ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
7 ta' Frar 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/171 tas-6 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/172 tas-6 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-3-fitażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri u l-ispeċijiet tat-tjur minuri l-oħra kollha, għall-għasafar ornamentali u dwar l-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd jew għal skopijiet ta’ tnissil, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil jew għat-tiġieġ għat-tnissil u għad-driefeġ u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 165/2008, (KE) Nru 505/2008 u (UE) Nru 327/2010 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/173 tas-6 ta’ Frar 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-blu brillanti FCF bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb ( 1 )

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174 tas-6 ta’ Frar 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

13

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/175 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 762)  ( 1 )

23

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament tan-NU Nru 126 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi diviżorji għall-protezzjoni tal-passiġġieri kontra bagalji maqlugħa minn posthom, fornuti bħala tagħmir mhux oriġinali tal-vettura [2020/176]

37

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/171

tas-6 ta’ Frar 2020

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

L-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, l-esteru tad-diżil, ramifikat u lineari, u l-ftalat tad-diżil u l-grupp ta’ sustanzi tal-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, tal-esteri alkiliċi di-C6-10; l-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-diesteri deċil u eżil u ottil imħallta flimkien ma’ ≥ 0,3 % tal-ftalat tad-diżil jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-fosfat tat-triksilil huwa sustanza li tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, tissodisfa l-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-perborat tas-sodju; l-aċidu perboriku, il-melħ tas-sodju u l-perossometaborat tas-sodju huma sustanzi li jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-5-sec-butil-2-(2,4-dimetilċikloeż-3-en-1-il)-5-metil-1,3-diossan [1], u l-5-sec-butil-2-(4,6-dimetilċikloeż-3-en-1-il)-5-metil-1,3-diossan [2] (li jkopru kull stereoisomeru individwali ta’ [1] u [2] jew kwalunkwe taħlita tagħhom) huma persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(e) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

It-2-(2H-benżotriażol-2-il)-4,6-ditertpentilfenol (UV-328); It-2,4-di-tert-butil-6-(5-klorobenżotriażol-2-il)fenol (UV-327); it-2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-(tert-butil)-6-(sec-butil)fenol (UV-350) u t-2-benżotriażol-2-il-4,6-tert-butilfenol (UV-320) huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi u/jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(d) u/jew (e) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Is-sustanzi kollha msemmija hawn fuq ġew identifikati u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, dawn ingħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tal-10 ta’ Novembru 2016 (3) u tal-5 ta’ Frar 2018 (4), skont l-Artikolu 58(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mill-partijiet interessati għal sejħiet għall-informazzjoni dwar l-impatti ekonomiċi, soċjali, tas-saħħa u ambjentali (spejjeż u benefiċċji) li possibbilment jista’ jkollha l-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tas-sustanzi proposti mill-Aġenzija fl-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet tagħha.

(7)

Għal kull sustanza inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita data li minnha għandhom ikunu pprojbiti t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni kif rikjest mill-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Aġenzija li timmaniġja l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. Għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, ma hemm l-ebda raġuni għaliex id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ tkun inqas minn 18-il xahar qabel id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedu l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent sabiex tiżgura kontroll xieraq tar-riskji. Skont it-tagħrif disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawk id-dispożizzjonijiet.

(9)

Peress li ma hemm l-ebda informazzjoni li tiġġustifika l-ħtieġa ta’ eżenzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi, mhuwiex xieraq li tiġi kkunsidrata tali eżenzjoni.

(10)

Peress li l-informazzjoni disponibbli dwar l-użi tas-sustanzi proposti hija limitata, mhuwiex xieraq li f’dan l-istadju jiġu stabbiliti perjodi ta’ reviżjoni, skont l-Artikolu 58(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(11)

It-triossosulfat tat-tetraċomb; it-tetraossosulaft tal-pentaċomb; iċ-ċomb oranġjo (it-tetraossidu taċ-ċomb) u l-monossidu taċ-ċomb (l-ossidu taċ-ċomb) huma sustanzi li jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Dawn is-sustanzi ġew identifikati u inklużi wkoll fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u ngħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament bir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tal-10 ta’ Novembru 2016 skont l-Artikolu 58(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament. L-użu taċ-ċomb u tal-komposti tiegħu huwa kopert mid- Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (5)u, sa ċertu punt, mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha li jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli (BAT, Best Available Techniques). Barra minn hekk, se jiġi eżaminat mill-ġdid il-valur ta’ limitu okkupazzjonali vinkolanti tal-Unjoni attwali u l-valur tal-limitu bijoloġiku vinkolanti għall-komposti taċ-ċomb skont id-Direttiva 98/24/KE. Għalhekk, u minħabba l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri aktar stretti fuq il-post tax-xogħol, huwa xieraq li jiġi pospost it-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE u l-predeċessuri tagħha, l-emissjonijiet taċ-ċomb u tal-komposti tiegħu fl-ambjent naqsu u qed ikomplu jonqsu, kif muri mir-rapporti tar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (PRTR Ewropew) u huwa mistenni aktar tnaqqis hekk kif jiġu adottati l-konklużjonijiet tal-BAT ġodda u hekk kif il-permessi jiġu aġġornati biex jirriflettuhom.

(12)

L-użi kollha tal-1-metil-2-pirrolidon (NMP) huma ristretti skont l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-NMP għandha proprjetajiet intrinsiċi simili għal dawk tal-N,N-dimetilaċetammid (DMAC) u tal-N,N-Dimetilformammid (DMF), u t-tliet sustanzi għandhom użi industrijali simili u jistgħu jitqiesu li huma interkambjabbli, tal-inqas għal xi użi, anki jekk b’mod ġenerali ma jistgħux jitqiesu bħala alternattivi ta’ sostituzzjoni (“drop-in”). Fid-dawl tas-similaritajiet tat-tliet sustanzi, u sabiex jiġi żgurat approċċ regolatorju konsistenti (7),jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-inklużjoni tal-NMP fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006tiġi posposta, kif sar għad-DMAC u d-DMF meta l-Kummissjoni qieset ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tas-17 ta’ Jannar 2013 (8) u tas-6 ta’ Frar 2014 (9), rispettivament.

(13)

Sabiex tiġi evitata l-obsolexxenza prematura ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma baqgħux jiġu prodotti wara d-dati tat-terminazzjoni msemmija fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, xi sustanzi (waħedhom jew f’taħlitiet) inklużi f’dak l-Anness jeħtieġ li jkunu disponibbli għall-produzzjoni ta’ partijiet ta’ rikambju għat-tiswija ta’ dawk l-oġġetti jew dawk il-prodotti kumplessi, meta dawk l-oġġetti jew dawk il-prodotti kumplessi ma jkunux jistgħux jaħdmu kif suppost mingħajr dawk il-partijiet ta’ rikambju, kif ukoll meta xi sustanzi tal-Anness XIV (waħedhom jew f’taħlitiet) ikunu meħtieġa għat-tiswija ta’ dawn l-oġġetti jew dawn il-prodotti kumplessi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal dawn l-użi, jenħtieġ li l-arranġamenti tranżizzjonali eżistenti jiġu estiżi, sabiex jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni ssimplifikata tal-awtorizzazzjonijiet f’każijiet bħal dawn. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tan-noti fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li tiġi riveduta sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija fir-rigward ta’ oġġetti u prodotti kumplessi fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-106/14 (10).

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/7th_axiv_recommendation_november2016_en.pdf/3e11377b-edd8-46d3-a29c-1978c41db3ad

(4)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/8th_axiv_recommendation_february2018_en.pdf/10a99e7d-0fac-ff1d-7f17-910d6edb61b9

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(6)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(7)  https://echa.europa.eu/rmoa/-/dislist/details/0b0236e181ffe81a

(8)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/4th_a_xiv_recommendation_17jan2013_en.pdf

(9)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/5th_a_xiv_recommendation_06feb2014_en.pdf/17ab7722-0164-4fe8-80b6-8b4ac76e8f0f

(10)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2015, Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD) u Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB), C-106/14, ECLI:EU:C:2015:576.


ANNESS

It-tabella fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 hija emendata kif ġej:

(1)

Jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

 

 

 

Arranġamenti tranżizzjonali

 

 

Nru

tal-Entrata

Proprjetà(jiet)

Intrinsiċi tas-Sustanza msemmija fl-Artikolu 57

L-aħħar data tal-applikazzjoni  (1)

Data tat-terminazzjoni  (2)

(Kategoriji ta’) użi eżentati

Perjodi ta’ reviżjoni

“44.

Aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, ester tad-diżil, ramifikat u lineari

Nru tal-KE: 271-093-5

Nru tal-CAS: 68515-50-4

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Awwissu 2021 (*)

is-27 ta’ Frar 2023 (**)

45.

Ftalat tad-diżil

Nru tal-KE: 201-559-5

Nru tal-CAS: 84-75-3

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Awwissu 2021 (*)

is-27 ta’ Frar 2023 (**)

46.

Aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri alkiliċi di-C6-10; aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, diesteri tad-deċil u tal-eżil u tal-ottil imħalltin flimkien ma’ ≥ 0,3 % tal-ftalat tad-diżil (Nru tal-KE 201-559-5)

Nru tal-KE: 271-094-0; 272-013-1

Nru tal-CAS: 68515-51-5; 68648-93-1

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Awwissu 2021 (*)

is-27 ta’ Frar 2023 (**)

47.

Fosfat tat-triksilil

Nru tal-KE: 246-677-8

Nru tal-CAS: 25155-23-1

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Novembru 2021 (*)

is-27 ta’ Mejju 2023 (**)

48.

Perborat tas-sodju; aċidu perboriku, melħ tas-sodju

Nru tal-KE: 239-172-9; 234-390-0

Nru tal-CAS: —

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Novembru 2021 (*)

is-27 ta’ Mejju 2023 (**)

49.

Perossometaborat tas-sodju

Nru tal-KE: 231-556-4

Nru tal-CAS: 7632-04-4

Tossiku għar-riproduzzjoni (il-Kategorija 1B)

is-27 ta’ Novembru 2021 (*)

is-27 ta’ Mejju 2023 (**)

50.

5-sec-butil-2-(2,4-dimetilċikloeż-3-en-1-il)-5-metil-1,3-diossan [1], 5-sec-butil-2-(4,6-dimetilċikloeż-3-en-1-il)-5-metil-1,3-diossan [2] [li jkopri kull stereoisomeru individwali ta’ [1] u [2] jew kwalunkwe taħlita tagħhom]

Nru tal-KE: —

Nru tal-CAS: —

vPvB

is-27 ta’ Frar 2022 (*)

is-27 ta’ Awwissu 2023 (**)

51.

2-(2H-benżotriażol-2-il)-4,6-ditertpentilfenol (UV-328)

Nru tal-KE: 247-384-8

Nru tal-CAS: 25973-55-1

PBT, vPvB

is-27 ta’ Mejju 2022

is-27 ta’ Novembru 2023

52.

2,4-di-tert-butil-6-(5-klorobenżotriażol-2-il)fenol (UV-327)

Nru tal-KE: 223-383-8

Nru tal-CAS: 3864-99-1

vPvB

is-27 ta’ Mejju 2022

is-27 ta’ Novembru 2023

53.

2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-(tert-butil)-6-(sec-butil)fenol (UV-350)

Nru tal-KE: 253-037-1

Nru tal-CAS: 36437-37-3

vPvB

is-27 ta’ Mejju 2022

is-27 ta’ Novembru 2023

54.

2-benżotriażol-2-il-4,6-di-tert-butilfenol (UV-320)

Nru tal-KE: 223-346-6

Nru tal-CAS: 3846-71-7

PBT, vPvB

is-27 ta’ Mejju 2022

is-27 ta’ Novembru 2023

(2)

Is-simbolu “(*)” jiddaħħal ħdejn id-data indikata fil-kolonna “L-aħħar data tal-applikazzjoni” għall-entrati tas-sustanzi li ġejjin: 32-43.

(3)

Is-simbolu “(**)” jiddaħħal ħdejn id-data indikata fil-kolonna “Data tat-terminazzjoni” għall-entrati tas-sustanzi li ġejjin: 32-43.

