|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 63 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2010, daħal fis-seħħ fit-22 ta' Ġunju 2012, f'konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fit-23 ta' Mejju 2012.
REGOLAMENTI
|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/185
tas-7 ta’ Frar 2020
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pasta di Gragnano” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pasta di Gragnano”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2013 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Pasta di Gragnano” (IĠP) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pasta di Gragnano (IĠP)) (ĠU L 270, 11.10.2013, p. 1).
|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/186
tas-7 ta’ Frar 2020
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||
|
Elastomeri poliakriliċi fil-forma ta’ blokok bojod ta’ madwar 63 × 40 × 15 cm u magħmula minn:
Dawk l-elastomeri poliakriliċi għandhom valur ta’ jodju ta’ inqas minn 4. |
3906 90 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3906, 3906 90 u 3906 90 90 . Il-valur tal-jodju flimkien mal-preżenza tal-monomeri cure-site jindikaw impossibbiltà li jiġu vulkanizzati l-oġġetti bl-użu ta’ sistema ta’ kubrit regolari. L-oġġetti jistgħu jiġu vulkanizzati b’sistemi li ma jkunx fihom il-kubrit. Xi tipi speċifiċi jistgħu jiġu vulkanizzati b’sistema ta’ sapun/kubrit li fiha l-kubrit ikollu l-funzjoni ta’ aċċelleratur u mhux ta’ aġent tal-vulkanizzazzjoni. F’kull sistema, ir-riżultat tal-vulkanizzazzjoni huwa konnessjoni C-O-C. Għalhekk, l-oġġetti ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ gomom sintetiċi li tinsab fin-Nota 4(a) tal-Kapitolu 40 minħabba li ma jistgħux jiġu vulkanizzati bil-kubrit. Għaldaqstant, l-oġġetti ma jistgħux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 40. Għalhekk, l-oġġetti jridu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 3906 90 90 bħala polimeri akriliċi oħra fil-forma primarja. |
DEĊIŻJONIJIET
|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/187 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Frar 2020
dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza legali. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 stabbilixxiet it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (CBPP3). Flimkien mal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti, u jappoġġa l-konverġenza sostnuta tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib għal 2 %, fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/37) (3) irfinat ir-regoli applikabbli għall-eliġibbiltà għax-xiri taħt is-CBPP3 ta’ bonds iggarantiti li b’mod komuni jissejħu bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali. Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali mhux ser jibqgħu eliġibbli għal xiri taħt is-CBPP3, fid-dawl tal-istruttura tagħhom li hija aktar ikkumplikata li permezz tagħha avvenimenti ddefiniti minn qabel iwasslu għal estensjoni tal-maturità ta’ bond u bidla fl-istruttura ta’ ħlas tal-bond. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sa mill-1 ta’ Jannar 2019 sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-APP. B’mod aktar speċifiku, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwaqqaf ix-xiri ta’ assi netti taħt l-APP fil-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Kunsill Governattiv ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għandhom ikomplu jiġu investiti mill-ġdid bis-sħiħ għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jerġa’ jibda x-xirijiet netti taħt l-APP sa mill-1 ta’ Novembru 2019 u jistenna li dawn jitwettqu sakemm dan ikun meħtieġ biex jissaħħaħ l-impatt akkomodattiv tar-rati ta’ politika u biex jintemmu ftit qabel il-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jkompli jinvesti mill-ġdid b’mod sħiħ, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja. Fid-dawl ta’ tnaqqis imġebbed fl-ekonomija taż-żona tal-euro, riskji negattivi persistenti għall-prospett ta’ tkabbir u prospettiva ta’ inflazzjoni li tibqa’ tonqos milli tilħaq l-għan tagħha ta’ inflazzjoni fuq żmien medju, il-Kunsill Governattiv ikkonkluda li risposta politika komprensiva kienet iġġustifikata sabiex jingħata appoġġ biex l-inflazzjoni terġa’ tinġieb lura għat-triq ta’ konverġenza sostnuta lejn l-għan ta’ inflazzjoni fuq żmien medju tal-Kunsill Governattiv. Li jerġgħu jinbdew ix-xirjiet ta’ assi netti hija miżura proporzjonata peress li għandha impatt akbar fuq ir-rati fuq żmien itwal milli politika tar-rati tal-imgħax u tiffaċilita l-ispejjeż ta’ finanzjament relevanti tad-ditti u tal-unitajiet domestiċi. |
|
(6) |
