeneralment jkunu involuti f’attivitajiet li huma soġġetti għall-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (139).

(215)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-miżuri inkwistjoni jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE.

6.7.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(216)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi kif ġej:

(a)

Ma jistax jiġi eskluż li l-ftehimiet ta’ kiri mill-2007 sal-2017 (miżura 4) u l-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 (miżura 5) jinkludu elementi ta’ għajnuna. Kif se jintwera hawn taħt, tali għajnuna tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu, u għalhekk mhux meħtieġ li ssir sejba definittiva dwar l-eżistenza tal-għajnuna;

(b)

miżura 6 — l-injezzjoni ta’ kapital — tinvolvi għajnuna mill-Istat;

(c)

miżura 7 — il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura — ma jinvolvix għajnuna mill-Istat;

(d)

miżura 9 — il-ftehim ta’ self bejn Nordea u TS ma jinvolvix għajnuna mill-Istat.

7.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

(217)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-SCA: “L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjan li tingħata jew li tinbidel għajnuna. [….] L-Istat ikkonċernat ma għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma l-proċedura tkun irriżultat f’deċiżjoni finali.”

(218)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-ftehim ta’ kiri l-ġdid jiddependi fuq il-konformità mat-termini tas-suq (140). B’mod espliċitu, dan jippermetti adattamenti sabiex il-kundizzjonijiet tal-ftehim jinġiebu konformi mat-termini tas-suq jekk l-Awtorità titlob dan. Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità ssib li l-awtoritajiet Norveġiżi rrispettaw ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-SCA fir-rigward tal-ftehim ta’ kiri tal-2019 sakemm il-ftehim ta’ kiri jkun jinkludi element ta’ għajnuna.

(219)

L-awtoritajiet Norveġiżi ma nnotifikawx il-ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn l-2007 u l-2017 lill-Awtorità. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 fir-rigward ta’ dik il-miżura sakemm il-ftehimiet ta’ kiri jkunu jinkludu elementi ta’ għajnuna.

7.1.   MIŻURA 6 — L-INJEZZJONI TA’ KAPITAL MHIJIEX KONFORMI MAL-GBER

(220)

Skont l-Artikolu 3 tal-GBER, skemi ta’ għajnuna, għajnuna individwali mogħtija skont skemi ta’ għajnuna u għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 1(3) ta’ Parti I tal-Protokoll 3 għall-SCA sakemm tali għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-Kapitolu I tal-GBER, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III tal-GBER.

(221)

L-Artikolu 6(1) tal-GBER jgħid li r-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna, li għandha effett ta’ inċentiv. Skont l-Artikolu 6(2) tal-GBER: “L-għajnuna tiġi kkunsidrata li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna jkun fiha għallinqas l-informazzjoni li ġejja: a) l-isem u d-daqs tal-intrapriża; b) id-deskrizzjoni tal-proġett, inkluż id-dati ta’ meta se jibda u jispiċċa; c) il-post fejn se jsir il-proġett; d) il-lista tal-kostijiet tal-proġett; e) it-tip ta’ għajnuna (għotja, self, garanzija, pagament bil-quddiem li jitħallas lura, injezzjoni ta’ ekwità jew oħrajn) u l-ammont ta’ finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett”.

(222)

L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li mhuwiex ċar kif l-Artikolu 6(2) tal-GBER għandu jiġi applikat għal proġetti li għadhom għaddejjin, li huma mmodifikati, miżjuda, jew li l-finalizzazzjoni tagħhom issir inċerta. L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li jidher loġiku li “xogħol fuq il-proġett” fl-Artikolu 6(2) tal-GBER mhux bilfors irid ikun il-bidu tal-proġett kollu kemm hu, iżda jista’ jirreferi wkoll għal aktar tard fiż-żmien, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li fihom “il-proġett” jew “l-attività” fir-realtà jkunu modifika, żieda jew xi ħaġa simili, u għandu b’mod partikolari jiġi interpretat li jkopri wkoll sitwazzjonijiet li fihom jinqala’ “punt ta’ deċiżjoni” ġdid.

(223)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li mhuwiex rari li l-proġetti jiġu mmodifikati, u li l-istimi tal-baġit jirriżultaw li ma jkunux biżżejjed. Fil-każ ta’ proġetti ta’ infrastruttura, din tista’ tkun ir-regola aktar milli l-eċċezzjoni.

(224)

Interpretazzjoni bħal din tista’ twassal għal diskriminazzjoni mhux intenzjonata bejn it-titjib ta’ infrastruttura eżistenti u infrastruttura li qed tinbena bħalissa. Barra minn hekk, proġetti li jaf diġà kkunsmaw ammont konsiderevoli ta’ riżorsi pubbliċi jista’ jkollhom jitwaqqfu jew jitnaqqsu b’mod sinifikanti f’nofs il-proċess.

(225)

Minbarra dan, l-awtoritajiet Norveġiżi nnutaw li tali interpretazzjoni jista’ jkollha konsegwenzi mhux mixtieqa u mhux intenzjonati fil-forma ta’ ppjanar tal-baġit b’kawtela, li jistgħu jwasslu għall-għoti ta’ ammonti ta’ għajnuna ogħla.

(226)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li l-Awtorità f’għadd ta’ każijiet approvat għajnuna li saret applikazzjoni għaliha wara t-tnedija ta’ proġett. L-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw li l-Artikolu 6 tal-GBER jista’ jiġi interpretat b’tali mod li jippermetti li din is-sitwazzjoni tkun koperta wkoll (141).

(227)

L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li x-xogħlijiet fuq Trondheim Spektrum inbdew qabel it-talba ta’ TS għal żieda fil-kapital mill-Muniċipalità. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet approċċ strett fl-interpretazzjoni tal-GBER. Il-Qorti sabet li n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-GBER ikun ifisser li l-eżenzjoni li tiġi nnotifikata ma tapplikax għall-miżura (142).

(228)

Fir-rigward ta’ possibbiltà ta’ punt tal-bidu aktar tard tal-proġett, l-Awtorità tinnota li l-kost tal-kostruzzjoni addizzjonali ffinanzjat mill-injezzjoni ta’ kapital ma jistax jiġi kkunsidrat bħala proġett separat mir-rinnovazzjoni u l-estensjoni tal-infrastruttura. Dawn il-kostruzzjonijiet addizzjonali huma kontinwazzjoni tar-rinnovazzjoni oriġinali u xogħlijiet ta’ estensjoni fuq Trondheim Spektrum, u ma kinux jiġu implimentati kieku ma kienx għall-proġett oriġinali. Fil-fehma tal-Awtorità, li l-kostruzzjoni addizzjonali tiġi vvalutata bħala “punt ta’ deċiżjoni ġdid” ikun ifisser li din tiġi kkunsidrata bħala “proġett” ġdid. Kwalunkwe qasma artifiċjali ta’ proġett ta’ infrastruttura bħal din twassal għar-riskju li ddgħajjef il-kriterju strett tal-effett ta’ inċentiv misjub fl-Artikolu 6 tal-GBER, u tmur kontra l-għan tal-GBER.

(229)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital ma ngħatatx f’konformità mal-GBER. L-għajnuna mill-Istat fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE mhux koperta mill-GBER tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika. L-awtoritajiet Norveġiżi ma nnotifikawx l-injezzjoni ta’ kapital lill-Awtorità. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-SCA. Għalhekk, l-għoti tal-għajnuna fil-5 ta’ Diċembru 2018 kien illegali. F’dan li ġej, l-Awtorità se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżura direttament skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

8.   KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

(230)

L-Awtorità tista’ tiddikjara l-għajnuna mill-Istat kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà.

(231)

Għall-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà huma deskritti fil-linji gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, f’dan il-każ m’hemm l-ebda linja gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-miżura inkwistjoni. Għalhekk, l-Awtorità se tivvaluta l-ftehimiet ta’ kiri (miżuri 4 u 5) u l-injezzjoni ta’ kapital (miżura 6) direttament skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

(232)

Il-valutazzjoni tal-Awtorità hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ valutazzjoni komuni:

il-kontribut lejn għan ta’ interess komuni li huwa definit sew;

il-ħtieġa għal intervent mill-Istat;

l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta’ politika;

l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv;

il-proporzjonalità tal-ammont ta’ għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju);

l-evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ; u

t-trasparenza.

8.1.   GĦAN TA’ INTERESS KOMUNI

(233)

L-għajnuna mill-Istat trid timmira lejn għan ta’ interess komuni li huwa definit sew li ġie rikonoxxut mill-Partijiet Kontraenti.

(234)

Il-promozzjoni tal-isport mhijiex imsemmija direttament fil-Ftehim ŻEE bħala għan komuni. Madankollu, il-promozzjoni tal-isport tista’ tiġi kkunsidrata bħala parti mill-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ kif ukoll tal-politika soċjali. Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib f’dawn l-oqsma hija kkunsidrata bħala għan taż-ŻEE, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 1 u 78 tal-Ftehim ŻEE. Il-modalitajiet ta’ din il-kooperazzjoni aktar mill-qrib huma definiti aktar fil-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet. L-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, huwa intitolat “Edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport” u jipprevedi pereżempju l-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fis-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni permezz ta’ Sport 2004.