(4)

In-noti wara t-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(*)

L-1 ta’ Settembru 2021 għall-użu tas-sustanza fil-produzzjoni ta’ partijiet ta’ rikambju bħala oġġetti jew bħala prodotti kumplessi għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi, li l-produzzjoni tagħhom tkun waqfet jew li tkun se tieqaf qabel id-data tat-terminazzjoni indikata fl-entrata għal dik is-sustanza, meta dik is-sustanza tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti u jew dawk il-prodotti kumplessi u dawn ma jkunux jistgħu jaħdmu kif suppost mingħajr dik il-parti ta’ rikambju u dik il-parti ta’ rikambju ma tistax tiġi prodotta mingħajr dik is-sustanza, u għall-użu tas-sustanza (waħedha jew f’taħlita) għat-tiswija ta’ tali oġġetti u prodotti kumplessi meta dik is-sustanza waħedha jew f’taħlita tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti u dawk il-prodotti kumplessi u dawn ma jistgħux jissewwew b’xi mod ieħor għajr bl-użu ta’ dik is-sustanza.

(**)

L-1 ta’ Marzu 2023 għall-użu tas-sustanza fil-produzzjoni ta’ partijiet ta’ rikambju bħala oġġetti jew bħala prodotti kumplessi għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li l-produzzjoni tagħhom tkun waqfet jew li tkun se tieqaf qabel id-data tat-terminazzjoni indikata fl-entrata għal dik is-sustanza, meta dik is-sustanza tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti u dawk il-prodotti kumplessi u dawn ma jkunux jistgħu jaħdmu kif suppost mingħajr dik il-parti ta’ rikambju, u għall-użu tas-sustanza (waħedha jew f’taħlita) għat-tiswija ta’ tali oġġetti u prodotti kumplessi, meta dik is-sustanza waħedha jew f’taħlita tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti u dawk il-prodotti kumplessi u dawn ma jistgħux jissewwew b’xi mod ieħor għajr bl-użu ta’ dik is-sustanza.

(***)

Ma tissodisfax il-kriterji għall-identifikazzjoni bħala karċinoġenu jekk tinkludi < 0,005 % (skont il-piż) ta’ benżo[a]piren (Nru Einecs 200-028-5).”


(1)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii).

(2)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i).


7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/172

tas-6 ta’ Frar 2020

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-3-fitażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri u l-ispeċijiet tat-tjur minuri l-oħra kollha, għall-għasafar ornamentali u dwar l-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd jew għal skopijiet ta’ tnissil, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil jew għat-tiġieġ għat-tnissil u għad-driefeġ u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 165/2008, (KE) Nru 505/2008 u (UE) Nru 327/2010 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

It-3-fitażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna u għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2), għat-tiġieġ tal-bajd u għad-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 (3), għall-papri bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 165/2008 (4), għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2008 (5), u għal speċijiet tat-tjur minuri, għajr il-papri, u għall-għasafar ornamentali bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2010 (6).

(3)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, inbagħtet applikazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-3-fitażi prodott mill- Aspergillus niger (CBS 101.672) bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ (miftuma), għall-ħniezer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-smina, għall-papri u għall-ispeċijiet tat-tjur minuri oħra u għall-għasafar ornamentali, u għal użu ġdid għal tiġieġ imrobbija għall-bajd jew għal skopijiet tat-tnissil, għal dundjani mrobbija għat-tnissil jew għal tiġieġ għat-tnissil u għad-driefeġ fejn talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 7(3) u 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Frar 2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda data li turi li l-addittiv (7)jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv huwa sensitizzatur repiratorju u jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi tal-għalf. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa effikaċi fit-titjib tad-diġestibilità tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd jew għal skopijiet ta’ tnissil, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil jew tiġieġ għat-tnissil u għad-driefeġ. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tat-3-fitażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-3-fitażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 101.672) bħala addittiv fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 165/2008, (KE) Nru 505/2008 u (UE) Nru 327/2010 jitħassru.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u l-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat u mġedded bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolamenti (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 165/2008, (KE) Nru 505/2008 u (UE) Nru 327/2010 huma mħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 tas-6 ta’ Marzu 2007 Regolament tal-Kummissjoni (KE) rigward l-awtorizzazzjoni ta’ 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 tal-1 ta’ Ottubru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 165/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 33).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2010 tal-21 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ 3-phytase bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tat-tjur minuri minbarra l-papri, u għall-għasafar ornamentali (ĠU L 100, 22.4.2010, p. 3).

(7)  EFSA Journal 2019;17(3):5640.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unità ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ indewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a1600

BASF SE

3-fitażi

EC 3.1.3.8

Kompożizzjoni kimika

3-fitażi prodott

mill-Aspergillus niger (CBS 101.672)

li għandu attività minima ta’:

Forma solida: 5 000 FTU (1)/g

Forma likwida: 5 000 FTU/ml

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-fitażi prodott

mill-Aspergillus niger (CBS 101.672)

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat mill-enżima mis-substrat tal-fitat.

Driefeġ

(tal-ħalib u miftuma)

Ħnieżer nisa

-

500 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun permezz ta’ proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u l-protezzjoni tal-ġilda.

27.2.2030

Ħnieżer tas-simna

-

100 FTU

 

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd/għat-tnissil

-

375 FTU

 

Tiġieġ tal-bajd

Dundjani tas-simna

Dundjani mrobbija għat-tnissil u t-tiġieġ għat-tnissil

Għasafar ornamentali u l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri, minbarra l-papri

-

250 FTU

 

Papri

-

300 FTU

 


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 micromole ta’ fosfat inorganiku kull minuta mill-fitat tas-sodju f’pH ta’ 5,5 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/173

tas-6 ta’ Frar 2020

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-blu brillanti FCF bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-blu brillanti FCF ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-klieb u l-qtates, li jappartjeni għall-grupp “sustanzi li jagħtu l-kulur li jinkludu pigmenti” taħt l-intestatura “is-sustanzi li jagħtu l-kulur lill-għalf għall-bhejjem awtorizzati minn regoli tal-Komunità”. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, b’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-blu brillanti FCF bħala addittiv tal-għalf għall-klieb u l-qtates. L-applikant talab li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u fil-grupp funzjonali “koloranti”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-blu brillanti FCF ma jkollux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali. Ikkonkludiet ukoll li s-sustanza jenħtieġ li titqies bħala periklu ta’ inalazzjoni għall-utent tal-addittiv u li, fin-nuqqas ta’ data dwar l-irritazzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn, tista’ titqies bħala potenzjalment irritanti għall-ġilda u/jew għall-għajnejn. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (4), il-fażi I tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali ddeterminat li l-Blu Brillanti FCF, bħala addittiv maħsub għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel, huwa eżentat minn valutazzjoni ulterjuri minħabba n-nuqqas ta’ probabbiltà li jkollu effett ambjentali sinifikanti, peress li ma hemmx evidenza b’bażi xjentifika għat-tħassib li ġie identifikat mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha msemmija hawn fuq. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ikkonċernat huwa effettiv fiż-żieda tal-kulur lill-għalf. L-Awtorità ma tqisx li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Blu Brillanti FCF turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “koloranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta’ Awwissu 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Frar 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u tikkettati qabel is-27 ta’ Frar 2022 skont ir-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Frar 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2013; 11(7):3288.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti. (i) sustanzi li jżidu jew jagħtu lura l-kulur fl-oġġetti tal-ikel

2a133

Blu Brillanti FCF

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Il-Blu Brillanti FCF deskritt bħala l-melħ tas-sodju bħala l-komponent ewlieni.

Għamla solida (trab)

————————————

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fil-melħ tas-sodju:

Disodju α-(4-(N-etil-3-sulfonatobenżilammino) fenil)-α-(4-N-etil-3-sulfonatobenżilammino) ċikloeża-2,5-dieniliden) toluwen-2- sulfonat

L-imlieħ tal-kalċju u tal-potassju huma wkoll permessi.

Formula kimika: C37H34N2Na2O9S3

Forma solida (trab) prodotta b’sinteżi kimika

Numru CAS: 3844-45-9

Kriterji ta’ purità

Kontenut mhux inqas minn 85 % tas-sustanzi kollha koloranti, ikkalkulati bħala l-melħ tas-sodju (assaġġ)

Materja insolubbli fl-ilma: ≤ 0,2 %

Sustanzi koloranti sussidjarji: ≤ 6 %

Komposti organiċi minbarra

mterjali koloranti:

Is-somma tal-aċidi 2-,3-u 4-formil benżen sulfoniċi ≤ 1,5 %

aċidu 3-((etil)(4-sulfofenil)ammino)metil benżen sulfoniku ≤ 0,3 %

Lewkobażi: ≤ 5 %

Ammini aromatiċi primarji mhux sulfonati: ≤ 0,01 % (ikkalkulati bħala anilina)

Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bl-etere: ≤ 0,2 % minn soluzzjoni ta’ pH 7

————————————

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali tas-sustanza koloranti tal-blu brillanti FCF fl-addittiv tal-għalf:

Spettrofotometrija f’630 nm u titrazzjoni bil-klorur tat-titanju kif deskritt fi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 li jirreferi għall-FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications (Analytical methods Vol. 4); u l-Monografu Nru 1 (2006) “Brilliant Blue FCF”.

Għall-kwantifikazzjoni tal-blu brillanti fl-oġġetti tal-għalf:

kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja flimkien ma’ spettrometrija ta’ massa f’tandem (LC-MS/MS)

Qtates

-

-

278

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

Is-27 ta’ Frar 2030

Klieb

-

-

334


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


DEĊIŻJONIJIET

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/174

tas-6 ta’ Frar 2020

dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2019, il-manifatturi Toyota Motor Europe NV/SA, Opel Automobile GmbH – PSA, FCA Italy S.p.A., Automobile Citroën, Automobile Peugeot, PSA Automobiles SA, Mitsubishi Electric Corporation, Audi AG, Ford Werke GmbH, Jaguar Land Rover Ltd, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Bayerische Motoren Werke AG, Renault SA, Honda Motor Europe Ltd, Volkswagen AG, Volkswagen Nutzfahrzeuge, Daimler AG, Denso Corporation u SEG Automotive Germany GmbH ippreżentaw applikazzjoni konġunta (“l-applikazzjoni”) għall-approvazzjoni, bħala teknoloġija innovattiva, tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt, għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri u fil-vetturi kummerċjali ħfief b’sistemi ta’ motopropulsjoni b’magna bil-kombustjoni interna.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u (UE) Nru 427/2014 (3) u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018). Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn rapport ta’ verifika mwettaq minn korp indipendenti u ċċertifikat.

(3)

It-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt li jikkonvertu l-enerġija mekkanika fl-enerġija elettrika b’ċerta rata tal-effiċjenza tal-konverżjoni diġà ġiet approvata għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/EU (5), 2014/465/UE (6), (UE) 2015/158 (7), (UE) 2015/295 (8), (UE) 2015/2280 (9) u (UE) 2016/588 (10) u għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1876 (11) (li se ssir referenza għalihom b’mod konġunt bħala “id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-passat dwar l-approvazzjoni”) bħala teknoloġija innovattiva li kapaċi tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 b’tali mod li mhux kopert mill-kejl li jsir bħala parti mit-test tal-emissjonijiet skont iċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (12).

(4)

L-applikazzjoni, madankollu, tirreferi għall-proċedura tat-test standard il-ġdida, il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (13), u jintwera li anke l-kejl imwettaq bħala parti mit-test tal-emissjonijiet skont id-WLTP ma jkoprix l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mit-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt.

(5)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li jikkonċernaw it-teknoloġiji li jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza tal-alternaturi fil-qafas tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-passat dwar l-approvazzjoni kif ukoll abbażi tar-rapporti u l-informazzjoni l-oħra pprovduta mal-applikazzjoni, intwera b’mod sodisfaċenti u konklużiv li t-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt tissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/631 u l-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014.

(6)

L-applikazzjoni tistabbilixxi metodoloġija għall-ittestjar tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt fil-karozzi tal-passiġġieri u fil-vetturi kummerċjali ħfief. Barra milli tirreferi għad-WLTP, dik il-metodoloġija hija differenti mill-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-passat dwar l-approvazzjoni, prinċipalment fid-definizzjoni tal-konsum tal-enerġija, id-definizzjoni tal-veloċità medja u l-użu ta’ proċedura ta’ prova.