Is-CBPP3 bħala parti mill-programmi ta’ xiri ta’ assi li jikkostitwixxu l-APP, huwa miżura proporzjonata għall-mitigazzjoni tar-riskji għall-prospettiva fl-iżviluppi tal-prezzijiet, hekk kif dawn il-programmi ikomplu jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk li huma rilevanti għall-kundizzjonijiet ta’ teħid ta’ self ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi fiż-żona tal-euro, b’hekk jappoġġja l-konsum aggregat u l-infiq fuq l-investiment fiż-żona tal-euro u finalment jikkontribwixxi għar-ritorn tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib, it-2 % fuq żmien medju. F’ambjent fejn ir-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE jinsabu viċin il-medda l-aktar baxxa tagħhom, huwa meħtieġ li l-programmi ta’ xiri tal-assi jiġu inklużi fil-miżuri tal-politika monetarja tal-Eurosistema bħala strumenti li għandhom potenzjal għoli ta’ trażmissjoni lejn l-ekonomija reali. |
|
(7) |
Is-CBPP3 fih numru ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li x-xirjiet previsti huma proporzjonati mal-għanijiet tiegħu, u li r-riskji finanzjarji relatati jkunu ġew ikkunsidrati debitament fid-disinn tiegħu u jkunu ġew ikkontenuti permezz tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
(8) |
Is-CBPP3 jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera. |
|
(9) |
Bħala parti mill-politika monetarja waħdanija, ix-xiri definittiv ta’ bonds garantiti eliġibbli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt is-CBPP3 għandu jiġi implimentat b’mod uniformi u diċentralizzat, skont din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b’mod definittiv ta’ bonds iggarantiti
Bil-preżenti l-Eurosistema tistabbilixxi t-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (CBPP3) li taħtu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru bonds iggarantiti eliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3. Taħt is-CBPP3, bonds iggarantiti eliġibbli jistgħu jinxtraw b’mod definittiv mill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji skont il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-kontroparti stabbiliti fl-Artikolu 4.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“istituzzjoni ta' kreditu” għandha l-istess tifsira bħal istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); u |
|
(2) |
"multi cédulas" għandha l-istess tifsira bħal multi cédulas kif iddefinita fil-punt (62) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (5). |
Artikolu 3
Kriterji ta’ eliġibbiltà għal bonds iggarantiti
1. Il-bonds iggarantiti għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 jekk jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema skont ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħhom bħala kollateral għall-użu proprju kif stabbilit fl-Artikolu 138(3)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jinħarġu minn istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.
2. Multi cédulas għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 sakemm ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b’mod konformi mar-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jinħarġu minn veikoli bi skop speċjali inkorporati fiż-żona tal-euro, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.
3. Il-bonds iggarantiti u l-multi cédulas imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet definittivi taħt is-CBPP3 sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Għandu japplika minimu tal-ewwel l-aħjar għal valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ta’ Livell 3 ta’ Kwalità ta’ Kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, espressa fil-forma ta’ mill-inqas klassifikazzjoni waħda ta’ kreditu pubbliku mogħtija minn istituzzjoni esterna ta’ valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) aċċettata fi ħdan il-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema. |
|
(b) |
Għandu japplika limitu ta' 70 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali lill-investimenti konġunti taħt l-ewwel (6) (CBPP1) u t-tieni (7) (CBPP2) programmi ta' xiri ta' bonds iggarantiti u s-CBPP3 u għall-investimenti l-oħrajn tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. |
|
(c) |
Huma għandhom ikunu ddenominati f'euro, miżmuma u saldati fiż-żona tal-euro. |
|
(d) |
Bonds maħruġa minn entitajiet sospiżi minn operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu esklużi minn xirjiet taħt is-CBPP3 għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni tagħhom. |
|
(e) |