(235)

Dan juri r-rabta mill-qrib bejn il-promozzjoni tal-isport u l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE. Il-promozzjoni tal-isport, inkluż permezz tal-finanzjament tal-infrastruttura sportiva, ġiet rikonoxxuta mill-Awtorità bħala għan ta’ interess komuni (143).

(236)

Minbarra l-avvenimenti sportivi, iċ-ċentru se jintuża wkoll għal avvenimenti kulturali, u bħala tali jikkontribwixxi għall-promozzjoni tad-diversità kulturali. Il-Ftehim ŻEE ma jinkludix dispożizzjoni li tikkorrispondi mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Awtorità tirrikonoxxi li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu jkunu approvati għal raġunijiet kulturali fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE (144).

(237)

Il-Kummissjoni awtorizzat għadd ta’ miżuri ta’ għajnuna b’appoġġ għall-faċilitajiet sportivi u bi skopijiet multipli. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-bini u l-operat ta’ ċentri għall-attivitajiet sportivi u għal avvenimenti pubbliċi oħrajn li huma ta’ benefiċċju għall-pubbliku ġenerali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala responsabbiltà tal-Istat (145).

(238)

Peress li Trondheim Spektrum se tiżgura l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-isport u l-prattika tiegħu, il-kultura u r-rikreazzjoni, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-karattru multifunzjonali tal-arena u n-nuqqas ta’ kapaċità għal u infrastruttura adegwata għal avvenimenti differenti fi Trondheim, il-Muniċipalità se tkun qed taqdi r-responsabbiltà tagħha lejn il-pubbliku ġenerali billi tagħmel tali faċilità disponibbli. Għalhekk, ir-realizzazzjoni ta’ Trondheim Spektrum trid tiġi kkunsidrata bħala li tissodisfa għanijiet politiċi ta’ interess komuni.

(239)

Barra minn hekk, il-finanzjament tal-infrastruttura sportiva u multifunzjonali seta’ bbenefika wkoll mill-Artikolu 55 tal-GBER jekk ċerti kundizzjonijiet ta’ dak ir-regolament kienu ssodisfatti. Dan juri wkoll li l-għajnuna mill-Istat lil tali infrastruttura tista’ tirrappreżenta għan ta’ interess komuni.

(240)

Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni jfittxu għan ta’ interess komuni.

8.2.   IL-ĦTIEĠA GĦAL INTERVENT MILL-ISTAT

(241)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni, jeħtieġ li l-ewwel tiġi identifikata l-problema li trid tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ ġġib titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal, pereżempju billi jiġi rimedjat falliment tas-suq jew li jiġi indirizzat tħassib dwar l-ekwità jew il-koeżjoni.

(242)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-Muniċipalità ma għandhiex faċilitajiet adegwati biex takkomoda avvenimenti sportivi u kulturali akbar. Trondheim Spektrum se tippermetti lill-Muniċipalità tospita tipi differenti ta’ avvenimenti, pereżempju l-EURO 2020 tal-handball għall-irġiel u għan-nisa. L-għan ta’ interess pubbliku mfittex ma jintlaħaqx mingħajr il-miżuri inkwistjoni.

(243)

Barra minn hekk, il-Kunsill tal-Isport lokali rrapporta nuqqas sinifikanti ta’ kapaċità għall-attivitajiet tal-isport taż-żgħażagħ fi Trondheim. Dan huwa appoġġjat mill-istimi li saru mill-Muniċipalità li jindikaw il-ħtieġa ta’ mill-inqas bejn 8 u 22 sala qabel l-2030 u l-2050 rispettivament (146). Il-ħtieġa għal faċilitajiet sportivi interni qed tiżdied fil-Muniċipalità minħabba li qed jiżviluppaw aktar attivitajiet għat-tfal u għaż-żgħażagħ li jsiru matul is-sena kollha b’kuntrast ma’ dawk tal-passat fejn l-attivitajiet kienu ta’ natura aktar staġjonali (147).

(244)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li huwa stabbilit sew li hemm nuqqas ġenerali ta’ investiment fl-infrastrutturi bħal Trondheim Spektrum. Il-ħtieġa tal-faċilità ma tistax tintlaħaq mill-operaturi privati, peress li, minħabba l-ekonomiji tal-proġett, mhuwiex probabbli li investitur privat jinvesti fi proġetti li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet fi Trondheim (148). TS ippruvat tfittex finanzjament minn azzjonisti oħrajn minbarra l-Muniċipalità, mingħajr suċċess.

(245)

Il-Muniċipalità adottat il-prinċipju ta’ faċilitajiet mingħajr ħlas għall-benefiċċju tal-klabbs sportivi taż-żgħażagħ tal-Muniċipalità. L-idea wara dan hija li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi irrispettivament mil-livell ta’ introjtu tal-familji individwali.

(246)

Ix-xiri ta’ kapaċità tas-sala mingħand TS mill-Muniċipalità permezz tal-ftehimiet ta’ kiri u d-distribuzzjoni sussegwenti ta’ dik il-kapaċità lill-klabbs sportivi taż-żgħażagħ, jippermetti lil dawk il-klabbs joffru attivitajiet sportivi bla ħlas liċ-ċittadini. Peress li dawn il-klabbs ma għandhomx il-kapaċità finanzjarja biex jiffinanzjaw din l-offerta bil-mezzi tagħhom stess, il-kost finanzjarju tal-kapaċità tal-kiri jkollu jitħallas mill-utenti finali, iċ-ċittadini tal-Muniċipalità.

(247)

In-nuqqas ta’ għajnuna potenzjali mogħtija permezz tal-ftehimiet ta’ kiri għalhekk inaqqas l-offerta b’mod sinifikanti, u jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ ċittadini b’mezzi finanzjarji limitati biss mill-isport tad-dilettanti. Għalhekk, il-forzi tas-suq waħedhom ma setgħux jipprovdu l-istess livell ta’ attivitajiet sportivi fi Trondheim.

(248)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-għajnuna, kemm fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kiri (miżuri 4 u 5) kif ukoll l-injezzjoni ta’ kapital (miżura 6), tindirizza falliment tas-suq. Hija l-intenzjoni tal-Muniċipalità li tipprovdi lill-abitanti tagħha aċċess għal infrastruttura bħal din li tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ Trondheim (149).

(249)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li TS mhux se jirnexxilha tilħaq punt ta’ ekwilibriju mingħajr il-ftehimiet ta’ kiri mal-Muniċipalità. Għalhekk, il-ftehimiet ta’ kiri huma fundamentali għall-operat ta’ TS. Barra minn hekk, mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital, ir-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum ma setgħux jiġu ffinalizzati kif ippjanat.

(250)

Għalhekk, jidher ċar li hemm bżonn tal-miżuri inkwistjoni, u għal intervent mill-Istat.

8.3.   ADEGWATEZZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(251)

L-għajnuna mill-Istat trid tkun strument xieraq biex jiġi indirizzat l-għan ta’ interess komuni identifikat. Miżura ta’ għajnuna mhijiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk l-istess kontribut pożittiv għall-għan komuni jista’ jinkiseb permezz ta’ strumenti ta’ politika oħrajn li joħolqu inqas tfixkil jew strumenti ta’ tipi ta’ għajnuna oħra li joħolqu inqas tfixkil.

(252)

Permezz tal-ftehimiet ta’ kiri, u l-injezzjoni ta’ kapital, il-Muniċipalità tista’ tagħti aċċess għall-kapaċità tas-sala għall-klabbs sportivi taż-żgħażagħ fi Trondheim f’konformità mad-deċiżjoni tagħha li tagħti aċċess mingħajr ħlas għall-infrastruttura sportiva lill-klabbs sportivi taż-żgħażagħ kollha. L-istess japplika, b’mod ġenerali, fir-rigward tal-aċċess għall-pubbliku ġenerali ta’ Trondheim għal infrastruttura multifunzjonali adattata biex tospita tipi differenti ta’ avvenimenti sportivi u kulturali. L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li m’hemm l-ebda strument politiku ieħor li kien ikun adattat bl-istess mod biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni u li kien joħloq inqas tfixkil.

(253)

L-awtoritajiet Norveġiżi wrew il-ħtieġa ta’ kapaċità tas-sala ġdida fi Trondheim, u li l-ftehimiet ta’ kiri jippermettu biss li TS tilħaq punt ta’ ekwilibriju. Barra minn hekk, ir-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum ma setgħux jiġu ffinalizzati mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital. L-Awtorità tinnota wkoll li l-akbar sehem tal-kost għat-titjib tal-infrastruttura huwa ffinanzjat permezz ta’ self privat.

(254)

L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li filwaqt li ġeneralment l-għajnuna għall-investiment hija kkunsidrata li tikkawża inqas tfixkil mill-għajnuna operatorja, l-għoti ta’ għajnuna għall-investiment ma kienx ikun xieraq għax-xiri ta’ kapaċità tas-sala. Il-kiri tal-kapaċità għal prezz li jqarreb dak tas-suq kien u jibqa’ l-għażla realistika l-aktar xierqa, ekonomika u l-inqas ta’ tfixkil biex jintlaħaq l-għan.