(7)

Huwa xieraq li jiġu aġġustati d-definizzjonijiet tal-konsum tal-enerġija u l-veloċità medja sabiex titqies id-WLTP. Madankollu, rigward iż-żieda mal-metodoloġija tal-ittestjar ta’ proċedura ta’ prova għall-alternatur, l-applikazzjoni ma tistabbilixxix bi preċiżjoni biżżejjed id-dettalji ta’ kif jenħtieġ li titwettaq tali proċedura ta’ prova u lanqas kif jenħtieġ li jitqiesu l-effetti tal-prova. Barra minn hekk, diġà huwa integrali għall-metodoloġija tal-ittestjar eżistenti stabbilita fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-passat dwar l-approvazzjoni li tali effetti jistgħu jitqiesu, fejn meħtieġ, bir-rekwiżit li l-effiċjenza tal-alternatur għandha titkejjel mill-inqas ħames darbiet. Billi l-effiċjenza tal-alternaturi tiġi ddeterminata abbażi tal-medja tar-riżultati tal-kejl, kwalunkwe effett ta’ prova, pożittiv jew negattiv, jista’ għalhekk jitqies b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-effiċjenza finali, fejn meħtieġ billi jiżdied l-għadd ta’ drabi li jsir il-kejl. F’dak l-isfond, mhuwiex xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi kkomplementata bi proċedura ta’ prova speċifika addizzjonali bħal dik proposta fl-applikazzjoni.

(8)

Huwa xieraq ukoll li jinżammu r-rati tal-effiċjenza tal-konverżjoni fl-istess livelli bħal dawk diġà approvati mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-passat dwar l-approvazzjoni, filwaqt li jitqies li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tappoġġa l-fatt li l-alternaturi b’rata aktar baxxa tal-effiċjenza tal-konverżjoni jissodisfaw ir-rekwiżit tal-penetrazzjoni tas-suq stabbilit fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014.

(9)

Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-metodoloġija tat-test aġġustata jenħtieġ li titqies xierqa biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġija innovattiva kkonċernata.

(10)

Il-manifatturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li, għal dak il-għan, il-manifatturi jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija użata fl-alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat skont il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f’din id-Deċiżjoni.

(11)

Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa’ tal-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt fil-vetturi l-ġodda, il-manifattur jenħtieġ li jkollu wkoll il-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni waħda għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn diversi alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li, meta tintuża dik il-possibbiltà, jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta’ dawk l-alternaturi li joffru l-ogħla effiċjenza.

(12)

Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni. Meta tingħata ċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba.

(13)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), hemm bżonn li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva.

(14)

Mill-2021, il-konformità tal-manifatturi mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati skont id-WLTP. L-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġija innovattiva ċċertifikata b’referenza għal din id-Deċiżjoni jista’ għalhekk jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi mis-sena kalendarja 2021 ’il quddiem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Teknoloġija innovattiva

It-teknoloġija tal-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt maħsubin għall-konverżjoni tal-enerġija mekkanika fl-enerġija elettrika hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li mhijiex koperta mill-proċedura tat-test standard stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151 u sakemm it-teknoloġija innovattiva tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tintuża fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna (M1) u fil-vetturi kummerċjali ħfief (N1);

(b)

tintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura, u biex talimenta s-sistema elettrika tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun operattiva;

(c)

ikollha effiċjenza, jiġifieri r-rata tal-konverżjoni tal-potenza mekkanika f’elettrika, ta’ mill-inqas:

(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol ħlief dawk bit-turboċarġer;

(ii)

73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol li għandhom turboċarġer;

(iii)

74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija approvata skont l-Artikolu 1 (“it-teknoloġija”) f’alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt wieħed jew aktar b’referenza għal din id-Deċiżjoni.

2.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ġew issodisfati.

3.   Fejn l-iffrankar ikun ġie ċċertifikat skont l-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat tas-CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikati tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar tas-CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija f’aktar minn alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt fir-rigward ta’ verżjoni waħda ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt ittestjati joffru l-inqas iffrankar tas-CO2. Dak il-valur għandu jintuża għall-finijiet tal-paragrafu 3.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 iċċertifikat li jkun ġie ddeterminat skont il-paragrafu 1 jew 2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.

4.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test u dan iżżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 2(2), u għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni kemm-il darba din titlobha.

5.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 biss jekk issib li t-teknoloġija użata fl-alternatur jew fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, u jekk l-iffrankar tas-CO2 miksub ikun ta’ 0,5 g CO2/km jew ogħla, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 fil-każ ta’ karozzi tal-passiġġieri jew tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

1.   It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni tingħata l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 29.

2.   L-iffrankar tas-CO2 irreġistrat skont ir-referenza għal dan il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi mis-sena kalendarja 2021 ’il quddiem.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1) https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta’ Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta’ Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta’ effiċjenza għolja ta’ 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25).

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1876 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 53.)

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 ta’ alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt f’karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief b’sistema ta’ motopropulsjoni b’magna tal-kombustjoni interna [li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 1 b’referenza għall-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief]

1.   DAĦLA

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu ta’ alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt f’vettura tal-passiġġieri u f’vettura kummerċjali ħafifa b’sistema ta’ motopropulsjoni b’magna tal-kombustjoni interna, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-affarijiet li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

it-tagħmir tat-test;

(3)

il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza totali;

(4)

il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2;

(5)

il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli bil-Latin

Image 1

-

Iffrankar ta’ CO2 [g ta’ CO2/km]

CO2

-

Diossidu tal-karbonju

CF

-

Il-fattur tal-konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

h

-

Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

I

-

L-intensità tal-kurrent li fih għandu jsir il-kejl [A]

m

-

In-numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl tal-kampjun

M

-

It-torque [Nm]

n

-

Il-frekwenza rotazzjonali [min-1] kif iddefinita fit-Tabella 1

P

-

Il-potenza [W]

sηEI

-

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [%]

Image 2

-

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [%]

Image 3

-

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

U

-

Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jsir il-kejl [V]

v

-

Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-ċiklu ta’ ttestjar għall-vetturi light-duty armonizzat fuq livell dinji (WLTC) [km/h]

VPe

-

Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2

Image 4

-

Is-sensittività tal-iffrankar ikkalkulat tas-CO2 b’rabta mal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv

Simboli Griegi

Δ

-

Differenza

η

-

L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi [%]

ηEI

-

L-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti [%]

Image 5

-

L-effiċjenza medja tal-alternatur ekoinnovattiv fil-punt operatorju i [%]

Sottoskritti

L-indiċi (i) jirreferi għall-punt operatorju

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

EI

-

Ekoinnovattiv

m

-

Mekkaniku

RW

-

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

-

Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

-

Xenarju bażi

3.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).

4.   IT-TAGĦMIR TAT-TEST

It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).

5.   KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA

L-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti ta’ 12-il Volt għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012 (1), ħlief għall-elementi speċifikati f’dan il-paragrafu.

Il-kejl għandu jsir f’diversi punti operatorji i, kif iddefinit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti operatorji kollha. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta’ 14,3 V.

Tabella 1

Il-punt operatorju

i

Il-ħin tal-istabilizzazzjoni

[s]

Il-frekwenza rotazzjonali

ni [min-1]

Il-frekwenza

hi

1

1 200

1 800

0,25

2

1 200

3 000

0,40

3

600

6 000

0,25

4

300

10 000

0,10

L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 1.

Formula 1

Image 6

Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b’mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-medja tal-kejl f’kull punt operatorju (Image 7)għandha tiġi kkalkulata.

L-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv (ηEI)għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 2.

Formula 2

Image 8

L-alternatur effiċjenti jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formola 3.

ΔPm = ΔPmRW - ΔPmTA

fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formola 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formola 5.

Formula 4

Image 9

Formula 5

Image 10

Fejn:

PRW

:

Il-potenza meħtieġa fil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], jiġifieri 750 W;

PTA

:

Il-potenza meħtieġa fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [W], li hija 350 W

ηB

:

L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi [%], li hija 67 %

6.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2

L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur effiċjenti għandu jiġi kkalkulat bil-Formola 6.

Formula 6

Image 11

Fejn:

v

:

Il-veloċità medja tas-sewqan tad-WLTC [km/h], li hija 46,60 km/h

VPe

:

Il-konsum tal-potenza effettiva speċifikat fit-Tabella 2 li ġejja:

Tabella 2

Il-konsum tal-potenza effettiva

Tip ta’ magna

Il-konsum tal-potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Petrol bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

CF: Il-fattur speċifikat fit-Tabella 3 li ġejja:

Tabella 3

Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta’ fjuwil

Fattur tal-konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) (CF)

[gCO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

7.   KALKOLU TAL-LIVELL TAL-IŻBALL STATISTIKU

L-iżbalji tal-istatistika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt operatorju skont il-Formula 7:

Formula 7

Image 12

Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti (sηEI) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 8:

Formula 8

Image 13

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (sηEI) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Image 14). Dak l-iżball għandu jiġi kkalkulat skont il-Formola 9:

Formula 9

Image 15

8.   SINIFIKAT STATISTIKU

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bl-alternatur effiċjenti jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formola 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta’ CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta’ ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formola 10).

Formula 10

Image 16

Fejn:

MT

:

Il-limitu minimu [gCO2/km]

Image 17

:

Iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km]

Image 18

:

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km]

Image 19

:

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur tax-xenarju bażi

Image 20

għandu jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4:

Tabella 4

Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa ż-żejda

Petrol (

Image 21

) [g CO2/km kg]

0,0277•Δm

Diżil (

Image 22

) [g CO2/km kg]

0,0383•Δm

Fit-Tabella 4, “Δm” jirreferi għall-massa ż-żejda minħabba l-installazzjoni tal-alternatur effiċjenti. Din hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur tax-xenarju bażi. Il-massa tal-alternatur tax-xenarju bażi hija ta’ 7 kg. Il-manifattur irid jgħaddi d-dokumentazzjoni vverifikata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar l-evalwazzjoni tal-massa ż-żejda.

9.   RAPPORT TAT-TEST U TA’ EVALWAZZJONI

Ir-rapport għandu jinkludi:

Il-mudell u l-massa tal-alternaturi ttestjati

Id-deskrizzjoni tal-bank tat-test

Ir-riżultati tat-test (il-valuri mkejla)

Ir-riżultati kkalkulati u l-formoli korrispondenti.

10.   L-ALTERNATUR EFFIĊJENTI LI GĦANDU JIĠI INSTALLAT FIL-VETTURI

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur effiċjenti u mal-alternatur tax-xenarju bażi billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f’dan l-Anness. F’każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.


(1)  L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq – Alternaturi bir-regolaturi – Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ġenerali

Numru ta’ referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta’ Ġunju 2012.


7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/175

tas-6 ta’ Frar 2020

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2020) 762)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/47 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn kienu jinżammu t-tjur tat-trobbija f’ċerti Stati Membri, u l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza minn dawk l-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 tistipula li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom tal-inqas jinkludu ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’dak l-Anness.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2020/47 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/134 (5), wara istanzi ta’ influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur tat-trobbija fil-Polonja u fis-Slovakkja li kien jeħtieġ li jiġu riflessi f’dak l-Anness.

(4)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/134, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat addizzjonali tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżammu t-tjur tat-trobbija, fid-distretti ta’ Wolsztynski u Raciborski, barra ż-żoni li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni (UE) 2020/47, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ħadu l-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat il-ġodda.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadet il-Polonja f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Polonja, huma ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat riċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(6)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Polonja, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza l-ġodda stabbiliti f’dak l-Istat Membru f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 jiġu emendati.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/47 biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkludi ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Polonja, skont id-Direttiva 2005/94/KE, u t-tul tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 tiġi emendata skont dan.

(9)

Meta titqies l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward il-firxa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8, jenħtieġ li l-emendi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/47 tal-20 ta’ Jannar 2020 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 16, 21.1.2020, p. 31).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/134 tat-30 ta’ Jannar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi b’rabta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 27, 31.1.2020, p. 27).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

PARTI A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 2:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-Reġjun ta’ Vysočina:

Borovec (763446), Dolní Čepí (773514), Horní Čepí (773522), Kozlov u Lesoňovic (680257), Lískovec u Nedvědice (773557), Olešnička (763454), Štěpánov nad Svratkou (763462), Švařec (669601), Ujčov (773565), Vrtěžíř (763471)

10.2.2020

Stat Membru: L-Ungerija

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Komárom-Esztergom megye:

Ács és Bábolna települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846, a 47.690195 és a 17.995825, valamint a 47.686220 és a 17.987319 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

17.2.2020

Hajdú-Bihar megye:

Kokad és Létavértes települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

8.2.2020

Stat Membru: Is-Slovakkja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta’ Nitra:

Muniċipalitajiet: Zbehy, Čajakovce

30.1.2020

Ir-reġjun ta’ Trnava:

Muniċipalità: Cífer

10.2.2020

Ir-reġjun ta’ Pezinok:

Muniċipalità: Jablonec

10.2.2020

Ir-reġjun ta’ Čadca:

Muniċipalitajiet: Stará Bystrica, Radôstka

18.2.2020

Stat Membru: Il-Polonja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

W województwie lubelskim, w powiecie lubartowskim:

W gminie Uścimów miejscowości: Stary Uścimów, Nowy Uścimów, Drozdówka, Głębokie, Maśluchy, Orzechów Kolonia; Nowy Orzechów, Stary Orzechów

29.1.2020

W województwie lubelskim, w powiecie krasnostawskim:

1.

