|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/354
tal-4 ta’ Marzu 2020
li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 767/2009. F’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, l-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk l-użu maħsub tiegħu jkun inkluż f’lista ta’ użi maħsuba stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE (2) li tistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari. |
|
(3) |
Il-parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE stabbiliet id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 767/2009, dawk id-dispożizzjonijiet ġenerali jridu jiġu riveduti. |
|
(4) |
L-Artikoli 11 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 stabbilixxew prinċipji ġodda u regoli għat-tqegħid fis-suq tal-għalf, inkluż it-tikkettar. B’konsegwenza ta’ dan, diversi entrati fil-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li jinsabu fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE saru antikwati, parzjalment minħabba deskrizzjonijiet ħżiena u ġenerali wisq fil-kolonna “Karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali”. Għal dawk l-entrati, kien diffiċli ħafna għall-awtoritajiet ta’ kontroll li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, inkluż jekk il-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat tissodisfax l-iskop ta’ nutrizzjoni partikolari maħsub. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet numru ta’ applikazzjonijiet biex temenda u tibdel il-kundizzjonijiet assoċjati ma’ diversi użi maħsuba tal-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, li kienu saru antikwati. L-entrati skaduti li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni jew li għalihom ġiet irtirata l-applikazzjoni, jenħtieġ li jitneħħew. |
|
(6) |
Fir-rigward ta’ użi maħsuba oħra ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari elenkati fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE, huma meħtieġa emendi għad-dispożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali u d-dikjarazzjonijiet ta’ tikkettar sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u biex jittejbu l-infurzabbiltà u ċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, applikazzjonijiet biex iżżid l-iskopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari “Appoġġ għall-metaboliżmu tal-enerġija u tal-funzjoni muskolari fil-każ ta’ rabdomijolożi” u “Appoġġ f’sitwazzjonijiet stressanti, li jwassal għat-tnaqqis fl-imġiba assoċjata” mal-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
|
(9) |
Wara li vvaluta d-dossiers li kienu inklużi ma’ dawk l-applikazzjonijiet, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (“il-Kumitat”) ikkonferma li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat tissodisfa l-iskopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari maħsuba u ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali. |
|
(10) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(11) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tad-dispożizzjonijiet ġenerali ġodda u tal-lista aġġornata ta’ użi maħsuba għall-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u biex ma jinħoloqx piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi. |
|
(12) |
Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/38/KE titħassar u tiġi sostitwita b’Regolament, li ma fihx elementi li jkunu jeħtieġu traspożizzjonijiet mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali. L-aħħar emendi għal dik id-Direttiva kienu diġà saru permezz ta’ Regolamenti minħabba n-nuqqas ta’ bżonn ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ġenerali għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari huma previsti fir-Regolament (KE) Nru 767/2009. |
|
(13) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa, jenħtieġ li jitħalla perjodu adegwat qabel ma dan ir-Regolament isir applikabbli. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk:
|
— |
ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari stipulati fil-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u |
|
— |
l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dħul rispettiv. |
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 1, l-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/38/KE jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq, sakemm tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal użu maħsub inkluż fiha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 qabel il-25 ta’ Marzu 2021, u sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni rispettiva.
Artikolu 3
L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li ġie ttikkettat qabel il-25 ta’ Marzu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Marzu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Id-Direttiva 2008/38/KE titħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9).
ANNESS
PARTI A
Dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari
|
1. |
Fejn hemm aktar minn grupp wieħed ta’ karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, indikati bi “u/jew” għall-istess skop ta’ nutrizzjoni partikolari, il-manifattur għandu l-għażla li juża wieħed mill-gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali jew it-tnejn li huma, sabiex jintlaħaq l-għan nutrizzjonali partikolari ddefinit fil-kolonna 1 tal-Parti B. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar korrispondenti huma mogħtija fil-kolonna 4 tal-Parti B. |
|
2. |
Fejn karatteristika nutrizzjonali essenzjali msemmija fil-kolonna 2 tal-Parti B tkun indikata kwantitattivament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u t-tolleranzi permessi kif stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Jekk dak l-Anness ma jistabbilixxix tolleranza għat-tikkettar rispettiv partikolari, għandha tkun permessa devjazzjoni teknika ta’ +/- 15 %. |
|
3. |
Fejn jissemma addittiv fl-għalf fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B, id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-addittiv(i) fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) huma applikabbli u l-użu tagħhom għandu jkun konformi mal-karatteristika nutrizzjonali essenzjali speċifikata. |
|
4. |
Fejn id-dikjarazzjoni ta’ sustanza, awtorizzata wkoll bħala addittiv fl-għalf, tkun meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u tkun akkumpanjata mill-espressjoni “totali”, il-kontenut totali tas-sustanza għandu jkun ittikkettat taħt l-intestatura “kostitwenti analitiċi”. |
|
5. |
Id-dikjarazzjonijiet li għandhom jingħataw skont il-kolonna 4 tal-Parti B għandhom ikunu kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
6. |
Il-perjodu rrakkomandat tal-użu indikat fil-kolonna 5 tal-parti B jindika firxa li fiha normalment jenħtieġ li jintlaħaq l-iskopta’ nutrizzjoni. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perjodi aktar preċiżi ta’ użu, fil-limiti stabbiliti. |
|
7. |
Fejn għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkun maħsub biex jissodisfa aktar minn skop ta’ nutrizzjoni partikolari wieħed, dan għandu jikkonforma ma’ kull entrata rispettiva fil-Parti B. |
|
8. |
Fil-każ ta’ għalf supplimentari maħsub għal skopijiet ta’nutrizzjoni partikolari, il-gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum trid tiġi pprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu xieraq. |
|
9. |
Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkollu mod ta’ użu xierqa maħsub għal amministrazzjoni orali individwali permezz ta’ bolus, dan għandu jiġi stabbilit fil-kolonna “dispożizzjonijiet oħra” tal-għalf rispettiv. Tali għalf għandu jkun fih esklussivament, inkluż kisi potenzjali, materjali tal-għalf u addittivi fl-għalf, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-entrata rispettiva. Huwa rrakkomandat li l-għalf maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali jiġi amministrat minn veterinarju jew minn kwalunkwe persuna oħra kompetenti. |
|
10. |
Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jitqiegħed fis-suq fil-forma ta’ bolus, li jkun materjal tal-għalf jew għalf supplimentari maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali b’rilaxx ritardanti, jiġifieri aktar minn 24 siegħa, tal-komposti, it-tikkettar ta’ tali għalf għandu, jekk ikun applikabbli, isemmi għal kull addittiv fl-għalf li għalih huwa stabbilit kontenut massimu fl-għalf komplet il-perjodu massimu ta’ rilaxx kontinwu tal-bolus u r-rata ta’ rilaxx ta’ kuljum. L-operatur tan-negozju tal-għalf li jkun qed iqiegħed bolus fis-suq għandu jagħti prova li l-livell tal-addittiv disponibbli kuljum fis-sistema diġestiva mhux se jaqbeż, jekk ikun applikabbli, il-kontenut massimu tal-addittiv stabbilit għal kull kilogramma ta’ għalf komplet matul il-perjodu kollu tat-tagħlif (effett ta’ rilaxx ritardanti). Tali prova għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija riveduta bejn il-pari jew analiżi interna. |
|
11. |
Fil-każ tal-użi maħsuba li għalihom fil-kolonna 2 konċentrazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf ogħla minn 100 darba l-kontenut massimu rilevanti stabbilit fl-għalf komplet tkun permessa għall-għalf supplimentari, il-konċentrazzjoni ta’ dawk l-addittivi fl-għalf m’għandhiex tkun ogħla minn 500 darba l-kontenut massimu stabbilit rilevanti fl-għalf komplet, ħlief fil-każ ta’ boluses kif imsemmi fil-punt 10. L-inkorporazzjoni ta’ tali għalf supplimentari fid-dieta tal-annimal għandha tiżgura li l-konsum tal-annimal jikkonforma mal-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplet. |
PARTI B
Lista ta’ użi maħsuba
|
Numru tal-entrata |
Skop ta’ nutrizzjoni partikolari |
Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali (GP1) |
Speċijiet jew kategorija tal-annimali |
Dikjarazzjonijiet tat-tikkettar (GP2) |
It-tul ta’ żmien irrakkomandat |
Dispożizzjonijiet oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10 |
Għajnuna għall-funzjonament tal-kliewi f’każ ta’ insuffiċjenza renali kronika (3) |
Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
|
Inizjalment sa sitt xhur (5) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat |
Klieb adulti |
|
Inizjalment sa sitt xhur (5) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 6,5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u proteina mhux raffinata ≤ 320 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Qtates |
|
Inizjalment sa sitt xhur (5) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat |
Qtates adulti |
|
Inizjalment sa sitt xhur (5) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Densità għolja ta’ enerġija b’aktar minn 8,8 MJ/kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %. Sorsi ta’ lamtu diġestibbli ħafna u li għandhom togħma tajba ħafna. Livell ristrett ta’ proteina: ≤ 106 g ta’ proteina mhux raffinata għal kull kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %. Livell ta’ sodju: 2 g/100 kg ta’ BW kuljum. Livell għoli ta’ aċidu ejkosapentenojku u somma dokosaeżaenojka ≥ 0,2 g għal kull kg ta’ BW0,75 kuljum |
Ekwini |
|
Inizjalment sa sitt xhur. Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11 |
Tnaqqis fil-formazzjoni tal-ġebel tal-ossalat |
Livell baxx ta’ kalċju, livell baxx ta’ vitamina D, u proprjetajiet ta’ alkalizzazzjoni tal-awrina |
Klieb u qtates |
|
Sa sitt xhur |
Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.” |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12 |
Regolamentazzjoni tal-għoti tal-glukożju (Diabetes mellitus) |
Zokkor totali (monosakkaridi u disakkaridi) ≤ 62 g/kg ta’ għalf komplet bi ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa sitt xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13 |
Tnaqqis tal-intolleranzi tal-ingredjenti u tan-nutrijenti (6) |
Numru magħżul u limitat tas-sors(i) ta’ proteina U/jew sors(i) ta’ proteini idrolizzati U/jew sors(i) ta’ karboidrati magħżula |
Klieb u qtates |
|
minn tliet sa tmien ġimgħat: jekk is-sinjali tal-intolleranza jisparixxu, dan l-għalf jista’ jintuża inizjalment sa sena. |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
14 |
Tnaqqis tal-formazzjoni ta’ ġebel ċistina |
Proprjetajiet tal-alkalizzazzjoni tal-awrina u proteina mhux raffinata ≤ 160 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) Jew Proteini magħżula għal kontenut limitat ta’ ċistina u ċisteina (eż. kaseina, proteina tal-piżelli, proteina tas-sojja) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
|
Inizjalment sa sitt xhur |
“L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
15 |
Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (7) |
Ingredjenti faċilment diġeribbli b’ densità tal-enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 250 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
|
Sakemm jintlaħaq ir-restawr |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ingredjenti faċilment diġeribbli b’densità ta’ enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 270 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Qtates |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
16 |
Tnaqqis tal-formazzjoni tal-ġebel fl-urat |
Proteina mhux raffinata ≤ 130 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) Jew Proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u sorsi ta’ proteina magħżula |
Klieb |
|
Sa sitt xhur, iżda użu tul il-ħajja f’każ ta’ disturb irriversibbli tal-metaboliżmu tal-aċidu uriku |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Proteina mhux raffinata ≤ 317 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Qtates |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
17 |
Dissoluzzjoni ta’ ġebel struvit (8) |
Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni tal-awrina (9) għall-istruvit U/jew Proprjetajiet ta’ aċidifikazzjoni tal-awrina (10) U Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
minn ħames ġimgħat sa 12-il ġimgħa |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
18 |
Tnaqqis tar-rikorrenza tal-ġebel struvit (8) |
Għalf komplet bi proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni (9) jew ta’ metastabbilizzazzjoni (11) tal-awrina għall-istruvit U/jew Dieta bil-proprjetajiet tal-aċidifikazzjoni tal-awrina (10) U Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa sitt xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
19 |
Kumpens għal diġestjoni ħażina (12) |
Dieta faċilment diġeribbli: Diġestibbiltà evidenti ta’
Jew
|
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa 12-il ġimgħa u tul il-ħajja fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-frixa |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20 |
Tnaqqis ta’ disturbi fl-assorbiment intestinali |
Dieta faċilment diġeribbli: Diġestibbiltà evidenti ta’
Jew
U Sodju daqs jew aktar minn 1,8 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) U Potassju ≥ 5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
Sa 12-il ġimgħa |
Fuq it-tikketta indika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
21 |
Tnaqqis ta’ disturbi akuti fl-assorbiment intestinali |
Livell ogħla ta’ elettroliti:
U Karboidrati faċilment diġeribbli:
|
Klieb u qtates |
|
Jum sa sebat ijiem |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
22 |
Sostenn għall-metaboliżmu lipidu fil-każ ta’ iperlipidimija |
Xaħam (13) ≤ 110 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (14) |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa xahrejn |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
23 |
Sostenn għall-funzjonament tal-fwied f’każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied |
Livell moderat ta’ proteina: Proteina mhux raffinata ≤ 279 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) għall-klieb Proteina mhux raffinata ≤ 370 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) għall-qtates U Sorsi ta’ proteina magħżula U Diġestibbiltà rrakkomandata għall-proteina fid-dieta ≥ 85 % |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa erba’ xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Livell baxx ta’ proteini iżda ta’ kwalità għolja u karboidrati faċilment diġeribbli |
Ekwini |
|
Inizjalment sa sitt xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24 |
Għajnuna għall-funzjonament tal-qalb f’każ ta’ insuffiċjenza kardijaka kronika |
Livell ristrett tas-sodju: Sodju ≤ 2,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa sitt xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
25 |
Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem |
Enerġija Metabolizzabbli < 3060 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (15) Jew Enerġija Metabolizzabbli < 560 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 % (15) |
Klieb |
|
Sakemm il-piż tal-ġisem fil-mira jintlaħaq u wara jekk ikun meħtieġ biex jinżamm il-piż tal-ġisem fil-mira |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enerġija Metabolizzabbli < 3190 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (15) Jew Enerġija Metabolizzabbli < 580 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 % (15) |
Qtates |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
26 |
Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta’ dermatożi u telf eċċessiv ta’ xagħar |
Aċidu linolejku ≥ 12,3 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,9 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb u qtates |
|
Inizjalment sa xahrejn |
Fuq it-tikketta indika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,39 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,09 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Qtates |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
27 |
Sostenn għall-metaboliżmu tal-ġogi fil-każ ta’ osteoartrite |
Totali ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 29 g għal kull kg u aċidu ejkosapentaenojku ≥ 3,3 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) U Livell adegwat ta’ vitamina E |
Klieb |
|
Inizjalment sa tliet xhur |
Fuq it-tikketta indika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Total ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 10,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) U Livelli ogħla ta’ metjonina u manganiż Livelli xierqa ta’ vitamina E. |
Qtates |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
28 |
Tnaqqis tar-ram fil-fwied |
Livell ristrett tar-ram: ram ≤ 8,8 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
Ram (totali) |
Inizjalment sa sitt xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
29 |
Tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f’każ ta’ ipertirojdiżmu |
Livell ristrett tal-jodju: jodju ≤ 0,26 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Qtates |
Jodju (totali) |
Inizjalment sa tliet xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
30 |
Sostenn f’sitwazzjonijietta’ stress, li se jwasslu biex titnaqqas l-imġiba assoċjata |
1-3 g ta’ kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) |
Klieb |
Kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina |
Inizjalment sa xahrejn |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
50 |
Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni |
Jew
L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, u l-vitamini A u D f’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Mammiferi |
L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Jew
L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Għasafar |
L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51 |
Sostenn għar-riġenerazzjoni ta’ qwieqeb, saqajn u ġilda |
Livell għoli ta’ żingu. L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Żwiemel, ruminanti u ħnieżer |
|