(255)

L-Awtorità tinnota li l-għajnuna għall-investiment hija ġeneralment preferibbli u tfixkel inqas mill-għajnuna operatorja. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, l-għajnuna operatorja tista’ tkun meħtieġa bħala għodda biex jintlaħaq għan ta’ interess komuni (150).

(256)

Għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna operatorja. Madankollu, kif spjegaw l-awtoritajiet Norveġiżi, wieħed ma jistax jgħid b’mod definittiv li kwalunkwe għajnuna tkun esklussivament għajnuna operatorja. Dan minħabba li l-introjtu mill-ftehimiet ta’ kiri jista’ jkopri wkoll il-kostijiet relatati mal-finanzjament tat-titjib ta’ Trondheim Spektrum (deprezzament, imgħax u ħlas ta’ self) (151).

(257)

L-Awtorità tikkunsidra li, għalkemm b’mod formali l-għajnuna potenzjali tista’ tiġi kkategorizzata bħala għajnuna operatorja, din fil-fatt tappoġġja l-investiment fir-rinnovazzjoni u fl-estensjoni tal-infrastruttura. Il-miżura tippermetti li TS tinvesti f’din il-kostruzzjoni. L-effett tal-għajnuna potenzjali inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri għandu, b’dan il-mod, il-karatteristiċi ta’ għajnuna għall-investiment (152).

(258)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li tali għajnuna, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, hija xierqa biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni. Barra minn hekk, jidher li l-għan ta’ interess komuni — li jiġi żgurat l-aċċess tal-pubbliku ġenerali u l-prattika tal-isport, tal-kultura u tar-rikreazzjoni — ma setax jintlaħaq bl-istess mod bi strumenti politiċi jew tipi ta’ għajnuna oħra. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri huma strumenti xierqa biex jiġi indirizzat l-għan identifikat ta’ interess komuni.

8.4.   L-EFFETT TA’ INĊENTIV

(259)

L-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli biss mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna ġġiegħel lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu biex itawwal l-għan identifikat ta’ interess komuni, tibdil fl-imġiba li kieku ma kienx isir mingħajr l-għajnuna.

(260)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li mingħajr il-ftehimiet ta’ kiri, il-klabbs taż-żgħażagħ ma jkunux jistgħu joffru lill-membri tagħhom l-istess ammont, firxa u spettru ta’ attivitajiet taħt l-istess kundizzjonijiet skont l-għan komuni mfittex mill-miżura. Barra minn hekk, anki livell aktar baxx ta’ kera taħt il-kirja x’aktarx ikun ifisser li r-riżultat jista’ jpoġġi l-operat kollu ta’ TS f’riskju.

(261)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi wrew li TS ma setgħetx tiffinanzja r-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum mingħajr il-fluss ta’ dħul mill-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 (153). Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità għalhekk issib li r-rekwiżit tal-effett ta’ inċentiv huwa sodisfatt għal kwalunkwe għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri.

(262)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, l-Awtorità tinnota li l-injezzjoni ta’ kapital, li saret applikazzjoni għaliha fis-6 ta’ Lulju 2018, ingħatat wara li bdew ix-xogħlijiet fuq ir-rinnovazzjoni u l-estensjoni tal-infrastruttura fis-sajf tal-2017. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li Trondheim Spektrum ma kinux isirulha xogħlijiet ta’ estensjoni u rinnovazzjoni, tal-inqas mhux skont il-pjan u l-ambitu attwali ta’ dak iż-żmien, mingħajr iż-żieda fil-kapital. Għalhekk kien hemm kontrofattwali ċara u dimostrabbli, li turi li l-għoti tal-għajnuna għandu effett ta’ inċentiv.

(263)

Billi l-injezzjoni ta’ kapital ingħatat wara li bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett, l-Awtorità ma tistax toqgħod fuq il-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv għall-għajnuna mitluba qabel il-bidu tax-xogħlijiet (154). L-Awtorità, f’ċerti ċirkostanzi, approvat għajnuna għal proġetti fejn ix-xogħol ta’ kostruzzjoni kien diġà beda, wara valutazzjoni bir-reqqa taċ-ċirkostanzi (155).

(264)

L-Awtorità ma teskludix l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna għal proġett li jkun beda meta l-għotja tal-għajnuna b’mod inekwivoku tiżgura t-tlestija ta’ proġetti li kieku ma kinux tlestew. Fil-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna f’dan id-dawl, is-sitwazzjoni kontrofattwali, jiġifieri x’kienet tagħmel l-impriża mingħajr l-għajnuna, tenħtieġ li tiġi eżaminata mill-qrib (156).

(265)

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-intenzjoni kienet li t-tiġdid u l-espansjoni ta’ Trondheim Spektrum ikunu ffinanzjati kompletament permezz ta’ dejn miksub fis-suq. Dan l-approċċ wassal biex il-karta tal-bilanċi ta’ TS ikollha proporzjon ta’ dejn fuq terminu twil għal ekwità ferm għoli. Madankollu, ir-riskju li jirriżulta mill-ingranaġġ għoli nnifsu ġie kkunsidrat bħala kkumpensat mill-introjtu sikur fit-tul mill-ftehim ta’ kiri.

(266)

Il-kostijiet addizzjonali li kienu koperti mill-injezzjoni ta’ kapital ma setgħux jitħallsu billi jittieħed dejn addizzjonali, peress li żieda oħra fl-ingranaġġ ta’ TS tidher ekonomikament mhux ġustifikabbli abbażi tal-introjtu stmat fil-futur. Barra minn hekk, is-sellief ta’ TS, Nordea, talab valutazzjoni tal-kreditu mġedda ta’ TS fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, u ma kienx jidher lest li jipprovdi finanzjament addizzjonali.

(267)

B’riżultat ta’ dan, il-bord ta’ TS talab kapital addizzjonali mingħand is-sidien tiegħu minħabba li ma kien hemm l-ebda alternattiva sabiex jinkiseb il-finanzjament meħtieġ, u TS kienet qed tiffaċċja sitwazzjoni fejn ma setgħetx tlesti x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u espansjoni.

(268)

L-awtoritajiet Norveġiżi sostnew li l-effett ta’ inċentiv huwa preżenti jekk il-proġett li l-investiment għandu x’jaqsam miegħu ma jkunx jista’ jitwettaq, fl-ambitu jew fil-forma mixtieqa, mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital.

(269)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Norveġiżi jfakkru li TS ftit li xejn għandha marġni finanzjarju — hija se jirnexxielha tiffinanzja t-titjib bl-eżatt, u maż-żmien tilħaq punt ta’ ekwilibriju. Kwalunkwe tnaqqis fl-introjtu, pereżempju mill-ftehim ta’ kiri, jew żieda fil-prezz — inkluż minħabba sehem akbar ta’ kostijiet tal-infrastruttura — kien iħalli lil TS f’sitwazzjoni fejn ma setgħetx tkopri l-kostijiet tagħha. Għalhekk, it-titjib ta’ Trondheim Spektrum ma setax jitwettaq mingħajr dawn il-miżuri.

(270)

L-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital li tkopri kostijiet ġodda u mhux mistennija, TS kien ikollha twaqqaf it-titjib, jew tlesti l-proġett f’forma mhux mixtieqa u subottimali li ma kinitx tissodisfa jew tilħaq l-għan ta’ interess komuni, inklużi pereżempju l-ħtiġijiet ta’ diversi tipi ta’ sport tad-dilettanti, jew l-għan tal-Muniċipalità li tospita avvenimenti bħall-kampjonati Ewropej tal-handball. Fil-fehma tal-awtoritajiet Norveġiżi, dan huwa biżżejjed biex jingħata prova li l-miżura kellha effett ta’ inċentiv (157).

(271)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità tikkunsidra li mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital, TS ma kinitx tkun tista’ tiffinalizza t-titjib ta’ Trondheim Spektrum. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, TS ma setgħetx tikseb finanzjament għall-proġett li jfisser li x-xogħol tal-kostruzzjoni kien ikollu jitwaqqaf. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni kontrofattwali fil-każ kienet tkun l-abbandun tar-rinnovazzjoni u l-estensjoni tal-infrastruttura. Kien f’dawn iċ-ċirkostanzi li l-awtoritajiet Norveġiżi kkunsidraw li l-injezzjoni ta’ kapital kienet meħtieġa.

(272)

Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità tikkunsidra li ntwera li l-injezzjoni ta’ kapital wasslet għal bidla fl-imġiba ta’ TS b’tali mod li hija għamlet attività addizzjonali — il-finalizzazzjoni tat-titjib ta’ Trondheim Spektrum — li ma kinitx tkun tista’ tagħmel mingħajr l-għajnuna. (158).

(273)

Għaldaqstant, il-miżuri inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ effett ta’ inċentiv.

8.5.   PROPORZJONALITÀ

8.5.1.    Ftehimiet ta’ kiri (miżuri 4 u 5)

(274)

L-għajnuna mill-Istat hija proporzjonata jekk l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan identifikat ta’ interess komuni.