Għal bonds iggarantiti li attwalment ma jiksbux il-klassifikazzjoni tal-Livell 3 ta’ Kwalità ta’ Kreditu f’Ċipru u fil-Greċja, ser tkun meħtieġa klassifikazzjoni minima tal-assi fil-livell tal-klassifikazzjoni massima li tista’ tinkiseb tal-bond iggarantit kif iddefinita mill-ECAI rispettiva għall-ġurisdizzjoni. Din tkun meħtieġa sakemm il-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma jiġix applikat fir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-kollateral għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti mill-gvernijiet tal-Greċja jew ta' Ċipru (skont l-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (8)), u limitu ta' 30 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali huwa applikabbli għall-investimenti konġunti tas-CBPP1, CBPP2, CBPP3 u l-investimenti l-oħrajn ta' banek ċentrali tal-Eurosistema, u sakemm il-bonds iggarantiti jinkludu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin kollha sabiex jiksbu ekwivalenza tar-riskju:
|
|
(f) |
Bonds iggarantiti miżmuma mill-emittent tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet taħt is-CBPP3, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà speċifikati hawn fuq. |
|
(g) |
Xirjiet ta’ bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ekwivalenti għal jew ’il fuq mir-rata tal-faċilità ta’ depożitu għandhom ikunu permessi. Xirjiet ta’ bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu għandhom ikunu permessi sal-grad meħtieġ. |
|
(h) |
L-emittent tal-bonds iggarantiti ma jkunx entità, kemm jekk taħt sjieda pubblika jew privata, li:
|
|
(i) |
Bonds koperti għandhom jiġu esklużi mix-xirjiet taħt is-CBPP3 meta jkollhom struttura pass-through kundizzjonali, li permezz tagħha avvenimenti ddefiniti minn qabel iwasslu għal estensjoni tal-maturità tal-bond u bidla għal struttura ta’ ħlas li tiddependi primarjament fuq flussi ta’ flus iġġenerati mill-assi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura sottostanti. |
Artikolu 4
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontropartijiet eliġibbli għal tranżazzjonijiet definittivi taħt is-CBPP3 u għal transazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CBPP3 tal-Eurosistema:
|
(a) |
entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà biex jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/501 (BĊE/2014/60); |
|
(b) |
kwalunkwe kontropartijiet oħrajn li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta’ investiment tagħhom iddenominati f’euro, inkluż kontropartijiet li mhumiex taż-żona tal-euro attivi fis-swieq ta’ bonds iggarantiti. |
Artikolu 5
Revoka
1. Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 hija b’dan imħassra.
2. Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 6
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).
(2) Ara l-Anness I.
(3) Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37) (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 92).
(4) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(6) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).
(7) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).
(8) Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
(9) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(10) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
ANNESS I
Deċiżjoni Mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha
Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22)
Deċiżjoni (UE) 2017/101 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/2) (ĠU L 16, 20.1.2017, p. 53)
Deċiżjoni (UE) 2017/1360 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/14) (ĠU L 190, 21.7.2017, p. 22)
Deċiżjoni (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37) (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 92)
ANNESS II
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Deċiżjoni BĊE/2014/40 |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
|
12.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/12 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/188 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Frar 2020
dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (2). Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza legali. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) stabbilixxiet programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, il-PSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trażmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti, u jappoġġa l-konverġenza sostnuta tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib għal, 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-għan ewlieni tal-Bank Ċentrali Ewropew li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sa mill-1 ta’ Jannar 2019 sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-APP. B’mod aktar speċifiku, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwaqqaf ix-xiri ta’ assi netti taħt l-APP fil-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Kunsill Governattiv ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għandhom ikomplu jiġu investiti mill-ġdid bis-sħiħ għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li l-allokazzjoni ta’ xirjiet netti kumulattivi ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti taħt il-PSPP bejn ġurisdizzjonijiet