ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 36

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
7 ta' Frar 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/169 tas-6 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/170 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2020/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 ( ĠU L 027, 31.1.2020 )

13

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/169

tas-6 ta’ Frar 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja, jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja, kif ukoll projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport ta’ faħam mis-Somalja.

(2)

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2498 (2019). Dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid embargo ġenerali u komplet fuq l-armi fuq is-Somalja, u temenda l-eżenzjonijiet, approvazzjonijiet bil-quddiem u n-notifiki dwar it-twassil ta’ armi u materjali relatati lis-Somalja. Barra minn hekk, dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-faħam mis-Somalja u tintroduċi restrizzjonijiet fuq komponenti ta’ apparat splussiv improvviżat.

(3)

Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2020/170 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK f’konformità mal-UNSCR 2498(2019).

(4)

Xi wħud minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-għoti ta’ finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ huma maħsuba biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja; u

(ii)

tkun saret notifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Gvern Federali tas-Somalja jew, b’mod alternattiv, mill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-finanzjament, l-għajnuna finanzjarja, il-pariri tekniċi, l-għajnuna jew it-taħriġ, mill-anqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel kwalunkwe għoti ta’ tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ, f’konformità mal-paragrafu 11 tal-UNSCR 2498 (2019);”;

(b)

jiddaħħal il-punti li ġej:

“(ea)

l-għoti ta’ finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari fir-rigward tal-attivitajiet militari jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ huma maħsuba biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja; u

(ii)

tkun saret notifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ, ta’ kwalunkwe finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ, u l-Gvern Federali tas-Somalja ikun ġie infurmat b’mod parallel mill-anqas ħamest ijiem qabel f’konformità mal-paragrafi 12 u 15 tal-UNSCR 2498 (2019); u

(iii)

il-Kumitat ma jkunx ħa deċiżjoni negattiva fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi notifika;”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

l-għoti ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja għall-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ apparat militari mhux letali intenzjonat biss għall-użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, jew ta’ materjal maħsub għal programmi ta’ żvilupp tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, magħmul fil-qafas tal-Proċess ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni; jew

(b)

l-għoti ta’ pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ konness ma’ dan l-apparat mhux letali,

jekk dawn l-attivitajiet ikunu ġew innotifikati minn qabel u għall-informazzjoni tiegħu biss, lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Istat Membru, l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali fornituri.”.

(3)

Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tkun ipprovduta informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom ikunu rrispettati u d-data meħtieġa, għandhom ikunu kif determinati fid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll dikjarazzjonijiet doganali fil-leġislazzjoni doganali. (*1)

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1): ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”."

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3c

1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, l-esportazzjoni, il-provvista jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ komponenti ta’ apparat splussiv improvviżat kif elenkati fl-Anness III lis-Somalja mit-territorji tal-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri barra mit-territorji tal-Istati Membri, jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness I, ma tkunx tat awtoritazzjoni minn qabel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m’għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li turi li l-oġġett(i) ser jintużaw, jew ikun hemm riskju sinifikanti li jistgħu jintużaw, fil-manifattura ta’ apparat splussiv improvviżat fis-Somalja.

(5)

L-Anness III huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/170 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS III

LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3C

1.   

Tagħmir u apparat, mhux speċifikat fil-punt 2 fl-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK (1), iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).

2.   

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma fil- Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (2)).

3.   

Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkun fihom waħda jew aktar minn dawn:

L-isem tas-sustanza

Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM)  (3)

Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO)

6484-52-2 (nitrat tal-ammonju)

3102 30

3102 40

Nitroċellulożju (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu skont il-piż)

9004-70-0

 

Nitroglikol

55-63-0

ex 2920 90 70

Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN)

78-11-5

ex 2920 90 70

Klorur tal-pikril

88-88-0

ex 2904 99 00

2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT)

118-96-7

2904 20 00

4.   

Prekursuri ta’ splussivi:

L-isem tas-sustanza

Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM)

Nitrat tal-ammonju

6484-52-2

3102 30

Nitrat tal-potassju

7757-79-1

2834 21 00

Klorat tas-sodju

7775-09-9

2829 11 00

Aċidu nitriku

7697-37-2

ex 2808

Aċidu sulfuriku

7664-93-9

ex 2807


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).

