|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 054I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/249
tal-25 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/903 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1338 (1) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo u li taħtar lis-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala r-RSUE fil-Kosovo. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/903 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE fil-Kosovo*. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta’ Frar 2020. |
|
(3) |
Il-mandat tar-RSUE fil-Kosovo għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur u għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020. |
|
(4) |
Ir-RSUE fil-Kosovo ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/903 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kosovo huwa estiż sat-31 ta’ Awwissu 2020. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (‘RGħ’)”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020 għandu jkun ta’ EUR 1 650 000.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta’ Ġunju 2020 ”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(*) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1338 tal-4 ta’ Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 109).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/903 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 7).
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/250
tal-25 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 (1) li taħtar lis-Sa Susanna TERSTAL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN). Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-PPLN jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021. |
|
(3) |
Ir-RSUE għall-PPLN ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1248 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sa Susanna TERSTAL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (‘RGħ’)”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 182 524,33.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14 , jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru 2020.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1248 tat-18 ta’ Settembru 2018 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 9).
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/251
tal-25 ta' Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta' Frar 2020. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Awwissu 2020. |
|
(4) |
Ir-RSUE għall-Qarn tal-Afrika ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej : ‘1. Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika huwa estiż sal-31 ta' Awwissu 2020. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) ’. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Awwissu 2020 għandu jkun ta' EUR 1 400 000.". |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14 , jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir- rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta' Ġunju 2020 ". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/819/PESK tat-8 ta' Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/905 tal-25 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 16).
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/252
tal-25 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ April 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/598 (1) li taħtar lis-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta’ Frar 2020. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Asja Ċentrali jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021. |
|
(4) |
Ir-RSUE għall-Asja Ċentrali ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 170 000.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14 , jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/598 tal-15 ta’ April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 25).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/904 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 12).
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/253
tal-25 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2274 (1) li taħtar lis-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 (2) li testendi l-mandat tar-R SU E għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE jagħlaq fid-29 ta’ Frar 2020. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għas-Saħel jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021. |
|
(4) |
Ir-RSUE għas-Saħel ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-mandat tas-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (RSUE) huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 600 000.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru 2020.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2274 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 44).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/906 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel(ĠU L 161, 26.6.2018, p. 22).
|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/254
tal-25 ta' Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2071 (1) li taħtar lis-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta' Frar 2020. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sat-28 ta' Frar 2021. |
|
(4) |
Ir-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJON:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa estiż sat-28 ta' Frar 2021. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ)". |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sat-28 ta' Frar 2021 għandu jkun ta' EUR 2 900 000.". |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' Novembru 2020.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta' Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 55).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/907 tal-25 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 27).