Sa tmien ġimgħat |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
52 |
Sostenn għal żbilanċi nutrizzjonali fi tranżizzjoni tad-dieta |
Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-vitamina A u l-vitamina D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Ruminanti Ħnieżer Fniek Tjur |
L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq |
Minn jumejn (2) sa 15-il jum |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
53 |
Sostenn għall-ftim |
Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
U/jew
L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-jodju, il-manganiż u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Mammiferi |
L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq |
Sa erba’ ġimgħat madwar il-ftim |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
54 |
Sostenn għar-riġenerazzjoni tal-ġilda u l-appendiċi |
U
u/jew vitamina B6 u/jew vitamina E u/jew vitamina A u/jew metijonina u/jew ċistina u/jew jingħata mill-inqas 0,4 mg bijotin/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għar-ruminanti. L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu, ir-ram, il-jodju, is-selenju u l-vitamini A b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Mammiferi u tjur |
L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
55 |
Stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika |
|
Għoġġiela, ħnieżer, ħrief, gidjien u mħar |
|
Bejn jum u sebat ijiem |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
56 |
Tnaqqis tar-riskju ta’ tetanja (ipomanjesimja) |
Livell għoli ta’ manjeżju, karboidrati disponibbli faċilment, livell moderat ta’ proteini u livell baxx ta’ potassju |
Ruminanti |
|
minn tliet sa 10 ġimgħat waqt perjodi ta’ tkabbir mgħaġġel tal-ħaxix |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
57 |
Tnaqqis fir-riskju ta’ aċidożi |
Livell baxx ta’ karboidrati li jiffermentaw faċilment u kapaċità mewwieta għolja |
Ir-ruminanti |
|
sa xahrejn (17) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
58 |
Tnaqqis fir-riskju ta’ kalkuli tal-awrina |
Livell baxx ta’ fosfru, manjeżju, u karatteristiċi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina |
Ruminanti |
|
Sa sitt ġimgħat |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
59 |
L-għoti tul żmien twil ta’ mikroelementi u/jew vitamini lil annimali li jirgħu |
Livell għoli ta’
U/jew
L-għalf supplimentari jista’ jkun fih addittivi fl-għalf b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet |
Ruminanti b’ kirxa funzjonali |
|
Sa 12-il xahar |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
60 |
Tnaqqis tar-riskju ta’ deni tal-ħalib u ipokalċimja subklinika |
Proporzjon baxx tal-katjoni/anjoni Għar-razzjon totali:
Jew |
Baqar tal-ħalib |
|
Minn tliet ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid |
Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “Waqqaf it-tagħlif wara t-twelid” |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żeolit (silikat tas-sodju u tal-aluminju): 250 - 500 g/kuljum |
|
Silikat tas-sodju u tal-aluminju |
Minn tliet ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid |
Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Jew L-għoti ta’ materjali tal-għalf protetti mid-degradazzjoni fil-kirxa b’kontenut għoli ta’ aċidu fitotiku (< 6 %) u b’kontenut ta’ kalċju < 0,2 %, biex jinkiseb minimu ta’ 28 g u massimu ta’ 32 g ta’ kalċju disponibbli għal kull baqra kuljum. Jew |
|
|
Minn erba’ ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid |
Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “Waqqaf it-tagħlif wara t-twelid” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Livell għoli ta’ kalċju fil-forma ta’ sorsi disponibbli ħafna ta’ kalċju: klorur tal-kalċju u/jew sulfat tal-kalċju u/jew fosfat tad-dikalċju u/jew karbonat tal-kalċju u/jew propjonat tal-kalċju u/jew formjat tal-kalċju, u/jew “kwalunkwe sors ieħor tal-kalċju li jkollu effett simili” Kalċju pprovdut minn wieħed jew minn taħlita ta’ dawn is-sorsi b’minimu ta’ 50 g għal kull baqra kuljum Jew |
|
|
Mill-ewwel sinjali tal-ħlas sa jumejn Wara l-ħlas |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Pidolat tal-kalċju f’minimu ta’ 5,5 g għal kull baqra kuljum Jew |
|
|
Mill-ewwel sinjali ta’ ħlas sa jumejn wara l-ħlas |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Grixa tan-nightshade bil-werqa xema’ li tippermetti rilaxx ta’ 38 - 46 μg 1,25 ta’ diidrossikolekalċiferol-glikosid kuljum |
|
|
Minn jumejn qabel it-twelid jew l-ewwel sinjali ta’ ħlas sa għaxart ijiem wara l-ħlas |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
61 |
Tnaqqis tar-riskju tal-ketożi (20) |
Jew
Jew
|
Baqar tal-ħalib, nagħaġ u mogħoż |
|
Bejn tliet ġimgħat qabel u sitt ġimgħat wara t-twelid għall-baqar tal-ħalib Bejn sitt ġimgħat qabel u tliet ġimgħat wara l-ħlas għan-nagħaġ u għall-mogħoż |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
62 |
Tnaqqis ta’ reazzjonijiet ta’ stress |
U/jew
|
Ħnieżer |
|
Bejn jum u sebat ijiem |
Għandha tiġi pprovduta gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
63 |
Tnaqqis tar-riskju ta’ konstipazzjoni |
Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali |
Ħnieżer nisa |
Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali |
10t ijiem sa 14-il jum qabel u 10 ijiem sa 14-il jum wara l-ħlas |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
64 |
Kumpens għal nuqqas ta’ ħadid disponibbli wara t-twelid |
Livelli għoljin ta’ komposti tal-ħadid awtorizzati skont il-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi” tal-kategorija “addittivi nutrittivi” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-ħadid b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Ħnienes mhux miftuma u għoġġiela |
Ħadid (totali) |
Wara t-twelid sa tliet (3) ġimgħat |
L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-ħadid għall-għalf komplet jiġi rrispettat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
65 |
Kumpens għall-assorbiment ħażin |
Livell baxx ta’ aċidi xaħmija saturati u livell għoli ta’ vitamini li jinħallu fix-xaħam |
Tjur għajr wiżż u ħamiem |
|
Matul l-ewwel ġimagħtejn wara li jfaqqsu |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
66 |
Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu ta’ fwied xaħmi |
Livell baxx ta’ enerġija u proporzjon għoli ta’ enerġija metaboliżabbli mil-lipidi b’livell għoli ta’ aċidi xaħmija poliinsaturati |
Tiġieġ għall-bajd |
|
Sa 12-il ġimgħa |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
67 |
Sostenn għat-tħejjija tal-eżerċizzju ta’ sforz sportiv u l-irkupru minnu |
Livell għoli ta’ selenju u kontenut minimu ta’ 50 mg ta’ vitamina E għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %. L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-komposti tas-selenju b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet. |
Ekwidi |
|
Sa tmien ġimgħat qabel l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv – Sa erba’ ġimgħat wara l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv |
L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tas-selenju għall-għalf komplet jiġi rrispettat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
68 |
Kumpens għat-telf tal-elettroliti f’każijiet ta’ ammont eċċessiv ta’ għaraq |
Għandu jkun fih klorur tas-sodju kif ukoll klorur tal-potassju. Livelli baxxi ta’ Manjeżju, Kalċju u Fosforu L-inklużjoni ta’ mluħa elettrolitiċi oħra hija fakultattiva. |
Ekwini |
|
Minn jum sa tlett ijiem wara li jkun ħareġ ammont eċċessiv ta’ għaraq. |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
69 |
Sostenn għall-metaboliżmu tal-enerġija u tal-funzjoni tal-muskoli f’każ ta’ rabdomijolożi |
Lamtu u zokkor ta’ mhux aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli. Xaħam mhux raffinat ta’ aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli Minimu ta’ 350 IU ta’ Vitamina E/kg fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
Ekwini |
|
Inizjalment, għal mill-inqas tliet xhur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
70 |
Kumpens għal disturbi diġestivi kroniċi tal-musrana l-kbira |
|
Ekwini |
|
Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
71 |
Il-kumpens għal insuffiċjenza kronika tal-funzjoni tal-musrana ż-żgħira |
|
Ekwini |
|
Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
72 |
Stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika |
L-addittivi fl-għalf tal-grupp funzjonali “Stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew, sakemm issir il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, addittivi fl-għalf tal-grupp “mikroorganiżmi” |
Speċijiet ta’ annimali li għalihom huma awtorizzati stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew mikroorganiżmi |
L-isem u l-ammont miżjud tal-istabbilizzant għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew tal-mikroorganiżmu |
Sa erba’ ġimgħat |
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
(2) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).
(GP1) ħall-kontroll tal-indikazzjonijiet kwantitattivi, japplikaw it-tolleranzi kif stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.
(GP2) Dawn id-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar japplikaw flimkien mar-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 767/2009
(3) Jekk ikun rilevanti, il-manifattur jista’ jirrakkomanda wkoll l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.
(4) abbażi ta’ dieta b’densità tal-enerġija tal-materja niexfa ta’ 4000 kcal ta’ Enerġija Metaboliżabbli/kg ikkalkolata bl-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali ta’ FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mill-4000 kcal tal-Enerġija Metaboliżabbli/kg.
(5) Jekk l-għalf ikun irrakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu rrakkomandat għall-użu għandu jkun ta’ bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat.
(6) Fil-każ ta’ għalf għal intolleranza partikolari, referenza għall-intolleranza speċifika tista’ tissostitwixxi “ingredjent u nutrijent”
(7) Għall-qtates tista’ tiżdied referenza għal “Lipidosi epatika felina”
(8) Għall-qtates, tista’ tiżdied “marda tal-passaġġ baxx tal-urina tal-qtates” jew is-“sindromu uroloġiku tal-qtates — FUS”.
(9) Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni: awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ dissoluzzjoni tal-kristalli u l-ġebel u/jew il-proprjetajiet ta’ prevenzjoni tal-preċipitazzjoni u tal-formazzjoni tal-kristalli.
(10) pH tal-awrina ≤ 6,5.
(11) Proprjetajiet ta’ metastabbilizzazzjoni: l-awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ prevenzjoni ta’ preċipitazzjoni tal-kristalli.
(12) tista’ tiżdied “insuffiċjenza pankreatika eżokrinali”.
(13) Ir-rakkomandazzjonijiet minimi skont il-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html) għall-aċidi xaħmija kollha essenzjali għandhom jiġu ssodisfati fir-razzjon ta’ kuljum.
(14) abbażi ta’ dieta b’densità ta’ enerġija ta’ materja niexfa ta’ 3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkulata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF
(http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mit-3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg.
(15) Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkolata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.
(16) Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.
(17) Fil-każ ta’ għalf għall-baqar tal-ħalib: “massimu ta’ xahrejn mill-bidu tat-treddigħ”.
(18) Indika l-kategorija ta’ ruminanti kkonċernati.
(19) DCAD (mEq/kg ta’ materja niexfa) = (Na + K) - (Cl + S).
(20) It-terminu “ketożi” jista’ jiġi ssostitwit b’“aċetonemija” u l-persuna responsabbli għat-tikkettar tista’ tirrakkomanda wkoll l-użu għall-irkupru tal-ketożi.
(21) Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/355
tas-26 ta’ Frar 2020
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) f’ emulsjonijiet likwidi taż-żejt veġetali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa addittiv tal-ikel diġà awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi” (f’livell massimu ta’ 4 000 mg/kg), iżda awtorizzat biss għal xaħmijiet li jiddellku kif definiti fl-Artikolu 115 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u l-Anness XV tiegħu, li għandhom kontenut ta’ xaħam ta’ 41 % jew inqas u prodotti simili li jiddellku b’kontenut ta’ xaħam inqas minn 10 %. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Mejju 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant fiż-żejt veġetali likwidu li jinbiegħ lill-konsumatur finali, li jkollu kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas. Imbagħad, il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(5) |
Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa emulsjonant taż-żejt fl-ilma li jista’ jifforma emulsjonijiet taż-żejt stabbli ħafna b’kontenut għoli ta’ ilma. Fi studji mwettqa mill-applikant li jqabblu l-effettività ta’ emulsjonanti differenti għall-produzzjoni tal-emulsjonijiet likwidi taż-żejt veġetali b’kontenut imnaqqas ta’ xaħam, il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) ta l-aħjar riżultati kemm f’termini tal-proprjetajiet fiżiċi kif ukoll ta’ dawk organolettiċi tal-prodott miksub. L-emulsjoni tista’ tintuża bl-istess mod bħaż-żjut veġetali għat-tħejjija ta’ platti kesħin u sħan. Madankollu, l-emulsjoni għandha kontenut ta’ xaħam aktar baxx (70 % jew inqas), u għalhekk kontenut kaloriku aktar baxx miż-żejt veġetali użat għall-produzzjoni tagħha. Il-livell tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika intiża kien ta’ 4 000 mg/kg. |
|
(6) |
Fl-24 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) (5) u stabbiliet doża aċċettabbli ta’ kuljum (acceptable daily intake, ADI) ta’ 25 mg ta’ poliriċinoleat tal-poligliċerol/kg ta’ piż tal-ġisem/jum. Meta wieħed iqis li l-istimi tal-esponiment ma qabżux l-ADI, l-Awtorità kkonkludiet li l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala addittiv tal-ikel mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza jekk jintuża bl-użu u fil-livell tal-użu permessi u rrappurtati. |
|
(7) |
Fl-applikazzjoni l-applikant stima l-esponiment bl-użu tal-Mudell ta’ Konsum tal-Addittivi tal-Ikel (6) żviluppat mill-Awtorità. L-istimi pprovduti jindikaw li l-użu addizzjonali tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) fil-livell massimu ta’ 4 000 mg/kg f’emulsjonijiet likwidi ta’ żejt veġetali b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas, mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza, peress li dan ma jirriżultax f’esponiment totali għal din is-sustanza li taqbeż l-ADI stabbilita. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni mhux mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(9) |
Peress li l-użu estiż tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza, dan jirrikjedi aġġornament tal-lista tal-Unjoni, li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem u għalhekk mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant likwidu taż-żejt veġetali għall-bejgħ lill-konsumatur finali, b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas, fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi”. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(5) EFSA Journal 2017;15(3):4743.
(6) https://www.efsa.europa.eu/en/applications/foodingredients/tools
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi”, l-entrata tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
“E 476 |
Poliriċinoleat tal-poligliċerol |
4 000 |
|
xaħam li jiddellek biss kif definit fl-Artikoli 75(1)(h) u 78(1)(f) u fil-Parti VII u l-Appendiċi II tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 (*1), b’kontenut ta’ xaħam ta’ 41 % jew inqas u prodotti simili li jiddellku b’kontenut ta’ xaħam inqas minn 10 %; emulsjonijiet likwidi ta’ żejt veġetali għall-bejgħ lill-konsumatur finali, b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/356
tal-4 ta’ Marzu 2020
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-polisorbati (E 432–436) fix-xarbiet karbonizzati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, it-tristearat tal-poliossietilen sorbitan (il-polisorbat 65) (E 436) attwalment huwa awtorizzat biex jintuża bħala addittiv tal-ikel tal-grupp “polisorbati” (E 432-436) f’diversità kbira ta’ oġġetti tal-ikel b’livelli massimi li jvarjaw bejn 500 u 10 000 mg/kg u quantum satis fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(4) |
Fl-4 ta’ Lulju 2018, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-polisorbat 65 (E 436) bħala aġent kontra r-ragħwa f’diversi tipi ta’ xarbiet. Wara dan, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(5) |
Mill-applikazzjoni jirriżulta li l-użu propost tal-polisorbat 65 (E 436) huwa meħtieġ fil-livell massimu ta’ 10 mg/kg għall-konteniment u t-trażżin tar-ragħwa waqt il-manifattura tax-xarbiet karbonizzati billi jifforma saff madwar il-bżieżaq tar-ragħwa u jistabbilizza l-bżieżaq il-kbar billi ma jħallihomx jingħaqdu flimkien u jinfaqgħu. L-applikazzjoni turi li huwa meħtieġ it-trażżin tar-ragħwa biex it-tagħmir tal-produzzjoni jkun jista’ jitħaddem b’mod effiċjenti, biex jitnaqqas l-iskart tal-prodott, biex il-post tax-xogħol jibqa’ sikur, u biex il-faċilitajiet jinżammu fi stat nadif u iġjeniku. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
Is-sikurezza tal-polisorbati (E 432-436) użati bħala addittivi tal-ikel ġiet evalwata mill-ġdid mill-Awtorità fl-2015 (3). L-Awtorità kkonkludiet li l-istimi tal-esponiment ma kinux jaqbżu l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) ta’ 25 mg/kg skont il-piż tal-ġisem/kull jum fil-każ tal-prodott raffinat mhux abbinat ma’ isem kummerċjali għall-etajiet kollha, kemm fil-livell medju tal-esponiment, kif ukoll fil-livell għoli; iżda għat-trabi li jkunu għadhom kif telqu jimxu, fl-ogħla livell kienu javviċinaw ħafna l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum. L-Awtorità osservat li hi meħtieġa aktar data biex jitnaqqsu l-inċertezzi għall-valutazzjoni tax-xenarju tal-esponiment għall-prodott raffinat, billi ma kinux inkisbu rapporti fuq l-użu għal tliet kategoriji tal-ikel, u li sorsi dietetiċi oħrajn ta’ esponiment għall-polisorbati ma setgħux jitqiesu fl-opinjoni. |
|
(8) |
Fl-applikazzjoni, l-applikant kien għamel stima tal-esponiment billi uża l-Mudell tal-Konsum tal-Addittivi tal-Ikel (4) żviluppat mill-Awtorità. L-istimi li ngħataw jindikaw li l-esponiment addizzjonali li jikkawża l-użu estiż huwa negliġibbli (inqas minn 1 % tal-konsum aċċettabbli ta’ kuljum). |
|
(9) |
L-użu estiż tal-polisorbat 65 (E 436) fil-livell massimu ta’ 10 mg/kg fil-kategoriji tal-ikel 14.1.4 “Xarbiet mogħtija t-togħma”, 14.2.3 “Sajder u perri”, 14.2.4 “Inbid tal-frott u nbid magħmul” u 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol” fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jeħtieġ aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhuwiex probabbli li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, billi l-impatt tiegħu fuq l-esponiment globali għall-polisorbati (E 432-436) huwa negliġibbli. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(10) |
F’ġieħ il-konsistenza, jixraq li jiġi indirizzat l-użu mitlub tal-(polisorbat 65) (E 436) billi jiġi awtorizzat il-grupp tal-polisorbati (E 432-436) fil-kategoriji tal-ikel rispettivi. |
|
(11) |
Għaldaqstant jixraq li jkun awtorizzat l-użu tal-polisorbati (E 432-436) fil-livell massimu ta’ 10 mg/kg fil-kategoriji tal-ikel 14.1.4 “Xarbiet mogħtija t-togħma”, 14.2.3 “Sajder u perri”, 14.2.4 “Inbid tal-frott u nbid magħmul” u 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2015; 13(7):4152.