(2)   ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.

(3)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura jittieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati mil-leġiżlazzjoni sussegwenti.


DEĊIŻJONIJIET

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/170

tas-6 ta’ Frar 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1).

(2)

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2498 (2019). Dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid embargo ġenerali u sħiħ fuq l-armi fuq is-Somalja u temenda l-eżenzjonijiet, l-approvazzjonijiet bil-quddiem u n-notifiki dwar il-kunsinna ta’ armi u materjali relatati lejn is-Somalja. Ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-faħam mis-Somalja, u tintroduċi wkoll restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-forniment u t-trasferiment ta’ apparat esplożiv improvviżat lejn is-Somalja.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan.

(4)

Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafi 3, 4 u 4a huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja (UNSOM);

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mill-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM);

(c)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u ta’ materjal ta’ kull tip, u l-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ ta’ jew l-użu mis-sħab strateġiċi tal-AMISOM, li joperaw unikament skont il-Kunċett Strateġiku tal-Unjoni Afrikana (UA) tal-5 ta’ Jannar 2012 (jew kunċetti strateġiċi sussegwenti tal-UA), u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-AMISOM;

(d)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, u l-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsuba unikament għall-appoġġ jew l-użu mill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ (EUTM) fis-Somalja;

(e)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, maħsub biss għall-użu mill-Istati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali li jieħdu miżuri biex jitrażżnu l-atti ta’ piraterija jew is-serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, fuq it-talba tal-Gvern Federali tas-Somalja li dwarha ntbagħtet notifika lis-Segretarjat Ġenerali u dment li kwalunkwe miżura li tittieħed tkun konsistenti mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli;

(f)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip u l-forniment ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja. Il-kunsinna tal-oġġetti stipulati fl-Annessi II u III, u l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti ta’ approvazzjoni jew ta’ notifika kif ġej:

(i)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip kif stipulat fl-Anness II maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ, kif stipulat fil-paragrafi 4a u 4b;

(ii)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip stipulat fl-Anness III u l-forniment ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi ta’ Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif stipulat fil-paragrafi 4 u 4b;

(iii)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip kif stipulat fl-Anness III u l-forniment ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari mill-Istati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali maħsub biss għall-iżvilupp tal-istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà Somali, ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 4b, u jistgħu jingħataw fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi tali notifika;

(g)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ lbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Somalja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema u persunal assoċjat fl-ambitu umanitarju u fil-qasam tal-iżvilupp għall-użu personali tagħhom biss;

(h)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għall-użu umanitarju jew protettiv, innotifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet ħamest ijiem ta’ xogħol minn qabel, u għall-informazzjoni tiegħu biss, mill-Istat Membru, l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali fornituri.

“4.   Il-Gvern Federali tas-Somalja għandu r-responsabbiltà ewlenija li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-inqas ħamest ijiem qabel bi kwalunkwe forniment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip stabbilit fl-Anness III u l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza finanzjarja u assistenza oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, lill-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, kif stipulat taħt il-punt (f)(ii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Alternattivament, l-Istati Membri li jfornu armi u materjal relatat jew pariri tekniċi, assistenza finanzjarja u assistenza oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari lill-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-inqas ħamest ijiem qabel, filwaqt li jinfurmaw lill-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni adatt fi ħdan il-Gvern Federali tas-Somalja dwar in-notifika u jagħti lill-Gvern Federali tas-Somalja appoġġ tekniku fil-proċeduri ta’ notifika fejn xieraq, skont il-paragrafi 13 u 14 tal-UNCSR 2498 (2019). In-notifiki għandhom jinkludu dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip, deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità, id-data proposta u l-post tal- kunsinna, u l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità ta’ destinazzjoni maħsuba fil-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew il-post maħsub għall-ħażna.

4a.   Il-Gvern Federali tas-Somalja għandu r-responsabbiltà ewlenija li jitlob approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol qabel bi kwalunkwe forniment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip elenkat fl-Anness II, lill-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, kif stipulat fil-punt (f)(iii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jitolbu approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, filwaqt li jinformaw lill-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni adatt fi ħdan il-Gvern Federali tas-Somalja dwar it-talba għal approvazzjoni u jagħtu lill-Gvern Federali tas-Somalja appoġġ tekniku bil-proċeduri ta’ notifika fejn xieraq, skont il-paragrafi 13 u 14 tal-UNSCR 2498 (2019).