W gminie Izbica miejscowości: Wólka Orłowska, Topola, Orłów Drewniany, Orłów Drewniany Kolonia, Wał, Dworzyska, część miejscowości Izbica położona na północ od ulic Stokowej, Cichej, Targowej i Gminnej, północno – wschodnia część miejscowości Tarnogóra położona na wschód od rzeki Wieprz, część miejscowości Romanów położona na wschód od drogi 2141L;

2.

W gminie Krasnystaw miejscowości: Latyczów, Małochwiej Mały;

3.

W gminie Żółkiewka miejscowości: Borówek, Borówek Kolonia, Makowiska, Olchowiec Wieś, Olchowiec Kolonia, Poperczyn, Wola Żółkiewska;

4.

W gminie Gorzków miejscowości: Czysta Dębina, Borów.

29.1.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

Część gmin Ostrów Wielkopolski i Przygodzice odgraniczone: od północy od przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w Ostrowie Wielkopolskim, dalej ulicą Gorzycką w kierunku zachodnim do kościoła w miejscowości Gorzyce Wielkie. W kierunku południowym mijając od wschodu wsie Radziwiłłów do miejscowości Gorzyce Małe. Następnie do drogi nr 445 i ciekiem wodnym przez las i niezamieszkałą część ulicy Kwiatowej w miejscowości Tarchały Wielkie. Następnie na wschód ulicą długą w miejscowości Topola Wielka do miejscowości Janków Przygodzki wzdłuż ulicy Długiej do skrzyżowania z ulicą Zębcowską. Na północ wzdłuż ulicy Zębcowskiej w Jankowie Przygodzkim do ulicy Staroprzygodzkiej w Ostrowie Wielkopolskim. Wzdłuż ulicy Staroprzygodzkiej do ulicy Siewnej, następnie na północny zachód ulicą Długą w miejscowości Ostrów Wielkopolski do ulicy Krętej, dalej wzdłuż ulicy Krętej i dalej ulicy Bocznej do przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w miejscowości Ostrów Wielkopolski.

26.1.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Słaborowice, Lewków, Szczury, Kwiatków, Kołątajew, Franklinów, Młynów, Będzieszyn, Michałków, Czekanów

8.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowość: Wysocko Wielkie

2.

W gminie Przygodzice miejscowości: Janków Przygocki, Przygodzice, Wysocko Małe

8.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

W gminie Raszków miejscowości: Rąbczyn, Jelitów, Jaskółki, Radłów, południowa część miejscowości Przybysławice od numeru 144 do nr 35

2.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Zacharzew, Lamki, Zalesie, Świeligów

3.

Cześć północno - zachodnia miasta Ostrów Wielkopolski od ulicy Miodowej nr 5, Radłowskiej 65 przez ulice Profesora Jachimka, Przymiejską, Krotoszyńską, Owsianą do ulicy Topolowej 62

13.2.2020

W województwie wielkopolskim w powiecie wolsztyńskim:

1.

W gminie Wolsztyn miejscowości: Berzyna, Stary Widzim Piekiełko, Adamowo Piekiełko, Kębłowo Kolonia, część miejscowości Niałek Wielki położona na południe od drogi nr 32

20.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Olszówka miejscowości: Drzewce, Młynik, Łubianka, Ostrów Kolonia, Adamin,

2.

W gminie Dąbie miejscowości: Tarnówka Wiesiołowska, Baranowiec, Tarnówka, Zalesie

5.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie szamotulskim

W gminie Ostroróg miejscowości: Zapust, Wielonek, Klemensowo, Rudki Huby, Ostroróg

15.2.2020

W województwie wielkopolskim w powiecie wolsztyńskim:

1.

W gminie Wolsztyn miejscowości: Berzyna, Stary Widzim Piekiełko, Adamowo Piekiełko, Kębłowo Kolonia, część miejscowości Niałek Wielki położona na południe od drogi nr 32

20.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiecie myśliborskim:

1.

W gminie Myślibórz miejscowości: Rościn, Rościnko, Rokicienko, Gryżyno, Dąbrowa-osada, Nawrocko, Iłowo, Wrzelewo, Pszczelnik;

2.

W gminie Dębno miejscowość: Juncewo

8.2.2020

W województwie dolnośląskim w powiatach legnickim i złotoryjskim:

1.

W powiecie legnickim w gminie Chojnów miejscowości: Strupice, Budziwojów, Dzwonów, Gołocin, Pawlikowice;

2.

W powiecie złotoryjskim w gminie Zagrodno miejscowość: Brochocin;

3.

W powiecie złotoryjskim w gminie Złotoryja miejscowości: Podolany, Kolonia Kwiatów m. Lubiatów,

9.2.2020

W województwie warmińsko – mazurskim w powiecie iławskim

W gminie Zalewo: Rąbity, Międzychód, Zatyki, Surbajny, Koziny, Kupin, Rudnia

20.2.2020

W województwie śląskim w powiecie raciborskim:

W gminie Kuźnia Raciborska, miejscowości: Ruda Kozielska, część miejscowości Rudy połozona na zachód od drogi nr 919

20.2.2020

Stat Membru: Ir-Rumanija

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Județul Maramureș

Oraș Seini

Oraș Seini - localitatea Săbișa

13.2.2020

Județul Satu Mare

Comuna Pomi, localitatea Pomi

13.2.2020

PARTI B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-Reġjun ta’ Vysočina:

Blažejovice u Rozsoch (742414), Bolešín (781037), Bor u Nedvědice (747114), Bratrušín (617008), Brťoví (733407), Bukov na Moravě (615757), Bystřice nad Pernštejnem (616958), Býšovec (617211), Čtyři Dvory (733415), Dolní Rožínka (630098), Domanín u Bystřice nad Pernštejnem (630616), Domanínek (617075), Dvořiště u Bystřice nad Pernštejnem (616982), Hluboké u Dalečína (624471), Horní Rožínka (643980), Hrdá Ves (782483), Chlébské (748498), Chlum (651605), Jabloňov (781363), Josefov u Rožné (742881), Karasín (794970), Kobylnice nad Svratkou (669580), Korouhvice (651613), Koroužné (669598), Kovářová (773549), Lesoňovice (680265), Malé Tresné (741981), Milasín (615765), Moravecké Pavlovice (698571), Pivonice u Lesoňovic (680273), Prosetín u Bystřice nad Pernštejnem (733423), Rodkov (630110), Rovečné (741990), Rozsochy (742431), Rožná (742899), Sejřek (747131), Skorotice (748501), Smrček (617229), Střítež u Bukova (615773), Věchnov (777544), Velké Tresné (742007), Věstín (781045), Věstínek (781053), Věžná na Moravě (781380), Vír (782491), Vojetín u Rozsoch (742449), Zlatkov (742902), Ždánice u Bystřice nad Pernštejnem (794988)

17.2.2020

Borovec (763446), Dolní Čepí (773514), Horní Čepí (773522), Kozlov u Lesoňovic (680257), Lískovec u Nedvědice (773557), Olešnička (763454), Štěpánov nad Svratkou (763462), Švařec (669601), Ujčov (773565), Vrtěžíř (763471)

Mill-11.2.2020 sas-17.2.2020

Ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Moravja:

Bedřichov (601373), Běleč u Lomnice (601918), Brumov u Lomnice (613053), Crhov u Olešnice (617920), Černovice u Kunštátu (620602), Černvír (620661), Doubravník (631388), Hluboké u Kunštátu (639672), Hodonín u Kunštátu (640409), Klokočí u Olší (711128), Křeptov (601926), Křížovice (676675), Křtěnov u Olešnice (676691), Lhota u Olešnice (681202), Louka (687189), Maňová (719358), Nedvědice pod Pernštejnem (702307), Ochoz u Tišnova (709441), Olešnice na Moravě (710415) – část katastrálního území západně od komunikace č. 362 (ul. Rovečínská-Generála Čápka), Olší u Tišnova (711144), Osiky (713112), Pernštejn (702315), Rakové (711152), Rozseč nad Kunštátem (742317), Strhaře (756881), Synalov (761753), Tasovice (765112)

17.2.2020

Stat Membru: L-Ungerija

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Komárom-Esztergom megye:

Bana, Bábolna, Csém, Kisigmánd, Komárom, Mocsa, Nagyigmánd és Tárkány települések közigazgatási területének a 47.687049 és a 17.989846, a 47.690195 és a 17.995825, valamint a 47.686220 és a 17.987319 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú köráltal határolt területen belül és a védőkörzeten kívül eső területei

26.2.2020

Ács és Bábolna települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846, a 47.690195 és a 17.995825, valamint a 47.686220 és a 17.987319 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

Mit-18.2.2020 sas-26.2.2020

Győr-Moson-Sopron megye:

Bőny, Nagyszentjános és Rétalap települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846 valamint 47.690195 és 17.995825 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területei

26.2.2020

Hajdú-Bihar megye:

Álmosd, Bagamér, Monostorpályi, Pocsaj, Újléta és Vámospércs és települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont kürüli 10 km sugarú körön belül és a védőkörzeten kívül eső területei

17.2.2020

Kokad és Létavértes települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont kürüli 3 km sugarú körön belül eső területei

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

Stat Membru: Is-Slovakkja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta’ Nitra:

Muniċipalitajiet fir-reġjun ta’ Nitra: Čab, Nové Sady, Malé Zálužie, Kapince, Šurianky, Hruboňovo, Jelšovce, Ľudovítová, Výčapy-Opatovce, Podhorany, Lužianky, Lehota, Alekšince, Lukáčovce, Rišňovce

Partijiet mill-belt żgħira ta’ Nitra: Dražovce, Zobor, Chrenová, Kynek

8.2.2020

Muniċipalitajiet fir-reġjun ta’ Nitra:

City Komárno part of Nová Stráž, part of municipality Žitná na Ostrove

26.2.2020

Muniċipalitajiet: Zbehy, Čajakovce

Mill-31.1.2020 sat-8.2.2020

Ir-reġjun ta’ Topoľčany:

Muniċipalità: Koniarovce

8.2.2020

Ir-reġjun ta’ Trnava:

Muniċipalità: Cífer

Mill-11.2.2020 sas-17.2.2020

Muniċipalitajiet: Trnava city, Hrnčiarovce nad Parnou, Zeleneč, Biely Kostol, Ružindol, Zvončín, Suchá nad Parnou, Borová, Voderady, Slovenská Nová Ves, Pavlice

17.2.2020

Ir-reġjun ta’ Senec:

Muniċipalitajiet: Blatné, Kaplná, Igram, Čataj

17.2.2020

Ir-reġjun ta’ Pezinok:

Muniċipalità: Jablonec

Mill-11.2.2020 sas-17.2.2020

Muniċipalitajiet: Ir-reġjun ta’ Galanta:

17.2.2020

Ir-reġjun ta’ Galanta:

Muniċipalità: Veľký Grob

19.2.2020

Ir-reġjun ta’ Čadca:

Muniċipalitajiet: Stará Bystrica, Radôstka, Vychylovka

Mid-19.2.2020 sas-27.2.2020

Muniċipalitajiet: Klubina, Zborov nad Bystricou, Krásno nad Kysucou, Nová Bystrica, Dunajov

27.2.2020

Ir-reġjun ta’ Žilina:

Muniċipalità: Lutiše, Horná Tižiná

27.2.2020

Ir-reġjun ta’ Kysucké Nové Mesto:

Muniċipalità: Lodno, parti mill-muniċipalitajiet: Kysucký Lieskovec, Horný Vadičov

27.2.2020

Stat Membru: Il-Polonja

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

W województwie lubelskim, w powiatach: lubartowskim, łęczyńskim, parczewskim, włodawskim:

1.

W powiecie lubartowskim w gminie Uścimów miejscowości: Krasne, Nowa Jedlanka, Ochoża, Rudka Starościańska, Stara Jedlanka;

2.