eliġibbli għandha tkompli tkun iggwidata, fuq bażi stokk, mis-sottoskrizzjoni rispettiva ta’ banek ċentrali nazzjonali għall-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jerġa’ jibda x-xirijiet netti taħt l-APP sa mill-1 ta’ Novembru 2019 u jistenna li dawn jitwettqu sakemm dan ikun meħtieġ biex jissaħħaħ l-impatt akkomodattiv tar-rati ta’ politika u biex jintemmu ftit qabel il-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jkompli jinvesti mill-ġdid b’mod sħiħ il-pagamenti prinċipali minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta l-Kunsill Governattiv jibda jgħolli r-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għaż-żmien meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad ampju ta’ akkomodazzjoni monetarja. Fid-dawl ta’ tnaqqis imġebbed fl-ekonomija taż-żona tal-euro, riskji negattivi persistenti għall-prospett ta’ tkabbir u prospettiva ta’ inflazzjoni li tibqa’ tonqos milli tilħaq l-għan tagħha ta’ inflazzjoni fuq żmien medju, il-Kunsill Governattiv ikkonkluda li risposta politika komprensiva kienet iġġustifikata sabiex jingħata appoġġ biex l-inflazzjoni terġa’ tinġieb lura għat-triq ta’ konverġenza sostnuta lejn l-għan ta’ inflazzjoni fuq żmien medju tal-Kunsill Governattiv. Li jerġgħu jinbdew ix-xirjiet ta’ assi netti hija miżura proporzjonata peress li għandha impatt akbar fuq ir-rati fuq żmien itwal milli politika tar-rati tal-imgħax u tiffaċilita l-ispejjeż ta’ finanzjament relevanti tad-ditti u tal-unitajiet domestiċi. |
|
(6) |
Il-PSPP, bħala parti mill-programmi ta’ xiri ta’ assi li jikkostitwixxu l-APP, huwa miżura proporzjonata għall-mitigazzjoni tar-riskji għall-prospettiva fl-iżviluppi tal-prezzijiet, hekk kif dawn il-programmi ikomplu jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk li huma rilevanti għall-kundizzjonijiet ta’ teħid ta’ self ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi fiż-żona tal-euro, b’hekk jappoġġja l-konsum aggregat u l-infiq fuq l-investiment fiż-żona tal-euro u finalment jikkontribwixxi għar-ritorn tar-rati tal-inflazzjoni għal livelli li huma taħt, iżda qrib, it-2 % fuq żmien medju. F’ambjent fejn ir-rati tal-imgħax prinċipali tal-BĊE jinsabu viċin il-medda l-aktar baxxa tagħhom, huwa meħtieġ li l-programmi ta’ xiri tal-assi jiġu inklużi fil-miżuri tal-politika monetarja tal-Eurosistema bħala strumenti li għandhom potenzjal għoli ta’ trażmissjoni lejn l-ekonomija reali. |
|
(7) |
Il-PSPP fih numru ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li x-xirjiet previsti jkunu proporzjonati mal-għanijiet tiegħu, u li r-riskji finanzjarji relatati jkunu ġew ikkunsidrati debitament fid-disinn tiegħu u jkunu ikkontenuti permezz tal-ġestjoni tar-riskju. Biex ikun hemm operazzjoni bla xkiel tas-swieq f’titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli, u biex ma jkunx hemm xkiel fir-ristrutturazzjonijiet ordnati ta’ dejn, se japplikaw limiti għal xiri ta' dawk it-titoli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema. |
|
(8) |
Il-PSPP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-PSPP, l-Eurosistema b’dan qiegħda tiċċara li hija taċċetta l-istess trattament (pari passu) bħal investituri privati fir-rigward tat-titoli ta’ dejn negozjabbli li l-Eurosistema tista’ tixtri taħt il-PSPP, skont it-termini ta’ dawn l-istrumenti. |
|
(10) |
Il-PSPP huwa implimentat b’mod diċentralizzat, filwaqt li jitqiesu debitament kunsiderazzjonijiet ta’ formazzjoni tal-prezz tas-suq u tal-funzonament tas-suq, u huwa kkoordinat mill-BĊE, biex b'hekk hija ssalvagwardjata l-uniċità tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
|
(11) |
Fis-26 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli jarmonizza l-kunċetti ta’ aġenzija attwalment użati fil-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema u biex jallinja l-kriterji użati biex jiġu ddefiniti aġenziji rikonoxxuti fil-qafas kollaterali u l-aġenziji eliġibbli għall-PSPP, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tal-PSPP
L-Eurosistema bil-preżenti qiegħda tistabblixxi l-PSPP li bis-saħħa tiegħu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli, kif iddefinit fl-Artikolu 3, fi swieq sekondarji, minn kontropartijiet eliġibbli, kif iddefinit fl-Artikolu 7, taħt kundizzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”); |
|
(2) |
“aġenzija rikonoxxuta” tfisser entità li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali; |
|
(3) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser entità fit-tifsira tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali għall-finijiet tal-PSPP; |
|
(4) |
"bank ta' żvilupp multilaterali" tfisser entità fit-tifsira tal-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali għall-finijiet tal-PSPP; |
|
(5) |