Talbiet għall-approvazzjoni għandhom jinkludu dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi u materjal relatat ta’ kull tip, deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità, id-data proposta u l-post tal-kunsinna, u l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità ta’ destinazzjoni maħsuba fil-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew il-post maħsub għall-ħażna.”;

(ii)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

4b.   L-Istati Membri għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew jinnotifikawh kif ikun applikabbli dwar il-kunsinna ta’ kwalunkwe arma u materjal relatat ta’ kull tip stipulat fl-Annessi II u III, pariri tekniċi, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari lill-istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà tas-Somalja minbarra dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja skont il-punti (f)(i) u (f)(iii) tal-paragrafu 3, u għandhom jinfurmaw lill-Gvern Federali tas-Somalja b’mod parallel mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol minn qabel.”;

(iii)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, il-bejgħ mill-ġdid, it-trasferiment, jew it-tqegħid għall-użu ta’ kwalunkwe arma jew tagħmir militari, mibjugħ jew fornut biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà tas-Somalja ħlief dawk tal-Gvern Federali tas-Somalja, lil kwalunkwe individwu jew entità li ma jkunux fis-servizz tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja jew ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà tas-Somalja li oriġinarjament ġie mibjugħ jew fornut lilhom, jew lill-Istat Membru li qed ibigħ jew iforni jew l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali.”.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1c

1.   Soġġett għall-Artikolu 1(3), il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lis-Somalja ta’ komponenti ta’ apparat esplożiv improvviżat li jidhru fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, u li jingħataw fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorji tagħhom.

2.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lis-Somalja ta’ komponenti ta’ apparat esplożiv improvviżat oħra, kif elenkat fl-Anness V għal din id-Deċiżjoni, għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huma m’għandhomx jagħtu din l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li turi li l-oġġetti ser jintużaw, jew hemm riskju sinifikanti li jistgħu jintużaw, fil-manifattura fis-Somalja ta’ apparat esplożiv improvviżat.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il jum ta’ xogħol wara li jsir il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment. In-notifiki għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-iskop tal-użu tal-oġġetti, l-utent finali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità tal-oġġetti li jridu jiġu ttrasportati. Huma għandhom jiżguraw li l-Gvern Federali tas-Somalja u l-Istati Membri Federali jingħataw assistenza finanzjarja u assistenza teknika adegwata biex jistabbilixxu salvagwardji xierqa għall-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ dawn il-materjali.

4.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-eżerċizzju ta’ viġilanza minn persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom, fir-rigward tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta’ prekursuri esplożivi u materjali lejn is-Somalja li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ apparat esplożiv improvviżat, minbarra l-oġġetti elenkati fl-Annessi IV u V għal din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri tat-tranżazzjonijiet li jafu bihom rigward xiri suspettuż ta’ oġġetti oħra bħal dawn jew mistoqsijiet dwarhom minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fis-Somalja, u għandhom jaqsmu din l-informazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-Bord ta’ Esperti dwar is-Somalja.”.

(3)

l-Anness II jiġi sostitwit bl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

(4)

l-Anness III jiżdied kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

(5)

l-Anness IV jiżdied kif stabbilit fl-Anness III għal dan id-Deċiżjoni.

(6)

l-Anness V jiżdied kif stabbilit fl-Anness IV għal dan id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).


ANNESS I

“ANNESS II

LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNT (F)(I) TAL-ARTIKOLU 1(3)

1.   

Missili mill-art għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADS).

2.   

Armi b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u komponenti ddisinjati apposta għal dawn, u munizzjon assoċjat. (Dan ma jinkludix tagħmir li jispara r-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati).

3.   

Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm u munizzjon assoċjat.

4.   

Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjon u komponenti speċjali ddisinjati għal dawn l-oġġetti.

5.   

Kargi u apparat iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari; mini u materjal relatat.

6.   

Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni bil-lejl.