(4) http://www.efsa.europa.eu/en/applications/foodingredients/tools
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fil-kategorija tal-ikel 14.1.4 “Xarbiet mogħtija t-togħma”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-polisorbati (E 432-436) taħt l-entrata tal-emiċelluloża tas-sojja (E 426):
|
|
(2) |
fil-kategorija tal-ikel 14.2.3 “Sajder u perri”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-polisorbati (E 432-436) taħt l-entrata tal-propan-1, 2-diol alġinat (E 405):
|
|
(3) |
fil-kategorija tal-ikel 14.2.4 “Inbid tal-frott u nbid magħmul”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-polisorbati (E 432-436) taħt l-entrata tal-aċidu metatartariku (E 353):
|
|
(4) |
fil-kategorija tal-ikel 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-polisorbati (E 432-436) taħt l-entrata tal-propan-1, 2-diol alġinat (E 405):
|
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/357
tal-4 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/395 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 27 u 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni trid tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja (balloon pilot licences, “BPLs”) f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-blalen tal-arja, huma neċessarji rekwiżiti ta’ liċenzjar speċifiċi li jiġu stabbiliti f’regolamenti awtonomi. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu bbażati fuq ir-regoli ġenerali għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2). Madankollu, jenħtieġ li jiġu ristrutturati u ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jkunu proporzjonati u msejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskji, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdoti tal-blalen tal-arja jkunu u jibqgħu kompetenti biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(2a)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar li jipprovdu aċċess għall-privileġġi bażiċi tal-bdoti sat-8 ta’ April 2020. Xi Stati Membri rrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Union Aviation Safety Agency, “EASA”) li, f’dak il-kuntest, it-tkomplija ta’ dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar, li permezz tagħhom il-bdoti studenti jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni u jiksbu privileġġi bażiċi fuq bażi pass pass, tappoġġa l-promozzjoni tal-isport tal-ajru u tal-attivitajiet rikreattivi minħabba l-aċċess iffaċilitat u aktar affordabbli għat-titjir. Il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-avjazzjoni ġenerali huwa konformi mal-objettivi tal-Pjan Direzzjonali tal-Avjazzjoni Ġenerali tal-EASA li għandu l-għan li joħloq sistema regolatorja aktar proporzjonali, flessibbli u proattiva (3). Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-diskrezzjoni li jkomplu jsegwu dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar f’konformità mal-prinċipji introdotti fir-Regolament (UE) 2019/430 (4) biex joħorġu l-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja (“BPL”). Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EASA kull meta jużaw it-tali awtorizzazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-użu tat-tali awtorizzazzjonijiet sabiex iżommu livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, kwalunkwe ċertifikat, awtorizzazzjoni u approvazzjoni maħruġa lill-bdoti tal-blalen tal-arja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jkunu validi. Il-liċenzji nazzjonali tal-bdoti tal-blalen tal-arja maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu konvertiti f’liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, permezz ta’ rapporti dwar il-konverżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konsultazzjoni mal-EASA. |
|
(5) |
It-taħriġ tal-bdoti tal-blalen tal-arja li beda f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi kkreditat b’mod sħiħ minħabba li jipprovdi ambitu tar-rekwiżiti ta’ taħriġ ugwali jew anki usa’ minn dak introdott permezz ta’ dan ir-Regolament. It-taħriġ li beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jenħtieġ li jiġi kkreditat fuq il-bażi ta’ rapporti ta’ kreditu stabbiliti mill-Istati Membri. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti jingħataw iż-żmien xieraq biex jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, fil-kuntest tar-rekwiżiti tat-taħriġ issimplifikati. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 (5) ukoll fir-rigward tal-operazzjonijiet bil-blalen tal-arja, sabiex iqisu t-tagħlimiet meħuda mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament u biex jiġu ċċarati ċerti aspetti, bħal pereżempju s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet għall-attivitajiet kummerċjali. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (6) tal-EASA f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja kif ukoll għall-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru bil-blalen tal-arja kif ukoll għall-ħruġ u għaż-żamma tal-liċenzji tal-bdoti u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati għall-blalen tal-arja, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu (2)(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;" |
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
wara l-Artikolu 3, jiddaħħlu l-Artikoli 3a u 3d li ġejjin: “Artikolu 3a Liċenzji u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) (*3), il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 2. Bħala eċċezzjoni għall-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzji kif definit fl-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament, id-detenturi ta’ liċenzji bħal dawn jistgħu jwettqu t-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) mingħajr ma jikkonformaw mal-punt BFCL.215 tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament. 3. Stat Membru jista’ jawtorizza lill-bdoti studenti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ għal-liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja (‘BPL’) biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ BPL f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL), soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Artikolu 3b Liċenzji u ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti eżistenti 1. Il-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-blalen tal-arja u l-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu dawk il-liċenzji li jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 meta joħorġu l-liċenzji mill-ġdid għal raġunijiet amministrattivi jew fuq talba tad-detenturi tal-liċenzji. 2. Meta Stat Membru joħroġ mill-ġdid liċenzji u privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu, skont kif ikun applikabbli:
3. Id-detenturi tal-liċenzji nazzjonali għall-blalen tal-arja maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom sat-8 ta’ April 2021. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu dawk il-liċenzji f’liċenzji skont il-Parti-BFCL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati f’konformità mal-elementi stipulati f’rapport dwar il-konverżjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 4. Iċ-ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti assoċjati ma’ liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-validazzjoni mill-ġdid li jmiss tagħhom jew sat-8 ta’ April 2021, skont liema tkun id-data l-aktar bikrija. Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ dawk iċ-ċertifikati mediċi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Artikolu 3c Kreditu għal taħriġ mibdi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament 1. Fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-BFCL u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament, it-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-BPL tinħareġ mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021. F’dak il-każ għandu japplika dan li ġej:
2. It-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandu jiġi kkreditat għall-finijiet li jinħarġu liċenzji skont il-Parti-BFCL fuq il-bażi ta’ rapport ta’ kreditu stabbilit mill-Istat Membru f’konsultazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. 3. Ir-rapport ta’ kreditu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddeskrivi l-ambitu tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-BFCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-BFCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li jattestaw l-ambitu tat-taħriġ kif ukoll kopji tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda t-taħriġ. Artikolu 3d Organizzazzjonijiet tat-taħriġ 1. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għal-liċenzji tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 2. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021.”; (*3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)." |
|
(6) |
L-Anness I (Parti-DEF) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(7) |
L-Anness II (Parti-BOP) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(8) |
L-Anness III (Parti-BFCL) jiżdied kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) https://www.easa.europa.eu/easa-and-you/general-aviation/general-aviation-road-map
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 tat-18 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief (ĠU L 75 19.3.2019 p. 66).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).
(6) Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements, (Opinjoni Nru 01/2019 (A) u (B), 19.2.2019), disponibbli hawn: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS I
L-Anness I “Definizzjonijiet” (Parti-DEF) tar-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Anness, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll tal-punt FCL.010 tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dak ir-Regolament:”; |
|
(2) |
il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħal il-punt 11a li ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħlu l-punti 17a u 17b li ġejjin:
|
|
(5) |
il-punt 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
jiżdiedu l-punti 23 sa 26 li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II “Operazzjonijiet bil-blalen tal-arja” (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt BOP.BAS.010, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt BOP.BAS.020 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ BOP.BAS.020 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza L-operatur għandu jimplimenta:
|
|
(3) |
il-punt BOP.BAS.025 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ BOP.BAS.025 Ħatra bħala bdot fil-kmand L-operatur għandu jaħtar bdot fil-kmand li jkun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(4) |
fil-punt BOP.BAS.300, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fil-punt BOP.ADD.005, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt BOP.ADD.015, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt BOP.ADD.035 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ BOP.ADD.035 Attivitajiet ikkuntrattati Meta jikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tiegħu li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jkun responsabbli li jiżgura li l-organizzazzjoni kkuntrattata twettaq l-attività skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-operatur għandu jiżgura wkoll li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kkuntrattata biex tistabbilixxi l-konformità tal-operatur ma’ dawk ir-rekwiżiti.”; |
|
(8) |
fil-punt BOP.ADD.040, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
il-punt BOP.ADD.045 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ BOP.ADD.045 Rekwiżiti tal-faċilità L-operatur għandu jkollu faċilitajiet li jkunu biżżejjed biex jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(10) |
fil-punt BOP.ADD.100, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(11) |
fil-punt BOP.ADD.105, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(12) |
fil-punt BOP.ADD.115, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
fil-punt BOP.ADD.300, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
fil-punt BOP.ADD.300, il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fil-punt BOP.ADD.305, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punt BOP.ADD.310 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ BOP.ADD.310 Għoti ta’ taħriġ u kontrolli It-taħriġ u l-kontrolli kollha tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa skont il-punt BOP.ADD.315 għandhom jiġu pprovduti kif ġej:
|
|
(17) |
l-Appendiċi huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Appendiċi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Imla t-tabella. Jekk ma hemmx spazju biżżejjed biex tniżżel l-informazzjoni, din għandha titniżżel f’anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.
(2) “Tip(i) ta’ operazzjoni” tirreferi għat-tip(i) ta’ operazzjoni kummerċjali mwettqa bil-ballun tal-arja.
(3) L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz u r-referenza tal-approvazzjoni.
ANNESS III
“.ANNESS III
REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJA GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA TAL-BALLUN TAL-ARJA
[PARTI-BFCL]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
BFCL.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja (“BPL”) u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.
BFCL.005 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ BPL jew ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati.
BFCL.010 Klassijiet u gruppi tal-blalen tal-arja
Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-blalen tal-arja għandhom jiġu kkategorizzati fil-klassijiet u l-gruppi li ġejjin:
|
(a) |
Il-klassi “blalen tal-arja sħuna”:
|
|
(b) |
Il-klassi “blalen tal-gass”; |
|
(c) |
Il-klassi “blalen tal-arja mħallta”; |
|
(d) |
Il-klassi “iġfna tal-ajru li jaħdmu bl-arja sħuna”. |
BFCL.015 Applikazzjoni għal BPL u l-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ BPL kif ukoll ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati
|
(a) |
Applikazzjoni għal dawn li ġejjin għandha titressaq lill-awtorità kompetenti b’mod u b’manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità kompetenti:
|
|
(b) |
Applikazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a) għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan l-Anness u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
(c) |
Kwalunkwe limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandhom jiġu approvati fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti. |
|
(d) |
Ebda persuna ma għandu jkollha f’ebda ħin aktar minn BPL waħda maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness. |
|
(e) |
Detentur ta’ liċenzja għandu jressaq l-applikazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih kwalunkwe waħda mill-liċenzji tiegħu nħarġet f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-BFCL), jew l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, skont kif japplika. |
|
(f) |
Detentur ta’ BPL jista’ japplika għal bidla tal-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor iżda fit-tali każ l-awtorità kompetenti l-ġdida għandha tkun l-istess għal-liċenzji kollha tiegħu. |
|
(g) |
L-applikanti għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ BPL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi jew ċ-ċertifikati assoċjati mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkunu għaddew mit-test tal-ħiliet jew mil-valutazzjoni tal-kompetenza. |
BFCL.030 Test prattiku tal-ħiliet
Għajr għat-test tal-ħiliet għall-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215, applikant għal test tal-ħiliet għandu jkun rrakkomandat għat-test mill-ATO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Approvata) jew mid-DTO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Iddikjarata) li hija responsabbli għat-taħriġ imwettaq mill-applikanti, ladarba jkun tlesta t-taħriġ. L-ATO jew d-DTO għandhom ipoġġu r-rekords tat-taħriġ għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur.
BFCL.035 Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir
L-applikanti għal BPL jew għal privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat assoċjati għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ bil-ħin tat-titjir fil-blalen tal-arja waħedhom, ma’ bdot ieħor jew bħala PIC (bdot fil-kmand) biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ħin totali tat-titjir għal liċenzja, privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat.
BFCL.045 L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti
|
(a) |
Meta jkunu qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja BPL, id-detenturi tal-BPL għandu jkollhom magħhom id-dokumenti kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
Fuq it-titjiriet waħedhom, il-bdoti studenti għandu jkollhom magħhom:
|
|
(c) |
Id-detenturi tal-BPL jew il-bdoti studenti għandhom jippreżentaw id-dokumenti kif speċifikat fil-paragrafu (a) jew (b), mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti. |
BFCL.050 Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir
Id-detenturi tal-BPL u l-bdoti studenti għandhom iżommu rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiriet kollha li jkunu saru b’mod u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
BFCL.065 Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-BPL li jkollhom 70 sena jew aktar fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja
Id-detenturi tal-BPL li jkunu għalqu s-70 sena ma għandhomx jaġixxu bħala bdoti ta’ ballun tal-arja involut fl-operazzjonijiet tal-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja.
BFCL.070 Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati
|
(a) |
BPL kif ukoll il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jekk detentur ta’ BPL ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness kif ukoll tal-Anness II (Parti-BOP) ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
(b) |
Id-detenturi tal-BPL għandhom jirritornaw minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti jekk il-liċenzja, il-privileġġ, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat tagħhom ikunu ġew limitati, sospiżi jew revokati. |
SUBPARTI BPL
LIĊENZJA TAL-BDOTI TAL-BLALEN TAL-ARJA (“BPL”)
BFCL.115 BPL — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
(a) |
Il-privileġġi ta’ detentur ta’ BPL huma li jaġixxi bħala PIC fil-blalen tal-arja:
|
|
(b) |
B’deroga mill-paragrafu (a)(1), detentur ta’ BPL li jkollu l-privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista’ jirċievi remunerazzjoni:
|
|
(c) |
Id-detenturi tal-BPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-BPL biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli rigward l-esperjenza reċenti u biss jekk iċ-ċertifikat mediku, li jkun xieraq għall-privileġġi eżerċitati, jkun validu. |
BFCL.120 BPL — Età minima
L-applikanti għal BPL għandu jkollhom mill-inqas 16-il sena.
BFCL.125 BPL — Bdot student
|
(a) |
Il-bdoti studenti ma għandhomx itiru waħedhom sakemm ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan u jkunu sorveljati minn għalliem tat-titjir għall-blalen tal-arja (FI(B)). |
|
(b) |
Il-bdoti studenti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena biex jitħallew itiru waħedhom. |
BFCL.130 BPL — Rekwiżiti dwar il-kors ta’ taħriġ u dwar l-esperjenza
L-applikanti għal BPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba u għandu jinkludi:
|
(a) |
għarfien teoretiku kif speċifikat fil-punt BFCL.135(a); |
|
(b) |
mill-inqas 16-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-blalen tal-arja sħuna li jirrappreżentaw il-grupp A ta’ dik il-klassi, jew fil-blalen tal-gass, li jinkludu mill-inqas:
|
BFCL.135 BPL — Eżami tal-għarfien teoretiku
|
(a) |
Għarfien teoretiku L-applikanti għal BPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoretiku adattat għall-privileġġi mitluba, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn is-suġġetti:
|
|
(b) |
Responsabbiltajiet tal-applikant
|
|
(c) |
Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami
|
|
(d) |
Perjodu tal-validità L-eżami tal-għarfien teoretiku għandu jkun validu għal perjodu ta’ 24 xahar mill-jum li fih l-applikant ikun wettaq b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku, f’konformità mal-paragrafu (c)(2). |
BFCL.140 BPL — Ikkreditar tal-għarfien teoretiku
L-applikanti għall-ħruġ ta’ BPL għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku għas-suġġetti komuni kif speċifikat fil-punt BFCL.135(a)(1) jekk:
|
(a) |
ikollhom liċenzja f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976; jew |
|
(b) |
ikunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għal liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu (a), sakemm dan ikun sar fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt BFCL.135(d). |
BFCL.145 BPL — Test prattiku tal-ħiliet
|
(a) |
Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal BPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fuq ballun tal-arja, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mitluba. |
|
(b) |
L-applikanti għandhom jagħmlu t-test tal-ħiliet fl-istess klassi ta’ blalen li fiha jkunu lestew il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt BFCL.130 u, fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, f’ballun li jirrappreżenta l-grupp A ta’ dik il-klassi. |
|
(c) |
Biex applikant jagħmel it-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ BPL l-ewwel għandu jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoretiku rikjest. |
|
(d) |
Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami
|
|
(e) |
Jekk l-applikant ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f’żewġ tentattivi, għandu jirċievi taħriġ prattiku ulterjuri. |
BFCL.150 BPL — Estensjoni tal-privileġġi fi klassi jew grupp ieħor tal-blalen tal-arja
|
(a) |
Il-privileġġi tal-BPL għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li fiha jkun sar it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt BFCL.145, u, fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, għall-grupp A ta’ dik il-klassi. |
|
(b) |
Fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, il-privileġġi tal-BPL għandhom jiġu estiżi għal grupp ieħor fi ħdan il-klassi tal-blalen tal-arja sħuna permezz ta’ applikazzjoni jekk bdot ikun wettaq mill-inqas:
|
|
(c) |
Għajr għall-klassi tal-blalen tal-arja mħallta, il-privileġġi tal-BPL għandhom jiġu estiżi għal klassi oħra tal-blalen tal-arja, jew, jekk qed jintalbu l-privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, għall-grupp A tal-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, permezz ta’ applikazzjoni jekk fil-klassi u fil-grupp rilevanti tal-blalen tal-arja bdot ikun wettaq:
|
|
(d) |
It-tlestija tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(1) u (c)(1) għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u tiġi ffirmata minn:
|
|
(e) |
Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu fil-klassi tal-blalen tal-arja mħallta biss jekk ikollu privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna kif ukoll għall-klassi tal-blalen tal-gass. |
BFCL.160 BPL — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti
|
(a) |
Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu biss jekk fil-klassi rilevanti tal-blalen tal-arja jkun wettaq:
|
|
(b) |
Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu (a), fil-każ ta’ bdot li huwa kkwalifikat biex itir f’aktar minn klassi waħda ta’ blalen tal-arja, sabiex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu fil-klassi l-oħra tal-blalen tal-arja jew fil-klassijiet l-oħra tal-blalen tal-arja, irid ikun wettaq mill-inqas tliet sigħat ta’ ħin ta’ titjir, bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew waħdu taħt is-superviżjoni ta’ FI(B), f’kull klassi addizzjonali tal-blalen tal-arja fl-aħħar 24 xahar. |
|
(c) |