(275)

Kif iddikjarat fil-premessa 216 ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li l-ftehimiet ta’ kiri mill-2007 sal-2017 u l-ftehim ta’ kiri tal-2019 taw vantaġġ lil TS. Sabiex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri, l-Awtorità trid tikkwantifika l-għajnuna inerenti fil-miżuri sa grad suffiċjenti sabiex tkun tista’ tivvaluta jekk humiex proporzjonati.

(276)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li kwalunkwe element ta’ għajnuna inerenti fil-ftehim ta’ kiri huwa żgħir u għalhekk proporzjonat. Il-kera li l-Muniċipalità tħallas lil TS skont il-ftehim ta’ kiri hija biżżejjed biss biex tippermetti lil TS tilħaq punt ta’ ekwilibriju. Mingħajr il-pagamenti ta’ kera, TS ma setgħetx tkompli l-operat tagħha.

(277)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu wkoll li ssottomettew evidenza li turi li m’hemm l-ebda sussidju inkroċjat tal-attivitajiet kummerċjali ta’ TS. Is-separazzjoni tal-kontijiet li ġiet introdotta fl-operazzjonijiet ta’ TS taġixxi bħala salvagwardja sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, filwaqt li jiġi żgurat li tintuża biex jinkiseb l-għan ta’ interess komuni (159).

(278)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-miżuri involuti (il-ftehimiet ta’ kiri u l-injezzjoni ta’ kapital) ikopru b’mod kumulattiv id-differenza fil-finanzjament, jiġifieri t-telf operatorju ta’ TS. Fuq dik il-bażi biss, il-miżuri huma meħtieġa u proporzjonati. Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-fatt li bejn wieħed u ieħor nofs il-kapaċità ta’ TS tintuża minn dilettanti, bl-utenti professjonali jħallsu l-prezz tas-suq għall-użu tagħha.

(279)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu wkoll li anki jekk il-punti ta’ riferiment sottomessi ma jkunux adatti għall-esklużjoni tal-għajnuna fil-każ, il-punti ta’ riferiment juru li l-prezz tal-ftehimiet ta’ kiri jaqa’ fil-firxa ta’ dak li huwa komuni f’dan is-suq fin-Norveġja.

(280)

Il-kera skont il-ftehim ta’ kiri hija bbażata fuq ammont fiss ta’ kapaċità kull sena ta’ 16 848 siegħa, u rata fis-siegħa ta’ NOK 1 700. Il-ftehim ta’ kiri preċedenti kellu rata fis-siegħa ta’ NOK 1 200, bħala medja, ta’ 12 000 siegħa fis-sena.

(281)

L-ammont ta’ kiri mħallas mill-Muniċipalità lil TS kull sena jammonta għal NOK 30 miljun. Għalhekk, l-ammont massimu ta’ għajnuna li jista’ jingħata lil TS skont il-ftehim ta’ kiri l-ġdid għandu jkun ta’ NOK 30 miljun. Madankollu, dan jassumi li l-prezz tas-suq għall-kiri fis-siegħa jkun ta’ NOK 0. Il-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna inerenti fil-ftehim ta’ kiri l-ġdid ikun ekwivalenti għad-differenza bejn NOK 30 miljun u l-prezz tas-suq.

(282)

Il-punti ta’ riferiment ipprovduti mill-awtoritajiet Norveġiżi, għalkemm mhux komparabbli biżżejjed biex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ għajnuna, jistgħu jintużaw biex jiġi approssimat l-ammont ta’ għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri (160).

(283)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, ir-rata medja fis-siegħa li l-Muniċipalità tħallas skont il-11-il ftehim ta’ kiri pprovduti bħala punti ta’ riferiment mill-awtoritajiet Norveġiżi, hija ta’ madwar NOK 688. Madankollu, il-kuntratti jkopru kapaċità mikrija differenti u għalhekk rata medja ponderata li hija ta’ madwar NOK 908 hija aktar xierqa għal dawn l-iskopijiet (161). Dan huwa simili għall-kalkoli tal-Awtorità stess.

(284)

Ir-rata medja tista’ tintuża biex jiġi approssimat l-ammont massimu ta’ għajnuna li tista’ tkun involuta fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kiri. Għall-ftehim ta’ kiri l-qadim, l-approċċ ikun jinvolvi element ta’ għajnuna fis-siegħa ugwali għal NOK 1 200 - NOK 908 = NOK 292. L-ammont annwali ta’ għajnuna mbagħad ikun ta’ madwar NOK 3,6 miljun (162). Għall-ftehim ta’ kiri l-ġdid, dan ikun ifisser li l-element ta’ għajnuna fis-siegħa jkun ta’ NOK 1 700 – NOK 908 = 792 NOK. L-ammont annwali tal-għajnuna mbagħad ikun ta’ madwar NOK 17-il miljun.

(285)

Skont l-informazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-kostijiet u l-ispejjeż annwali ta’ TS jammontaw għal madwar NOK 60 miljun fl-2020. Dan iwassal għal intensità ta’ għajnuna operatorja ta’ madwar 28 %.

(286)

L-għajnuna operatorja annwali tippermetti li TS tkopri t-telf operatorju tagħha. Kwalunkwe tnaqqis fl-għajnuna inerenti fil-ftehim ta’ kiri kien iwassal biex TS ma tilħaqx punt ta’ ekwilibriju, kemm fil-preżent kif ukoll fil-passat.

(287)

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-introjtu mill-ftehimiet ta’ kiri jiffinanzja parti mill-kostruzzjoni ta’ TS. L-awtoritajiet Norveġiżi ma jistgħux jattribwixxu porzjon fiss lil kategorija speċifika ta’ spejjeż iżda jikkunsidraw li wieħed jista’ jassenja l-element totali ta’ għajnuna skont il-ftehim ta’ kiri lill-ispejjeż finanzjarji ta’ TS, li huma relatati b’mod predominanti mas-self għall-kostruzzjoni minn Nordea. Huwa previst li dawn ikunu bejn NOK 19,8 u NOK 15,3 miljun fil-perjodu 2020 sa 2026, u b’hekk kważi jassorbu għal kollox kwalunkwe element ta’ għajnuna fil-ftehim ta’ kiri l-ġdid (163).

8.5.2.    Injezzjoni ta’ kapital (miżura 6)

(288)

Kif iddikjarat fil-premessa 216 ta’ hawn fuq, l-Awtorità ssib li l-injezzjoni ta’ kapital tikkostitwixxi vantaġġ għal TS, li jikkorrispondi għall-ammont sħiħ taż-żieda fil-kapital. Barra minn hekk, TS irċeviet NOK 27,5 miljun bħala għajnuna għall-investiment taħt l-iskema tal-Fond għal-Logħob tal-Azzard (164). Għalhekk, l-ammont totali ta’ għajnuna għall-investiment mogħti lil TS huwa ta’ NOK 82,5 miljun.

(289)

Skont l-informazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi, ir-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum ma setgħux jiġu ffinalizzati mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital. L-Awtorità tinnota wkoll li l-akbar sehem tal-kost għat-titjib tal-infrastruttura huwa ffinanzjat permezz ta’ self privat.

(290)

L-Awtorità tinnota wkoll li skont l-Artikolu 55 tal-GBER, l-għajnuna lil infrastrutturi sportivi u ta’ rikreazzjoni multifunzjonali hija meqjusa bħala kompatibbli mal-Ftehim ŻEE u eżentata min-notifika billi l-kundizzjonijiet rilevanti kollha huma ssodisfati skont ir-Regolament. Madankollu, il-GBER mhuwiex applikabbli f’dan il-każ kif deskritt fit-taqsima 8.1.1.

(291)

Madankollu, l-intensitajiet tal-għajnuna permessi skont l-Artikolu 55 tal-GBER jistgħu jitqiesu bħala gwida sa ċertu punt, billi jappoġġjaw il-valutazzjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri vvalutati f’din id-deċiżjoni.

(292)

Skont l-Artikolu 55 tal-GBER, kemm l-infrastrutturi sportivi kif ukoll dawk ta’ rikreazzjoni multifunzjonali jistgħu jirċievu għajnuna għall-investiment li ma taqbiżx EUR 30 miljun (madwar NOK 315-il miljun), u l-infrastruttura sportiva hija eliġibbli biex tirċievi EUR 2 miljun (madwar NOK 21 miljun) fis-sena f’għajnuna operatorja. Għal għajnuna li ma taqbiżx dan l-ammont, l-ammont massimu ta’ għajnuna jista’ jiġi stabbilit għal 80 % tal-kost eliġibbli (165).

(293)

Għalhekk, l-għajnuna għall-investiment ta’ NOK 82,5 miljun mogħtija lil TS tkun taqa’ fl-ammont permess mill-GBER għal infrastruttura multifunzjonali.