Wpowiecie lubartowskim w gminie Ostrów Lubelski miejscowości: Ostrów Lubelski, Bójki, Jamy, Kolechowice, Kolechowice Folwark; Kolechowice Kolonia, Rozkopaczew, Rudka Kijańska;

3.

Wpowiecie łęczyńskim w gminie Ludwin miejscowości: Dratów Kolonia, Jagodno, Krzczeń, Piaseczno, Rogóźno, Rozpłucie Pierwsze, Rozpłucie Drugie;

4.

W powiecie parczewskim w gminie Sosnowica miejscowości: Stary Orzechów, Nowy Orzechów, Lejno, Komarówka, Zienki, Górki, Sosnowica, Libiszów, Bohutyn, Lipniak, Pasieka, Zbójno;

5.

W powiecie parczewskim w gminie Dębowa Kłoda miejscowości: Białka, Makoszka, Uhnin,

6.

W powiecie parczewskim w gminie Parczew: miejscowości: Babianka, Tyśmienica;

7.

W powiecie włodawskim w gminie Urszulin: miejscowości: Jamniki, Łomnica, Zawadówka

7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiecie lubartowskim:

W gminie Uścimów miejscowości: Stary Uścimów, Nowy Uścimów, Drozdówka, Głębokie, Maśluchy, Orzechów Kolonia, Nowy Orzechów, Stary Orzechów

Mit-30.1.2020 sas-7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, zamojskim

1.

W powiecie krasnostawskim miasto Krasnystaw;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Piaski Szlacheckie, Widniówka;

3.

W powiecie krasnostawskim gmina Izbica (bez obszaru zapowietrzonego);

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Krasnystaw miejscowości: Białka, Łany, Małochwiej Duży, Niemienice, Niemienice Kolonia, Siennica Nadolna, Tuligłowy, Rońsko, Widniówka, Zastawie Kolonia, Zażółkiew;

5.

W powiecie krasnostawskim w gminie Kraśniczyn miejscowości: Anielpol, Brzeziny, Czajki, Franciszków, Majdan Surhowski, Łukaszówka, Surhów, Surhów Kolonia;

6.

W powiecie krasnostawskim w gminie Siennica Różana miejscowości: Rudka, Siennica Królewska Duża;

7.

W powiecie zamojskim w gminie Skierbieszów miejscowości: Kalinówka, Kolonia Wiszenki, Wiszenki, Zabytów;

8.

W powiecie zamojskim w gminie Stary Zamość miejscowości: Krasne, Majdan Sitanecki, Podkrasne, Podstary Zamość, Stary Zamość, Wierzba Druga.

7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiecie krasnostawskim:

1.

W gminie Izbica miejscowości: Wólka Orłowska, Topola, Orłów Drewniany, Orłów Drewniany Kolonia, Wał, Dworzyska, część miejscowości Izbica położona na północ od ulic Stokowej, Cichej, Targowej i Gminnej, północno – wschodnia część miejscowości Tarnogóra położona na wschód od rzeki Wieprz, część miejscowości Romanów położona na wschód od drogi 2141L;

2.

W gminie Krasnystaw miejscowości: Latyczów, Małochwiej Mały;

3.

W gminie Żółkiewka miejscowości: Borówek, Borówek Kolonia, Makowiska, Olchowiec Wieś, Olchowiec Kolonia, Poperczyn, Wola Żółkiewska;

4.

W gminie Gorzków miejscowości: Czysta Dębina, Borów.

Mit-30.1.2020 sas-7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, lubelskim, świdnickim

1.

W powiecie krasnostawskim w gminie Żółkiewka miejscowości: Dąbie, Dąbie Kolonia, Tokarówka, Celin, Siniec, Adamówka, Makowiska Małe, Żółkiewka, Rożki, Rożki Kolonia, Huta, Żółkiew Wieś, Żółkiew Kolonia, Zaburze, Zaburze Kolonia, Markiewiczów, Gany, Koszarsko, Chruściechów, Majdan Wierzchowiński, Wierzchowin, Chłaniów, Chłaniów Kolonia, Średnia Wieś, Władysławin;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Rudnik: Majdan Borowski Pierwszy, Majdan Borowski Drugi, Suszeń, Joanin, Potasznia, Majdan Średni, Majdan Kobylański, Majdan Łuczycki, Majdan Borowski, Suche Lipie, Rudnik, Równianki, Wierzbica, Wierzbica Kolonia, Międzylas, Mościska Kolonia, Mościska, Płonka, Maszów, Romanówek, Bzowiec, Kaszuby;

3.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Antoniówka, Bogusław, Orchowiec, Kolonia Orchowiec, Bobrowe, Felicjan, Baranica, Wielkopole, Zamostek, Gorzków, Gorzków Wieś, Gorzków Osada, Piaski Szlacheckie, Chorupnik, Chorupnik Kolonia, Borsuk, Józefów, Czysta Debina Kolonia, Borów Kolonia, Góry, Olesin, Wielobycz, Wiśniów;

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Izbica miejscowości: Bobliwo, Wirkowice Drugie;

5.

W powiecie lubelskim w gminie Krzczonów miejscowości: Sobieska Wola Pierwsza, Sobieska Wola Druga;

6.

W powiecie lubelskim w gminie Wysokie miejscowość: Antoniówka;

7.

W powiecie świdnickim w gminie Rybczewice miejscowości: Bazar, Częstoborowice, Izdebno, Izdebno Kolonia, Pilaszkowice Pierwsze, Pilaszkowice Drugie, Zygmuntów.

7.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

Pozostała część gminy Przygodzice bez obszaru zapowietrzonego,

2.

Pozostała część gminy Ostrów Wielkopolski bez obszaru zapowietrzonego,

3.

gmina Raszków,

4.

gmina Odolanów.

4.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Sobótka, Borowiec, Gutów, Górzenko, Górzno, Biniew, Szczury, Kwiatków, Lewkowiec, Stary Staw, Karski, Ostrów Wielkopolski, Wtórek, Sadowie, Nowe Kamienice, Wysocko Wielkie, Smardowskie Olendry

2.

W gminie Raszków miejscowości: Grudzielec, Nowy Grudzielec, Korytnica, Szczurawice,

3.

W gminie Nowe Skalmierzyce miejscowości: Pawłówek, Gałązki Wielkie, Kotowiecko, Żakowice, Głóski, Droszew, Gałązki Małe, Trkusów, Miedzianów, Boczków, Kurów, Kościuszków, Gniazdów, Fabian, Ociąż, Skalmierzyce, Śliwniki, Nowe Skalmierzyce, Biskupice Ołoboczne, Bilczew

4.

W gminie Sieroszewice miejscowości: Latowice, Latowice-Kęszyce, Parczew, Bibianki

5.

W gminie Przygodzice miejscowości: Topola Osiedle, Strugi, Trzcieliny, Szkudlarka, Dębnica, Olendry, Smardów, Bogufałów, Chynowa, Chynowa Lipie, Klady, Opłotki;

6.

W gminie Odolanów miejscowości: Chujary, Pustkowie, Gorzyce Male, Egipt, Madera I, Parcele, Harych, Zieluchowiec, Chałupki, Huta, Żuraw, Szmata, Nadstawki, Grochowiska, Papiernia

7.

W gminie Sieroszewice miejscowości: Parczew, Westrza, Zmyślona

8.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Sadowie, Smardowskie Olendry, Nowe Kamienice, Wtórek, Trąba, Kąkolewo, Bagatela, Czekanów, Baby, Michałków, Gręblów, Madera II, Biedrusko,

17.2.2020

Część gmin Ostrów Wielkopolski i Przygodzice odgraniczone: od północy od przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w Ostrowie Wielkopolskim, dalej ulicą Gorzycką w kierunku zachodnim do kościoła w miejscowości Gorzyce Wielkie. W kierunku południowym mijając od wschodu wieś Radziwiłłów do miejscowości Gorzyce Małe. Następnie do drogi nr 445 i ciekiem wodnym przez las i niezamieszkałą część ulicy Kwiatowej w miejscowości Tarchały Wielkie. Następnie na wschód ulicą długą w miejscowości Topola Wielka do miejscowości Janków Przygodzki wzdłuż ulicy Długiej do skrzyżowania z ulicą Zębcowską. Na północ wzdłuż ulicy Zębcowskiej w Jankowie Przygodzkim do ulicy Staroprzygodzkiej w Ostrowie Wielkopolskim. Wzdłuż ulicy Staroprzygodzkiej do ulicy Siewnej, następnie na północny zachód ulicą Długą w miejscowości Ostrów Wielkopolski do ulicy Krętej, dalej wzdłuż ulicy Krętej i dalej ulicy Bocznej do przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w miejscowości Ostrów Wielkopolski.

Mis-26.1.2020 sal-4.2.2020

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Słaborowice, Lewków, Szczury, Kwiatków, Kołątajew, Franklinów, Młynów, Będzieszyn, Michałków, Czekanów

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

1.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowość: Wysocko Wielkie

2.

W gminie Przygodzice miejscowości: Janków Przygocki, Przygodzice, Wysocko Małe

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

W gminie Raszków miejscowości: Rąbczyn, Jelitów, Jaskółki, Radłów, południowa część miejscowości Przybysławice od numeru 144 do nr 35

2.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Zacharzew, Lamki, Zalesie, Świeligów

3.

Cześć północno - zachodnia miasta Ostrów Wielkopolski od ulicy Miodowej nr 5, Radłowskiej 65 przez ulice Profesora Jachimka, Przymiejską, Krotoszyńską, Owsianą do ulicy Topolowej 62

Mill-14.2.2020 sat-23.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiatach ostrowskim i krotoszyńskim:

W powiecie ostrowskim:

1.

W gminie Raszków miejscowości: Rąbczyn, Raszków, Pogrzybów, Głogowa, Skrzebowa, Moszczanka, Biniew, Bieganin, Szczurawice, Walentynów, Niemojewiec, Janków Zaleśny, Sulisław, pozostała cześć miejscowości Przybysławice poza obszarem zapowietrzonym, południowa część miejscowości Korytnica do ulicy Jarocińskiej 6;

2.

W gminie Ostrów Wielkopolski miejscowości: Łąkociny, Daniszyn, Gorzyce Wielkie, Radziwiłłów, Topola Mała, Słaborowice, Franklinów, Lewków, Szczury, Wysocko Wielkie, Cegły, Kołątajew, Karski, Stary Staw, Mazury- część wschodnia do numeru 8, Czekanów- zachodnia część od ulicy Kaliskiej 12, Kwiatków- zachodnia część od numeru 7A

3.

Pozostała część miasta Ostrów Wielkopolski poza obszarem zapowietrzonym

4.

W gminie Przygodzice miejscowości: Topola Wielka, Topola Osiedle, Janków Przygodzki, Wysocko Małe

5.

W gminie Odolanów miejscowości: Nabyszyce, Wierzbno, Tarchały Wielkie, Tarchały Małe, Gorzyce Małe

W powiecie krotoszyńskim:

W gminie Krotoszyn miejscowości: Baszyny, Ugrzele, Janów, Orpiszew, Świnków

23.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Olszówka miejscowości: Drzewce, Młynik, Łubianka, Ostrów Kolonia, Adamin;

2.

W gminie Dąbie miejscowości: Tarnówka Wiesiołowska, Baranowiec, Tarnówka, Zalesie

Mis-6.2.2020 sal-14.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Koło miejscowość: Przybyłów, Skobielice;

2.

W gminie Olszówka miejscowości: Zawadka, Krzewata, Przybyszew, Nowa Wioska, Grabina, Dębowiczki, Mniewo, Ponętów Górny Pierwszy, Ponętów Górny Drugi, Szczepanów, Tomaszew, Głębokie, Olszówka, Umień, Złota;

3.

W gminie Kłodawa miejscowości: Górki, Podgajew,

4.

W gminie Dąbie miejscowości: Rośle, Lisice, Krzewo, Karszew, Kupinin, Wiesiołów, Domanin, Cichmiana, Chruścin, Augustynów, Krzykosy, Bród, Lutomirów, Gaj, Rzuchów, Majdany, Ladorudz, Grabina Mała, Chełmno Parcele, Chełmno, Grabina Wielka, Sobótka, Dąbie;

5.

W gminie Grzegorzew miejscowości: Ladorudzek, Ponętów Dolny, Grodna, Tarnówka;

14.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie szamotulskim:

W gminie Ostroróg miejscowości: Zapust, Wielonek, Klemensowo, Rudki Huby, Ostroróg

Mis-16.2.2020 sal-25.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie szamotulskim:

1.