Detentur ta’ BPL li ma jikkonformax mar-rekwiżiti fil-paragrafu (a)(1) u, jekk japplika, il-paragrafu (b), qabel ma jerġa’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu, għandu jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza ma’ FE(B) f’ballun tal-arja li jirrappreżenta l-klassi rilevanti. |
|
(d) |
Wara li jikkonforma mal-paragrafu (a), (b) jew (c), skont kif japplika, detentur ta’ BPL li jkollu l-privileġġi biex itir fil-blalen tal-arja sħuna għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss fil-blalen tal-arja sħuna li jirrappreżentaw:
|
|
(e) |
It-twettiq tat-titjiriet b’żewġ bdoti, tat-titjiriet taħt superviżjoni u tat-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(1) u (b), kif ukoll il-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (c) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġu ffirmati mill-FI(B) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(1) u (b) u mill-FE(B) responsabbli fil-każ tal-paragrafu (c). |
|
(f) |
Detentur ta’ BPL, li jkollu wkoll il-privileġġi għall-operazzjonijiet kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215 tas-Subparti ADD ta’ dan l-Anness, għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti:
Fil-każ tal-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu (d) dwar il-privileġġi għall-operat ta’ klassijiet differenti ta’ blalen tal-arja, skont il-klassi tal-blalen tal-arja użata għall-konformità mal-paragrafi (f)(1) jew (f)(2). |
SUBPARTI ADD
KLASSIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI
BFCL.200 Klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin
|
(a) |
Detentur ta’ BPL għandu jwettaq it-titjiriet marbutin bil-blalen tal-arja sħuna biss jekk ikollu klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
Sabiex applikant japplika għal klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin, dan għandu:
|
|
(c) |
It-twettiq tat-taħriġ f’ballun tal-arja sħuna marbut għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiġi ffirmat mill-FI(B) li huwa responsabbli għat-taħriġ. |
|
(d) |
Bdot li jkollu klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss jekk ikun wettaq mill-inqas titjira waħda f’ballun tal-arja sħuna marbut matul it-48 xahar ta’ qabel it-titjira ppjanata, jew, jekk ma jkunx wettaq titjira bħal din, il-bdot għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu jekk ikun wettaq titjira f’ballun tal-arja sħuna marbut ma’ bdot ieħor jew waħdu taħt is-superviżjoni ta’ FI(B). It-twettiq ta’ titjira b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed bħal din taħt superviżjoni għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġi ffirmat mill-FI(B). |
BFCL.210 Klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl
|
(a) |
Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu f’kundizzjonijiet VFR (regoli tat-titjir viżwali) billejl biss jekk ikollu klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
Applikant għall-klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għandu jkun wettaq mill-inqas żewġ titjiriet ta’ tagħlim billejl ta’ mill-inqas siegħa kull waħda. |
|
(c) |
It-twettiq tat-taħriġ f’ballun tal-arja sħuna marbut għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiġi ffirmat mill-FI(B) li huwa responsabbli għat-taħriġ. |
BFCL.215 Klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali
|
(a) |
Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu matul l-operazzjonijiet kummerċjali biss jekk ikollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
Applikant għal klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandu:
|
|
(c) |
Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li fiha jkun twettaq it-test tal-ħiliet f’konformità mal-paragrafu (b)(3). Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi permezz ta’ applikazzjoni għal klassi oħra ta’ blalen tal-arja jekk, f’dik il-klassi l-oħra, l-applikant jikkonforma mal-paragrafi (b)(3) u (b)(4). |
|
(d) |
Bdot li jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandu jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja biss jekk ikun wettaq:
|
|
(e) |
Sabiex iżomm il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għall-klassijiet ta’ blalen tal-arja kollha, bdot li jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali bil-privileġġi estiżi għal aktar minn klassi waħda ta’ blalen tal-arja għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu (d)(2) f’mill-inqas klassi waħda ta’ blalen tal-arja. |
|
(f) |
Bdot li jikkonforma mal-paragrafu (d) u jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna għandu jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni fil-klassi tal-blalen tal-arja sħuna biss fil-blalen li jirrappreżentaw:
|
|
(g) |
It-twettiq tat-titjira taħt superviżjoni kif speċifikat fil-paragrafu (d)(1)(ii), il-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (d)(2)(i) u l-kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament kif speċifikat fil-paragrafu (d)(2)(ii) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u għandu jiġu ffirmati mill-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO, jew mill-FI(B) jew mill-FE(B) li huwa responsabbli għall-kors ta’ taħriġ, għas-superviżjoni jew għall-kontroll tal-profiċjenza, skont kif japplika. |
|
(h) |
Bdot li jkun wettaq kontroll tal-profiċjenza tal-operatur f’konformità mal-punt BOP.ADD.315 tal-Anness II (Parti-BOP) ta’ dan ir-Regolament għandu jitqies li jikkonforma mal-paragrafu (d)(2)(i). |
SUBPARTI FI
GĦALLIEMA TAT-TITJIR
Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali
BFCL.300 Ċertifikati tal-għalliema tat-titjir
(a) Ġenerali
Għalliem jista’ biss iwettaq it-tagħlim fit-titjir f’ballun tal-arja jekk:
|
(1) |
ikollu:
|
|
(2) |
ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC fil-ballun tal-arja matul it-tagħlim fit-titjir. |
(b) Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri
|
(1) |
B’deroga mis-subparagrafu (a)(1), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir li jiġi pprovdut matul kors ta’ taħriġ approvat f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-BFCL) barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir lil applikant li jkollu liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:
|
|
(2) |
Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir approvat:
|
Taqsima 2
Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir għall-blalen tal-arja — FI(B)
BFCL.315 Ċertifikat ta’ FI(B) — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
(a) |
Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt BFCL.320 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FI(B) għandu jinħareġ bil-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:
|
|
(b) |
Il-privileġġi elenkati fil-paragrafu (a) għandhom jinkludu l-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:
|
BFCL.320 FI(B) — Prerekwiżiti u rekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ FI(B) għandu:
|
(a) |
ikollu mill-inqas 18-il sena; |
|
(b) |
jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafi (a)(1)(i) u (a)(2) tal-punt BFCL.300; |
|
(c) |
ikun wettaq 75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fil-blalen tal-arja; |
|
(d) |
ikun wettaq kors ta’ taħriġ għall-għalliema f’konformità mal-punt BFCL.330 f’ATO jew f’DTO; u |
|
(e) |
ikun għadda minn valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.345. |
BFCL.325 FI(B) kompetenzi u valutazzjoni
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(B) għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:
|
(a) |
iħejju r-riżorsi; |
|
(b) |
joħolqu klima li twassal għat-tagħlim; |
|
(c) |
jippreżentaw l-għarfien; |
|
(d) |
jintegraw il-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM); |
|
(e) |
jimmaniġġjaw il-ħin biex jiksbu l-objettivi tat-taħriġ; |
|
(f) |
jiffaċilitaw it-tagħlim; |
|
(g) |
jivvalutaw il-prestazzjoni tal-apprendisti; |
|
(h) |
jimmonitorjaw u jirrieżaminaw il-progress; |
|
(i) |
jevalwaw is-sessjonijiet tat-taħriġ; u |
|
(j) |
jirrappurtaw dwar l-eżitu. |
BFCL.330 FI(B) — Kors ta’ taħriġ
|
(a) |
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(B) l-ewwel għandhom jagħmlu valutazzjoni speċifika ta’ qabel id-dħul f’ATO jew f’DTO fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel il-bidu tal-kors ta’ taħriġ, sabiex tiġi vvalutata l-abbiltà tiegħu biex jagħmel il-kors. |
|
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ tal-FI(B) għandu jinkludi mill-inqas:
|
|
(c) |
L-applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ għalliem f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 jew mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (b)(2). |
BFCL.345 FI(B) — Valutazzjoni tal-kompetenza
|
(a) |
L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(B) għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kompetenza fuq ballun tal-arja biex juru lil eżaminatur li jkun ikkwalifikat f’konformità mal-punt BFCL.415(c) l-abbiltà tagħhom biex jgħallmu bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ ta’ BPL. |
|
(b) |
Il-valutazzjoni għandha tinkludi:
|
BFCL.360 Ċertifikat ta’ FI(B) — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti
|
(a) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) għandu jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat tiegħu biss jekk ikun wettaq:
|
|
(b) |
Is-sigħat ta’ titjir bħala FE(B) matul it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(ii). |
|
(c) |
Jekk detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) ma jkunx wettaq it-titjira ta’ tagħlim taħt superviżjoni għas-sodisfazzjon tal-FI(B) f’konformita mal-paragrafu (a)(2), ma għandux jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(B) sakemm ma jkunx wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.345. |
|
(d) |
Sabiex jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(B), detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) li ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu (a) għandu jikkonforma mar-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-punt BFCL.345. |
SUBPARTI FE
EŻAMINATURI TAT-TITJIR
Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali
BFCL.400 Ċertifikati tal-eżaminaturi tat-titjir fil-blalen tal-arja
(a) Ġenerali
Eżaminatur għandu biss iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza f’konformità ma’ dan l-Anness jekk:
|
(1) |
ikollu:
|
|
(2) |
ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC f’ballun tal-arja matul it-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza. |
(b) Eżamijiet imwettqa barra mit-territorju tal-Istati Membri
|
(1) |
B’deroga mill-paragrafu (a)(1), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza mwettqa barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lil applikant li għandu liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:
|
|
(2) |
Iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu (1) għandu jkun limitat għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:
|
BFCL.405 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ drittijiet akkwiżiti
Eżaminatur tal-blalen tal-arja ma għandux iwettaq:
|
(a) |
test tal-ħiliet jew valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li jkun ipprovdilu aktar minn 50 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, għall-klassifikazzjoni jew għaċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew |
|
(b) |
test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata. |
BFCL.410 Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza
|
(a) |
Meta jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jagħmel dawn kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
Wara t-tlestija tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu:
|
|
(c) |
L-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jżomm ir-rekords għal ħames snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom. |
|
(d) |
Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-blalen tal-arja, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jissottometti r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ, għall-attivitajiet ta’ sorveljanza. |
Taqsima 2
Ċertifikat tal-eżaminaturi tat-titjir għall-blalen tal-arja — FE(B)
BFCL.415 Ċertifikat ta’ FE(B) — Privileġġi u kundizzjonijiet
Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt BFCL.420 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FE(B) għandu jinħareġ permezz ta’ applikazzjoni bil-privileġġi għat-twettiq:
|
(a) |
tat-testijiet tal-ħiliet u tal-kontrolli tal-profiċjenza għall-BPL u tat-testijiet tal-ħiliet għall-estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra tal-blalen tal-arja, sakemm l-applikant ikun wettaq 250 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fil-blalen tal-arja, inkluż 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru s-sillabu kollu ta’ kors ta’ taħriġ għall-BPL; |
|
(b) |
tat-testijiet tal-ħiliet u tal-kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215, sakemm l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza reċenti stabbiliti fil-paragrafu (a) u jkun irċieva taħriġ speċifiku matul kors ta’ standardizzazzjoni tal-eżaminaturi f’konformità mal-punt BFCL.430; |
|
(c) |
tal-valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(B), sakemm l-applikant:
|
BFCL.420 Ċertifikat ta’ FE(B) — Prerekwiżiti u rekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ FE(B) għandu:
|
(a) |
jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafi (a)(1)(i) u (2) tal-punt BFCL.400; |
|
(b) |
ikun wettaq il-kors ta’ standardizzazzjoni tal-FE(B) f’konformità mal-punt BFCL.430; |
|
(c) |
ikun wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.445; |
|
(d) |
juri sfond rilevanti relatat mal-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(B); u |
|
(e) |
juri li ma kienx soġġett għal xi sanzjonijiet, inkluż is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ xi waħda mil-liċenzji, mill-klassifikazzjonijiet jew miċ-ċertifikati tiegħu maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, għan-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar tliet snin. |
BFCL.430 Ċertifikat ta’ FE(B) — Kors ta’ standardizzazzjoni
|
(a) |
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FE(B) għandhom jagħmlu kors ta’ standardizzazzjoni pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti. |
|
(b) |
Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba mill-eżaminatur tat-titjir fil-blalen tal-arja u għandu jikkonsisti f’tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż, mill-inqas:
|
|
(c) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(B) ma għandux iwettaq testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur, sakemm ma jkunx irrieżamina l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant. |
BFCL.445 Ċertifikat ta’ FE(B) — Valutazzjoni tal-kompetenza
Għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FE(B), applikant għandu juri l-kompetenzi tiegħu bħala FE(B) lil spettur mill-awtorità kompetenti jew lil eżaminatur superjuri speċifikament awtorizzat biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(B). Matul il-valutazzjoni tal-kompetenza, l-applikant għandu jwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, inkluż il-briefing, it-twettiq tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, u l-valutazzjoni tal-persuna li għaliha qed isir it-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u d-dokumentazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni.
BFCL.460 Ċertifikat ta’ FE(B) — Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
(a) |
Ċertifikat ta’ FE(B) għandu jkun validu għal ħames snin. |
|
(b) |
Ċertifikat ta’ FE(B) għandu jerġa’ jiġi vvalidat jekk id-detentur tiegħu:
|
|
(c) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(B) li jkollu wkoll ċertifikat tal-eżaminaturi wieħed jew aktar minn wieħed għal kategoriji oħra tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 jista’ jikseb validazzjoni mill-ġdid ikkombinata taċ-ċertifikati kollha tal-eżaminaturi li jkollu, bi ftehim mal-awtorità kompetenti. |
|
(d) |
Jekk ċertifikat ta’ FE(B) ikun skada, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1) u tal-punt BFCL.445 qabel ma jkun jista’ jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(B). |
|
(e) |
Ċertifikat ta’ FE(B) għandu biss jerġa’ jiġi vvalidat jew imġedded jekk l-applikant juri konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-punt BFCL.410 kif ukoll mar-rekwiżiti tal-punt BFCL.420(d) u (e). |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/57 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/358
tal-4 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 27 u 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni trid tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders, huma neċessarji rekwiżiti ta’ liċenzjar speċifiċi li jiġu stabbiliti f’regolamenti awtonomi. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu bbażati fuq ir-regoli ġenerali għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2). Madankollu, jenħtieġ li jiġu ristrutturati u ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jkunu proporzjonati u msejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskji, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdoti tal-gliders ikunu u jibqgħu kompetenti biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jsir aġġornament editorjali korrispondenti għar-regoli tal-operazzjonijiet tal-gliders biex iqisu l-bidla fir-regoli tal-liċenzjar mir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (3). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(2a)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar li jipprovdu aċċess għall-privileġġi bażiċi tal-bdoti sat-8 ta’ April 2020. Xi Stati Membri rrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Union Aviation Safety Agency, “EASA”) li, f’dak il-kuntest, it-tkomplija ta’ dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar, li permezz tagħhom il-bdoti studenti huma permessi jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni u jiksbu privileġġi bażiċi fuq bażi pass pass, tappoġġa l-promozzjoni tal-isport tal-ajru u tal-attivitajiet rikreattivi minħabba l-aċċess iffaċilitat u aktar affordabbli għat-titjir. Il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-avjazzjoni ġenerali huwa konformi mal-objettivi tal-Pjan Direzzjonali tal-Avjazzjoni Ġenerali tal-EASA li għandu l-għan li joħloq sistema regolatorja aktar proporzjonali, flessibbli u proattiva (4). Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-diskrezzjoni li jkomplu jsegwu dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar f’konformità mal-prinċipji introdotti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 (5) biex joħorġu l-liċenzji tal-bdoti tal-gliders (sailplane pilot licences, “SPL”). Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EASA kull meta jużaw it-tali awtorizzazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-użu tat-tali awtorizzazzjonijiet sabiex iżommu livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, kwalunkwe ċertifikat, awtorizzazzjoni u approvazzjoni maħruġa lill-bdoti tal-gliders f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jkunu validi. Il-liċenzji nazzjonali tal-bdoti tal-gliders maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu konvertiti f’liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, permezz ta’ rapporti dwar il-konverżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konsultazzjoni mal-EASA. |
|
(5) |
It-taħriġ tal-bdoti tal-gliders li beda f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi kkreditat b’mod sħiħ minħabba li jipprovdi ambitu tar-rekwiżiti ta’ taħriġ ugwali jew anki usa’ minn dak introdott permezz ta’ dan ir-Regolament. It-taħriġ li beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jenħtieġ li jiġi kkreditat fuq il-bażi ta’ rapporti ta’ kreditu stabbiliti mill-Istati Membri. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti jingħataw iż-żmien xieraq biex jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, fil-kuntest tar-rekwiżiti tat-taħriġ issimplifikati. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (6) tal-EASA f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders kif ukoll għall-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru bil-gliders kif ukoll għall-ħruġ u għaż-żamma tal-liċenzji tal-bdoti u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati għall-gliders, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikoli 3a sa 3d li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 3: “Artikolu 3a Liċenzji u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) (*1), il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 2. Bħala eċċezzjoni għall-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzji kif definit fl-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, id-detenturi ta’ liċenzji bħal dawn jistgħu jwettqu t-titjiriet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 3(2) mingħajr ma jikkonformaw mal-punt SFCL.115(a)(3) tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament. 3. Stat Membru jista’ jawtorizza lill-bdoti studenti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ għal-liċenzja tal-bdoti tal-gliders (“SPL”) biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ SPL f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Artikolu 3b Liċenzji u ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti eżistenti 1. Il-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-gliders u l-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu dawk il-liċenzji li jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 meta joħorġu l-liċenzji mill-ġdid għal raġunijiet amministrattivi jew fuq talba tad-detenturi tal-liċenzji. 2. Meta Stat Membru joħroġ mill-ġdid liċenzji u privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu, skont kif ikun applikabbli:
3. Id-detenturi tal-liċenzji nazzjonali għall-gliders maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom sat-8 ta’ April 2021. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu dawk il-liċenzji f’liċenzji skont il-Parti-SFCL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati f’konformità mal-elementi stipulati f’rapport dwar il-konverżjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 4. Iċ-ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti assoċjati ma’ liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-validazzjoni mill-ġdid li jmiss tagħhom jew sat-8 ta’ April 2021, skont liema tkun id-data l-aktar bikrija. Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ dawk iċ-ċertifikati mediċi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Artikolu 3c Kreditu għal taħriġ mibdi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament 1. Fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-SFCL u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) ta’ dan ir-Regolament, it-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 2. It-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandu jiġi kkreditat għall-finijiet li jinħarġu liċenzji skont il-Parti-SFCL fuq il-bażi ta’ rapport ta’ kreditu stabbilit mill-Istat Membru f’konsultazzjoni mal-EASA. 3. Ir-rapport ta’ kreditu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddeskrivi l-ambitu tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-SFCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-SFCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li jattestaw l-ambitu tat-taħriġ kif ukoll kopji tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda t-taħriġ. Artikolu 3d Organizzazzjonijiet tat-taħriġ 1. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għall-ksib tal-liċenzji tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. 2. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021.”; (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)." |
|
(5) |
L-Anness I (Parti-DEF) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
L-Anness II (Parti-SAO) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament |
|
(7) |
L-Anness III (Parti-SFCL) jiżdied kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).