(294)

Trondheim Spektrum hija kkunsidrata li hi infrastruttura ta’ rikreazzjoni multifunzjonali u għalhekk ma tkunx eliġibbli għal għajnuna operatorja skont il-GBER. Madankollu, kif iddikjarat hawn fuq, l-ammont u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna skont il-GBER jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità direttament skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

(295)

L-istima ta’ kwalunkwe element ta’ għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri tkun fil-limiti ta’ għajnuna operatorja li tista’ tingħata lil infrastruttura sportiva skont l-Artikolu 55 tal-GBER, u tkun tkopri inqas minn 80 % tal-kost eliġibbli (166). L-istess japplika għall-ftehimiet ta’ kiri l-ġodda u tal-passat.

(296)

Għaldaqstant, l-Awtorità tikkunsidra li l-miżuri vvalutati — l-injezzjoni ta’ kapital (miżura 6) u kwalunkwe għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri (miżuri 4 u 5) — huma limitati għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni, u għalhekk huma proporzjonati.

8.6.   L-EVITAR TA’ EFFETTI NEGATTIVI BLA BŻONN FUQ IL-KOMPETIZZJONI U L-KUMMERĊ

(297)

Biex għajnuna mill-Istat tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti jridu jkunu limitati u ssuperati mill-effetti pożittivi f’termini ta’ kontribut lejn l-għan ta’ interess komuni.

(298)

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li Trondheim Spektrum fil-forma attwali tagħha hija fundamentali għall-offerta sportiva u kulturali disponibbli fi Trondheim, b’mod partikolari fir-rigward tal-isport tad-dilettanti mingħajr ħlas, li l-Muniċipalità tipprovdi billi tgħammar il-klabbs sportivi taż-żgħażagħ b’kapaċità tas-sala mingħajr ħlas.

(299)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew rapporti li juru, permezz tas-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet taħt il-ftehimiet ta’ kiri u attivitajiet kummerċjali oħrajn, li kwalunkwe għajnuna tintuża biex tiffinanzja attivitajiet ta’ karattru lokali.

(300)

L-awtoritajiet Norveġiżi nnutaw li l-investiment privat f’faċilitajiet bħal Trondheim Spektrum huwa xi ħaġa rari u fi kwalunkwe każ mhux biżżejjed, u għalhekk l-għajnuna ma tkunx tista’ teskludi l-investiment privat. L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew aktar informazzjoni li turi li TS ma titlobx ħlas inqas mill-utenti kummerċjali tagħha (167).

(301)

Trondheim Spektrum għandha l-kapaċità li tospita avvenimenti internazzjonali ta’ daqs medju u kbir, li jistgħu wkoll jiġu organizzati barra r-reġjun (168).

(302)

Madankollu, l-Awtorità tinnota li l-miżuri huma limitati biex ikopru d-differenza fil-finanzjament inkwistjoni. Barra minn hekk, partijiet kbar tal-kapaċità tal-infrastruttura huma ddedikati biex il-klabbs sportivi taż-żgħażagħ jingħataw aċċess b’xejn għal faċilitajiet li jħeġġu l-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’attivitajiet sportivi, irrispettivament mil-livell ta’ introjtu tal-familji individwali (169).

(303)

Trondheim Spektrum se tiżgura aċċess akbar għall-isport u għall-kultura u għall-prattika tagħhom mill-pubbliku ġenerali, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-karattru multifunzjonali tal-infrastruttura u n-nuqqas ta’ kapaċità u ta’ faċilitajiet alternattivi adegwati għal avvenimenti sportivi u kulturali fi Trondheim. Il-Muniċipalità se tkun qed taqdi r-responsabbiltà tagħha lejn il-pubbliku ġenerali billi tagħmel il-proġett ta’ infrastruttura possibbli u b’hekk tattira avvenimenti kulturali, mużikali u sportivi addizzjonali għal Trondheim.

(304)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità ssib li l-miżuri ma jikkawżawx effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

8.7.   TRASPARENZA

(305)

L-awtoritajiet Norveġiżi se jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-miżuri fir-reġistru Norveġiż tal-għajnuna: https://date.brreg.no/rofs/eng. B’hekk, ir-rekwiżit tat-trasparenza huwa ssodisfat.

9.   KONKLUŻJONI DWAR IL-KOMPATIBBILTÀ

(306)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-injezzjoni ta’ kapital mogħtija fil-5 ta’ Diċembru 2018 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Din l-għajnuna hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

(307)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-Awtorità ma tistax teskludi li l-ftehimiet ta’ kiri konklużi bejn l-2007 u l-2017 u l-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Madankollu, din l-għajnuna hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kwalunkwe għajnuna inerenti fil-ftehimiet ta’ kiri mill-2007 sal-2017 u l-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu. L-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 hija awtorizzata bix-xieraq.

Artikolu 2

L-injezzjoni ta’ kapital mogħtija fil-5 ta’ Diċembru 2018 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Il-miżura ta’ għajnuna titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

Artikolu 3

Il-finanzjament tal-kostijiet tal-infrastruttura relatati mar-rinnovazzjoni u l-estensjoni ta’ Trondheim Spektrum ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 4

Il-ftehim ta’ self bejn Trondheim Spektrum AS u Nordea ma jinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 6

L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

Bente ANGELL-HANSEN

President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ

Högni KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Id-Dokumenti Nru 847105 u 848590 sa 848601.

(2)  Id-Dokument Nru 849708.

(3)  Id-Dokumenti Nru 859505, 859499, 859501 u 859503.

(4)  Id-Dokumenti Nru 867151, 868181 u 868182.

(5)  Id-Dokument Nru 870428.

(6)  Id-Dokument Nru 870360.

(7)  Id-Dokumenti Nru 874440 u 874442.

(8)  Id-Dokument Nru 876728.

(9)  Id-Dokument Nru 877379.

(10)  Id-Dokumenti 887522, 887524 u 887526.

(11)  Id-Dokument Nru 874067.

(12)  Id-Dokument Nru 881377.

(13)  Id-Dokument Nru 888352.

(14)  Id-Dokumenti Nru 885827, 885829, 888351 u 888354.

(15)  Id-Dokument Nru 936140.

(16)  Id-Dokument Nru 888021.

(17)  Dokumenti Nru 896723, 896725, 896727 u 896729.

(18)  Id-Dokumenti Nru 1040641, 1040643, 1040645, 1040647 u 1040649.

(19)  Id-Dokumenti Nru 1054292, 1054294, 1054296 u 1054298.

(20)  Id-Dokumenti 1059166, 1059170 u 1059171.

(21)  Id-Dokumenti 1059842 sa 1059848.

(22)  Kawża Nru 82883,GBER 30/2018/Sports.

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas- 17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-ftehim ŻEE, ara d-Deċiżjoni Nru 152/2014 tal-Kumitat Konġunt, ippubblikata fil-ĠU L 342, 27.11.2014, p. 63, u s-Suppliment ŻEE Nru 71, 27.11.2014, p. 61, kif emendata bir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta’ notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1), ara d-Deċiżjoni Nru 185/2017 tal-Kumitat Konġunt, ippubblikata fil-ĠU L 174, 27.6.2019, p. 56, u s-Suppliment ŻEE Nru 52, 27.6.2019, p. 67.

(24)  Id-Dokument Nru 1067253.

(25)  Id-Dokument Nru 1068858.

(26)  Id-Dokument Nru 1079516.

(27)  Id-Dokument Nru 1085424.

(28)   ĠU C 177, 23.5.2019, p. 27 u s-Suppliment għaż-ŻEE Nru 41, 23.5.2019, p. 1.

(29)  Id-Dokument Nru 1078019.

(30)  Id-Dokument Nru 1085424.

(31)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 11.

(32)  TS għandha dritt li tuża l-faċilità għal total ta’ 3 000 siegħa matul dan il-perjodu.

(33)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 4.

(34)  Miżuri 1 sa 3 u miżura 8. Ara l-paragrafu 120 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għall-konklużjoni dwar għajnuna ġdida u eżistenti.

(35)  L-Artikolu 15(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-SCA.

(36)  Ara wkoll it-taqsima 5.1.6.4 fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(37)  Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ, it-taqsima 5.1.6.

(38)  Esibit Q għad-Dokument Nru 859501.

(39)  Il-ftehim ta’ kiri l-ġdid jiddependi fuq il-konformità mat-termini tas-suq. Il-ftehim jippermetti adattamenti mill-Muniċipalità sabiex jiġi kkonfermat il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq, jekk l-Awtorità titlob dan. L-Artikolu 12 tal-ftehim ta’ kiri tal-2019 jgħid (bin-Norveġiż): “Denne avtalen forutsettes å være inngått på markedsmessige vilkår. Det tas forbehold om at avtalen vil — forut for og i avtaleperioden — justeres for å tilfredsstille eventuelle føringer/krav fra EFTAs overvåkningsorgan (ESA), og/eller andre offentlige myndigheter. Dette for at avtalen til enhver tid skal tilfredsstille markedsinvestorprinsippet.” Id-Dokument Nru 887522, p. 7.

(40)  Kawża Nru 82883,GBER 30/2018/Sports.

(41)  TS stmat li l-kost totali se tkun ta’ NOK 595,4 miljuni. Madankollu, il-Muniċipalità qablet li tipprovdi mhux aktar minn NOK 591 miljun.