W gminie Kaźmierz miejscowości: Sokolniki Wielkie, Sokolniki Małe, Wierzchaczewo;

2.

W gminie Ostroróg miejscowosci: Bobulczyn, Oporowo, Kluczewo, Kluczewo Huby, Szczepankowo, Karolewo, Rudki, Piaskowo, Forestowo, Bielejewo, Binino, Dobrojewo;

3.

W gminie Obrzycko miejscowości: Gaj Mały, Karolin, Pęckowo, Ordzin, Koźmin, Dobrogostowo, Lizbona;

4.

W gminie Pniewy miejscowości: Przystanki, Dębina, Buszewko, Buszewo, Dęborzyce, Mielno, Szymanowo, Zajączkowo, Psarski, Nojewo, Psarki, Nosalewo

5.

W gminie Wronki miejscowości: Samołęż, Nowa Wieś, Huby Oporowo, Marianowo, Wierzchocin, Głuchowo

6.

W gminie Szamotuły miejscowości: Czyściec, Krzeszkowice, Kamionka, Otorowo, Lipnickie Huby, Lipnica, Brodziszewo, Emilianowo, Gałowo, Jastrowo, Ostrolesie, Koźle, Śmiłowo, Szamotuły

25.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie międzychodzkim

W gminie Chrzypsko Wielkie miejscowość Orle Wielkie

25.2.2020

W województwie wielkopolskim w powiecie wolsztyńskim:

W gminie Wolsztyn miejscowości: Berzyna, Stary Widzim Piekiełko, Adamowo Piekiełko, Kębłowo Kolonia, część miejscowości Niałek Wielki położona na południe od drogi nr 32

Mill-21.2.2020 sad-29.2.2020

W województwie wielkopolskim w powiatach wolsztyńskim i grodziskim:

W powiecie wolsztyńskim:

1.

W gminie Wolsztyn miejscowości: Stary Widzim, Świętno, Stradyń, Obra, Wroniawy, Stara Dąbrowa, Adamowo, Gościeszyn, Błocko, Tłoki, Wolsztyn, Karpicko, Nowe Tłoki, Chorzemin, Powodowo, Nowa Obra, Nowa Dąbrowa, Krutla, Nowy Młyn, Zdrogowo, Świętno, część miejscowści Niałek Wielki położona na północ od drogi nr 32;

2.

W gminie Przemęt miejscowości: Solec, Solec Nowy, Mochy;

3.

W gminie Siedlec miejscowości: Jaromierz, Jażyniec, Kiełkowo, Żodyń, Siedlec, Kiełpiny Kolonia

W powiecie grodziskim:

W gminie Rakoniewice miejscowości: Głodno, Cegielsko Adolfowo, Łąkie, część miejscowości Rostarzewo położona na zachód od ulic Topolowej i Ogrodowej

29.2.2020

W województwie lubuskim w powiecie zielonogórskim

W gminie Kargowa miejscowości: Obra Dolna, Nowy Jaromierz

29.2.2020

W województwie łódzkim, w powiatach łęczyckim, poddębickim:

1.

W powiecie łęczyckim w gminie Świnice Warckie miejscowości: Chęcin, Chorzepin, Chorzepinek, Chorzepinek, Chwalborzyce, Góry Chwalborskie, Hektary, Kaznów, Kaznówek, Kozanki Podleśne, Kraski, Miniszew, Odrada, Polusin, Wyganów, Wylazłów, Zbylczyce;

2.

W powiecie łęczyckim w gminie Grabów miejscowości: Besiekiery, Besiekiery-Kolonia, Biała Góra, Bugaj, Bujak, Byszew, Byszew-Parcele, Celinów, Ciasna, Goszczędza, Goszczędza-Parcele, Grabinka, Grabów-Cegielnia, Grabów-Dwór, Jamy, Janów, Jastrzębia, Kadzidłowa, Kadzidłowa-Adamów, Kadzidłowa-Borki, Kadzidłowa-Brzezinka, Kadzidłowa-Grabinka, Kadzidłowa-Karolewo, Kępina, Kobyle, Kontrowers, Kotowice, Leszno, Osiny, Ostrówek, Ostrówek-Kolonia, Pieczew, Pieczew Poduchowny, Pokrzywnia, Polamy, Probostwo, Pruchyniec, Rybnik, Smardzew, Smardzew-Osada, Stanisławki, Zachciałki, Źrebięta;

3.

W powiecie poddębickim w gminie Uniejów miejscowości: Brzozówka, Czepów, Czepów Górny, Czepów Średni, Grodzisko, Jaszczurów, Kozia nóżka, Lekaszyn, Osina, Rożniatów, Rożniatów-Kolonia, Sachalina, Skotniki, Wilamów, Wilamówka, Żabieniec

14.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiecie myśliborskim:

1.

W gminie Myślibórz miejscowości: Rościn, Rościnko, Rokicienko, Gryżyno, Dąbrowa-osada, Nawrocko, Iłowo, Wrzelewo, Pszczelnik;

2.

W gminie Dębno miejscowość: Juncewo

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiatach myśliborskim i gryfińskim:

1.

W powiecie myśliborskim w gminie Myślibórz miejscowości: Wierzbnica, Myślibórz, Myśliborzyce, Kolonia Myśliborzyce, Klicko, Dąbrowa, Zgoda, Sobienice, Listomie, Kruszwin, Golenice, Jezierzyce, Pacynowo, Straszym, Golenicki Młyn, Pniów, Chłopowo, Dalsze, Golczew, Podłążek, Wierzbówek, Pluty, Płośno, Turzyniec, Mirawno, Zarzece, Jarużyn, Nawojczyn, Czerników, Sarbinowo, Mączlino, Utonie, Chłopówko,

2.

W powiecie myśliborskim w gminie Dębno miejscowości: Dolsk, Borne, Turze, Różańsko, Ostrowiec, Dyszno, Warnice, Krężelin, Borówno, Przylaszczka, Grzybno, Piołunek, Radzicz, Sulisław;

3.

W powiecie gryfińskim w gminie Trzcińsko-Zdrój: Piaseczno, Stołeczna, Tchórzno, Dobropole, Wesoła, Babin

17.2.2020

W województwie lubuskim w powiecie gorzowskim:

W gminie Lubiszyn miejscowości: Mystki, Smoliny, Staw, Podlesie, Zacisze, Gajewo

17.2.2020

W województwie dolnośląskim w powiatach legnickim i złotoryjskim:

1.

W powiecie legnickim w gminie Chojnów miejscowości: Strupice, Budziwojów, Dzwonów, Gołocin, Pawlikowice;

2.

W powiecie złotoryjskim w gminie Zagrodno miejscowość: Brochocin;

3

W powiecie złotoryjskim w gminie Złotoryja miejscowości: Podolany, Kolonia Kwiatów m. Lubiatów,

Mill-10.2.2020 sat-18.2.2020

1.

W powiecie legnickim miasto Chojnów,

2.

W powiecie legnickim w gminie Chojnów miejscowości: Biała, Dobroszów, Goliszów, Gołaczów, Jerzmanowice, Konradówka, Michów, Niedźwiedzice, Osetnica, Piotrowice,

3.

w powiecie legnickim w gminie Miłkowice miejscowości: Goślinów, Gniewomirowice, Jezierzany, Miłkowice, Siedliska, Studnica, Ulesie,

4.

W powiecie legnickim w gminie Krotoszyce miejscowości: Czerwony Kościół, Jaszków, Krotoszyce, Pawłowice Małe, Szymanowice, Wilczyce,

5.

W powiecie złotoryjskim w gminie Zagrodno miejscowości: Jadwisin, Łukaszów, Modlikowice, Wojciechów, Zagrodno,

6.

W powiecie złotoryjskim w gminie Złotoryja miejscowości: Brennik, Ernestynów, Gierałtowiec, Kopacz, Kozów, Lubiatów bez kolonii Kwiatów, Nowa Wieś Złotoryjska, Pyskowice, Rokitnica, Rzymówka, Wyskok, Wysocko.

18.2.2020

W województwie warmińsko – mazurskim w powiecie iławskim

W gminie Zalewo miejscowości: Rąbity, Międzychód, Zatyki, Surbajny, Koziny, Kupin, Rudnia

Mill-21.2.2020 sad-29.2.2020

W województwie warmińsko – mazurskim w powiatach iławskim, ostródzkim:

Powiat iławski:

W gminie Zalewo miejscowości: Karpowo, Śliwa, Dajny, Barty, Pozorty, Girgajny, Mazanki, Janiki Wielkie, Janiki Małe, Jaśkowo, Wielowieś, Boreczno, Duba, Mozgowo, Huta Wielka, Skitławki, Urowo, Gubławki, Wieprz, Matyty, Polajny, Jerzwałd, Rucewo, Kiemiany, Dobrzyki, Witoszewo, Gajdy, Półwieś, Zalewo, Bajdy, Sadławki, Bądki, Bednarzówka, Brzeziniak, Jezierce, Bukowiec, Likszajny, Tarpno, Nowe Chmielówko

Powiat ostródzki:

1.

W gminie Małdyty miejsowości: Wielki Dwór, Jarnołtowo, Fiugajki, Drynki, Pleśno, Leszczynka Mała, Linki, Klonowy Dwór, Plękity, Smolno, Kanty, Bagnity, Wodziany, Surzyki Małe, Surzyki Wielkie;

2.

W gminie Miłomłyn miejscowości: Skarpa, Ligi

29.2.2020

W województwie pomorskim w powiecie sztumskim:

W gminie Stary Dzierzgoń od granicy województwa pomorskiego wzdłuż drogi łączącej miejscowości Bajdy-Przezmark do miejscowości Przezmark, następnie po drugiej stronie drogi wojewódzkiej 519 wzdłuż jeziora Motława Wielka do miejscowości Danielówka, dalej drogą leśną do jeziora Witoszewskiego w województwie warmińsko-mazurskim.

29.2.2020

W województwie śląskim w powiecie raciborskim:

W gminie Kuźnia Raciborska, miejscowości: Ruda Kozielska, część miejscowości Rudy położona na zachód od drogi nr 919

Mill-21.2.2020 sad-29.2.2020

W województwie śląskim w powiatach raciborskim, rybnickim, gliwickim, w powiecie miejskim Rybnik:

W powiecie raciborskim:

1.

W gminie Kuźnia Raciborska miejscowości: Kuźnia Raciborska, Jankowice, Siedliska, część miejscowości Budziska położona na wschód od ulic Leśnej, Szkolnej, Głównej i Fabrycznej, część miejscowości Rudy położona na wschód od drogi nr 919;

2.

W gminie Nędza, miejscowości: Szymocice, Górki Śląskie, część miejscowości Nędza połozona na wschód od linii kolejowej łączącej miejscowości Racibórz – Kędzierzyn Koźle;

W powiecie rybnickim:

1.

W gminie Lyski miejscowości: Bogunice, Zwonowice, Sumina, część miejscowości Adamowice położona na północ od ulic: Jana III Sobieskiego, Rybnickiej i Rolnej, Nowa Wieś, część miejscowości Lyski położona na północ od strugi Sumina;

W powiecie miejskim Rybnik dzielnice: Stodoły, Grabownia, Chwałęcice, Ochojec na zachód od drogi nr 78;

W powiecie gliwickim:

1.

W gminie Sośnicowice miejscowości: Tworóg Mały, Trachy, Bargłówka, część miejscowości Sierakowice położona na zachód od ulicy Sierakowskiej na terenach leśnych oraz ulicy Długiej, część miejscowości Smolnica położona na zachód od ulicy Łęgowskiej;

2.

