ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 10

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
15ta' Jannar 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2020/28tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 ( ĠU L 038, 8.2.2019 )

3

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI ( ĠU L 135, 22.5.2019 )

4

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 ( ĠU L 135, 22.5.2019 )

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/1


DEĊIŻJONI (UE) 2020/28TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Novembru 2019

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b’mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)

Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fil-15 ta’ Mejju 2019 il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara x-xita eċċezzjonalment qawwija u l-maltempata li laqtu lil Kreta bejn it-23 u s-26 ta’ Frar 2019 u wasslu għal għargħar u uqigħ tal-art.

(4)

L-applikazzjoni tal-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(5)

Għaldaqstant il-Fond jenħtieġ li jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/277 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Fond ġie mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 50 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-pagament ta’ avvanzi għas-sena finanzjarja 2019. Dawk l-approprjazzjonijiet intużaw biss b’mod limitat ħafna. B’konsegwenza ta’ dan, hemm lok għall-finanzjament tal-ammont kollu għall-mobilizzazzjoni attwali permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-pagament ta’ avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019.

(7)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin li jieħu biex jiġi mobilizzat il-Fond, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 4 552 517 lill-Greċja, f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

L-ammont msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet immobilizzati għall-pagament ta’ avvanzi fil-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019. L-approprjazzjonijiet disponibbli għall-pagament ta’ avvanzi għandhom jitnaqqsu kif meħtieġ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta’ Novembru 2019.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/277 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019 (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 5).


Rettifika

15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/3


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 38 tat‐8 ta' Frar 2019 )

Fil-paġna 18, l-Anness, il-parti A, fit-tabella, id-19-il ringiela (relatata man-numru numru tas-serje 094321):

minflok:

“Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi

t (ekwivalenti għal zokkor abjad)

10 000

IDN

094321

58,4 %

5 841 ”

aqra:

“Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi

t (ekwivalenti għal zokkor abjad)

10 000

IND

094321

58,4 %

5 841 ”


15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/4


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 135 tat‐22 ta' Mejju 2019 )

1. It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 27,

minflok:

“Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI”,

aqra:

“Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI”.

2. Fil-paġna 74, fl-Artikolu 62(5), il-punt (a):

minflok:

"(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;”;"

aqra:

"(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(db)

Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;”;".


15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/5


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 135 tat‐22 ta' Mejju 2019 )

1. Fil-paġna 97, l-Artikolu 4, il-punt (8),

minflok:

“(8)

‘data tal-identità’ tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 27(3)(a) sa (e);”,

aqra:

“(8)

‘data tal-identità’ tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 27(3)(a) u (b);”;

2. Fil-paġna 124, l-Artikolu 59(5), il-punt (a),

minflok:

“(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(da)

Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;’;”

aqra:

“(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(db)

Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;’;”.