(42)  Bl-eċċezzjoni ta’ klabb tat-tennis, li għandu żewġt ishma. Il-klabb tat-tennis fl-aħħar mill-aħħar ma pparteċipax fiż-żieda tal-kapital.

(43)  L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-parteċipazzjoni azzjonarja attwali hija kemm ir-riżultat tal-injezzjoni ta’ kapital kif ukoll id-dilwizzjoni ta’ azzjonisti oħra, u x-xiri tal-ishma tal-azzjonisti l-oħra l-kbar Danske Bank, Sparebank 1 SMN u Nordea, li aċċettaw li jittrasferixxu l-ishma tagħhom lill-Muniċipalità għal NOK 1.

(44)   Lov om aksjeselskaper (aksjeloven), LOV-1997-06-13-44.

(45)  Id-Dokument Nru 1085433, it-taqsima 3.2.

(46)  Id-Dokument Nru 1085422, pp. 10 sa 15.

(47)  L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għat-taqsima 11 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini; lov om planlegging og byggesaksbehandling (plan- og bygningsloven), LOV-2008-06-27-71.

(48)  L-“ordnijiet proċedurali” huma rekwiżiti relatati mal-ordni li fiha għandu jsir xogħol sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment ta’ servizzi pubbliċi, l-infrastruttura teknika u l-istrutturi ekoloġiċi qabel ma jsir l-użu minn żoni u l-mument meta ż-żoni jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ bini u kostruzzjoni, inklużi rekwiżiti relatati mal-ordni li fiha għandhom jitwettqu xogħlijiet ta’ żvilupp. Ara t-Taqsima 11-9 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini.

(49)  L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għat-taqsima 18 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini.

(50)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 16.

(51)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 16.

(52)  Id-Dokument Nru 874440, p. 20. Il-pjan dettaljat ta’ tqassim f’żoni għal parti minn Nidarø ġie adottat mill-Kunsill tal-Belt fl-14.3.2017 fil-kawża 25/17.

(53)  Id-Dokument Nru 1054294.

(54)  Id-Dokument Nru 1054298, p. 6.

(55)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 1, paragrafi 5 u 6. Traduzzjoni mhux uffiċjali pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi. Norveġiż: “Nordea har lagt betydelig vekt på at Trondheim Spektrum AS har til hensikt å gjøre selskapsendringer eller andre tiltak som åpner muligheten for at Trondheim kommune, uten å komme i strid med lovverket, om nødvendig kan stille en garanti overfor Nordea som reduserer risikoen ifm kostnadsoverskridelser.”/“Nordea har for øvrig lagt sterk vekt på eierskapet fra Trondheim kommune og vedtaket i formannskapet datert 25. juni 2014 i sak 144/14, hvor det blant annet fremgår av punkt 2 at Trondheim kommune, som største eier av Trondheim Spektrum AS, er innstilt på å ta det nødvendige økonomiske ansvaret som følger av rehabilitering og utvikling av Trondheim Spektrum.”

(56)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 5, “Termini oħrajn” — inċiż 3. Traduzzjoni mhux uffiċjali pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi. Norveġiż: “Risikoen som følge av at det oppstår kostnadsoverskridelser i byggeperioden og kredittkunden selv ikke kan betale disse: Trondheim Spektrum AS vil gjøre selskapsendringer eller andre tiltak som åpner muligheten for at Trondheim kommune, uten å komme i strid med lovverket, om nødvending kan stille garanti overfor Nordea.”

(57)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 5, “Termini oħrajn” — inċiż 4. Traduzzjoni mhux uffiċjali pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi. Norveġiż: “Leieavtalen med Trondheim kommune av 26.10.2017 kan ikke endres/reduseres uten Nordeas forutgående skriftlige samtykke.”

(58)  Norveġiż: “eierskifte — obligatorisk førtidig tilbakebetaling”.

(59)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 4. Traduzzjoni mhux uffiċjali pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi. Norveġiż: “Det er et vilkår for inngåelse og opprettholdelse av Byggekredittavtalen, at Trondheim Kommune eier minst 77,93 % av Kredittkunden, og opprettholder sin eierandel uendret. For det tilfellet at eiersammensetningen endres, uten Nordeas forutgående skriftlige samtykke, skal Byggekreditten og ethvert utestående tilbakebetales som angitt i klausul 11 (Førtidig forfall av byggekreditten).”

(60)  Id-Dokument Nru 1054298, p. 5.

(61)  Lov om kommuner og fylkeskommuner (kommuneloven), LOV-1992-09-25-107. It-Taqsima 51 tgħid: “1. Vedtak om å stille kausjon eller annen økonomisk garanti for virksomhet som drives av andre enn kommunen eller fylkeskommunen selv, skal godkjennes av departementet. 2. Det kan ikke stilles kausjon eller annen økonomisk garanti knyttet til næringsvirksomhet som drives av andre enn kommunen eller fylkeskommunen selv.” Traduzzjoni mhux uffiċjali: “1. Id-deċiżjoni li jiġi pprovdut titolu ta’ sigurtà jew garanzija ekonomika oħra għall-attività li titwettaq minn oħrajn li mhumiex il-Muniċipalità jew il-Kontea nnifisha, trid tiġi approvata mill-Ministeru. 2. Titoli ta’ sigurtà jew garanziji ekonomiċi oħrajn relatati ma’ attività ekonomika li titwettaq minn oħrajn li mhumiex il-Muniċipalità jew il-Kontea ma jistgħux jiġu pprovduti.”

(62)  Sentenza fil-kawża Höfner u Elser vs Macroton, C-41/90, EU:C:1991:161, paragrafi 21-23.

(63)  Sentenza fil-kawża Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, C-74/16, EU:C:2017:496, il-paragrafu 42.

(64)  Sentenza fil-kawża Cassa di Risparmio di Firenze u oħrajn, C-222/04, EU:C:2006:8, paragrafu 108.

(65)  Sentenza fil-kawża Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni, C-288/11 P, EU:C:2012:821, paragrafi 40–43.

(66)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 496/13/COL tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament tas-Sala tal-Kunċerti u Ċentru tal-Konferenzi ta’ Harp, paragrafu 50.

(67)  Sentenza fil-kawża Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, C-248/84, EU:C:1987:437, u NoA, paragrafu 48.

(68)  Id-Dokument Nru 1054294.

(69)  Id-Dokument Nru 1054298, p. 6.

(70)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 5, “Termini oħrajn” — inċiż 3.

(71)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 5, “Termini oħrajn” — inċiż 4.

(72)  Id-Dokument Nru 1054294, Ftehim ta’ Self bejn Nordea u TS, datat il-11 ta’ Diċembru 2017, p. 4, “Bidla fis-sjieda — ħlas lura bikri obbligatorju” — l-ewwel paragrafu.

(73)  Id-Dokument Nru 1054298, p. 7.

(74)  Id-Dokument Nru 1085428.

(75)  F’din id-deċiżjoni ssir referenza għaliha bħala miżura 6, ara t-taqsima 3.5.

(76)  NoA, paragrafu 51.

(77)  Ara s-sentenzi fil-kawżi Ecotrade, C-200/97, EU:C:1998:579, paragrafu 41, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni u oħrajn, C-399/10 P u C-401/10 P, EU:C:2013:175, paragrafi 137-139.

(78)  Ara f’dan is-sens Ecotrade, C-200/97, paragrafu 43, u Bouygues et Bouygues Télécom vs il-Kummissjoni u Oħrajn, C-399/10 u C-401/10 P, paragrafu 107.

(79)  Id-Dokument Nru 1085428.

(80)  Id-Dokument Nru 87440, p. 21.

(81)   Lov om aksjeselskaper (aksjeloven), LOV-1997-06-13-44.

(82)  NoA, paragrafi 73 u 74.

(83)  Id-Dokument 859501, p. 17.

(84)  Id-Dokument 859501, p. 17. L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew ukoll għal intervista ta’ ġestjoni ma’ Trondheim Messeselskap AS, kumpanija li torganizza fieri madwar in-Norveġja kollha, li fiha l-Muniċipalità ġiet infurmata li Trondheim Spektrum mhijiex ikkunsidrata bħala post partikolarment affordabbli. L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew għal din l-intervista għal aktar dettalji dwar it-tqabbil tal-prezzijiet.

(85)  Id-Dokument Nru 859501, p. 18.

(86)  Figuri mill-2017.

(87)  Ara t-Taqsima 5.4.2 ta’ din id-deċiżjoni.

(88)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 9.

(89)  Id-Dokumenti Nru 1040641, p. 10, u 1054298, p. 5.

(90)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 5.

(91)  NoA, paragrafu 98.

(92)  NoA, paragrafu 99.

(93)  Kif spjegat mill-awtoritajiet Norveġiżi, mhux il-ħinijiet kollha matul il-jum għandhom l-istess valur.

(94)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 305/09/COL tat-8 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftehim tal-bejgħ tal-elettriku li sar bejn il-muniċipalità ta’ Notodden u Becromal Norway AS, p. 11.