“eżitu pożittiv ta’ rieżami” tfisser dik li tiġi l-aktar tard miż-żewġ deċiżjonijiet li ġejjin: id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabbiltà u, fil-każ li l-Fond Monetarju Internazzjonali jikkofinanzja l-programm ta’ assistenza finanzjarja, il-Bord Eżekuttiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali biex jiġi approvat il-ħlas li jmiss taħt dak il-programm, waqt li jkun mifhum li ż-żewġ deċiżjonijiet ikunu meħtieġa biex jitkompla x-xiri taħt il-PSPP; |
|
(6) |
“stokk” tfisser is-somma tal-valur kontabilistiku, fil-ħin tax-xiri, tax-xirjiet kollha ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli, filwaqt li jitqiesu l-fidjiet ta’ kontijiet ta’ kapital li jimmatura li jkunu seħħu; |
|
(7) |
‘xirjiet netti’ tfisser xirjiet ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli f’xahar partikolari, netti mill-ammonti ta’ fidi minn titoli li jkunu qegħdin jimmaturaw mixtrijja taħt l-APP f’dak ix-xahar; |
|
(8) |
‘xirjiet netti kumulattivi’ tfisser is-somma ta’ xirjiet netti mill-bidu tal-programm ta’ xiri rispettiv. |
Listi tal-entitajiet msemmijin fil-punti (2) sa (4) huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
Artikolu 3
Kriterji ta’ eliġibbiltà għal titoli ta’ dejn negozjabbli
1. Bla ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, titoli ta’ dejn negozjabbli ddenominati f’euro maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, aġenziji rikonoxxuti li jinsabu fiż-żona tal-euro, organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fiż-żona tal-euro u banek multilaterali tal-iżvilupp li jinsabu fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt il-PSPP.
2. Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta’ dejn negozjabbli għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema skont ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4), bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-emittent jew il-garanti tat-titoli ta’ dejn negozjabbli għandu jkollu valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-inqas tal-Livell 3 ta’ Kwalità ta’ Kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema espressa fil-forma ta’ mill-inqas klassifikazzjoni waħda ta’ kreditu pubbliku mogħtija minn istituzzjoni esterna ta’ valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) aċċettata fi ħdan il-qafas ta’ valutazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema; |
|
(b) |
jekk ikun hemm disponibbli diversi klassifikazzjonijiet tal-emittent minn ECAI jew klassifikazzjonijiet tal-garanti minn ECAI, għandha tapplika r-regola tal-ewwel l-aħjar, jiġifieri għandha tapplika l-aħjar klassifikazzjoni tal-emittent minn ECAI jew klassifikazzjoni tal-garanti minn ECAI disponibbli. Jekk l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità ta’ kreditu jiġu stabbiliti abbażi ta' klassifikazzjoni tal-garanti minn ECAI, il-garanzija għandha tissodisfa l-karatteristiċi ta’ garanzija aċċettabbli kif stipulat fl-Artikolu 87 u l-Artikoli 113 sa 115 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); |
|
(c) |
fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni ta' emittent minn ECAI u klassifikazzjoni ta' garanti minn ECAI, titolu ta' dejn negozjabbli għandu jkollu ta' mill-inqas klassifikazzjoni ta' ħruġ waħda minn ECAI ta' mill-inqas tal-Livell 3 ta' Kwalità tal-Kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; |
|
(d) |
jekk il-valutazzjoni ta’ kreditu pprovduta minn ECAI aċċettat għall-emittent, il-garanti jew il-ħruġ ma tikkonformax ma’ tal-inqas il-Livell 3 ta’ Kwalità tal-Kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, it-titoli ta’ dejn negozjabbli għandhom ikunu eliġibbli biss jekk jinħarġu jew ikunu ggarantiti għal kollox mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont programm ta’ assistenza finanzjarja u li fir-rigward tiegħu l-applikazzjoni tal-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema jiġi sospiż mill-Kunsill Governattiv bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (5); |
|
(e) |
fil-każ ta’ reviżjoni ta’ programm ta’ assistenza finanzjarja li jkun għaddej, l-eliġibbiltà għal xiri PSPP għandha tiġi sospiża u għandha tkompli biss fil-każ li jkun hemm eżitu pożittiv tar-reviżjoni. |
3. Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta’ dejn, fit-tifsira tal-paragrafi 1 sa 2, għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta’ sena u maturità rimanenti massima ta’ 30 sena meta jinxtraw mill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, strumenti ta’ dejn negozjabbli b’maturità rimanenti ta’ 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PSPP. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu iwettqu wkoll xirjiet sostituti ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp jekk l-ammonti previsti li għandhom jinxtraw f’titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti ma jkunux jistgħu jintlaħqu.