7.   

Inġenji tal-ajru, iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari (“Inġenji tal-ajru” tfisser inġenji tal-ajru bil-ġewnaħ fiss, ġewnaħ b’ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti, rotor li jista’ jinklina jew vettura bil-ġewnaħ inklinat, jew ħelikopter).

8.   

“Bastimenti” u vetturi amfibi ddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari. (“Bastiment” tinkludi kwalunkwe vapur, vettura b’effett tal-wiċċ, bastiment ta’ żona ta’ pjan tal-ilma żgħir jew aliskaf u l-buq jew parti tal-buq ta’ bastiment.)

9.   

Vetturi tal-ajru għall-ġlied bla bdot (elenkati bħala Kategorija IV fir-Reġistru tan-NU ta’ Armi Konvenzjonali).

”.

ANNESS II

“ANNESS III

LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNTI (F)(II) U (III) TAL-ARTIKOLU 1(3)

1.   

Kull tip ta’ arma b’kalibru sa 12,7 mm, u l-munizzjon assoċjat.

2.   

RPG-7 u azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, u l-munizzjon assoċjat.

3.   

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjoni militari, jew standards nazzjonali komparabbli.

4.   

Korazzi kontra l-balal jew ilbies protettiv, kif ġej:

(a)

korazzi kontra l-balal ratba jew ilbies protettiv, manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti tagħhom (standards jew speċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ frammentazzjoni);

(b)

korazzi kontra l-balal iebsa li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06 ta’ Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

5.   

Vetturi ta’ fuq l-art iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari.

6.   

Tagħmir ta’ komunikazzjoni ddisinjat jew immodifikat speċifikament għall-użu militari.

7.   

Tagħmir għall-ippożizzjonar tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), iddisinjat jew modifikat speċifikament għall-użu militari.

”.

ANNESS III

“ANNESS IV

LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(1)

1.   

Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina).

2.   

Tagħmir li jkun kemm maħsub apposta għal użu militari u ddiżinjat apposta biex jattiva, jimmotorizza b’output operattiv ta’ darba, jispara jew jiddetona Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs).

3.   

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafi 1 u 2. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma mill-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1).)

”.

(1)   ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.


ANNESS IV

ANNESS V

LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(2)

1.   

Tagħmir u apparat, mhux speċifikat fil-punt 2 tal-Anness IV, li jkun iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).

2.   

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” jinsabu fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.)

3.   

Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkollhom waħda jew aktar minn dawn:

(a)

Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO);

(b)

Nitroċellulożju (li fih aktar minn 12.5 % nitroġenu skont il-piż);

(c)

Nitroglikol;

(d)

Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

(e)

Klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT).

4.   

Prekursuri ta’ splussivi:

(a)

Nitrat tal-ammonju;

(b)

Nitrat tal-potassju;

(c)

Klorat tas-sodju;

(d)

Aċidu nitriku;

(e)

Aċidu sulfuriku.


Rettifika

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/13


Rettifika tar-Regolament (UE) 2020/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 27 tal-31 ta’ Jannar 2020 )

Fil-paġna 5, l-Anness għandu jinqara kif ġej:

“ANNESS

“‘ANNESS VIa

L-AMMONTI MASSIMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14(2)

(EUR)

Il-Belġju

10 076 707

Il-Bulgarija

70 427 849

Iċ-Ċekja

38 815 980

Id-Danimarka

11 371 893

Il-Ġermanja

148 488 749

L-Estonja

21 968 972

L-Irlanda

39 700 643

Il-Greċja

76 438 741

Spanja

250 300 720

Franza

181 388 880

Il-Kroazja

42 201 225

L-Italja

190 546 556

Ċipru

2 398 093

Il-Latvja

29 326 817

Il-Litwanja

48 795 629

Il-Lussemburgu

1 843 643

L-Ungerija

62 430 371

Malta

1 831 098

In-Netherlands

10 972 679

L-Awstrija

72 070 055

Il-Polonja

329 472 633

Il-Portugall

123 303 715

Ir-Rumanija

241 375 835

Is-Slovenja

15 337 318

Is-Slovakkja

56 920 680

Il-Finlandja

73 005 307

L-Iżvezja

52 887 719