(95)  L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew rapport mill-konsulenza Norion (Dokument Nru 1085426) li jfittex li jistabbilixxi x’għandha tkun ir-rata tal-kiri fis-siegħa jekk TS tkun teħtieġ redditu raġonevoli fuq l-investiment tagħha. Madankollu, l-istima ma tagħmilx differenza bejn tipi differenti ta’ servizzi. Minflok, tipprovdi stima globali bbażata fuq ir-replikazzjoni tal-istruttura tal-kostijiet ta’ ċentri oħra. Approċċ bħal dan ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-prezz tal-kera fis-siegħa mħallas mill-muniċipalità lil TS jirriflettix il-kostijiet tal-provvista ta’ servizzi koperti mill-ftehimiet ta’ kiri.

(96)  Ara l-Artikolu 55 tal-GBER dwar l-għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali.

(97)  Id-Dokument Nru 859501, it-taqsima 3.8.2.

(98)  L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew pereżempju għal Vestlandshallen u Haukelandshallen f’Bergen, u Tromsøhallen f’Tromsø, kif ukoll għal ċentri oħrajn għat-tqabbil tal-prezz mitlub minn TS lil partijiet terzi. Ara aktar it-taqsima 1.2.1.2.

(99)  L-ammont ta’ sigħat mikrija minn dawk iċ-ċentri jvarja bejn 6 u 1 344 (l-informazzjoni ġiet ipprovduta għas-sigħat mikrija fl-2015).

(100)  Id-Dokument Nru 1085422, pp. 28–29.

(101)  Dawn iċ-ċentri huma Heimdal u Utleira, li għalihom il-prezz huwa ddikjarat li huwa NOK 2 046 u NOK 1 302 fis-siegħa.

(102)  Id-Dokument Nru 1096774.

(103)  Ir-rata fis-siegħa mħallsa skont il-ftehim ta’ kiri l-qadim kienet ta’ NOK 1 200 u NOK 1 700 skont il-ftehim ta’ kiri l-ġdid meta mqabbel mal-prezz fis-siegħa taċ-ċentri l-oħra li jvarja bejn NOK 350 u NOK 677.

(104)  Dawn huma Autronica — hallen (NOK 472), KVT — hallen (NOK 677), Utleirahallen (NOK 600) u Charlottenlund (NOK 425).

(105)  Għal din il-linja ta’ raġunament, ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/452/UE tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar Għajnuna mill-Istat SA.33618 (12/C) li l-Isvezja qed tippjana li timplimenta għall-Uppsala arena (ĠU L 243, 12.9.2013, p. 19).

(106)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 10.

(107)   Lov om aksjeselskaper (aksjeloven), LOV-1997-06-13-44.

(108)  Id-Dokument Nru 1085422, pp. 10 sa 15.

(109)  NoA, paragrafu 79. Ara s-sentenza fil-kawża il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, EU:C:2012:318, paragrafi 82 sa 85. Ara wkoll is-sentenza fil-kawża Land Burgenland vs il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, EU:C:2013:682, punt 61.

(110)  NoA, paragrafu 74.

(111)  Ara pereżempju s-sentenzi fil-kawża il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, EU:2012:318, il-paragrafi 83 sa 85 u 105, Franza vs il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, EU:C:2002:294, paragrafi 70 sa 72, u Cityflyer Express vs il-Kummissjoni, T-16/96, EU:T:1998:78, il-paragrafu 76. Ara wkoll id-deċiżjoni fil-kawża Shetland Shellfish (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/226/KE, ĠU L 81, 18.3.2006, p. 36), fejn il-Kummissjoni rrifjutat żewġ rapporti magħmula mill-awtoritajiet tal-Gżejjer Shetland li jinkludu rapport tal-introjtu, karta tal-bilanċi pproġettata, u rapport tal-flussi tal-flus għall-2000, għall-2001 u għall-2002. Ir-Renju Unit argumenta favur in-natura ex ante tal-istudji u n-natura “konservattiva u prudenti” tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati, iżda l-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinux jiġu kkunsidrati suffiċjenti minn investitur privat f’ekonomija tas-suq, minkejja l-ammonti relattivament żgħar inkwistjoni.

(112)  Ara pereżempju s-sentenza fil-kawża il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, EU:2012:318, il-paragrafi 82 sa 86 u 105, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/274/UE tal-20 ta' Marzu 2013 dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.23420 (11/C, ex NN40/10) implimentata mill-Belġju favur SA Ducroire (ĠU L 144, 15.5.2014, p. 29), il-paragrafi 150 sa 151.

(113)  Ara s-sentenzi fil-kawżi l-Italja vs il-Kummissjoni, C-303/88EU:C:1991:136, u Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs il-Kummissjoni, T-228/99 u T-233/99, UE:T:2003:57.

(114)  Ara s-sentenza fil-kawża Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, T-228/99 u T-233/99, EU:T:2003:57, il-paragrafi 314 u 315.

(115)  Id-Dokument Nru 1096774.

(116)  Id-Dokument Nru 1085422, pp. 10 sa 15.

(117)  Ara pereżempju s-sentenza fil-kawża Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni, T-228/99 u T-233/99, EU:T:2003:57, paragrafu 255, u d-Deċiżjoni 2014/274/UE, paragrafu 153.

(118)  Id-Deċiżjoni 2014/274/UE, paragrafi 150 sa 151.

(119)  NoA, paragrafu 68.

(120)  NoA, paragrafu 68.

(121)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2016, SA.36019, paragrafu 36, u l-grilja analitika tal-infrastrutturi tal-Kummissjoni għat-toroq, għall-pontijiet, għall-mini u għall-passaġġi tal-ilma interni, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/grid_roads_en.pdf

(122)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2016, SA.36019, il-paragrafi 38 u 46, u l-każistika msemmija fiha.

(123)  Id-Dokument Nru 874440, p. 24.

(124)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 15 u d-Dokument Nru 1059170.

(125)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/227/KE tat-2 ta’ Awwissu 2002 dwar diversi miżuri u l-Għajnuna mill-istat investit minn Spanja fil-każ “Terra Mítica SA”, park b’tema ħdejn Benidorm (Alicante) [titolu mhux uffiċjali] (ĠU L 91, 8.4.2003, p. 23), paragrafi 62–67, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/508 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-allegata għajnuna infrastrutturali tal-Ġermanja lil Propapier PM2 GmbH — Għajnuna mill-istat SA.36147 (C 30/10) (ex NN 45/10; ex CP 327/08) (ĠU L 89, 1.4.2015, p. 72).

(126)  Id-Dokument Nru 1059846.

(127)  Id-Dokument Nru 874440, p. 23.

(128)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni 2003/227/KE, paragrafi 62-67.

(129)  Id-Dokument Nru 1059848.

(130)  Sentenza tal-Qorti Distrettwali ta’ Oslo, 18-132587TVI-OTIR/07, p. 8. ‘Bakgrunnen var blant annet et behov for å sette begrensinger for hva kommunene kunne inngå avtale om, da kommunen i kraft av sin myndighet til å gi eller ikke tillatelser har en sterk maktposisjon i forhandlingene. Bestemmelsen oppstiller derfor både et krav om nødvendighet, og krav om rimelighet og forholdsmessighet.” Is-sentenza ġiet appellata. L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu wkoll għal żewġ sentenzi ġodda mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo: 18-104016 (Mortensrud) u 18-132587 (universitetet).

(131)  L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-kostijiet li kienu ġew irrappurtati qabel, ta’ NOK 2 081 għal kull m2 BRA nbidlu fil-verżjoni finali tal-ftehim ta’ żvilupp. L-ammont finali korrett huwa ta’ NOK 2 226 għal kull m2 BRA.

(132)  Taqsima 17-3 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, u s-sentenza tal-Qorti Distrettwali ta’ Oslo, 18-132587TVI-OTIR/07.

(133)  Id-Dokument Nru 1085422, pp. 15-20.

(134)  Kawża E-6/98 in-Norveġja vs ESA [1999] EFTA Ct. Rep. 76, il-paragrafu 59, u s-sentenza fil-kawża Philip Morris vs il-Kummissjoni, 730/79, EU:C:1980:209, il-paragrafu 11.

(135)  Is-sentenza fil-kawża Eventech, C-518/13, EU:C:2015:9, il-paragrafu 66.

(136)  Id-Dokument Nru 859501, p. 22.

(137)  Ara, pereżempju, is-sentenza fil-kawża AITEC u oħrajn vs il-Kummissjoni, T-447/93, T-448/93 u T-449/93, EU:T:1995:130, il-paragrafu 141.

(138)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi N 258/2000 Leisure Pool Dorsten (ĠU C 172, 16.6.2001, p. 16); 2004/114/KE tad-29 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri favur portijiet mingħajr skop ta’ qligħ għad-dgħajjes ta’ rikreazzjoni, in-Netherlands [titolu mhux uffiċjali] (ĠU L 34, 6.2.2004, p. 63); SA.37963 — Ir-Renju Unit — Allegata għajnuna mill-Istat lil Glenmore Lodge, (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 3); SA.38208 — Ir-Renju Unit — Allegata għajnuna mill-Istat lill-klabbs tal-golf tar-Renju Unit li huma proprjetà tal-membri (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 4); kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 459/12/COL tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar l-għajnuna lil Bømlabadet Bygg AS għall-kostruzzjoni tal-park akkwatiku Bømlabadet fil-Muniċipalità ta’ Bømlo; u d-Deċiżjoni Nru 20/19/COL tat-2.4.2019 Leangbukten Båtforenings Andelslag.