W gminie Pilchowice miejscowości: Stanica, część miejscowości Leboszowice położona na zachód od ulic: Smolnickiej i Wiejskiej, część miejscowości Pilchowice na zachód od ulic: Leboszowskiej, Wielopole, Dworcowej oraz ulicy Dolna Wieś, część miejscowości Wilcza położona na północny-zachód od drogi nr 78

29.2.2020

W województwie opolskim w powiecie kędzierzyńsko-kozielskim:

W gminie Bierawa miejscowości: Solarnia, Kotlarnia, Goszyce, Dziergowice

29.2.2020

Stat Membru: Ir-Rumanija

Żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Județul Maramureș

Oraș Seini

Oraș Seini - localitatea Săbișa

Mill-14.2.2020 sat-22.2.2020

Comuna Cicârlău- Localitatea Cicârlău

Comuna Cicârlău - Localitatea Bârgău

Comuna Cicârlău - Localitatea Handalu Ilbei

Comuna Cicârlău - Localitatea Ilba

Oraș Seini- Localitatea Viile Apei

Comuna Ardusat- Localitatea Ardusat

22.2.2020

Județul Satu Mare

Comuna Pomi, localitatea Pomi

Mill-14.2.2020 sat-22.2.2020

Comuna Orașu Nou- Localitatea Orașu Nou Vii

Comuna Orașu Nou- Localitatea Racșa Vii

Comuna Pomi- Localitatea Aciua

Comuna Pomi- Localitatea Bicău

Comuna Pomi- Localitatea Borlești

Comuna Apa- Localitatea Apa

Comuna Apa- Localitatea Someșeni

Comuna Crucișor- Localitatea Crucișor

Comuna Crucișor- Localitatea Iegheriște

Comuna Valea Vinului- Localitatea Valea Vinului

Comuna Valea Vinului- Localitatea Roșiori

Comuna Medieșu Aurit- Localitatea Medieș Râturi

Comuna Medieșu Aurit-Localitatea Medieș Vii

Comuna Orașu Nou- Racșa

22.2.2020

Județul Bihor

Comuna Diosig – Localitatea Diosig

17.2.2020


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/37


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament tan-NU Nru 126 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi diviżorji għall-protezzjoni tal-passiġġieri kontra bagalji maqlugħa minn posthom, fornuti bħala tagħmir mhux oriġinali tal-vettura [2020/176]

Data tad-dħul fis-seħħ: Id-9 ta’ Novembru 2007

WERREJ

REGOLAMENT

1.   Kamp ta’ Applikazzjoni

2.   Definizzjonijiet

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.   Marki

5.   Approvazzjoni

6.   Rekwiżiti

7.   Konformità tal-produzzjoni

8.   Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.   Modifiki tat-tip ta’ sistema diviżorja

10.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.   Struzzjonijiet għall-użu

12.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1   Komunikazzjoni

2   Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3   Il-proċedura tat-test għal tagħmir maħsub li jipproteġi lill-okkupanti mill-ispostament tal-bagalji

Appendiċi 1 - Il-kuritur tad-deċellerazzjoni tal-islitta bħala funzjoni ta’ ħin

Appendiċi 2 - Il-pożizzjoni tal-blokok tat-test tat-tip 1 u tat-tip 2 b’relazzjoni mal-qafas tat-test

Appendiċi 3 - Il-pożizzjoni tal-pjan tad-deflessjoni massima tas-sistema diviżorja

4   Eżempju ta’ apparat għall-ittestjar tas-saħħa ta’ sistemi diviżorji

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal tagħmir maħsub biex jipproteġi lill-okkupanti mill-periklu li jirriżulta mill-ispostament tal-bagalji lejn iż-żoni tal-vettura fejn ikunu bilqiegħda l-passiġġieri, f’vetturi tal-kategorija M1 (1), waqt impatt minn quddiem, fornut bħala tagħmir mhux oriġinali tal-vettura.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.   “Sistema diviżorja” tfisser partijiet jew tagħmir li, flimkien mad-dahar tas-sits, huma maħsuba biex jipproteġu lill-okkupanti minn bagalji spostati.

2.2.   “Tagħmir mhux oriġinali tal-vettura” tfisser sistema diviżorja li mhix offruta mill-manifattur tal-vettura bħala tagħmir standard jew fakultattiv għall-applikazzjoni(jiet) preskritta/preskritti tal-vettura/i mill-manifattur tas-sistema diviżorja.

2.3.   “Approvazzjoni ta’ sistema diviżorja” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema diviżorja fir-rigward tas-saħħa, id-disinn u l-karatteristiċi tas-sistemi diviżorji.

2.4.   “Tip ta’ sistema diviżorja” tfisser kategorija ta’ sistema diviżorja li ma fihiex differenzi fi kwalitajiet essenzjali bħal:

2.4.1.   l-istruttura, il-forma, il-qisien, il-materjali u l-massa tas-sistema diviżorja, għalkemm is-sistema tista’ tvarja fil-kisi u fil-kulur;

2.4.2.   it-tip u l-qisien tas-sistemi tal-aġġustament, tal-illokkjar u tat-tqabbid tas-sistema diviżorja;

2.4.3.   l-applikazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi tal-vettura/i preskritta/preskritti mill-applikant għall-approvazzjoni.

2.5.   “Sit” ara l-paragrafi 2.3 u 2.4 tar-Regolament Nru 17.

2.6.   “Ankraġġ” tfisser is-sistema li biha s-sistema diviżorja tkun imwaħħla mal-istruttura tal-vettura, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura.

2.7.   “Sistema tal-aġġustament” tfisser l-apparat li permezz tiegħu s-sistema diviżorja jew il-partijiet tagħha jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni adattata għall-installazzjoni kif rakkomandat mill-applikant għall-approvazzjoni fil-vettura/i preskritta/preskritti u l-pożizzjoni(jiet) fl-istess vettura/i.

2.8.   “Sistema tal-illokkjar” tfisser mezz li jiżgura li s-sistema diviżorja u l-partijiet tagħha jkunu miżmuma fil-pożizzjoni tal-użu.

2.9.   “Strutturi intermedji” tfisser komponenti tal-vettura li magħhom is-sistema diviżorja titqabbad mal-vettura/i preskritta/preskritti, u li ma jikkostitwixxux l-ankraġġi.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema diviżorja għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq.

3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.1.   Deskrizzjoni teknika tas-sistema diviżorja li tispeċifika d-drappijiet u l-partijiet riġidi użati, li magħha għandu jkun hemm ukoll disinji tal-partijiet li jiffurmaw is-sistema diviżorja. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu/i addizzjonali fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni.

Id-deskrizzjoni għandha tispeċifika t-tip(i) ta’ vettura li għalihom għandha applikazzjonijiet is-sistema diviżorja u l-pożizzjoni(jiet) ta’ tqabbid fil-vettura/i.

3.2.2.   Illustrazzjoni tal-installazzjoni(jiet) maħsuba tas-sistema diviżorja fit-tip(i) ta’ vettura u l-pożizzjoni(jiet) tal-installazzjoni tas-sistema diviżorja inklużi qisien suffiċjenti biex jiġi faċilitat il-pożizzjonament tal-blokok tat-test, il-punti tal-ankraġġ mal-istruttura tal-vettura, l-istrutturi intermedji, is-sits u t-trim panels skont kif jista’ jkun meħtieġ fil-paragrafu 2 tal-Anness 3.

3.2.3.   Tliet kampjuni tat-tip tas-sistema diviżorja, li waħda minnhom tkun għal għanijiet ta’ referenza.

3.2.4.   Kampjuni ta’ materjali użati fi kwantitajiet meħtieġa mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.

3.2.5.   Kampjuni ta’ sits, strutturi intermedji u trim panels meħtieġa għat-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.4 u 2.6 tal-Anness 3.

3.2.6.   Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollu d-dritt li jitlob aktar kampjuni.

4.   MARKI

Il-kampjuni ta’ tip ta’ sistema diviżorja mressqa għall-approvazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ hawn fuq għandhom jiġu mmarkati bl-isem, bl-inizjali, bl-isem kummerċjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur b’mod ċar u li ma jitħassarx.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk il-kampjuni ta’ tip ta’ sistema diviżorja li jiġu sottomessi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6. ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni.

5.2.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru għal tip ieħor ta’ sistema diviżorja.

5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema diviżorja, skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 tar-Regolament.

5.4.   Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, fuq kull sistema diviżorja li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

5.4.1.   ċirku madwar l-ittra “E” bin-numru distintiv tal-pajjiż minn fejn ġiet mogħtija l-approvazzjoni warajh (2);

5.4.2.   in-numru ta’ approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

5.5.   Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

5.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal fuq is-sistema diviżorja mill-manifattur.

5.7.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jipprovdi eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

6.   REKWIŻITI

6.1.   Testijiet

Is-sistemi diviżorji għandhom jiġu ttestjati skont il-proċeduri ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 3.

Is-sistemi diviżorji li skont il-paragrafu 3.2.1 jistgħu jintużaw f’aktar minn vettura waħda jew li jistgħu jintużaw f’aktar minn pożizzjoni preskritta waħda f’vettura speċifika jeħtieġ li jikkonformaw mat-testijiet preskritti fl-Anness 3 fil-vetturi u fil-pożizzjonijiet preskritti kollha.

6.2.   Speċifikazzjonijiet

6.2.1.   Sistemi diviżorji, meta jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1 jeħtieġ li jifilħu biżżejjed forzi biex juru l-kapaċità tagħhom li jipproteġu lill-okkupanti minn bagalji spostati f’impatti minn quddiem.

Ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat jekk l-ispostament lejn quddiem tal-blokka jew blokok tat-test ikun ta’ inqas minn 300 mm lil hinn mill-pjan Y-Y, muri fl-Anness 3, l-Appendiċi 3, li huwa perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-installazzjoni preskritta tal-vettura ffurmata mit-tarf ta’ wara tad-dahar tas-sits immedjatament quddiem is-sistema diviżorja aġġustat skont il-paragrafu 2.7 tal-Anness 3, sakemm il-manifattur ma jurix, għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, li l-ispostament lejn quddiem b’aktar minn 300 mm ma jżidx ir-riskju ta’ korriment serju għall-okkupanti waqt impatt minn quddiem.

Is-sistema diviżorja għandha tibqa’ mqabbda mal-punti ta’ tqabbid kollha tagħha. Wara t-test, ma għandu jkun hemm l-ebda trufijiet jaqtgħu ta’ partijiet riġidi tas-sistema diviżorja li jista’ jsir kuntatt magħhom u li jistgħu jwasslu għal korriment tal-okkupanti tal-vettura.

6.2.2.   Is-sistema diviżorja assemblata m’għandha tinkludi l-ebda partijiet raffi u perikolużi jew trufijiet li jaqtgħu li probabbli jżidu r-riskju ta’ korriment serju tal-okkupanti. Komponenti riġidi tas-sistema diviżorja jew ta’ strutturi intermedji li jistgħu jmissu magħhom l-okkupanti waqt impatt b’materjal b’ebusija ta’ aktar minn 50 Shore A għandu jkollhom superfiċji li jispiċċaw f’xifer ittundjat, b’raġġ tal-kurvatura ta’ mhux inqas minn 3,2 mm.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

7.1.   Kull sistema diviżorja approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq.

7.2.   L-Awtorità Kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati għal kull unità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba fis-sena. L-awtorità tista’ wkoll twettaq verifiki każwali fuq sistemi diviżorji manifatturati f’serje fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 t’hawn fuq.

8.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ sistema diviżorja skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 t’hawn fuq jew jekk is-sistema diviżorja ma tgħaddix mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 6 t’hawn fuq.

8.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   MODIFIKI TAT-TIP TA’ SISTEMA DIVIŻORJA

9.1.   Kull modifika tat-tip tas-sistema diviżorja jew tal-vettura/i u l-pożizzjoni(jiet) tal-installazzjoni li tapplika għalihom għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tas-sistema diviżorja. L-awtorità tista’ mbagħad jew:

9.1.1.   iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett apprezzabbli mhux mixtieq, u li fi kwalunkwe każ is-sistema diviżorja għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

9.1.2.   iqis li l-modifiki tant mhumiex importanti li r-riżultati speċifikati fil-paragrafu 6 t’hawn fuq jistgħu jiġu verifikati permezz ta’ informazzjoni teknika pprovduta mill-manifattur; jew

9.1.3.   jesiġi rapport ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

9.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun kkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5.3 t’hawn fuq.

9.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura apparat approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

Kull sistema diviżorja għandha tkun akkumpanjata minn struzzjonijiet tat-tip jew kontenut li ġej fl-ilsien jew fl-ilsna tal-pajjiż fejn tkun se titqiegħed għall-bejgħ.

11.1.   L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni li jispeċifikaw għal liema tip(i) ta’ vettura huwa xieraq l-assemblaġġ u l-metodu/i korrett(i) għat-tqabbid tal-assemblaġġ mal-vetturi.