4. Huma permessi xirjiet ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ekwivalenti għal jew ’il fuq mir-rata tal-faċilità ta’ depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu.
Artikolu 4
Limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni ta’ xirjiet
1. Biex tiġi permessa l-formazzjoni ta’ prezz tas-suq għal titoli eliġibbli, ma għandux jiġi permess xiri f’titolu maħruġ ġdid jew titolu sfruttat u l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli b’maturità rimanenti li huma qrib fiż-żmien, qabel jew wara, il-maturità tal-istrumenti ta’ dejn negozjabbli li għandhom jinħarġu, matul perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kunsill Governattiv (“perijodu ta’ black-out”). Għal sindikazzjonijiet, il-perijodu ta’ black-out in kwistjoni għandu jiġi rrispettat fuq il-bażi tal-aħjar sforz malli ssir disponibbli informazzjoni pubblika rigward it-termini tal-ħruġ.
2. Għal titoli ta’ dejn maħruġin jew iggarantiti għal kollox mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont programm ta’ assistenza finanzjarja, il-perijodu ta’ xiri taħt il-PSPP wara eżitu pożittiv ta’ kull reviżjoni ta’ programm għandu, bħala regola, ikun limitat għal xahrejn, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw sospensjoni ta’ xiri qabel jew kontinwazzjoni ta’ xiri wara dan il-perijodu u sakemm tibda r-reviżjoni li tmiss.
Artikolu 5
Limiti tax-xiri
1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, limitu ta’ ħruġ ta’ ishma skont in-numru tal-identifikazzjoni ta’ titoli internazzjonali (ISIN) għandu japplika taħt il-PSPP għal titoli ta’ dejn negozjabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, wara li jiġu kkonsolidati l-investimenti fil-portafolli kollha tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Il-limitu ta’ ħruġ ta' ishma għandu jkun skont kif ġej:
|
(a) |
50% għal kull ISIN għal titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali ta' żvilupp; |
|
(b) |
33% għal kull ISIN għal titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli oħra, bl-eċċezzjoni ta' 25% għal kull ISIN għal dawk it-titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli li jkun fihom klawsola ta' azzjoni kollettiva (KAK) (collective action clause - CAC) li tvarja mill-mudell KAK għaż-żona tal-euro elaborat mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u implimentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropew, iżda ser jiżdied għal 33%, soġġett għal verifika fuq il-bażi ta' każ b'każ li parteċipazzjoni ta' 33% għal kull ISIN ta’ dawk it-titoli mhux ser twassal lill-banek ċentrali tal-Eurosistema biex jilħqu parteċipazzjonijiet minoritarji li jistgħu jimblukkaw proċeduri ta' ristrutturar ordnat ta' dejn. |
2. Kull titolu ta' dejn negozjabbli eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP u li jkollu l-maturitajiet rimanenti speċifikati fl-Artikolu 3 għandu jkun soġġett għal limitu aggregat, wara l-konsolidazzjoni ta' parteċipazzjonijiet fil-portafolji kollha tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, ta':
|
(a) |
50 % tat-titoli pendenti ta' emittent li jkun organizzazzjoni internazzjonali eliġibbli jew bank multilaterali ta' żvilupp; jew |
|
(b) |
33 % tat-titoli pendenti ta' emittent minbarra organizzazzjoni internazzjonali eliġibbli jew bank multilaterali ta' żvilupp. |
3. Fir-rigward tat-titoli ta’ dejn imsemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2), japplikaw limiti ta' ishma differenti għall-emittenti u l-ħruġ. Dawn il-limiti għandhom jiġu ffissati mill-Kunsill Governattiv waqt li jqis kif meħtieġ kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju u tal-funzjonament tas-suq.