(139)  Għal dak il-għan ara d-Deċiżjoni Nru 496/13/COL tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament tas-Sala tal-Kunċerti u Ċentru tal-Konferenzi ta’ Harpa, paragrafu 75.

(140)  L-Artikolu 12 tal-ftehim ta’ kiri l-ġdid tal-2019 jiddikjara (bin-Norveġiż): “Denne avtalen forutsettes å være inngått på markedsmessige vilkår. Det tas forbehold om at avtalen vil — forut for og i avtaleperioden — justeres for å tilfredsstille eventuelle føringer/krav fra EFTAs overvåkningsorgan (ESA), og/eller andre offentlige myndigheter. Dette for at avtalen til enhver tid skal tilfredsstille markedsinvestorprinsippet.”

(141)  Id-Dokument Nru 1085422, p. 10 sa 15.

(142)  Sentenzi fil-kawżi Dilly’s Wellnesshotel, C-493/14, EU:C:2016:577, Dilly’s Wellnesshotel (II) C-585/17 EU:C:2019:969, Eesti Pagar, C-349/17, EU:C:2019:172, u Bayerische Motoren Werke vs il-Kummissjoni u Freistaat Sachen, C-654/17 P, EU:C:2019:634.

(143)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/15/COL tal-10 ta’ Ġunju 2015, li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għal għajnuna fil-forma ta’ trasferiment ta’ art lil Vålerenga Fotball AS; Nru357/15/COL tat-23 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat favur Sandefjord Fotball AS; Nru 178/15/COL tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar l-għajnuna lill-Muniċipalità ta’ Tromsø għall-kostruzzjoni ta’ faċilità għall-għawm bl-isem ta’ Templarheimen fil-Muniċipalità ta’ Tromsø; u Nru 13/18/COL tad-29 ta’ Jannar 2018 dwar għajnuna għall-bini u l-operat tal-faċilità sportiva ta’ Templarheimen

(144)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 496/13/COL tal-11.12.2013 dwar il-finanzjament tas-Sala tal-Kunċerti u Ċentru tal-Konferenzi ta’ Harpa, u l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, paragrafu 10.

(145)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/452/UE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2013, Multiarena f’Copenhagen, SA.33728.

(146)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 3.

(147)  Id-Dokument Nru 859501, p. 12.

(148)  Id-Dokument Nru 1054298.

(149)  Id-Dokument Nru 859501, p. 24.

(150)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 13/18/COL tad-29 ta’ Jannar 2018, dwar l-għajnuna għall-bini u għall-operat tal-faċilità sportiva Templarheimen u d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru145/17/COL tal-25 ta’ Lulju 2017 li ma jitqajmux oġġezzjonijiet kontra skema ta’ għajnuna għall-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid ta’ fjuwil bl-idroġenu f’Akershus.

(151)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 11.

(152)  Ara din il-linja ta’ raġunament fis-sentenza tal-kawża l-Awstrija vs il-Kummissjoni (Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C), T-356/15, EU:T:2018:439, il-paragrafi 577-586 u l-paragrafi 610–614 u 617. Fil-paragrafu 583 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddikjarat ukoll li “fil-fatt, xejn ma jipprekludi li miżura ta’ għajnuna li tfittex li tilħaq għan ta’ interess pubbliku, li tkun xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq dan l-għan, li ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni u li għalhekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont din id-dispożizzjoni, indipendentement mill-kwistjoni jekk trid tiġi kklassifikata bħala għajnuna għall-investiment jew bħala għajnuna għall-funzjonament. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li anki għajnuna għall-funzjonament tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfatt”. Ara wkoll is-sentenzi fil-kawża Magic Mountain Kletterhallen vs il-Kummissjoni (infrastruttura sportiva, sala ta’ tixbit fuq ġewwa) T-162/13, EU:T:2016:341, il-paragrafi 116–117, u SCOR SE vs il-Kummissjoni T- 135/17, ECLI:EU:T-2019:287, il-paragrafu 115.

(153)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 14, u d-Dokument Nru 1085422, pp. 26–27.

(154)  Sentenza fil-kawża HGA u oħrajn vs il-Kummissjoni, C-630/11 P sa C-633/11 P, EU:C:2013:387, il-paragrafi 106 u ’l quddiem.

(155)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 178/15/COL tas-7 ta’ Mejju 2015, dwar l-għajnuna lill-Muniċipalità ta’ Tromsø għall-kostruzzjoni ta’ faċilità għall-għawm bl-isem Templarheimen fil-Muniċipalità ta’ Tromsø, u d-Deċiżjoni sussegwenti Nru13/18/COL tad-29 ta’ Jannar 2018, dwar l-għajnuna għall-bini u għall-operat tal-faċilità sportiva Templarheimen. F’dak il-każ, l-Awtorità approvat finanzjament pubbliku ta’ NOK 179 miljun fil-forma ta’ għotjiet biex ikunu koperti l-kostijiet li ma tqisux fid-deċiżjoni preċedenti (Nru 178/15/COL). Dawn kienu żidiet mhux mistennija fil-kost għall-finalizzazzjoni tal-parti tal-għawm tal-faċilità sportiva, u kostijiet ġodda relatati ma’ kafetterija u l-bini ta’ ħajt għat-tixbit bħala parti mill-faċilità sportiva. L-Awtorità sabet li l-kostruzzjoni tal-faċilità sportiva ma kinitx titlesta mingħajr l-għajnuna.

(156)  F’dan il-kuntest, ara s-sentenza fil-kawża Kronoply vs il-Kummissjoni, T-162/06, EU:2009:2, il-paragrafu 85, aċċettata b’appell fil-kawża Kronoply vs il-Kummissjoni, C-117/09 P, EU:C:2010:370. Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità Nru 110/15/COL tat-8 ta’ April 2015 Finnjord AS, paragrafi 67–68; Nru 178/15/COL tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar l-għajnuna lill-Muniċipalità ta’ Tromsø għall-kostruzzjoni ta’ faċilità għall-għawm bl-isem ta’ Templarheimen fil-Muniċipalità ta’ Tromsø; Nru 13/18/COL tad-29 ta’ Jannar 2018 dwar l-għajnuna għall-bini u għall-operat tal-faċilità sportiva Templarheimen; u Nru344/09/COL tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar il-Funderija tal-Aluminju ta’ Helguvík.

(157)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 14, u d-Dokument Nru 1085422, pp. 26–27.

(158)  Id-Dokument Nru 930813.

(159)  Id-Dokument Nru 1040641, p. 14–15, u d-Dokument Nru 1085422, p. 27–31.

(160)  Dan huwa konformi mal-approċċ tal-Awtorità, eż. fid-Deċiżjoni Nru 225/15/COL tal-10.6.2015 li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għal għajnuna fil-forma ta’ trasferiment ta’ art lil Vålerenga Fotball AS, paragrafu 75.

(161)  L-awtoritajiet Norveġiżi enfasizzaw li r-rati fis-siegħa li l-Muniċipalità tħallas taħt numru kbir ta’ dawn il-kuntratti individwali huma ċertament bi prezz inqas minn dak tas-suq minħabba li numru minn dawn iċ-ċentri ġew parzjalment iffinanzjati mill-Istat, u huma marbutin kuntrattwalment li jipprovdu ċerta kapaċità b’rati fissi.

(162)  Kif iddikjarat fil-paragrafu 120 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-valutazzjoni tal-Awtorità fid-deċiżjoni hija limitata għal għajnuna potenzjali mogħtija permezz tal-ftehimiet ta’ kiri konklużi mill-2007 u sal-2017.

(163)  Id-Dokument Nru 1040641, pp. 14–15, u d-Dokument Nru 1085422, pp. 27–31.

(164)  Kif iddikjarat fil-paragrafi 90 sa 91 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità tikkunsidra li l-fondi mogħtija lil TS taħt il-Fondi tal-Logħob tal-Azzard huma għajnuna eżistenti. Madankollu, l-Awtorità se tqis il-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-Logħob tal-Azzard f’valutazzjoni tal-kompatibbiltà li tista’ twettaq fir-rigward tal-miżuri inklużi fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(165)  Sakemm il-kost totali tal-proġett ma jaqbżux EUR 100 miljun għal kull proġett f’konformità mal-Artikolu 4(1)(bb) tal-GBER.

(166)  Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-ispejjeż operatorji ta’ TS jammontaw għal madwar NOK 25 miljun.

(167)  Id-Dokument Nru 1040641, pp. 15–16, u d-Dokument Nru 1085422, p. 31.

(168)  Id-Dokument Nru 859501, p. 22.

(169)  Il-ftehim ta’ kiri jammonta għal madwar 57 % tal-użu tal-kapaċità disponibbli minn TS. Id-Dokument Nru 1040641, p. 7.