(4) https://www.easa.europa.eu/easa-and-you/general-aviation/general-aviation-road-map
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 tat-18 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-eżerċizzju ta' privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel il-ħruġ ta' liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66).
(6) Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements, (Opinjoni Nru 01/2019 (A) u (B), 19.2.2019), disponibbli hawn: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS I
L-Anness I “Definizzjonijiet” (Parti-DEF) tar-Regolament (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Anness, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll tal-punt FCL.010 tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dak ir-Regolament:”; |
|
(2) |
il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
jiżdiedu l-punti 14 sa 19 li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt SAO.GEN.125 “Ħatra tal-bdot fil-kmand” huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Punt SAO.GEN.125 Ħatra tal-bdot fil-kmand L-operatur għandu jaħtar bdot fil-kmand li jkun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”. |
ANNESS III
L-Anness III li ġej tar-Regolament (UE) 2018/1976 jiżdied wara l-Anness II:
“Anness III
REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJA GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA TAL-GLIDER
[PARTI-SFCL]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
SFCL.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-bdoti tal-gliders (“SPL”) u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.
SFCL.005 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ SPL jew ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati.
SFCL.015 Applikazzjoni għal SPL u l-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ SPL kif ukoll ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati
|
(a) |
Dawn li ġejjin għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti b’mod u b’manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità kompetenti:
|
|
(b) |
Applikazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu (a) għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan l-Anness u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
(c) |
Kwalunkwe limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandhom jiġu approvati fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti, ħlief għall-kisba tal-privileġġi kif speċifikat fil-paragrafu (a)(1)(ii). |
|
(d) |
Ebda persuna ma għandu jkollha f’ebda ħin aktar minn SPL waħda maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness. |
|
(e) |
Detentur ta’ liċenzja għandu jressaq l-applikazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih kwalunkwe waħda mill-liċenzji tiegħu nħarġet f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-SFCL), jew l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395, skont kif japplika. |
|
(f) |
Detentur ta’ SPL jista’ japplika għal bidla tal-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor iżda fit-tali każ l-awtorità kompetenti l-ġdida għandha tkun l-istess għal-liċenzji kollha tiegħu. |
|
(g) |
L-applikanti għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ SPL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi jew ċ-ċertifikati assoċjati mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkunu għaddew mit-test tal-ħiliet jew mil-valutazzjoni tal-kompetenza. |
SFCL.030 Test prattiku tal-ħiliet
L-applikanti għal test tal-ħiliet għandhom ikunu rrakkomandati għat-test tal-ħiliet mill-ATO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Approvata) jew mid-DTO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Iddikjarata) li hija responsabbli għat-taħriġ imwettaq mill-applikanti, ladarba jkun tlesta t-taħriġ. L-ATO jew d-DTO għandhom ipoġġu r-rekords tat-taħriġ għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur.
SFCL.035 Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir
L-applikanti għal SPL jew għal privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat assoċjati għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ bil-ħin tat-titjir fil-gliders waħedhom, ma’ bdot ieħor jew bħala PIC (bdot fil-kmand) biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ħin totali tat-titjir għal liċenzja, privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat.
SFCL.045 L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti
|
(a) |
Meta jkunu qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja SPL, id-detenturi tal-SPL għandu jkollhom magħhom id-dokumenti kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
Fuq it-titjiriet bejn pajjiżi bi bdot wieħed, il-bdoti studenti għandu jkollhom magħhom:
|
|
(c) |
Id-detenturi tal-SPL jew il-bdoti studenti għandhom jippreżentaw id-dokumenti kif speċifikat fil-paragrafu (a) mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti. |
|
(d) |
B’deroga mill-paragrafi (a) u (b), id-dokumenti speċifikati fihom jistgħu jiġu miżmuma fl-ajrudrom jew fis-sit operatorju għat-titjiriet li jibqgħu:
|
SFCL.050 Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir
Id-detenturi tal-SPL u l-bdoti studenti għandhom iżommu rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiriet kollha li jkunu saru b’mod u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
SFCL.065 Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-SPL li jkollhom 70 sena jew aktar fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-gliders
Id-detenturi tal-SPL li jkunu għalqu s-70 sena ma għandhomx jaġixxu bħala bdoti ta’ gliders involuti fl-operazzjonijiet tal-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-gliders.
SFCL.070 Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji, privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati
|
(a) |
SPL kif ukoll il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jekk detentur ta’ SPL ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness kif ukoll tal-Anness II (Parti-SAO) ta’ dan ir-Regolament jew mal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
(b) |
Id-detenturi tal-SPL għandhom jirritornaw minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti jekk il-liċenzja, il-privileġġ, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat tagħhom ikunu ġew limitati, sospiżi jew revokati. |
SUBPARTI SPL
LIĊENZJA TAL-BDOTI TAL-GLIDERS (“SPL”)
SFCL.115 SPL — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
(a) |
Soġġett għall-konformità mal-punt SFCL.150, il-privileġġi tad-detenturi tal-SPL huma li jaġixxu bħala PIC fil-gliders:
|
|
(b) |
B’deroga mill-paragrafu (a), id-detenturi ta’ SPL li jkollhom il-privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jistgħu jirċievu remunerazzjoni:
|
|
(c) |
Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-SPL biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli rigward l-esperjenza reċenti u biss jekk iċ-ċertifikat mediku, li jkun xieraq għall-privileġġi eżerċitati, jkun validu. |
|
(d) |
It-twettiq tat-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(2)(ii)(A) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah l-għalliem li huwa responsabbli għat-titjira ta’ taħriġ. |
SFCL.120 SPL — Età minima
L-applikanti għal SPL għandu jkollhom mill-inqas 16-il sena.
SFCL.125 SPL — Bdot student
|
(a) |
Il-bdoti studenti ma għandhomx itiru waħedhom sakemm ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan u jkunu sorveljati minn FI(S). |
|
(b) |
Il-bdoti studenti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena biex jitħallew itiru waħedhom. |
SFCL.130 SPL — Rekwiżiti dwar il-kors ta’ taħriġ u dwar l-esperjenza
|
(a) |
L-applikanti għal SPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba u għandu jinkludi:
|
|
(b) |
L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, ħlief għal-liċenzja tal-blalen tal-arja, għandhom jiġu kkreditati b’10 % tal-ħin ta’ titjir totali bħala PIC fuq inġenju tal-ajru bħal dan u sa massimu ta’ seba’ sigħat. Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ kreditu mogħti:
|
SFCL.135 SPL — Eżami tal-għarfien teoretiku
|
(a) |
Għarfien teoretiku L-applikanti għal SPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoretiku adattat għall-privileġġi mitluba, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn is-suġġetti:
|
|
(b) |
Responsabbiltajiet tal-applikant
|
|
(c) |
Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami
|
|
(d) |
Perjodu tal-validità It-twettiq b’suċċess tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għandu jkun validu għal perjodu ta’ 24 xahar mill-jum li fih l-applikant ikun wettaq b’suċċess l-eżamijiet tal-għarfien teoretiku, f’konformità mal-paragrafu (c)(2). |
SFCL.140 SPL — Ikkreditar tal-għarfien teoretiku
L-applikanti għall-ħruġ ta’ SPL għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku għas-suġġetti komuni kif speċifikat fil-punt SFCL.135(a)(1) jekk:
|
(a) |
ikollhom liċenzja f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395; jew |
|
(b) |
ikunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għal liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu (a), sakemm dan ikun sar fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt SFCL.135(d). |
SFCL.145 SPL — Test prattiku tal-ħiliet
|
(a) |
Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal SPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fuq glider, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mitluba. |
|
(b) |
L-applikanti għandhom iwettqu t-test tal-ħiliet fi glider, ħlief it-TMGs, jew f’TMG, skont il-privileġġi li jkunu qed jintalbu u sakemm il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt SFCL.130 kien jinkludi l-elementi ta’ taħriġ meħtieġa għall-inġenju tal-ajru rilevanti. Applikant li jkun wettaq kors ta’ taħriġ, inkluż l-elementi ta’ taħriġ meħtieġa kemm għall-gliders kif ukoll għat-TMGs, jista’ jwettaq żewġ testijiet tal-ħiliet, wieħed fi glider, ħlief t-TMGs, u wieħed f’TMG, sabiex jikseb privileġġi għaż-żewġ inġenji tal-ajru. |
|
(c) |
Biex applikant jagħmel it-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ SPL l-ewwel għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku rikjesti. |
|
(d) |
Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami
|
|
(e) |
Jekk l-applikant ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f’żewġ tentattivi, għandu jirċievi taħriġ prattiku ulterjuri. |
SFCL.150 SPL — Privileġġi għall-gliders u għat-TMGs
|
(a) |
Jekk it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt SFCL.145 ikun twettaq fi glider, ħlief it-TMGs, il-privileġġi ta’ SPL għandhom ikunu limitati għall-gliders, ħlief it-TMGs. |
|
(b) |
Fil-każ speċifikat fil-paragrafu (a), il-privileġġi ta’ SPL għandhom jiġu estiżi għat-TMGs fuq talba jekk bdot ikun:
|
|
(c) |
Id-detenturi ta’ liċenzja maħruġa f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jirċievu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafu (b) sakemm:
|
|
(d) |
Jekk it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt SFCL.145 ikun twettaq f’TMG, il-privileġġi tal-SPL għandhom ikunu limitati għat-TMGs. |
|
(e) |
Fil-każ speċifikat fil-paragrafu (d), il-privileġġi ta’ SPL għandhom jiġu estiżi għall-gliders fuq talba jekk bdot ikun:
|
|
(f) |
It-twettiq tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(1) u (e)(1) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ. |
SFCL.155 SPL — Metodi tal-illanċjar
|
(a) |
Id-detenturi ta’ SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom biss billi jużaw dawk il-metodi ta’ illanċjar li għalihom ikunu wettqu taħriġ speċifiku jew matul il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt SFCL.130 jew mal-punt SFCL.150(e)(1) jew matul taħriġ addizzjonali fornut minn għalliem wara l-ħruġ tal-SPL. Dan it-taħriġ speċifiku għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
|
|
(b) |
It-twettiq tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO jew l-għalliem li huwa responsabbli għat-taħriġ, skont kif japplika. |
|
(c) |
Sabiex iżommu l-privileġġi għal kull metodu ta’ llanċjar u f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi (a) u (b), id-detenturi tal-SPL għandhom iwettqu mill-inqas ħames illanċjar matul l-aħħar sentejn, ħlief għall-illanċjar bungee, li għalih għandhom iwettqu żewġ illanċjar biss. Fil-każ tal-awtoillanċjar, l-illanċjar jista’ jsir bl-awtoillanċjar jew permezz ta’ tlugħ f’TMGs jew kombinament tat-tnejn. |
|
(d) |
Jekk id-detenturi tal-SPL ma jikkonformawx mar-rekwiżit fil-paragrafu (c), sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom għandhom iwettqu n-numru addizzjonali ta’ illanċjar b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem. |
SFCL.160 SPL — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti
|
(a) |
Gliders, ħlief it-TMGs Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-SPL, ħlief it-TMGs, biss jekk fl-aħħar 24 xahar qabel it-titjira ppjanata huma jkunu:
|
|
(b) |
TMGs Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom tat-TMGs, biss jekk fl-aħħar 24 xahar qabel it-titjira ppjanata huma jkunu:
|
|
(c) |
Id-detenturi tal-SPL bi privileġġi biex itiru fuq TMGs li jkollhom ukoll liċenzja li tinkludi l-privileġġi biex itiru fuq it-TMGs f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom ikunu eżenti milli jikkonformaw mal-paragrafu (b). |
|
(d) |
It-twettiq tat-titjiriet b’żewġ bdoti, tat-titjiriet taħt superviżjoni u tat-titjiriet ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (a)(1) u (b)(1), kif ukoll il-kontrolli tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (a)(2) u (b)(2) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġu ffirmati mill-FI(S) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(1) u (b)(1) u mill-FE(S) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(2) u (b)(2). |
|
(e) |
Ġarr ta’ passiġġieri Id-detenturi ta’ SPL għandhom iġorru passiġġieri biss jekk fid-90 jum preċedenti jkunu wettqu bħala PIC, mill-inqas:
|
SUBPARTI ADD
KLASSIFIKAZZJONIJIET U PRIVILEĠĠI ADDIZZJONALI
SFCL.200 Privileġġi ajrubatiċi
|
(a) |
Id-detenturi tal-SPL għandhom iwettqu titjiriet ajrubatiċi fil-gliders bi kwalunkwe magna wieqfa, jew, fil-każ tal-paragrafu (d) u (e), bis-saħħa tal-magna, biss jekk ikollhom il-privileġġi ajrubatiċi xierqa f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
Il-privileġġi ajrubatiċi bażiċi:
|
|
(c) |
Il-privileġġi ajrubatiċi avvanzati:
|
|
(d) |
Il-privileġġi ajrubatiċi bażiċi jew avvanzati għandhom jinkludu t-titjiriet ajrubatiċi fil-gliders bis-saħħa tal-magna, jekk bdot ikun irċieva taħriġ fit-titjir ajrubatiku fil-gliders bis-saħħa tal-magna matul kors ta’ taħriġ f’konformità mal-paragrafi (b)(2)(ii) jew (c)(2)(ii), skont kif japplika. |
|
(e) |
Il-privileġġi ta’ SPL għandhom jinkludu privileġġi ajrubatiċi avvanzati għat-TMGs li jtiru bis-saħħa tal-magna jekk bdot ikollu jew kellu klassifikazzjoni ajrubatika wkoll f’konformità mal-punt FCL.800 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, inkluż il-privileġġi għat-titjir ajrubatiku fuq it-TMGs. |
|
(f) |
It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2)(ii) u (c)(2)(ii) u, jekk japplika, l-inklużjoni tat-taħriġ speċifikat fil-paragrafu (d), għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ. |
SFCL.205 Il-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders u tal-irmonk tal-istrixxuni
|
(a) |
Id-detenturi tal-SPL li għandhom privileġġi biex itajru t-TMGs għandhom jirmonkaw il-gliders jew l-istrixxuni biss jekk ikollhom klassifikazzjoni xierqa għall-irmonk tal-gliders jew l-irmonk tal-istrixxuni f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders għandhom ikunu wettqu:
|
|
(c) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni għandhom ikunu wettqu:
|
|
(d) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni f’konformità ma’ dan il-punt li diġà għandhom klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew għal klassifikazzjoni tal-irmonk tal-istrixxuni f’konformità mal-punt FCL.805(b) tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni, skont kif japplika, għandhom:
|
|
(e) |
It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2), (c)(2) u (d)(2) għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO jew l-għalliem li huwa responsabbli għat-taħriġ, skont kif japplika. |
|
(f) |
Sabiex jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders jew tal-irmonk tal-istrixxuni, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu jwettaq minimu ta’ ħames irmonki matul l-aħħar sentejn. |
|
(g) |
Jekk detentur tal-klassifikazzjoni tal-irmonk tal-gliders ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-paragrafu (f), qabel ma jerġa’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu, huwa għandu jwettaq l-irmonki li jkun għad fadallu jagħmel ma’ għalliem jew taħt is-superviżjoni ta’ għalliem. |
SFCL.210 Klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs
|
(a) |
Id-detenturi ta’ SPL bi privileġġi biex itiru t-TMGs għandhom biss jeżerċitaw il-privileġġi tat-TMGs tagħhom f’kundizzjonijiet VFR billejl jekk ikollhom klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs f’konformità ma’ dan il-punt. |
|
(b) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs l-ewwel għandhom iwettqu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jinkludi:
|
|
(c) |
Sabiex ilesti t-taħriġ billejl, detentur ta’ SPL l-ewwel għandu jwettaq it-taħriġ bażiku tat-titjir bl-istrumenti meħtieġ għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot privat (private pilot licence, PPL) f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
(d) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għat-TMGs f’konformità ma’ dan il-punt għandhom jirċievu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafi (b) u (c) jekk ikollhom tat-titjiriet billejl f’konformità mal-punt FCL.810 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni. |
SFCL.215 Privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders
|
(a) |
Id-detenturi tal-SPL għandhom joperaw glider fil-livell tas-sħab biss jekk:
|
|
(b) |
Il-privileġġi ta’ SPL għandhom jinkludu privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders jekk bdot ikun wettaq mill-inqas:
|
|
(c) |
Sabiex jikseb privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders, detentur ta’ SPL li jkollu wkoll klassifikazzjoni bażika ta’ titjir bl-istrumenti (basic instrument rating, BIR) jew IR(A) f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkun issodisfa r-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ waħda minn dawn il-klassifikazzjonijiet, għandu:
|
|
(d) |
It-twettiq tal-kors ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(2) jew (c)(2), skont kif japplika, għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiffirmah il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li hija responsabbli għat-taħriġ. |
|
(e) |
Id-detenturi tal-SPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders biss jekk fl-aħħar sentejn qabel it-titjira ppjanata fil-livell tas-sħab ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir, jew ħames titjiriet, bħala PIC filwaqt li jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab fil-gliders. |
|
(f) |
Jekk id-detenturi tal-SPL bil-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-paragrafu (e) u jixtiequ jerġgħu jeżerċitaw il-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders huma għandhom:
|
|
(g) |
Id-detenturi tal-SPL bil-privileġġi għat-titjir fil-livell tas-sħab bil-gliders li għandhom ukoll BIR jew IR(A) f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu (e). |
SUBPARTI FI
GĦALLIEMA TAT-TITJIR
Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali
SFCL.300 Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir
|
(a) |
Ġenerali Għalliem jista’ biss iwettaq it-tagħlim fit-titjir fi glider jekk:
|
|
(b) |
Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri
|
Taqsima 2
Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir għall-gliders — FI(S)
SFCL.315 Ċertifikat ta’ FI(S) — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
(a) |
Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt SFCL.320 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FI(S) għandu jinħareġ bil-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir ta’:
|
|
(b) |
Il-privileġġi elenkati fil-paragrafu (a) għandhom jinkludu l-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:
|
SFCL.320 Ċertifikat ta’ FI(S) — Prerekwiżiti u rekwiżiti
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom:
|
(a) |
ikollhom mill-inqas 18-il sena; |
|
(b) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt (a)(1)(i) u tal-paragrafu (2) tal-punt SFCL.300; |
|
(c) |
ikunu wettqu 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 illanċjar bħala PIC fuq il-gliders; |
|
(d) |
ikunu wettqu kors ta’ taħriġ għall-għalliema f’konformità mal-punt SFCL.330 f’ATO jew f’DTO; u |
|
(e) |
ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.345. |
SFCL.325 FI(S) kompetenzi u valutazzjoni
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:
|
(a) |
iħejju r-riżorsi; |
|
(b) |
joħolqu klima li twassal għat-tagħlim; |
|
(c) |
jippreżentaw l-għarfien; |
|
(d) |
jintegraw il-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM); |
|
(e) |
jimmaniġġjaw il-ħin biex jiksbu l-objettivi tat-taħriġ; |
|
(f) |
jiffaċilitaw it-tagħlim; |
|
(g) |
jivvalutaw il-prestazzjoni tal-apprendisti; |
|
(h) |
jimmonitorjaw u jirrieżaminaw il-progress; |
|
(i) |
jevalwaw is-sessjonijiet tat-taħriġ; u |
|
(j) |
jirrappurtaw dwar l-eżitu. |
SFCL.330 FI(S) — Kors ta’ taħriġ
|
(a) |
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) l-ewwel għandhom jagħmlu valutazzjoni speċifika ta’ qabel id-dħul f’ATO jew f’DTO li għandha ssir fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel il-bidu tal-kors ta’ taħriġ, sabiex tiġi vvalutata l-abbiltà tagħhom biex jagħmlu l-kors. |
|
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ tal-FI(S) għandu jinkludi:
|
|
(c) |
L-applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ għalliem f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (b)(1)(ii). |
|
(d) |
Meta japplika għal ċertifikat ta’ FI(S), bdot li jkollu jew li kellu FI(A), (H) jew (As) għandu jiġi kkreditat bi 18-il siegħa fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1)(iii). |
SFCL.345 FI(S) — Valutazzjoni tal-kompetenza
|
(a) |
L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kompetenza biex juru lil eżaminatur li jkun ikkwalifikat f’konformità mal-punt SFCL.415(c) l-abbiltà tagħhom biex jgħallmu bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ ta’ SPL. |
|
(b) |
Il-valutazzjoni għandha tinkludi:
|
|
(c) |
Il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandha titwettaq fuq il-gliders, ħlief it-TMGs. |
SFCL.350 FI(S) — Privileġġi ristretti
|
(a) |
FI(S) għandu jkollu l-privileġġi tiegħu limitati għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI(S) mhux ristrett innominat mill-ATO jew mid-DTO għal dan l-iskop, fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
Waqt it-twettiq tat-taħriġ taħt superviżjoni, f’konformità mal-paragrafu (a), l-FI(S) ma għandux ikollu l-privileġġ li jawtorizza bdot student iwettaq l-ewwel titjira waħdu jew l-ewwel titjira bejn pajjiżi waħdu. |
|
(c) |
Il-limitazzjonijiet fil-punti (a) u (b) għandhom jitneħħew miċ-ċertifikat tal-FI(S) wara li l-FI(S) ikun wettaq mill-inqas 15-il siegħa jew 50 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru l-fażijiet kollha ta’ titjira bil-glider. Fil-każ ta’ FI(S) ristrett li kkonforma mal-punt SFCL.330(b)(2), ħamsa minn dawn il-15-il siegħa jistgħu jitwettqu fit-TMGs, u 15 minn dawk il-50 illanċjar jistgħu jiġu sostiwtiti minn tlugħ u nżul fit-TMGs. |
SFCL.360 Ċertifikat ta’ FI(S) — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti
|
(a) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) għandu jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat tiegħu biss jekk qabel l-eżerċitar ippjanat ta’ dawk il-privileġġi:
|
|
(b) |
Is-sigħat ta’ titjir bħala FE(S) matul it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(ii). |
|
(c) |
Jekk detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) ma jkunx wettaq it-titjira ta’ tagħlim taħt superviżjoni għas-sodisfazzjon tal-FI(S) f’konformita mal-paragrafu (a)(2), ma għandux jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(S) sakemm ma jkunx wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.345. |
|
(d) |
Sabiex jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(S), detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(S) li ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu (a) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-punt SFCL.345. |
SUBPARTI FE
EŻAMINATURI TAT-TITJIR
Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali
SFCL.400 Ċertifikati tal-eżaminaturi tat-titjir fil-gliders
|
(a) |
Ġenerali Eżaminatur għandu biss iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza f’konformità ma’ dan l-Anness jekk:
|
|
(b) |
Eżamijiet imwettqa barra mit-territorju tal-Istati Membri
|
SFCL.405 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ drittijiet akkwiżiti
Eżaminatur tal-gliders ma għandux iwettaq:
|
(a) |
test tal-ħiliet jew valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li jkun ipprovdielu aktar minn 50 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, għall-klassifikazzjoni jew għaċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew |
|
(b) |
test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata. |
SFCL.410 Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza
|
(a) |
Meta jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-gliders għandu jagħmel dawn kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
Wara t-tlestija tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-gliders għandu:
|
|
(c) |
L-eżaminatur tal-gliders għandu jżomm ir-rekords għal ħames snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom. |
|
(d) |
Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-gliders, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminatur tal-gliders għandu jissottometti r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ, għall-attivitajiet ta’ sorveljanza. |
Taqsima 2
Ċertifikat tal-eżaminturi tat-titjir għall-gliders — FE(S)
SFCL.415 Ċertifikat ta’ FE(S) — Privileġġi u kundizzjonijiet
Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt SFCL.420 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FE(S) għandu jinħareġ permezz ta’ applikazzjoni bil-privileġġi għat-twettiq:
|
(a) |
tat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza għall-SPL, sakemm l-applikant ikun wettaq, fuq il-gliders, ħlief it-TMGs, 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot, inkluż 150 siegħa jew 300 illanċjar ta’ tagħlim fit-titjir; |
|
(b) |
tat-testijiet tal-ħiliet għall-estensjoni tal-privileġġi tal-SPL għall-TMGs f’konformità mal-punt SFCL.150(e), sakemml-applikant ikun wettaq 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-gliders, inkluż 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fit-TGMs; |
|
(c) |
tal-valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ FI(S) fuq il-gliders, sakemm l-applikant:
|
SFCL.420 Ċertifikat ta’ FE(S) — Prerekwiżiti u rekwiżiti
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(S) għandhom:
|
(a) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-paragrafu (a)(2) tal-punt SFCL.400; |
|
(b) |
ikunu wettqu l-kors ta’ standardizzazzjoni tal-FE(S) f’konformità mal-punt SFCL.430; |
|
(c) |
ikunu wettqu valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt SFCL.445; |
|
(d) |
juru sfond rilevanti relatat mal-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(S); u |
|
(e) |
juru li ma kinux soġġett għal xi sanzjonijiet, inkluż is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ xi waħda mil-liċenzji, mill-klassifikazzjonijiet jew miċ-ċertifikati tagħhom maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament 2018/395, għan-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar tliet snin. |
SFCL.430 Ċertifikat ta’ FE(S) — Kors ta’ standardizzazzjoni
|
(a) |
L-applikanti għal ċertifikat ta’ FE(S) għandhom jagħmlu kors ta’ standardizzazzjoni pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti. |
|
(b) |
Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba mill-eżaminatur tat-titjir fil-gliders u għandu jikkonsisti f’tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż, mill-inqas:
|
|
(c) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(S) ma għandux iwettaq testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur, sakemm ma jkunx irrieżamina l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant. |
SFCL.445 Ċertifikat ta’ FE(S) — Valutazzjoni tal-kompetenza
Għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FE(S), applikant għandu juri l-kompetenza tiegħu bħala FE(S) lil spettur mill-awtorità kompetenti jew lil eżaminatur superjuri speċifikament awtorizzat biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(S). Matul il-valutazzjoni tal-kompetenza, l-applikant għandu jwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, inkluż il-briefing, it-twettiq tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, u l-valutazzjoni tal-persuna li għaliha qed isir it-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u d-dokumentazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni.
SFCL.460 Ċertifikat ta’ FE(S) — Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
(a) |
Ċertifikat ta’ FE(S) għandu jkun validu għal ħames snin. |
|
(b) |
Ċertifikat ta’ FE(S) għandu jerġa’ jiġi vvalidat jekk id-detentur tiegħu:
|
|
(c) |
Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(S) li jkollu wkoll ċertifikat tal-eżaminaturi wieħed jew aktar minn wieħed għal kategoriji oħra tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jista’ jikseb validazzjoni mill-ġdid ikkombinata taċ-ċertifikati kollha tal-eżaminaturi li jkollu, bi ftehim mal-awtorità kompetenti. |
|
(d) |
Jekk ċertifikat ta’ FE(S) ikun skada, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1) u tal-punt SFCL.445 qabel ma jkun jista’ jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(S). |
|
(e) |
Ċertifikat ta’ FE(S) għandu biss jerġa’ jiġi vvalidat jew imġedded jekk l-applikant juri konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-punt SFCL.410 kif ukoll mar-rekwiżiti tal-punt SFCL.420(d) u (e). |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/82 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/359
tal-4 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 27 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bdoti involuti fl-operat ta’ inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(2) |
Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjir għall-blalen tal-arja u l-gliders, jenħtieġ li rekwiżiti speċifiċi ta’ liċenzjar jiġu stabbiliti f’regolamenti separati, speċifikament fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 (3) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (4). |
|
(3) |
Fl-istess waqt, ir-rekwiżiti ta’ liċenzjar għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders stabbiliti fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jitħassru, u ċerti rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) li jindirizzaw kwistjonijiet li jolqtu diversi oqsma, fosthom dispożizzjonijiet dwar l-ikkreditar bejn liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja jew tal-gliders u bejn liċenzji għal kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru, jenħtieġ li jkunu rieżaminati fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ liċenzjar il-ġodda għall-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED), tal-Anness VI (Parti-ARA), tal-Anness VII (Parti-ORA) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjir tal-blalen tal-arja u tal-gliders. |
|
(5) |
Sabiex tkompli tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni, il-bdoti involuti f’attivitajiet ta’ sport tal-ajru u titjir ta’ rikreazzjoni jenħtieġ li jitħeġġew jiksbu l-privileġġi meħtieġa biex itiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (“IFR”). Għaldaqstant, ir-regoli eżistenti dwar il-privileġġi tal-IFR jenħtieġ li jiġu adattati billi tiddaħħal il-kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (“BIR”) fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Jenħtieġ li l-BIR tkun imfassla speċifikament skont il-bżonnijiet tal-bdoti involuti f’attivitajiet ta’ sport tal-ajru u titjir ta’ rikreazzjoni, fir-rigward tal-kontenut tat-taħriġ u l-firxa tal-privileġġi tagħhom. |
|
(6) |
Bl-introduzzjoni tal-BIR, il-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (“EIR”) fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Reoglament (UE) Nru 1178/2011 issir superfluwa, u għalhekk jenħtieġ li titħassar. Madankollu, id-detenturi eżistenti ta’ EIR jenħtieġ li jkunu intitolati li jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom, u jenħtieġ li jirċievu krediti mill-EIR tagħhom meta jfittxu li jiksbu BIR. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li wieħed ikompli b’taħriġ kontinwu għal EIR li jkun beda qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li jlestih bħala taħriġ għal BIR. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jsir aġġornament tekniku tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 abbażi tat-tagħlimiet meħuda partikolarment fil-qasam tan-Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN), fit-taħriġ għall-prevenzjoni ta’ instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru (UPRT), u fil-kwalifiki tal-għalliema u tal-eżaminaturi. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (5) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont il-punt (b) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal:
2. L-Artikoli 11b u 11c ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-Anness IV (Parti-MED), l-Anness VI (Parti-ARA), l-Anness VII (Parti-ORA) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10)." (*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).”;" |
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (8), “Sat-8 ta’ April 2021” huwa sostitwit bi “Sat-8 ta’ Settembru 2021”. |
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu 4c li ġej: “Artikolu 4c Miżura tranżizzjonali għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta 1. Sat-8 ta’ Settembru 2022 inkluż, id-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (‘EIR’) kif stipulat fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) għandhom:
2. Mit-8 ta’ Settembru 2021 ’il quddiem, il-korsijiet ta’ taħriġ għal EIR kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jkunu bdew qabel dik id-data jistgħu jitkomplew, u għandhom jitqiesu bħala korsijiet ta’ taħriġ għal BIR. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikant, l-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata responsabbli għall-kors ta’ taħriġ għal BIR għandha tiddetermina l-ammont ta’ taħriġ għal EIR li jrid jiġi kkreditat lejn il-ħruġ tal-BIR. 3. L-applikanti għal BIR li huma detenturi ta’ EIR jew li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal EIR skont il-punt FCL.825(d) qabel it-8 ta’ Settembru 2021 għandhom jirċievu kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti għall-istruzzjoni tal-għarfien teoriku u l-eżami għall-BIR.”; (*3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)." |
|
(5) |
L-Artikolu 11c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11c Miżuri tranżizzjonali L-Istati Membri għandhom:
(*4) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;" |
|
(6) |
fl-Artikolu 12, il-punt (2a) jitħassar; |
|
(7) |
fl-Artikolu 12(4), “sal-20 ta’ Ġunju 2020” huwa sostitwit bi “sal-20 ta’ Ġunju 2021”; |
|
(8) |
l-Anness I (Parti-FCL) huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(9) |
l-Anness IV (Parti-MED) huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
l-Anness VI (Parti-ARA) huwa emendat skont fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(11) |
l-Anness VII (Parti-ORA) huwa emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(12) |
l-Anness VIII (Parti-DTO) huwa emendat skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mit-8 ta’ Settembru 2021:
|
(a) |
il-punti (1)(e), (4)(b), (5) sa (7), (32), (34), (36)(d), (40)(a), (41); (42), (44), (46) sa (48), (52)(f), (53)(a) sa (53)(c) (53)(e), (53)(f), (54), (55), (56)(a) sa (56)(c) u (57) tal-Anness I; |
|
(b) |
il-punt (b) tal-Anness II; |
|
(c) |
il-punt (10)(d)(ii) tal-Anness III. |
4. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikolu 1, il-punt (7) u l-punti (49), (53)(d), (58)(b), (58)(d) u (58)(e) tal-Anness I għandhom japplikaw minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).