Artikolu 6
Allokazzjoni tal-portafolli
1. Il-valur kontabilistiku tax-xirjiet netti matul is-sena kalendarja għandu jiġi allokat skont kif ġej:
|
a) |
10% f’titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek ta’ żvilupp multilaterali; |
|
b) |
90% f'titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti. |
2. Il-valur kontabilistiku tax-xirjiet netti ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli matul is-sena kalendarja għandu jiġi allokat bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema skont kif ġej:
|
a) |
10% lill-BĊE; |
|
b) |
90% lill-BĊNi. |
3. Pagamenti prinċipali minn titoli ta’ dejn negozjabbli li jkunu qegħdin jimmaturaw ta’ gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti għandhom jiġu investiti mill-ġdid bix-xiri ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti. L-investiment mill-ġdid tal-pagamenti prinċipali għandu jitqassam tul is-sena sabiex ikun hemm preżenza fis-suq regolari u bbilanċjata. Pagamenti prinċipali minn titoli ta’ dejn negozjabbli li jkunu qegħdin jimmaturaw maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali għandhom jiġu investiti mill-ġdid billi jinxtraw titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali.
4. L-allokazzjoni ta’ xirjiet netti kumulattivi ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti fost ġurisdizzjonijiet eliġibbli għandhom ikomplu jiġu ggwidati, fuq bażi stokk, mis-sottoskrizzjoni tal-BĊNi rispettivi lill-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.
5. Banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom japplikaw skema ta’ speċjalizzazzjoni għall-allokazzjoni ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli li għandhom jinxtraw taħt il-PSPP. Il-Kunsill Governattiv għandu jippermetti għal devjazzjonijiet ad hoc mill-iskema ta’ speċjalizzazzjoni jekk kunsiderazzjonijiet oġġettivi jostakolaw li din l-iskema tintlaħaq jew altrimenti dawk id-devjazzjonijiet isiru rakkomandabbli fl-interess li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika monetarja inġenerali tal-PSPP. B’mod partikolari, kull BĊN għandu jixtri titoli eliġibbli ta’ emittenti tal-ġurisdizzjoni tiegħu stess. Xiri ta’ titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp eliġibbli jista’ jsir mill-BĊNi kollha. Il-BĊE għandu jixtri titoli maħruġin minn gvernijiet ċentrali u aġenziji rikonoxxuti tal-ġurisdizzjonijiet kollha.
6. Xiri ta’ titoli ta’ dejn maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp u gvernijiet reġjonali u lokali eliġibbli għandhom isiru biss mill-BĊNi.
Artikolu 7
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontropartijiet eliġibbli għall-PSPP:
|
(a) |
entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà biex jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); u |
|
(b) |
kwalunkwe kontropartijiet oħra li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta’ investiment tagħhom iddenominati f’euro. |
Artikolu 8
Trasparenza
1. L-Eurosistema għandha tippubblika fuq bażi ta’ kull ġimgħa l-valur kontabilistiku aggregat tat-titoli miżmuma taħt il-PSPP fil-kummentarju tar-rendikont finanzjarju ta’ kull ġimgħa kkonsolidat tagħha.
2. L-Eurosistema għandha tippubblika fuq bażi ta’ kull xahar (i) ix-xirjiet netti ta’ kull xahar u x-xirjiet netti kumulattivi, u (ii) il-maturità reżidwa medja ppeżata skont ir-residenza tal-emittent, billi jiġu sseparati l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-banek multilaterali tal-iżvilupp minn emittenti oħrajn, tal-investimenti PSPP tagħha.
3. Il-valur kontabilistiku ta’ titoli miżmuma taħt il-PSPP għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fit-taqsima dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ fuq bażi ta’ kull ġimgħa.
Artikolu 9
Self ta’ titoli
L-Eurosistema għandha tagħmel disponibbli għas-self titoli mixtrijin taħt il-PSPP, inklużi repos, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-PSPP.
Artikolu 10
Revoka
1. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) hija b'dan imħassra.
2. Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
(2) Ara l-Anness.
(3) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(5) Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
ANNESS
Deċiżjoni Mħassra
b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha
Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
Deċiżjoni (UE) 2015/2101 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/33) (ĠU L 303, 20.11.2015, p. 106)
Deċiżjoni (UE) 2015/2464 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/48) (ĠU L 344, 30.12.2015, p. 1).
Deċiżjoni (UE) 2016/702 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2016/8) (ĠU L 121, 11.5.2016, p. 24).
Deċiżjoni (UE) 2017/100 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji missettur pubbliku (BĊE/2017/1) (ĠU L 16, 20.1.2017, p. 51).