11.2.   Struzzjonijiet għall-utent li jispeċifikaw l-istruzzjonijiet biex ikun żgurat li l-utent jikseb il-benefiċċju massimu mis-sistema diviżorja. F’dawn l-istruzzjonijiet għandha ssir referenza għal:

(a)

l-importanza tal-fatt li s-sistema diviżorja tintuża waqt il-vjaġġi kollha fejn jiġu ttrasportati l-bagalji,

(b)

l-aġġustament u l-ippożizzjonar korretti tas-sistema diviżorja,

(c)

metodu ta’ tħaddim ta’ kull sistema tal-aġġustament u/jew ta’ llokkjar inkorporata fis-sistema diviżorja,

(d)

it-tqegħid rakkomandat tal-bagalji u t-trażżin tagħhom fil-kompartiment tal-bagalji tat-tip(i) ta’ vettura li għalihom hija maħsuba s-sistema diviżorja,

(e)

il-bżonn li jinbidlu sistemi diviżorji li ssirilhom ħsara.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.

(2)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb’oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm)

Image 23

 (1)

Maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:

 

 


li tikkonċerna (2):

Approvazzjoni mogħtija

 

Approvazzjoni estiża

 

Approvazzjoni miċħuda

 

Approvazzjoni rtirata

 

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ sistema diviżorja skont ir-Regolament Nru. 126

Nru tal-Approvazzjoni: …

Nru tal-Estensjoni: …

1.   

L-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tas-sistema diviżorja: …

2.   

Speċifiku għat-tip(i) ta’ vettura: …

3.   

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.   

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.   

Deskrizzjoni tas-sistema diviżorja: …

6.   

Deskrizzjoni tas-sistema tal-aġġustament u tal-illokkjar tas-sistema diviżorja u tal-partijiet tagħha: …

7.   

Deskrizzjoni tal-pożizzjoni(jiet) fit-tip(i) ta’ vettura tas-sistema diviżorja: …

8.   

Deskrizzjoni tal-ankraġġi u tal-materjali tal-ankraġġi fornuti mas-sistema diviżorja: …

9.   

Sistema diviżorja mressqa għall-approvazzjoni fi: …

10.   

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

11.   

Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz: …

12.   

Nru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz: …

13.   

Rimarki: …

14.   

L-approvazzjoni hija mogħtija/irrifjutata/estiża/irtirata (2)

15.   

Ir-raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk applikabbli): …

16.   

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq is-sistema diviżorja: …

17.   

Post: …

18.   

Data: …

19.   

Firma: …

20.   

Id-dokumenti li ġejjin, li jkollhom fuqhom in-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ din il-komunikazzjoni:

(a)

illustrazzjonijiet, dijagrammi u pjanijiet tas-sistema diviżorja, l-ankraġġi tagħha fuq il-vettura, is-sistemi tal-aġġustament tas-sistema diviżorja u l-partijiet tagħha, u t-tagħmir tal-illokkjar tagħha;

(b)

ritratti tas-sistema diviżorja, l-ankraġġi tagħha, is-sistemi tal-aġġustament u l-partijiet tagħha, u t-tagħmir tal-illokkjar tagħha.


(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li ta, estenda, ċaħad jew irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Ingassa dak li ma japplikax.


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

(ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 24

a = 8 mm min.

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, meta titwaħħal ma’ sistema diviżorja, turi li t-tip ta’ sistema diviżorja kkonċernata, fir-rigward tas-saħħa, ġiet approvata fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament Nru 126, bin-numru tal-approvazzjoni 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament mhuwiex emendat.

Nota:

In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu(i) addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u jew ’il fuq jew ’l isfel mill-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u għandhom ikunu orjentati fl-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat, sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 3

IL-PROĊEDURA TAT-TEST GĦAL TAGĦMIR MAĦSUB LI JIPPROTEĠI LILL-OKKUPANTI MILL-ISPOSTAMENT TAL-BAGALJI

1.   IL-BLOKOK TAT-TEST

Blokok riġidi, biċ-ċentru tal-inerzja fiċ-ċentru ġeometriku.

Tip 1

Dimensjonijiet

:

300 mm × 300 mm × 300 mm

It-truf u l-kantunieri kollha mdawra għal 20 mm

Massa

:

18 kg

Tip 2

Dimensjonijiet

:

500 mm × 350 mm × 125 mm

It-truf u l-kantunieri kollha mdawra għal 20 mm

Massa

:

10 kg

2.   PREPARAZZJONI TAT-TEST

2.1.   Is-sistema diviżorja għandha titqabbad ma’ qafas riġidu permezz tal-partijiet u l-aċċessorji għat-twaħħil ipprovduti mill-manifattur. Il-qafas riġidu għandu jinkorpora pjan riġidu orizzontali “E” (ara l-Anness 4) li jirreplika l-livell ġenerali tal-art taż-żona tal-bagalji tal-vettura. Il-punti ta’ tqabbid A, B, C u D għandhom jirreplikaw il-ġeometrija tal-punti tal-ankraġġ maħsuba tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafu 3.2.2 fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni, imkejla mill-pjan datum “E”.

Jekk ikun hemm postijiet differenti ta’ installazzjoni rakkomandati mill-applikant għal approvazzjoni, il-pożizzjoni tal-agħar każ għandha tintgħażel bi qbil mas-Servizz Tekniku.

Iċ-ċineg għat-twaħħil, l-istrutturi intermedji u l-partijiet u l-aċċessorji kollha, eċċ. għandhom jiġu armati skont l-istruzzjonijiet tal-applikant għall-approvazzjoni.

2.2.   L-art effettiva tal-konfigurazzjoni tat-test deskritta fil-paragrafu 2.1 għandha tirriproduċi l-livell fir-rigward tal-punti tal-ankraġġ A, B, C u D sabiex tikkorrispondi mar-relazzjoni tal-punti proprja tal-ankraġġ tal-vettura u l-art ta’ tagħbija effettiva tal-installazzjoni proposta speċifikata fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.3.   Żewġ blokok tat-test tat-tip 1 għandhom jitqiegħdu fuq is-superfiċje “E” tal-qafas riġidu.

2.3.1.   Sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-blokok tat-test fid-direzzjoni lonġitudinali, l-ewwel dawn għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li n-naħa ta’ quddiem tagħhom tmiss mas-sistema diviżorja u l-wiċċ t’isfel tagħhom jistrieħ fuq il-pjan orizzontali “E” tal-qafas riġidu. Imbagħad għandhom jiġu mċaqalqa lura b’mod li jkunu paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-qafas riġidu f’distanza orizzontali ta’ 200 mm. F’din il-pożizzjoni dawn għandhom jiġu maqfula biex jiġi evitat kwalunkwe moviment lura. Jekk fl-installazzjoni preskritta tal-vettura deskritta fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament ma jkunx possibbli li ż-żewġ blokok tat-tip 1 jiġu mċaqalqa għad-distanza ta’ 200 mm, dawn għandhom jitressqu sal-limitu tal-moviment tagħhom fl-installazzjoni preskritta tal-vettura. Id-distanza bejn il-pjan medju lonġitudinali tal-qafas riġidu u n-naħa li tħares ’il ġewwa ta’ kull blokka tat-test għandha tkun ta’ 25 mm biex tinkiseb distanza ta’ 50 mm bejn iż-żewġ blokok tat-test. Ara l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

2.3.2.   Installazzjonijiet proposti tal-vetturi kif deskritt fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament li warajhom ma jistgħux jiġu installati l-blokok tat-test tat-tip 1 għandhom jiġu ttestjati mingħajrhom.

2.3.3.   Il-qafas riġidu għandu jkun mgħammar b’art fissa tat-test mgħollija b’superfiċje ta’ tagħbija li tillokalizza ċ-ċentru tal-gravità ta’ blokka tat-test tat-tip 2 ċentralment bejn it-tarf ta’ fuq tad-dahar tas-sit li jinsab direttament quddiem is-sistema diviżorja, (mingħajr ma jitqies it-trażżin tar-ras) u t-tarf t’isfel tal-kisi tas-saqaf, direttament fuq dan il-punt (X-X fl-Anness 3, Appendiċi 2) kif definit fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament. Blokka tat-test tat-tip 2 għandha titqiegħed fuq l-art tat-test mgħollija bl-akbar superfiċje tagħha (500 mm × 350 mm) fuq is-superfiċje tat-tagħbija b’mod ċentrali f’relazzjoni mal-assi lonġitudinali tal-qafas riġidu u bis-superfiċje tagħha ta’ 500 mm × 125 mm lejn quddiem u f’kuntatt dirett mas-sistema diviżorja. Installazzjonijiet ta’ sistemi diviżorji li warajhom ma tistax tiġi installata l-blokka tat-test tat-tip 2 għandhom jiġu ttestjati mingħajrha. Ara l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

2.4.   Jekk il-punti tat-tqabbid tas-sistema diviżorja jkunu mqabbdin ma’ struttura intermedja fil-pożizzjoni ta’ installazzjoni maħsuba (bħal dahar is-sit, side trim, eċċ.), dawn il-komponenti interċedenti għandhom jiġu mwaħħla mal-qafas riġidu permezz tal-partijiet għat-tqabbid speċifikati mill-manifattur.

2.5.   Jekk is-sistema diviżorja, fl-istallazzjoni preskritta tagħha fi ħdan il-qafas riġidu tat-test, ma jkollhiex struttura li testendi sa 400 mm tal-pjan riġidu orizzontali “E” (l-Anness 4), it-test jista’ jsir mingħajr il-blokok tat-test tat-tip 1.

2.6.   Jekk il-komponenti tal-vettura bħal partijiet tal-metall tal-karrozzerija, is-sits, trim panels, eċċ., mistennija jaffettwaw l-ispostament ’il quddiem tas-sistema diviżorja, dawn il-komponenti jistgħu jitwaħħlu mal-qafas riġidu preskritt fil-paragrafu 2.1, iżda għandhom jitwaħħlu mal-qafas riġidu fil-pożizzjoni li tirrappreżenta l-aktar mill-qrib il-pożizzjoni tal-installazzjoni tagħhom fil-vettura f’relazzjoni mas-sistema diviżorja kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan ir-Regolament fuq talba tal-manifattur. Bl-eċċezzjoni tas-sits tal-okkupanti li jistgħu jiġu aġġustati b’mod lonġitudinali, meta dawn il-pożizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu aġġustati fil-vettura (bħad-dahar tas-sits ta’ wara), dawn għandhom ikunu ppożizzjonati b’tali mod li jirrappreżentaw il-pożizzjoni aġġustata tagħhom li tkun toffri l-aktar influwenza baxxa fuq iċ-ċaqliq ’il quddiem tas-sistema diviżorja.

2.7.   Meta l-ispostament ’il quddiem tas-sistema diviżorja jkun imrażżan b’assemblaġġ ta’ sits aġġustabbli b’mod lonġitudinali, dawn is-sits, jekk ikunu mwaħħlin mal-qafas riġidu preskritt fil-paragrafu 2.1 għandhom, fuq talba tal-manifattur, jiġu ppożizzjonati fi ħdan 10 mm mill-aktar pożizzjoni baxxa u mill-aktar pożizzjoni lura tagħhom, filwaqt li d-dahar tas-sit, jekk ikun aġġustabbli, għandu jiġi aġġustat biex jinġieb kemm jista’ jkun qrib il-25°. It-trażżin tar-ras, jekk ikun imwaħħal, għandu jiġi aġġustat biex jiġi fl-aktar pożizzjoni baxxa tiegħu.

3.   TWETTIQ TAT-TEST

Il-qafas tat-test u l-aċċessorji tiegħu preskritti fil-paragrafi 2.1, 2.2, 2.3.1,2.3.3, 2.4, 2.6 u 2.7 għandhom jitwaħħlu b’mod sikur ma’ slitta tat-test, li għandha tiġi deċellerata minn veloċità inizjali sal-waqfien totali b’tali mod li l-islitta u l-qafas imwaħħal tiegħu jkunu soġġetti għal deċellerazzjoni li taqa’ fil-limiti tal-kuritur speċifikat grafikament fl-Appendiċi 1 tal-Anness 3.


APPENDIĊI 1

IL-KURITUR TAD-DEĊELLERAZZJONI TAL-ISLITTA BĦALA FUNZJONI TA’ ĦIN

(Impatt minn quddiem)

Image 25


APPENDIĊI 2

IL-POŻIZZJONI TAL-BLOKOK TAT-TEST TAT-TIP 1 U TAT-TIP 2 B’RELAZZJONI MAL-QAFAS TAT-TEST

Image 26


APPENDIĊI 3

IL-POŻIZZJONI TAL-PJAN TAD-DEFLESSJONI MASSIMA TAS-SISTEMA DIVIŻORJA

Image 27


ANNESS 4

EŻEMPJU TA’ APPARAT GĦALL-ITTESTJAR TAS-SAĦĦA TA’ SISTEMI DIVIŻORJI

Image 28