(5) Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements (Opinjoni Nru 01/2019 (A) & (B), 19.2.2019), disponibbli fuq: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS I
L-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
il-punt FCL.015 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fil-punt FCL.020, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punt FCL.025(c)(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fil-punt FCL.030, jiżdied il-paragrafu (c) li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt FCL.035, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt FCL.055 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
il-punt FCL.060 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
il-punt FCL.065 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
il-punt FCL.100 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.100 LAPL — Età minima L-applikanti għal-LAPL għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.”; |
|
(11) |
il-punt FCL.120 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku L-applikanti għal LAPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:
|
|
(12) |
fil-punt FCL.110.A, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
fil-punt FCL.135.A, jiżdied il-paragrafu (c) li ġej:
|
|
(14) |
It-Taqsimiet 4 u 5 tas-Subparti B jitħassru; |
|
(15) |
it-titolu tas-Subparti C huwa sostitwit b’dan li ġej: “ LIĊENZJA TA’ BDOT PRIVAT (PPL )” ; |
|
(16) |
il-punt FCL.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.200 Età minima L-applikanti għal PPL għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.”; |
|
(17) |
fil-punt FCL.210, il-paragrafi (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(18) |
il-punt FCL.215 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
|
(19) |
il-punt FCL.235 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
fil-punt FCL.210.A, il-paragrafu (c) huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
fil-punt FCL.210.As, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(22) |
fis-Subparti C, jitħassru t-Taqsimiet 5 u 6; |
|
(23) |
il-punt FCL.600 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.600 IR — General Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.835, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu biss minn detenturi ta’ PPL, CPL, MPL, u ATPL b’IR adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew, jekk IR adattata għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru ma tkunx disponibbli, meta jitwettaq l-ittestjar tal-ħiliet jew struzzjoni tat-titjir b’żewġ bdoti.”; |
|
(24) |
fil-punt FCL.620, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(25) |
fil-punt FCL.700, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(26) |
fil-punt FCL.725, jiżdied il-paragrafu (f) li ġej:
|
|
(27) |
il-punt FCL.740.A huwa emendat kif ġej:
|
|
(28) |
il-punt FCL.800 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
il-punt FCL.805 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
il-punt FCL.810 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
fil-punt FCL.815, is-sentenza introduttorja tal-paragrafu (a) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(32) |
il-punt FCL.825 jitħassar; |
|
(33) |
il-punt FCL.830 jitħassar; |
|
(34) |
jiddaħħal il-punt FCL.835 li ġej: “ FCL.835 Kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR)
|
|
(35) |
il-punt FCL.915(c)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(36) |
il-punt FCL.905.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
il-punt FCL.910.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
(38) |
fil-punt FCL.915.FI, il-paragrafi (e) u (f) huma mħassra; |
|
(39) |
il-paragrafu (b) tal-punt FCL.930.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
(40) |
il-paragrafu (a) tal-punt FCL.940.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
fil-punt FCL.905.TRI, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(42) |
fil-punt FCL.905.IRI, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(43) |
il-punt FCL.915.IRI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.915 IRI Applikanti għal ċertifikat ta’ IRI għandhom:
|
|
(44) |
fil-punt FCL.905.STI, il-paragrafu (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(45) |
fil-punt FCL.1005.FE, il-paragrafi (d) u (e) jitħassru. |
|
(46) |
fil-punt FCL.1005.TRE, il-paragrafu (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(47) |
il-punt FCL.1005.CRE, il-paragrafu (b)(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(48) |
il-punt FCL.1005.IRE huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1005 IRE IRE — Privileġġi Il-privileġġi tad-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IRE) huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ BIRs u IRs, u kontrolli tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni u t-tiġdid tagħhom.”; |
|
(49) |
fil-punt FCL.1010.SFE, il-paragrafi (a)(1) u (2) huma emendati kif ġej:
|
|
(50) |
fil-punt FCL.1005.FIE, il-paragrafu (c) huwa emendat kif ġej:
|
|
(51) |
fil-punt FCL.1010.FIE, il-paragrafi (d) u (e) jitħassru; |
|
(52) |
L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(53) |
L-Appendiċi 3 hija emendata kif ġej:
|
|
(54) |
fl-Appendiċi 6, il-Kapitolu A huwa emendat kif ġej:
|
|
(55) |
fl-Appendiċi 6, il-Kapitolu Aa huwa emendat kif ġej:
|
|
(56) |
L-Appendiċi 7 hija emendata kif ġej:
|
|
(57) |
it-titolu tal-Appendiċi 9 huwa sostitwit bi “Taħriġ, test tal-ħiliet u kontroll tal-profiċjenza għall-MPL, ATPL, kwalifiki tat-tip u tal-klassi, u kontroll tal-profiċjenza għall-BIR u l-I R”. |
|
(58) |
L-Appendiċi 9 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Il-punt MED.A.030 tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(b) |
il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS III
L-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt ARA.GEN.220, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt ARA.GEN.350 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fil-punt ARA.GEN.360, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-punt ARA.FCL.200, jiżdied il-paragrafu (e) li ġej:
|
|
(5) |
il-punt ARA.FCL.250(a), is-subparagrafu (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt ARA.FCL.300, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt ARA.ATO.110 li ġej jiddaħħal wara l-punt ARA.ATO.105: “ ARA.ATO.110 Approvazzjoni tal-listi tat-tagħmir minimu Meta l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ lista ta’ tagħmir minimu skont il-punti ORO.MLR.105 tal-Anness III (Parti-ORO) u NCC.GEN.101 tal-Anness VI (Parti-NCC) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, hija għandha taġixxi skont il-punt ARO.OPS.205 tal-Anness II (Parti-ARO) ta’ dak ir-Regolament.”; |
|
(8) |
fil-punt ARA.DTO.100, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
fil-punt ARA.DTO.110, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
L-Appendiċi I hija emendata kif ġej:
|
|
(11) |
L-Appendiċi III hija sostitwita b’dan li ġej: “ĊERTIFIKAT GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs) Unjoni Ewropea * Awtorità Kompetenti ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA [NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT] Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 [u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395/ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI)] u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[Awtorità Kompetenti] b’dan tiċċertifika [ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ] [INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ] bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ iċċertifikata skont il-Parti-ORA bil-privileġġ li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ mehmuż/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-BFCL/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI]. KUNDIZZJONIJIET: Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għall-privileġġi u għall-ambitu tal-provvista tal-korsijiet ta’ taħriġ, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni mehmuża tal-kors ta’ taħriġ. Dan iċ-ċertifikat huwa validu sakemm l-organizzazzjoni approvata tibqa’ konformi mal-Parti-ORA, il-Parti-FCL, il-Parti-BFCL, il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u regolamenti oħra applikabbli. Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sakemm iċ-ċertifikat jiġi ċedut, sostitwit, ristrett, sospiż jew revokat. Data tal-ħruġ: Iffirmat: [Awtorità Kompetenti]
FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 – Paġna 1/2 ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA APPROVAZZJONI TA’ KORS TA’ TAĦRIĠ Hemża maċ-Ċertifikat ATO Nru: [NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT] [ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ] kiseb il-privileġġ li jipprovdi u jwettaq dawn il-korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL/il-Parti-BFCL/il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u li juża l-FSTDs li ġejjin:
Din l-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ hija valida sakemm:
Data tal-ħruġ: Iffirmat:[Awtorità Kompetenti] Għall-Istat Membru/EASA FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 — Paġna 2/2”;
“ Approvazzjoni tal-programm ta’ taħriġ għal organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO) Unjoni Ewropea (*) Awtorità kompetenti
Ħarġa Nru 2 tal-Formola XXX tal-EASA — Paġna 1/1”. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kwalifika
ANNESS IV
L-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt ORA.ATO.110 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fil-punt ORA.ATO.125, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS V
L-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt DTO.GEN.110 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
il-punt DTO.GEN.115(a), is-subparagrafu (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt DTO.GEN.210 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
il-punt DTO.GEN.230 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Appendiċi 1, it-Taqsima 9 tal-formola ta’ dikjarazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:
|
DIRETTIVI
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/109 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/360
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb f’elettrodi tal-platinu platinizzat użati għal ċertu kejl tal-konduttività
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Iċ-ċomb huwa sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Bid-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/73/UE (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb f’elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività meta jkunu japplikaw ċerti kundizzjonijiet (“l-eżenzjoni”), billi inkludiet l-applikazzjonijiet rilevanti fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kienet tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“it-talba għat-tiġdid”), li hija fi ħdan il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. Skont dik id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni tibqa’ valida sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni tat-talba għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(7) |
Elettrodi tal-platinu platinizzat li fihom iċ-ċomb jintużaw fi strumenti speċjalizzati għall-kejl li jeħtieġu ċerti kwalitajiet ta’ kejl bħal firxa wiesgħa, preċiżjoni għolja, jew affidabbiltà għolja għal konċentrazzjoni qawwija ta’ aċidu u ta’ alkali. |
|
(8) |
Minħabba n-nuqqas ta’ sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb fl-applikazzjonijiet ikkonċernati għadha xjentifikament u teknikament imprattikabbli f’ċerti strumenti tal-kejl. It-tiġdid tal-eżenzjoni huwa konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma jdgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. |
|
(9) |
Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-eżenzjoni. |
|
(10) |
L-eżenzjoni jenħtieġ li tingħata għall-perjodu ta’ validità massima ta’ seba’ (7) sal-31 ta’ Diċembru 2025, skont l-Artikolu 4(3) u skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/73/UE tat-13 ta’ Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb f’elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 80).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“37. |
Iċ-ċomb f’elettrodi tal-platinu platinizzat użati għall-kejl tal-konduttività meta tkun tapplika tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||
|
|
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.” |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/112 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/361
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kromju eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għall-applikazzjonijiet eżentati elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-kromju eżavalenti huwa sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Eżenzjoni mir-restrizzjoni għall-użu tal-kromju eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ (“l-eżenzjoni”) hija inkluża fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“it-talba għat-tiġdid”) fl-20 ta’ Jannar 2015, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni tibqa’ valida sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni tat-talba għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-evalwazzjoni, li għaliha tqiesu d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2), wasslet għall-konklużjoni li l-eżenzjoni attwali fir-rigward tal-kategoriji 1 sa 7 u 10 għandha tinqasam f’żewġ subentrati b’formulazzjoni li tirrifletti b’mod ċar il-progress xjentifiku u tekniku fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-kromju eżavalenti, li tvarja skont it-tip ta’ applikazzjoni. |
|
(7) |
Il-kromju eżavalenti (Cr(VI)) jaġixxi bħala aġent kontra l-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment. Jintuża sabiex jinħoloq saff fis-superfiċje intern tat-tubi tal-azzar biex dawn jiġu protetti kontra s-soluzzjoni tat-tkessiħ li jkun fiha l-ammonijaka korrużiva. |
|
(8) |
Għall-applikazzjonijiet b’potenza tal-input ≥ 75 W u għas-sistemi li jaħdmu għalkollox b’ħiters mhux tal-elettriku (dan jikkorrispondi għall-applikazzjonijiet b’temperatura tal-bojler għolja) li huma koperti mill-eżenzjoni attwali, sostituzzjoni jew eliminazzjoni ta’ kromju eżavalenti għadhom xjentifikament u teknikament imprattikabbli minħabba n-nuqqas ta’ sostituti affidabbli. Eżenzjoni għal dawn l-applikazzjonijiet hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. |
|
(9) |
Jixraq, għalhekk, li għall-applikazzjonijiet li jużaw temperaturi tal-bojler għoljin jingħata t-tiġdid mitlub sal-21 ta’ Lulju 2021, f’konformità mal-Artikolu 4(3) u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(10) |
Għall-applikazzjonijiet b’potenza tal-input < 75 W (dan jikkorrispondi għal temperatura tal-bojler baxxa) li bħalissa huma koperti mill-eżenzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/65/UE ma għadhomx issodisfati u għalhekk, jenħtieġ li t-talba għat-tiġdid tiġi miċħuda. F’konformità mal-Artikolu 5(6) ta’ dik id-Direttiva, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ li tiskadi 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
|
(11) |
Għall-kategoriji 8, 9 u 11, l-eżenzjoni attwali tibqa’ valida għall-perjodi ta’ validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU C 48, 15.2.2017, p. 9).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“9 |
Il-kromju eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ |
Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u tiskadi:
|
||||||
|
9(a)-I |
Sa 0,75 % ta’ kromju eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fis-soluzzjoni tat-tkessiħ tas-sistemi tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment (inklużi l-minibars) iddisinjati biex jaħdmu għalkollox jew parzjalment b’ħiter elettriku, li għandhom potenza tal-input medja użata < 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kostanti |
Tapplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u tiskadi fil-5 ta’ Marzu 2021. |
||||||
|
9(a)-II |
Sa 0,75 % ta’ kromju eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fis-soluzzjoni tat-tkessiħ tas-sistemi sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment:
|
Tapplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2021.” |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/116 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/362
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw b’rabta mal-eżenzjoni għall-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju fi friġġijiet tal-assorbiment f’karavans motorizzati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri jridu jipprojbixxu l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromu eżavalenti fil-materjali u fil-komponenti tal-vetturi mpoġġija fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003. |
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u l-komponenti tal-vetturi li huma eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2)(a) ta’ dik id-Direttiva. Jeħtieġ li l-eżenzjoni bin-numru 14 dwar l-użu tal-kromu eżavalenti tiġi emendata biex il-kliem tagħha jiġi allinjat ma’ dak użat għal eżenzjonijiet simili għall-użu tal-kromu eżavalenti previsti fid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-finijiet tal-koerenza. |
|
(3) |
Mill-valutazzjoni tal-eżenzjoni bin-numru 14 fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku ħareġ li, għalkemm issa hemm sustanzi alternattivi xierqa għall-kromu eżavalenti disponibbli, dawn għadhom ma jistgħux jintużaw fil-prodotti. Fil-ġejjieni x’aktarx ikun hemm alternattivi xierqa għall-użu tal-kromu eżavalenti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li l-eżenzjoni attwali tinqasam fi tliet subentrati u li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal tnejn minn dawk is-subentrati. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2000/53/KE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-5 ta’ April 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(2) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE, l-entrata bin-numru 14 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“14. Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X” |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/119 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/363
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw b’rabta ma’ ċerti eżenzjonijiet għaċ-ċomb u għall-komposti taċ-ċomb fil-komponenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri jridu jipprojbixxu l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromu eżavalenti fil-materjali u fil-komponenti tal-vetturi mpoġġija fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003. |
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u l-komponenti tal-vetturi li huma eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2)(a) ta’ dik id-Direttiva. Skont l-Anness II, l-eżenzjonijiet bin-numri 8(e), 8(f)(b) u 8(g) iridu jiġu riveduti fl-2019. L-eżenzjoni bin-numru 8(j) ukoll jeħtieġ li terġa’ tiġi vvalutata fid-dawl tal-aktar informazzjoni riċenti dwar il-progress tekniku u xjentifiku. |
|
(3) |
Mill-valutazzjoni tal-eżenzjonijiet bin-numru 8(e) u 8(g) fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni ħareġ li, bħalissa, ma hemm l-ebda alternattiva xierqa għall-użu taċ-ċomb għall-materjali u għall-komponenti li dawk l-eżenzjonijiet ikopru. Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita data għal reviżjoni ġdida ta’ dawk l-eżenzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li l-eżenzjoni bin-numru 8(g) tiġi speċifikata iktar u jkollha kamp ta’ applikazzjoni iktar ristrett. Sabiex l-industrija tal-karozzi tkun tista’ tadatta ruħha għal dawk il-bidliet, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni attwali tal-eżenzjoni bin-numru 8(g) jinżamm għall-vetturi ta’ tip approvat qabel l-1 ta’ Ottubru 2022, filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni iktar ristrett ta’ dik l-eżenzjoni jibda japplika għall-vetturi ta’ tip approvat minn dik id-data ’l quddiem. |
|
(4) |
Mill-valutazzjoni tal-eżenzjoni bin-numru 8(f)(b) ħareġ li jenħtieġ li ma jiġix estiż l-użu taċ-ċomb fl-applikazzjonijiet li tkopri dik l-eżenzjoni, minħabba li hemm alternattivi għall-użu taċ-ċomb f’dawk l-applikazzjonijiet. |
|
(5) |
Mill-valutazzjoni tal-eżenzjoni bin-numru 8(j), li tagħti eżenzjoni mill-użu taċ-ċomb fl-istann għall-issaldjar tal-ħġieġ laminat, ħareġ li, għal xi applikazzjonijiet, hemm alternattivi għall-użu taċ-ċomb fl-istann għall-issaldjar tal-ħġieġ laminat. Madankollu, għal ċertu tip ta’ ħġieġ u għal ċerti applikazzjonijiet m’hemmx ċertezza li jeżistu alternattivi xierqa għall-użu taċ-ċomb dal-ħin. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita eżenzjoni ġdida iktar limitata bin-numru 8(k) għal dak it-tip ta’ ħġieġ u għal dawk l-applikazzjonijiet. |
|
(6) |
L-eżenzjoni bin-numru 8(j) tapplika biss għall-vetturi ta’ tip approvat qabel l-1 ta’ Jannar 2020. Sabiex jiġi żgurat li l-użu taċ-ċomb ikompli jiġi eżentat għal dak it-tip ta’ ħġieġ u għal dawk l-applikazzjonijiet li għalihom m’hemmx ċertezza li jeżistu alternattivi xierqa għall-użu taċ-ċomb dal-ħin, jeħtieġ li l-eżenzjoni l-ġdida bin-numru 8(k) tibda tapplika malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk jenħtieġ li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2000/53/KE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-5 ta’ April 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata bin-numru 8(e) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-entrata bin-numru 8(f)(b) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
l-entrata bin-numru 8(g) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
tiddaħħal l-entrata li ġejja bin-numru 8(k):
|
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/122 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/364
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-kadmju u l-komposti tiegħu f’ċerti tubi tal-kameras tal-vidjo li huma tolleranti għar-radjazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-kadmju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li saret skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE għal eżenzjoni li għandha tiġi elenkata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, għall-użu tal-kadmju f’ċerti tubi tal-kameras tal-vidjo li huma tolleranti għar-radjazzjoni (“l-eżenzjoni mitluba”). |
|
(5) |
L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(6) |
Il-kadmju fit-tubi tal-kameras tal-vidjo huwa meħtieġ biex tinkiseb tolleranza sodisfaċenti għar-radjazzjoni u prestazzjoni ottika tal-kameras tal-vidjo li joperaw f’ambjenti b’esponiment għoli għar-radjazzjoni, bħall-impjanti tal-enerġija nukleari u l-faċilitajiet tal-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart nukleari. |
|
(7) |
Bħalissa, ma hemmx alternattivi disponibbli fis-suq mingħajr kadmju li jipprovdu l-kombinazzjoni meħtieġa ta’ prestazzjoni ottika u ta’ reżistenza suffiċjenti għar-radjazzjoni. |
|
(8) |
Minħabba n-nuqqas ta’ sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-kadmju għadha xjentifikament u teknikament imprattikabbli f’ċerti tubi tal-kameras tal-vidjo. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. |
|
(9) |
Għalhekk, jixraq li tingħata l-eżenzjoni mitluba billi jiddaħħlu l-applikazzjonijiet koperti minnha fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE b’rabta mat-tagħmir elettriku u elettroniku tal-kategorija 9. |
|
(10) |
L-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata għal tul ta’ żmien ta’ seba’ snin li jibda mill-5 ta’ Marzu 2020, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-31 ta’ Awwissu 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 44 li ġej:
|
“44. |
Il-kadmju fit-tubi tal-kameras tal-vidjo li huma tolleranti għar-radjazzjoni ddisinjati għal kameras b’riżoluzzjoni ċentrali akbar minn 450 TV Lines li jintużaw f’ambjenti esposti għar-radjazzjoni jonizzanti b’rata ta’ doża li tissupera 100 Gy/siegħa u b’doża totali li tissupera 100 kGy. |
|
|
Tapplika għall-kategorija 9. Tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2027.” |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/125 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/365
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar użati f’ċerti magni tal-kombustjoni li jinżammu fl-idejn
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għall-applikazzjonijiet eżentati elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Bid-Direttiva ta’ Delega (UE) 2014/72/UE (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati użati fil-moduli ta’ ignixin u f’sistemi oħrajn ta’ kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna, li għal raġunijiet tekniċi għandhom jiġu mmuntati direttament fuq il-kaxxa tal-krank jew fuq iċ-ċilindru ta’ magni tal-kombustjoni li jinżammu fl-idejn (il-klassijiet SH:1, SH:2, SH:3 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)) (“l-eżenzjoni”) bl-inklużjoni ta’ dawk l-applikazzjonijiet fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-eżenzjoni kellha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni għall-kategoriji 6 u 11 (“it-talba għat-tiġdid”) fit-30 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. Skont dik id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni tibqa’ valida sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni tat-talba għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(7) |
Iċ-ċomb huwa element komuni ta’ lligar f’materjal tal-issaldjar biex jiġi kkontrollat il-punt tat-tidwib. Materjali alternattivi biex jissostitwixxu s-sustanza ristretta ġew ittestjati b’suċċess. Madankollu, jeħtieġ żmien addizzjonali sabiex tkun żgurata l-affidabbiltà tal-prodotti mingħajr ċomb. |
|
(8) |
Bħalissa, ma hemm l-ebda alternattiva mingħajr ċomb disponibbli fis-suq li tipprovdi livell suffiċjenti ta’ affidabbiltà għall-applikazzjonijiet koperti mill-eżenzjoni. |
|
(9) |
Minħabba n-nuqqas ta’ sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb għadha xjentifikament u teknikament imprattikabbli f’ċerti magni b’kombustjoni li jinżammu fl-idejn. Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-eżenzjoni. It-tiġdid tal-eżenzjoni huwa konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u għalhekk ma jdgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. |
|
(10) |
L-eżenzjoni għall-kategorija 1 sa 7, 10 u 11 jenħtieġ li tiġi mġedda sal-31 ta’ Marzu 2022, skont il-Artikolu 4(3) u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(11) |
Għall-kategoriji 8 u 9, l-eżenzjoni attwali tibqa’ valida għall-perjodi ta’ validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/72/UE tat-13 ta’ Marzu 2014 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati użati fil-moduli ta’ ignixin u f’sistemi oħrajn ta’ kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 78).
(3) Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1). Id-Direttiva 97/68/KE ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 41 huwa sostitwit b’dan li ġej:—
|
“41 |
Iċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati użati fil-moduli ta’ ignixin u f’sistemi oħrajn ta’ kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna, li għal raġunijiet tekniċi għandhom jiġu mmuntati direttament fuq il-kaxxa tal-krank jew fuq iċ-ċilindru ta’ magni tal-kombustjoni li jinżammu fl-idejn (il-klassijiet SH:1, SH:2, SH:3 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)) |
Tapplika għall-kategoriji kollha u tiskadi:
|
(*1) Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).”
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/129 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/366
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala stabbilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil użat f’ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro għall-analiżi tad-demm u ta’ fluwidi u gassijiet oħra tal-ġisem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(4) |
Permezz tad-Direttiva ta’ Delega (UE) 2015/573 (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb bħala stabbilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil (PVC) użat bħala materjal ta’ bażi fis-sensuri elettrokimiċi amperometriċi, potenzjometriċi u konduttometriċi li jintużaw f’apparat mediku dijanjostiku in vitro għall-analiżi tad-demm u ta’ fluwidi u gassijiet oħra tal-ġisem (“l-eżenzjoni”), billi tinkludi dik l-applikazzjoni fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“it-talba għat-tiġdid”) fil-25 ta’ Mejju 2017, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. Skont din id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni tibqa’ valida sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid. |
|
(6) |
L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(7) |
Iċ-ċomb fil-kard tas-sensur tal-PVC ta’ apparat mediku in vitro kkonċernat (analizzaturi tad-demm) itejjeb il-prestazzjoni tas-sensuri li hija meħtieġa għall-aħjar prestazzjoni tal-apparat f’termini taal-affidabbiltà analitika ddikjarata f’pubblikazzjonijiet ta’ prodott u b’hekk biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
Għalkemm it-teknoloġiji mingħajr ċomb huma disponibbli fis-suq għal ċerti analizzaturi ta’ manifatturi oħra, l-ittestjar tal-affidabbiltà tas-sostituti għall-applikazzjonijiet speċifiċi soġġetti għat-talba ta’ tiġdid attwali jeħtieġ żmien addizzjonali. |
|
(9) |
It-tneħħija tal-eżenzjoni hija mistennija li tevita total ta’ 157 kg ta’ ċomb li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, madankollu, se jirriżulta fil-ħtieġa li jinbidel l-apparat dijanjostiku kollu, u konsegwentement, huwa mistenni li jwassal għal ġenerazzjoni prematura ta’ 112 000 kg ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Barra minn hekk, se jkun hemm impatti soċjoekonomiċi sinifikanti fuq il-fornituri tas-saħħa li jużaw l-apparat ikkonċernat. |
|
(10) |
L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fid-dawl tal-proċess ta’ restrizzjoni fuq iċ-ċomb fil-PVC previst fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jenħtieġ li l-eżenzjoni tingħata għal perjodu qasir ta’ validità ta’ sentejn biex jiġi żgurat allinjament sħiħ ma’ dak ir-Regolament ladarba jiġi konkluż il-proċess ta’ restrizzjoni rilevanti. |
|
(11) |
Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-eżenzjoni. |
|
(12) |
L-eżenzjoni tikkonċerna l-kategorija 8 tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalih tapplika d-Direttiva 2011/65/UE u jenħtieġ li tiġi mġedda għal sentejn li jibdew mill-5 ta’ Marzu 2020, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/573 tat- 30 ta’ Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għaċ-ċomb fis-sensuri tal-klorur tal-polivinil f’apparat mediku dijanjostiku in vitro (ĠU L 94, 10.4.2015, p. 4).
(3) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 41 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“41. |
Iċ-ċomb bħala stabilizzatur termali fil-klorur tal-polivinil (PVC) użat bħala materjal ta’ bażi fis-sensuri elettrokimiċi amperometriċi, potenzjometriċi u konduttometriċi f’apparat mediku dijanjostiku in vitro għall-analiżi tad-demm u ta’ fluwidi u gassijiet oħra tal-ġisem. |
|
|
Tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2022.” |
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/132 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/367
tal-4 ta’ Marzu 2020
li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodi ta’ valutazzjoni għal effetti ta’ ħsara tal-ħsejjes ambjentali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE jirreferi għal relazzjonijiet ta’ doża-effett li għandhom jiġu introdotti permezz ta’ adattamenti ta’ dak l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku. |
|
(2) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni ta’ kwalità għolja u statistikament sinifikanti li setgħet tintuża kienet dik tal-Linji Gwida dwar il-Ħsejjes Ambjentali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għar-Reġjun Ewropew (2), li jippreżentaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett għal effetti ta’ ħsara kkawżati mill-espożizzjoni għall-ħsejjes ambjentali. Konsegwentement, jenħtieġ li r-relazzjonijiet ta’ doża-effett introdotti fl-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE ikunu bbażati fuq dawk il-linji gwida. B’mod partikolari fir-rigward tas-sinifikat statistiku, l-istudji tad-WHO kienu bbażati fuq popolazzjonijiet rappreżentattivi, u r-riżultati ta’ dawn il-metodi ta’ valutazzjoni huma konsegwentement ikkunsidrati rilevanti meta jiġu applikati għal popolazzjonijiet rappreżentattivi. |
|
(3) |
Lil hinn mir-relazzjonijiet ta’ doża-effett żviluppati fil-kuntest tad-WHO, studji oħra jistgħu juru daqsijiet differenti ta’ effetti fuq is-saħħa u effetti oħra fuq is-saħħa, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-effetti tal-ħsejjes fit-toroq, tal-ħsejjes mill-ferroviji u tal-ħsejjes mill-ajruplani f’sitwazzjonijiet lokali f’pajjiżi speċifiċi. Jistgħu jintużaw ir-relazzjonijiet alternattivi ta’ doża-effett stabbiliti hemmhekk sakemm dawn ikunu bbażati fuq studji ta’ kwalità għolja u statistikament sinifikanti. |
|
(4) |
Bħalissa, l-għarfien disponibbli dwar l-effetti negattivi tal-istorbju industrijali huwa limitat u għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi propost metodu komuni għall-valutazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż ma ġewx ivvalutati fl-istudji u għalhekk ma setgħux jiġu inklużi f’dan l-Anness. Bl-istess mod, filwaqt li nstabu rabtiet bejn il-ħsejjes ambjentali u l-effetti ta’ ħsara li ġejjin, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi ddeterminat metodu komuni għall-valutazzjoni tal-effetti ta’ ħsara li ġejjin: puplesija, pressjoni għolja, dijabete u eżiti tas-saħħa metaboliċi oħra, indeboliment konjittiv fit-tfal, is-saħħa u l-benesseri mentali, indeboliment tas-smigħ, tinnitus, eżiti negattivi ta’ twelid. Fl-aħħar nett, filwaqt li ġiet stabbilita r-rabta bejn l-istorbju tal-ferroviji u l-istorbju mill-inġenji tal-ajru u l-marda tal-qalb iskemika (IHD), għal dawn iż-żewġ sorsi l-kwantifikazzjoni taż-żieda fir-riskju tal-IHD hija prematura. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2002/49/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.
(2) Environmental Noise Guidelines for the European Region, World Health Organisation 2018, ISBN 978 92 890 5356 3.
ANNESS
“ANNESS III
METODI TAL-ASSESSJAR GĦALL-EFFETTI TA’ ĦSARA
(Imsemmija fl-Artikolu 6(3))
1. Sett ta’ effetti ta’ ħsara
Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara għandu jitqies dan li ġej:
|
— |
il-mard tal-qalb iskemiku (IHD) li jikkorrispondi mal-kodiċijiet BA40 sa BA6Z tal-klassifikazzjoni internazzjonali ICD-11 stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; |
|
— |
dwejjaq kbir (HA); |
|
— |
disturb kbir waqt l-irqad (HSD). |
2. Kalkolu tal-effetti ta’ ħsara
L-effetti ta’ ħsara għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
|
— |
ir-riskju relattiv (RR) ta’ effett ta’ ħsara ddefinit bħala
|
|
— |
ir-riskju assolut (AR) ta’ effett ta’ ħsara ddefinit bħala
|
2.1. IHD
Għall-kalkolu tal-RR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-IHD u fir-rigward tar-rata ta’ inċidenza (i)„ għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
għall-ħsejjes fit-toroq.
2.2. HA
Għall-kalkolu tal-AR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-HA, għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
|
għall-ħsejjes fit-toroq; |
|
għall-ħsejjes mill-ferroviji: |
|
għall-ħsejjes mill-inġenji tal-ajru. |
2.3. HSD
Għall-kalkolu tal-AR, fir-rigward tal-effett ta’ ħsara tal-HSD għandhom jintużaw ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett li ġejjin:
|
għall-ħsejjes fit-toroq; |
|
għall-ħsejjes mill-ferroviji: |
|
għall-ħsejjes mill-inġenji tal-ajru. |
3. Valutazzjoni ta’ effetti ta’ ħsara
3.1. L-espożizzjoni tal-popolazzjoni għandha tiġi vvalutata indipendentement għal kull sors ta’ ħsejjes u effett ta’ ħsara. Fejn l-istess persuni jiġu simultanjament esposti għal sorsi differenti ta’ ħsejjes, l-effetti ta’ ħsara ma jistgħux — b’mod ġenerali — jiġu akkumulati. Madankollu, dawk l-effetti jistgħu jitqabblu sabiex tiġi vvalutata l-importanza relattiva ta’ kull ħoss.
3.2. Valutazzjoni għall-IHD
3.2.1. Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes mill-ferroviji u mill-inġenji tal-ajru, il-popolazzjoni esposta ’l fuq mil-livelli adegwati ta’ Lden hija stmata li hija soġġetta għal riskju akbar ta’ IHD, filwaqt li n-numru eżatt N ta’ każijiet tal-IHD ma jistax jiġi kkalkulat.
3.2.2. Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, il-proporzjon ta’ każijiet tal-effett ta’ ħsara speċifiku fil-popolazzjoni esposta għal RR ikkalkulata li ġiet ikkawżata minn ħsejjes ambjentali jiġi dderivat, għas-sors ta’ ħsejjes x (toroq), effett ta ħsara y (IHD) u għall-inċidenza i bi:
Fejn:
|
— |
PAFx,y hija l-frazzjoni li tista’ tiġi attribwita lill-popolazzjoni, |
|
— |
is-sett ta’ baned ta’ ħsejjes j huwa magħmul minn baned singoli mifruxa fuq massimu ta’ 5 dB (eż.: 50-51 dB, 51-52 dB, 52-53 dB, eċċ. jew 50-54 dB, 55-59 dB, 60-64 dB, eċċ.), |
|
— |
pj huwa l-proporzjon tal-popolazzjoni totali P fiż-żona vvalutata li hija esposta għall-banda ta’ espożizzjoni j, li hija assoċjata ma’ RR speċifiku ta’ effett ta’ ħsara speċifiku RRj,x,y . L- RRj,x,y jiġi kkalkulat billi jiġu applikati l-formuli deskritti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness, u jintuża l-valur ċentrali ta’ kull banda ta’ ħsejjes (eż.: skont id-disponibbiltà tad-data, f’50,5 dB għall-banda ta’ ħsejjes definita bejn 50–51 dB, jew 52 dB għall-banda ta’ ħsejjes 50–54 dB). |
3.2.3. Għall-IHD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, in-numru totali N tal-każijiet ta’ IHD (persuni affettwati mill-effett ta’ ħsara y; in-numru ta’ każijiet attribwibbli) minħabba s-sors x allura huwa:
Nx,y = PAFx,y,i * Iy * P (Formula 11)
għat-toroq.
Fejn:
|
— |
PAFx,y,i huwa kkalkulat għall-inċidenza i, |
|
— |
Iy hija r-rata ta’ inċidenza tal-IHD fiż-żona li tkun qed tiġi vvalutata, li tista’ tinkiseb mill-istatistika dwar is-saħħa għar-reġjun jew għall-pajjiż fejn tinsab iż-żona li qed tiġi kkunsidrata, |
|
— |
P hija l-popolazzjoni totali taż-żona li qed tiġi vvalutata (is-somma tal-popolazzjoni fil-baned ta’ ħsejjes differenti). |
3.3. Fir-rigward tal- HA u tal-HSD fil-każ ta’ ħsejjes fit-toroq, ħsejjes mill-ferroviji, u ħsejjes mill-inġenji tal-ajru, in-numru totali N ta’ persuni affettwati mill-effett ta’ ħsara y (numru ta’ każijiet attribwibbli) dovut għas-sors x, għal kull kombinazzjoni tas-sorsi ta’ ħsejjes x (toroq, ferroviji jew inġenji tal-ajru) u għal kull effett ta’ ħsara y (HA, HSD), allura huwa:
Fejn:
|
— |
ARx,y huwa r-risku assolut (AR) tal-effett ta’ ħsara rilevanti (HA, HSD), u huwa kkalkulat billi jiġu applikati l-formuli stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness, u jintuża l-valur ċentrali ta’ kull banda ta’ ħsejjes (eż.: skont id-disponibbiltà tad-data, f’50,5 dB għall-banda ta’ ħsejjes definita bejn 50–51 dB, jew 52 dB għall-banda ta’ ħsejjes 50–54 dB), |
|
— |
nj huwa n-numru ta’ persuni esposti għall-banda ta’ espożizzjoni j. |
4. Reviżjonijiet futuri
Ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett introdotti bir-reviżjonijiet futuri ta’ dan l-Anness għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari:
|
— |
ir-relazzjoni bejn dwejjaq u L den, għal ħsejjes industrijali, |
|
— |
ir-relazzjoni bejn id-disturb tal-irqad u Lnight għal ħsejjes industrijali. |
Jekk meħtieġ, relazzjonijiet speċifiċi ta’ doża-effett għandhom ikunu preżentati għal:
|
— |
abitazzjonijiet b’insulazzjoni speċjali kontra l-ħsejjes kif definiti fl-Anness VI, |
|
— |
abitazzjonijiet b’ faċċata kwieta kif definiti fl-Anness VI, |
|
— |
klimi differenti/kulturi differenti, |
|
— |
gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, |
|
— |
it-tonalità tal-ħsejjes industrijali, |
|
— |
il-ħsejjes industrijali impulsivi u każijiet speċjali oħrajn. |
DEĊIŻJONIJIET
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/137 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/368
tat-3 ta’ Marzu 2020
li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tas-Slovakkja
(notifikata bid-dokument C(2020) 1157)
(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
|
(2) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) tistabbilixxi miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom kif elenkati fl-Anness tagħha (l-Istati Membri kkonċernati), u fl-Istati Membri kollha rigward movimenti tal-ħnieżer selvaġġi u l-obbligi ta’ informazzjoni. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda, inkluż lista ta’ żoni ta’ riskju għoli. Dak l-Anness ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li kellhom bżonn jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Fl-2019 is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa mid-Direttiva 2002/60/KE. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE, is-Slovakkja ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fis-27 ta’ Novembru 2019 (il-pjan ta’ eradikazzjoni). |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/46 (3) sabiex iqis, fost l-oħrajn, il-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fis-Slovakkja u l-Partijiet I u II ta’ dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fis-Slovakkja. |
|
(6) |
Il-pjan ta’ eradikazzjoni sottomess mis-Slovakkja ġie eżaminat mill-Kummissjoni u nstab li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-pjan ta’ eradikazzjoni jiġi approvat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan imressaq mis-Slovakkja fis-27 ta’ Novembru 2019 f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/60/KE, dwar l-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
Is-Slovakkja għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ eradikazzjoni fi żmien perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/46 tal-20 ta’ Jannar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (ĠU L 16, 21.1.2020, p. 9).
|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/139 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/369
tal-4 ta’ Marzu 2020
li tagħti s-setgħa li tinħareġ twissija esterna dwar entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur u tal-kummerċjant f’livell tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2394 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri bħala responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. |
|
(2) |
L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2394 jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħti s-setgħa li toħroġ “twissijiet esterni” dwar ksur suspettat kopert minn dak ir-Regolament fuq entitajiet li jirrappreżentaw lil konsumatur, u, fejn xieraq, lil negozjant, interessi fil-livell tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-entitajiet koperti minn din id-Deċiżjoni joperaw fuq livell tal-Unjoni u esprimew interess li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija esterna. Dawk l-entitajiet iffirmaw fir-Reġistru tat-Trasparenza u b’hekk fil-Kodiċi ta’ Kondotta li jinsab fl-Anness III tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi involuti li jaħdmu għal rashom fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (2). |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2394 japplika mis-17 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-mekkaniżmu ta’ twissija esterna malajr kemm jista’ jkun. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar l-entitajiet koperti minn din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-setgħa li tinħareġ twissija esterna skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/2394 għandha tingħata lill-entitajiet li ġejjin:
|
(a) |
l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC), bin-Numru ta’ Identifikazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza: 9505781573-45; |
|
(b) |
il-Konfederazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet tal-Familja fl-Unjoni Ewropea (COFACE), bin-Numru ta’ identifikazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza: 93283396780-85; |
|
(c) |
il-Komunità Ewropea tal-Kooperattivi tal-Konsumatur (EURO COOP), bin-Numru ta’ Identifikazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza: 3819438251-87. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN