|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/2175 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Wara l-kriżi finanzjarja u r-rakkomandazzjonijiet ta’ grupp ta’ esperti ta’ livell għoli mmexxija minn Jacques de Larosière, l-Unjoni għamlet progress importanti fil-ħolqien ta’ regoli mhux biss aktar b’saħħithom, iżda wkoll aktar armonizzati għas-swieq finanzjarji fil-forma tal-Ġabra Unika tar-Regoli. L-Unjoni waqqfet ukoll is-sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja (SESF), mibnija fuq sistema ta’ żewġ pilastri li tikkombina s-superviżjoni mikroprudenzjali, ikkoordinata mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), u s-superviżjoni makroprudenzjali permezz tal-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS). It-tliet ASE, jiġifieri l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA, European Insurance and Occupational Pensions Authority) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA, European Securities and Markets Authority) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (b’mod kollettiv ‘ir-regolamenti tat-twaqqif), bdew joperaw f’Jannar 2011. L-objettiv ġenerali tal-ASE huwa li jsaħħu b’mod sostenibbli l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja madwar l-Unjoni kollha u li jtejbu l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri. |
|
(2) |
L-ASE għamlu kontribut kruċjali għall-armonizzazzjoni tar-regoli tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni billi pprovdew lill-Kummissjoni b’kontribut għall-inizjattivi tagħha għar-regolamenti u d-direttivi adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-ASE pprovdew ukoll lill-Kummissjoni b’abbozzi ta’ regoli tekniċi dettaljati li kienu adottati bħala atti delegati u ta’ implimentazzjoni. |
|
(3) |
L-ASE kkontribwew ukoll għall-konverġenza fis-superviżjoni finanzjarja u fil-prattiki superviżorji fl-Unjoni permezz ta’ linji gwida indirizzati lejn l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u billi kkoordinaw reviżjonijiet tal-prattiki superviżorji. |
|
(4) |
Setgħat imsaħħa mogħtija lill-ASE, sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-objettiv tagħhom, ikunu jirrikjedu wkoll governanza xierqa, użu effiċjenti tar-riżorsi kif ukoll finanzjament suffiċjenti. Is-setgħat imsaħħa weħidhom ma jkunux biżżejjed sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-ASE jekk huma ma jkollhomx finanzjament suffiċjenti jew jekk ma jkunux regolati b’mod effettiv u effiċjenti. |
|
(5) |
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, jenħtieġ li l-ASE jaġixxu f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll mal-politika ta’ regolamentazzjoni aħjar. Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u tal-miżuri tal-ASE inklużi strumenti bħal linji gwida, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet jew mistoqsijiet u tweġibiet jenħtieġ li dejjem ikunu bbażati fuq, u fil-parametri ta’, l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-regolamenti tat-twaqqif jew fl-ambitu tas-setgħat tagħhom. Jenħtieġ li l-ASE ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jaġixxu b’mod proporzjonat għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fl-attività finanzjarja jew fin-negozju tal-istituzzjoni jew impriża finanzjarja affettwata. |
|
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni enfasizzat li superviżjoni aktar effettiva u konsistenti tas-swieq u s-servizzi finanzjarji hija essenzjali sabiex jiġi eliminat l-arbitraġġ regolatorju bejn l-Istati Membri fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tagħhom, sabiex tiġi aċċellerata l-integrazzjoni tas-suq u sabiex jinħolqu opportunitajiet fis-suq intern għall-entitajiet finanzjarji u l-investituri. |
|
(7) |
Għalhekk, il-progress ulterjuri fil-konverġenza superviżorja huwa partikolarment urġenti sabiex tiġi kkompletata l-unjoni tas-swieq kapitali. Għaxar snin wara l-bidu tal-kriżi finanzjarja u l-istabbiliment tas-sistema superviżorja ġdida, is-servizzi finanzjarji u l-unjoni tas-swieq kapitali se jkunu dejjem aktar xprunati minn żewġ żviluppi ewlenin: il-finanzi sostenibbli u l-innovazzjoni teknoloġika. It-tnejn għandhom il-potenzjal li jittrasformaw is-servizzi finanzjarji u s-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja tagħna jenħtieġ li tkun mgħammra għalihom. Għalhekk, huwa kruċjali li s-sistema finanzjarja tagħmel il-parti sħiħa tagħha sabiex tilħaq l-isfidi kritiċi tas-sostenibbiltà. Din se tirrikjedi kontribuzzjoni attiva mill-ASE sabiex joħolqu l-qafas regolatorju u superviżorju xieraq. |
|
(8) |
L-ASE jenħtieġ li jkollhom rwol importanti fl-identifikazzjoni u r-rapportar tar-riskji li l-fatturi b’relazzjoni ambjentali, soċjali u ta’ governanza jirrappreżentaw għall-istabbiltà finanzjarja, u biex l-attività tas-swieq finanzjarji ssir aktar konsistenti ma’ objettivi tas-sostenibbiltà. Jenħtieġ li l-ASE jipprovdu gwida dwar kif jistgħu jiġu inkorporati b’mod effettiv kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fil-leġiżlazzjoni finanzjarja rilevanti tal-Unjoni u jippromwovu l-implimentazzjoni koerenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet mal-adozzjoni tagħhom. Meta l-ASE jibdew u jikkoordinaw il-valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq, jenħtieġ li jikkunsidraw kif dovut ir-riskji li l-fatturi b’relazzjoni ambjentali, soċjali u ta’ governanza jistgħu jippreżentaw għall-istabbiltà finanzjarja ta’ dawk l-istituzzjonijiet. |
|
(9) |
L-innovazzjoni teknoloġika kellha impatt dejjem akbar fuq is-settur finanzjarju u, għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi inizjattivi sabiex jittrattaw dawk l-iżviluppi teknoloġiċi. Sabiex tkompli ssir promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet rilevanti, fuq naħa waħda, u bejn l-awtoritajiet rilevanti u l-istituzzjonijiet finanzjarji jew il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fuq in-naħa l-oħra, jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-ASE fir-rigward tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom u fir-rigward tal-koordinazzjoni superviżorja tagħhom. |
|
(10) |
L-avvanzi teknoloġiċi fis-swieq finanzjarji jistgħu jtejbu l-inklużjoni finanzjarja, jipprovdu aċċess għall-finanzi, isaħħu l-integrità tas-suq u l-effiċjenza operattiva, kif ukoll inaqqsu l-ostakoli għad-dħul f’dawk is-swieq. Sa fejn ikun rilevanti għar-regoli sostantivi applikabbli, it-taħriġ tal-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġi estiż ukoll għall-innovazzjoni teknoloġika. Dan jenħtieġ jgħin jimpedixxi li l-Istati Membri jiżviluppaw approċċi diverġenti f’dawk il-kwistjonijiet. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-EBA, fil-qasam ta’ għarfien espert tagħha, twettaq monitoraġġ tal-ostakoli għal, jew tal-impatt fuq, il-konsolidament prudenzjali u jenħtieġ li jkun possibbli għall-EBA li tipprovdi opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li tidentifika modi xierqa biex jiġu indirizzati tali ostakoli jew impatt. |
|
(12) |
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet huma għodda ta’ konverġenza importanti li tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni billi tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni fl-ambitu tal-ASE. |
|
(13) |
Kulma jmur qed isir dejjem iktar importanti li jiġu promossi l-monitoraġġ konsistenti, sistematiku u effettiv u l-valutazzjoni tar-riskji relattivament għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, fil-mandati rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li dawn jistabbilixxu mekkaniżmi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni, tal-koordinazzjoni u tal-assistenza reċiproka, bl-użu sħiħ tal-għodod u l-miżuri disponibbli taħt il-qafas regolatorju u istituzzjonali eżistenti. |
|
(14) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw mill-abbużi tas-settur finanzjarju għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, meta jitqies li huwa fis-settur bankarju li huwa l-aktar probabbli li r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jkollhom impatt sistemiku, b’sisien fuq l-esperjenza miksuba diġà mill-EBA, li hija awtorità fejn huma rrappreżentati l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha, fir-rigward tal-protezzjoni tas-settur bankarju minn tali abbużi, jenħtieġ li l-EBA tassumi rwol mexxej, ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni biex tipprevjeni l-użu tas-sistema finanzjarja għal tali finijiet. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-EBA tingħata s-setgħa, addizzjonalment għall-kompetenzi attwali tagħha, li taġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 sa fejn tali setgħa tirrelata mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fir-rigward tal-operaturi fis-settur finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom, li huma koperti b’dawk ir-Regolamenti. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta’ dak il-mandat għas-settur finanzjarju kollu fl-EBA jottimizza l-użu tal-għarfien espert u tar-riżorsi tagħha, u jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi materjali stabbiliti fid-Direttiva (EU) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(15) |
Sabiex l-EBA teżerċita l-mandat tagħha b’mod effettiv, jenħtieġ li tagħmel użu sħiħ mis-setgħat u mill-għodod tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li hija tiżviluppa standards regolatorji u superviżorji, b’mod partikolari billi tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u tipprovdi opinjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur finanzjarju u tippromwovi l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom f’konformità mal-mandat previst fl-atti leġiżlattivi rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 16 tar-regolamenti tat-twaqqif. Jenħtieġ li l-miżuri li tadotta l-EBA biex tippromwovi l-integrità, it-trasparenza u s-sigurtà fis-sistema finanzjarja u biex tippromwovi u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-regolamenti tat-twaqqif u jenħtieġ li jqisu kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki ta’ negozju, il-mudelli ta’ negozju u d-daqs tal-operaturi u s-swieq tas-settur finanzjarju. |
|
(16) |
F’konformità mar-rwol il-ġdid tagħha, huwa importanti li l-EBA tiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-dgħufijiet marbuta mal-attivitajiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu identifikati mill-awtoritajiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti assenjati lill-awtoritajiet taħt id-Direttiva (UE) 2015/849 u mingħajr ebda duplikazzjoni bla bżonn. F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li l-EBA taħżen tali informazzjoni f’bażi tad-data ċentralizzata u trawwem il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet billi tiżgura t-tixrid xieraq tal-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ għalhekk li l-EBA tingħata mandat biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji rigward il-ġbir ta’ informazzjoni. L-EBA tista’ wkoll, fejn xieraq, tittrażmetti evidenza fil-pussess tagħha li tista’ twassal għal proċeduri kriminali lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u, sa fejn dan ikun jikkonċerna lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għal dawk il-kompiti mogħtija espliċitament. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-EBA ma tiġborx informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi konkreti li l-operaturi tas-settur finanzjarju għandhom l-obbligu li jirrapportaw lill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja tal-UE fl-Istati Membri tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2015/849. Jenħtieġ li d-dgħufijiet jitqiesu materjali meta dawn jikkostitwixxu ksur jew ksur potenzjali minn operatur tas-settur finanzjarju, jew jikkostitwixxu applikazzjoni mhux xierqa jew mhux effettiva minn operatur tas-settur finanzjarju, jew applikazzjoni mhux xierqa jew mhux effettiva minn operatur tas-settur finanzjarju tal-politiki u l-proċeduri interni tiegħu għall-konformità mad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Ksur huwa kkunsidrat li seħħ fejn operatur tas-suq finanzjarju jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kwalunkwe att tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali li tittrasponi tali rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-regolamenti tat-twaqqif sa fejn dawk l-atti jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Ksur potenzjali jseħħ meta l-awtorità kompetenti jkollha bażi raġonevoli li tissuspetta li jkun seħħ ksur, iżda f’dak l-istadju ma tkunx f’pożizzjoni li finalment tikkonkludi li jkun seħħ. Madankollu, minħabba l-informazzjoni miksuba f’dak l-istadju, bħall-informazzjoni mill-verifiki fuq il-post jew proċedimenti mhux fuq il-post, ikun ferm probabbli li jkun seħħ ksur. Applikazzjoni mhux xierqa jew mhux effettiva tad-dispożizzjonijiet legali hija kkostitwita min-nuqqas ta’ operatur tas-settur finanzjarju li jimplimenta r-rekwiżiti ta’ dawk l-atti b’mod sodisfaċenti. Jenħtieġ li applikazzjoni mhux xierqa jew mhux effettiva tal-proċeduri u l-politiki interni ta’ operatur tas-suq finanzjarju li jkollhom l-għan li jaċċertaw il-konformità ma’ dawk l-atti titqies bħala li tikkostitwixxi dgħufija li, b’mod sostanzjali, iżżid ir-riskju li jkun seħħ ksur jew li jista’ jseħħ. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-EBA, meta tivvaluta l-vulnerabbiltajiet u r-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur finanzjarju, tqis ukoll l-implikazzjonijiet għall-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu mir-reati predikati kollha, inklużi dawk li huma reati relatati mat-tassazzjoni, fejn applikabbli. |
|
(19) |
Fuq talba, l-EBA jenħtieġ li tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji prudenzjali tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-EBA tikkoordina mill-qrib, u fejn xieraq tiskambja informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, u ma’ awtoritajiet fdati li jissorveljaw lill-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex tiżgura l-effiċjenza u tevita kwalunkwe forma ta’ azzjonijiet duplikati jew inkonsistenti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-EBA twettaq reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll valutazzjonijiet tar-riskji dwar l-adegwatezza tal-istrateġiji u tar-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti fid-dawl tal-aktar riskji emerġenti importanti marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu kif identifikati fil-Valutazzjoni tar-Riskji Supranazzjonali. Jenħtieġ li l-EBA, meta twettaq tali reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tqis l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-Rapport biennali tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti mħejjija taħt l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(21) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EBA jkollha rwol ewlieni bħala kontributur għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi f’dawk il-kwistjonijiet bil-għan li tikkoordina aħjar l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni f’każijiet materjali ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu b’dimensjoni transfruntiera u ta’ pajjiż terz. Tali rwol jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-interazzjonijiet regolari mill-awtoritajiet kompetenti mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. |
|
(22) |
Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kontroll superviżorju tal-konformità fil-qasam tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u biex tiġi żgurata aktar koordinazzjoni fl-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-każ tal-ksur tal-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament jew tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali tagħha, jenħtieġ li l-EBA jkollha s-setgħa li twettaq analiżi tal-informazzjoni miġbura u, jekk ikun meħtieġ, twettaq investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħha dwar ksur materjali jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, u, fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ ksur materjali, li titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jinvestigaw kwalunkwe ksur possibbli tar-regoli rilevanti, li tikkunsidra li tieħu deċiżjonijiet u li timponi sanzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-settur finanzjarju li jirrikjeduhom li jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom. Jenħtieġ li dik is-setgħa tintuża biss fejn l-EBA jkollha indikazzjonijiet ta’ ksur materjali. |
|
(23) |
Għall-finijiet tal-proċedura għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 17 tar-regolamenti tat-twaqqif u fl-interess tal-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi ffaċilitat u mħaffef l-aċċess tal-ASE għall-informazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li dawn ikollhom l-abilitazzjoni li jitolbu l-informazzjoni direttament, permezz ta’ talba debitament ġustifikata u motivata, minn awtoritajiet kompetenti oħrajn kull meta jiġi ppruvat jew jitqies li tali talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata mhijiex suffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta’ ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni. |
|
(24) |
Is-superviżjoni armonizzata tas-settur finanzjarju tirrikjedi approċċ konsistenti fost l-awtoritajiet kompetenti. Għal dak l-għan, l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti huma soġġetti għal reviżjonijiet bejn il-pari. Jenħtieġ ukoll li l-ASE jiżguraw li l-metodoloġija tiġi applikata bl-istess mod. Tali reviżjonijiet bejn il-pari jenħtieġ li jiffokaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiki superviżorji, iżda wkoll fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja, kif ukoll fuq l-indipendenza ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti. Il-konstatazzjonijiet ewlenin ta’ dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari jenħtieġ li jiġu ppubblikati bil-għan li jinkoraġġixxu l-konformità u jżidu t-trasparenza, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
(25) |
Fid-dawl tal-importanza li jiġi żgurat li l-qafas superviżorju tal-Unjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jiġi applikat b’mod effettiv, ir-reviżjonijiet bejn il-pari huma ta’ importanza ewlenija biex jingħataw perspettivi oġġettivi u trasparenti dwar il-prattiki superviżorji. Jenħtieġ li l-EBA tivvaluta wkoll l-istrateġiji, il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji emerġenti relatati mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(26) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha u teżerċita s-setgħat tagħha għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-EBA, wara li tkun ħadet deċiżjoni indirizzata lill-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn operaturi fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-proċedura għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni u tal-proċedura ta’ medjazzjoni vinkolanti anki meta r-regoli sostantivi ma jkunux applikabbli direttament għall-operaturi fis-settur finanzjarju. Fejn ir-regoli materjali jkunu stabbiliti fid-Direttivi, jenħtieġ li l-EBA tapplika l-liġi nazzjonali sa fejn din tkun qed tittrasponi dawk id-Direttivi. Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun magħmula minn regolamenti u fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dawk ir-regolamenti espressament jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, jenħtieġ li l-EBA tapplika l-liġi nazzjonali sa fejn tali opzjonijiet ġew eżerċitati. |
|
(27) |
Fil-każijiet li fihom dan ir-Regolament jawtorizza lill-EBA biex tapplika l-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi, tali liġi nazzjonali tista’ tiġi applikata mill-EBA sa fejn biss ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha mil-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-EBA tapplika r-regoli tal-Unjoni rilevanti kollha, u fejn tali regoli huma stabbiliti f’Direttivi, jenħtieġ li hija tapplika l-liġi nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, bil-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi tal-liġi fl-Unjoni kollha filwaqt li tiġi rrispettata l-liġi nazzjonali rilevanti. |
|
(28) |
Fejn deċiżjoni tal-EBA tkun ibbażata fuq, jew konnessa ma’, setgħat tagħha għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tikkonċerna lill-operaturi tas-settur finanzjarju jew awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-kompetenzi tal-EIOPA jew l-ESMA, jenħtieġ li l-EBA tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni biss bi ftehim mal-EIOPA jew mal-ESMA, rispettivament. Jenħtieġ li l-EIOPA u l-ESMA, f’kull każ b’kont meħud tal-urġenza tad-deċiżjoni rilevanti, meta jesprimu l-fehmiet tagħhom, jikkunsidraw li jagħmlu użu mill-proċeduri ta’ deċiżjoni mħaffa f’konformità mar-regoli dwar il-governanza interna rispettiva tagħhom. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-ASE jkollhom stabbiliti mezzi ta’ rappurtar iddedikati biex jirċievu u jittrattaw informazzjoni pprovduta minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta dwar ksur effettiv jew potenzjali, abbuż tal-liġi, jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-ASE jiżguraw li tkun possibbli l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni b’mod anonimu, jew b’mod kunfidenzjali u sikur. Il-persuna li tirrapporta jenħtieġ li tkun protetta mir-ritaljazzjoni. Jenħtieġ li l-ASE jipprovdu feedback lill-persuna li tirrapporta. |
|
(30) |
Superviżjoni armonizzata tas-settur finanzjarju tirrikjedi wkoll li n-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti f’sitwazzjonijiet transfruntieri jissolvew b’mod effiċjenti. Ir-regoli eżistenti sabiex jissolvew tali nuqqasijiet ta’ qbil mhumiex sodisfaċenti għalkollox. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adattati sabiex ikunu aktar faċilment applikabbli. |
|
(31) |
Il-promozzjoni ta’ kultura superviżorja tal-Unjoni hija integrali għall-ħidma tal-ASE fuq il-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Għalhekk, l-Awtorità tista’ regolarment tidentifika sa żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom. Jenħtieġ li l-Bord tas-Superviżuri ta’ kull ASE jiddiskuti l-attivitajiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għas-sena segwenti u jislet konklużjonijiet. |
|
(32) |
Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet mill-kumitati ta’ rieżami bejn il-pari jagħtu lok għal studji fil-fond ibbażati fuq awtovalutazzjoni mill-awtoritajiet rieżaminati, segwita minn evalwazzjoni mill-kumitat tar-rieżami bejn il-pari. Jenħtieġ li l-membru ta’ awtorità kompetenti taħt rieżami ma jipparteċipax fil-valutazzjoni meta din tkun tirrigwarda dik l-awtorità kompetenti. |
|
(33) |
L-esperjenza tal-ASE wriet il-benefiċċji tal-koordinazzjoni msaħħa f’ċerti oqsma permezz ta’ pjattaformi jew gruppi ad hoc. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi bażi ġuridika u jsaħħaħ tali arranġamenti permezz tal-ħolqien ta’ għodda ġdida, jiġifieri, it-twaqqif ta’ gruppi ta’ koordinazzjoni. Jenħtieġ li tali gruppi ta’ koordinazzjoni jippromwovu l-konverġenza b’rabta mal-prattiki superviżorji adottati mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u esperjenzi. Jenħtieġ li s-sehem tal-awtoritajiet kompetenti kollha f’dawk il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkun mandatorju u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-gruppi ta’ koordinazzjoni. Jenħtieġ li jitqies it-twaqqif ta’ gruppi ta’ koordinazzjoni kull fejn l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw bżonn ta’ koordinazzjoni fid-dawl ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Tali gruppi ta’ koordinazzjoni jistgħu jitwaqqfu fir-rigward tal-oqsma kollha koperti mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-regolamenti tat-twaqqif. |
|
(34) |
Swieq finanzjarji internazzjonali ordnati u li jiffunzjonaw tajjeb jeżiġu l-monitoraġġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew adottati mill-Kummissjoni. Kull ASE jenħtieġ li timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji kif ukoll il-prattiki ta’ infurzar f’dawk il-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tagħmel dan sabiex tivverifika jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet, u kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fihom għadhomx issodisfati. Jenħtieġ li kull ASE tippreżenta rapport kunfidenzjali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li kull ASE, fejn possibbli, tiżviluppa wkoll arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi sabiex tikseb informazzjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ u għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji. Dak ir-reġim superviżorju msaħħaħ jenħtieġ li jiżgura li l-ekwivalenza ma’ pajjiżi terzi tkun aktar trasparenti, aktar prevedibbli għall-pajjiżi terzi kkonċernati u aktar konsistenti fis-setturi kollha. |
|
(35) |
Jenħtieġ li r-rappreżentant tal-BERS fil-Bord tas-Superviżuri jippreżenta l-fehma komuni tal-Bord Ġenerali tal-BERS b’attenzjoni partikolari għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
(36) |
Sabiex jiġi żgurat li l-livell adegwat ta’ ħila esperta jsostni d-deċiżjonijiet relatati ma’ miżuri tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, huwa meħtieġ li jitwaqqaf kumitat intern permanenti fl-EBA. Dak il-kumitat jenħtieġ li jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli ta’ awtoritajiet u korpi responsabbli mill-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu li jkollhom ħila esperta u setgħat ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li dak il-kumitat jinkludi wkoll rappreżentanti ta’ livell għoli mill-ASE li jkollhom għarfien espert fir-rigward ta’ mudelli differenti ta’ negozju u tal-ispeċifiċitajiet settorjali rispettivi tagħhom. Dak il-kumitat jenħtieġ li jeżamina u jipprepara d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-EBA. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-kumitat il-ġdid jissostitwixxi lis-sottokumitat eżistenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus li kien twaqqaf fil-Kumitat Konġunt tal-ASE. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-ASE li jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni tal-kumitat intern, li jenħtieġ li l-Bord tas-Superviżuri tal-EBA jikkunsidra b’mod debitu qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu. |
|
(37) |
F’konformità mal-objettiv li tinkiseb sistema superviżorja aktar koerenti u vijabbli fl-Unjoni sabiex tipprevjeni u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-partijiet interessati rilevanti kollha, twettaq valutazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effettività tal-kompiti speċifiċi mogħtija lill-EBA taħt dan ir-Regolament relatati mal-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-valutazzjoni – sa fejn possibbli – tirrifletti l-esperjenzi miksuba minn sitwazzjonijiet fejn l-EBA titlob lil awtorità kompetenti biex: tinvestiga ksur possibbli tal-liġijiet nazzjonali, sa fejn dawn jittrasponu Direttivi jew jeżerċitaw opzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni, minn operaturi tas-settur finanzjarju; tikkunsidra li timponi sanzjonijiet fuq dak l-operatur fir-rigward ta’ tali ksur; jew tikkunsidra l-adozzjoni ta’ deċiżjoni individwali indirizzata lil dak l-operatur tas-settur finanzjarju billi titolbu jwettaq l-azzjoni neċessarja kollha sabiex ikun konformi mal-obbligi tiegħu taħt il-liġijiet nazzjonali sa fejn dawn jittrasponu Direttivi jew jeżerċitaw opzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li bl-istess mod tirrifletti tali esperjenzi miksuba minn sitwazzjonijiet fejn l-EBA tapplika l-liġi nazzjonali sa fejn tittrasponi Direttivi jew teżerċita opzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri mil-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta dik il-valutazzjoni bħala parti mir-rapport tagħha skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2015/849, flimkien ma’ proposti leġiżlattivi, jekk xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-11 ta’ Jannar 2022. Sa meta dik il-valutazzjoni tiġi ppreżentata, jenħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-EBA relatati mal-użu tas-sistema finanzjarja għal skopijiet ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu fl-Artikoli 9b, 17(6) u 19 (4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jiġu kkunsidrati bħala soluzzjoni provviżorja sa fejn dawn jippermettu lill-EBA tibbaża talbiet lill-awtoritajiet kompetenti fuq ksur possibbli tal-liġi nazzjonali jew jippermettu l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali mill-EBA. |
|
(38) |
Sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-ħidma tal-ASE, ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali jenħtieġ li japplikaw ukoll għal kwalunkwe persuna li tipprovdi kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, b’rabta mal-kompiti tal-ASE kkonċernata. |
|
(39) |
Ir-regolamenti tat-twaqqif kif ukoll l-atti leġislattivi settorjali jirrikjedu li l-ASE jfittxu arranġamenti amministrattivi effettivi, li jinvolvu l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ superviżuri ta’ pajjiżi terzi. Il-ħtieġa għal kooperazzjoni effettiva u skambju ta’ informazzjoni mistennija ssir aktar importanti meta, skont dan ir-Regolament emendatorju, uħud mill-ASE jassumu responsabbiltajiet usa’ addizzjonali fir-rigward tas-superviżjoni tal-entitajiet u l-attivitajiet mhux tal-UE. Fejn, f’dak il-kuntest, l-ASE jipproċessaw data personali, inkluż billi jittrasferixxu tali data barra mill-Unjoni, huma jkunu marbutin bir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza jew ta’ salvagwardji xierqa, pereżempju previsti fl-arranġamenti amministrattivi fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-ASE jistgħu jiskambjaw data personali mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’, u taħt il-kondizzjonijiet ta’, id-deroga ta’ interess pubbliku stabbilita fil-punt (d) tal-Artikolu 50(1) tiegħu, li b’mod partikolari tapplika għall-każijiet ta’ skambju ta’ data internazzjonali bejn awtoritajiet superviżorji finanzjarji. |
|
(40) |
Ir-regolamenti tat-twaqqif jipprevedu li, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-ASE jenħtieġ li jibdew u jikkoordinaw testijiet tal-istress madwar l-Unjoni kollha sabiex tiġi vvalutata r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji jew tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li, kemm jista’ jkun, tiġi applikata metodoloġija konsistenti, fil-livell nazzjonali għal tali testijiet. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll, fir-rigward tal-ASE kollha, li l-obbligi ta’ segretezza professjonali tal-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li ma jżommux lill-awtoritajiet kompetenti milli jibagħtu r-riżultati tat-testijiet tal-istress lill-ASE għall-fini ta’ pubblikazzjoni. |
|
(41) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ konverġenza fil-qasam tas-superviżjoni u l-approvazzjoni tal-mudelli interni, f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jenħtieġ li l-EIOPA, meta ssirilha talba, tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fid-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni tal-mudelli interni. |
|
(42) |
Sabiex l-ASE jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur, jenħtieġ li huma jkunu intitolati li jikkoordinaw dawk li huma msejjħa ‘attivitajiet ta’ xiri bil-moħbi’ tal-awtoritajiet kompetenti, jekk applikabbli. |
|
(43) |
Jenħtieġ li l-ASE jkollhom riżorsi u membri tal-persunal adegwati u xierqa biex jikkontribwixxu b’mod effettiv għas-superviżjoni finanzjarja konsistenti, effiċjenti u effettiva fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kompetenzi addizzjonali u l-volum tax-xogħol mogħtija lill-ASE jkunu kkomplementati b’riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti. |
|
(44) |
L-evoluzzjoni tal-ambitu tas-superviżjoni diretta jaf tkun tirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji, u l-parteċipanti tas-suq finanzjarji b’superviżjoni diretta mill-ASE, jagħmlu kontribuzzjonijiet addizzjonali abbażi tan-nefqa proġettata tal-ASE rilevanti. |
|
(45) |
L-inkonsistenzi fil-kwalità, fl-ifformattjar, fl-affidabilità u fil-kost tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom effett detrimentali fuq it-trasparenza tad-data, il-protezzjoni tal-investituri u l-effiċjenza tas-suq. Sabiex jissaħħu l-monitoraġġ u r-rikostruzzjoni tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u jittejbu l-konsistenza u l-kwalità ta’ dik id-data u d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħha bi spiża raġonevoli madwar l-Unjoni għaċ-ċentri rilevanti ta’ negozjar, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) introduċiet qafas legali ġdid għas-servizzi ta’ rapportar tad-data, inklużi l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data. |
|
(46) |
Il-kwalità tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u tal-ipproċessar u l-forniment ta’ dik id-data, inklużi l-ipproċessar u l-forniment transfruntier ta’ data, hija ta’ importanza kbira ħafna sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jiġifieri t-tisħiħ tat-trasparenza tas-swieq finanzjarji. Għalhekk, il-forniment ta’ servizzi ta’ data ewlenija huwa ta’ importanza kbira għall-utenti sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-ħarsa ġenerali mixtieqa lejn l-attività ta’ negozjar madwar is-swieq finanzjarji tal-Unjoni u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu informazzjoni preċiża u komprensiva dwar it-tranżazzjonijiet rilevanti. |
|
(47) |
Barra minn hekk, id-data dwar it-tranżazzjonijiet hija għodda dejjem aktar essenzjali għall-infurzar effettiv tar-rekwiżiti li joriġinaw mir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Minħabba d-dimensjoni transfruntiera tal-ġestjoni tad-data, tal-kwalità tad-data u tal-ħtieġa li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, kif ukoll bil-ħsieb li jiġi evitat l-impatt avvers ta’ diverġenzi potenzjali kemm fuq il-kwalità tad-data kif ukoll fuq il-kompiti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data, huwa ta’ benefiċċju u ġustifikat li s-setgħat ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data jiġu ttrasferiti mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA, għajr għal dawk li jibbenefikaw minn deroga, u li dawk is-setgħat jiġu speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jippermetti, fl-istess ħin, il-konsolidazzjoni tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu komuni ta’ kompetenzi relatati mad-data fi ħdan l-ESMA. |
|
(48) |
L-investituri fil-livell tal-konsumaturi jenħtieġ li jiġu informati b’mod adegwat dwar ir-riskji potenzjali li jeżistu meta jiddeċiedu li jinvestu fi strument finanzjarju. Il-qafas legali tal-Unjoni għandu l-għan li jnaqqas ir-riskju ta’ bejgħ inadatt meta l-investituri fil-livell tal-konsumaturi jiġu mibjugħa prodotti finanzjarji li ma jkunux adatti għall-ħtiġijiet jew l-aspettattivi tagħhom. Għal dak l-għan, id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 isaħħu r-rekwiżiti organizzazzjonali u tal-kondotta kummerċjali sabiex jiġi żgurat li d-ditti ta’ investiment jaġixxu fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu divulgazzjoni mtejba tar-riskji lill-klijenti, valutazzjoni aħjar tal-adattabilità tal-prodotti rrakkomandati, kif ukoll obbligu li l-istrumenti finanzjarji jitqassmu lis-suq fil-mira identifikat, filwaqt li jitqiesu fatturi bħas-solvenza tal-emittenti. L-ESMA jenħtieġ li tagħmel użu sħiħ mis-setgħat tagħha sabiex tiżgura l-konverġenza superviżorja u tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali fil-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u sorveljanza effettiva tar-riskji assoċjati ma’ prodotti finanzjarji. |
|
(49) |
Huwa importanti li jiġu żgurati sottomissjoni, kompilazzjoni, analiżi u pubblikazzjoni effettivi u effiċjenti tad-data għall-finijiet tal-kalkoli sabiex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti għas-sistemi tal-obbligi ta’ negozjar u trasparenza qabel u wara n-negozjar, kif ukoll għall-finijiet tad-data ta’ referenza f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Għalhekk, l-ESMA, apparti l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li tingħata kompetenzi sabiex twettaq il-ġbir dirett ta’ data mill-parteċipanti fis-swieq fir-rigward tar-rekwiżiti tat-trasparenza qabel u wara n-negozjar, kif ukoll l-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data. |
|
(50) |
L-għoti ta’ dawk il-kompetenzi lill-ESMA jippermetti awtorizzazzjoni u sorveljanza ġestiti ċentralment, li jgħinu sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni attwali fejn bosta ċentri ta’ negozjar, internalizzaturi sistematiċi, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APAs, approved publication arrangements) u fornituri ta’ tapes konsolidati (CTPs, consolidated tape providers) huma meħtieġa jipprovdu lil bosta awtoritajiet kompetenti b’data li mbagħad tiġi pprovduta biss lill-ESMA. Tali sistema ġestita ċentralment jenħtieġ li tkun ta’ benefiċċju kbir għall-parteċipanti fis-swieq f’termini ta’ trasparenza akbar tad-data, protezzjoni tal-investituri u effiċjenza tas-suq. |
|
(51) |
L-għoti ta’ setgħat ta’ ġbir tad-data, awtorizzazzjoni u sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA huwa wkoll strumentali għal kompiti oħrajn li qed twettaq l-ESMA taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, bħall-monitoraġġ tas-suq u s-setgħat ta’ interventi temporanji tal-ESMA. |
|
(52) |
Sabiex l-ESMA teżerċita s-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, fil-qasam tal-ipproċessar u l-forniment tad-data, jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post. Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel lill-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data jwaqqfu ksur tal-liġi, jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta rikjesta mill-ESMA jew biex tpoġġihom taħt investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post, kif ukoll li timponi sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn meta hija ssib li persuna tkun wettqet, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, ksur tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(53) |
Il-prodotti finanzjarji li jużaw parametri referenzjarji kritiċi huma disponibbli fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, dawk il-parametri referenzjarji huma ta’ importanza kruċjali għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Għalhekk, is-superviżjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jenħtieġ li tagħti ħarsa olistika lejn l-impatti potenzjali, mhux biss fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-amministratur u fl-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-kontributuri tiegħu, iżda wkoll madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, huwa xieraq li ċerti parametri referenzjarji kritiċi jiġu ssorveljati fil-livell tal-Unjoni mill-ESMA. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti, l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi jenħtieġ li jiġu ssorveljati biss mill-ESMA, inklużi kwalunkwe parametri referenzjarji mhux kritiċi li jistgħu jamministraw. |
|
(54) |
Peress li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji kritiċi u l-kontributuri għalihom jinsabu taħt rekwiżiti aktar stretti mill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji oħrajn u l-kontributuri għalihom, id-deżinjazzjoni tal-parametri referenzjarji bħala parametri referenzjarji kritiċi jenħtieġ li ssir mill-Kummissjoni jew tintalab mill-ESMA u jenħtieġ li tiġi kkodifikata mill-Kummissjoni. Billi l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom l-aħjar aċċess għad-data u l-informazzjoni dwar il-parametri referenzjarji li jissorveljaw, jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-ESMA dwar kwalunkwe parametru referenzjarju li, fl-opinjoni tagħhom, jissodisfa l-kriterji li jidentifikaw il-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika. |
|
(55) |
Il-proċedura sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru ta’ referenza għal amministraturi ta’ parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi li japplikaw għal rikonoxximent fl-Unjoni hija kumplikata u tieħu ħafna ħin kemm għall-applikanti kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-applikanti jistgħu jippruvaw jinfluwenzaw dik id-determinazzjoni bit-tama li jkollhom arbitraġġ superviżorju. Dawk l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji jistgħu jagħżlu r-rappreżentant legali tagħhom strateġikament fi Stat Membru fejn huma jqisu li s-superviżjoni hija inqas stretta. Approċċ armonizzat mal-ESMA bħala l-awtorità kompetenti għar-rikonoxximent ta’ amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jevita dawk ir-riskji u l-kostijiet sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru ta’ referenza, kif ukoll tas-superviżjoni sussegwenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-ESMA bħala l-awtorità kompetenti għall-amministraturi rikonoxxuti ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi jistabbilixxi lilha bħala l-kontroparti fl-Unjoni għas-superviżuri f’pajjiżi terzi, sabiex b’hekk il-kooperazzjoni transfruntiera ssir aktar effiċjenti u effettiva. |
|
(56) |
Ħafna mill-amministraturi ta’ parametri referenzjarji, jekk mhux ukoll il-maġġoranza tagħhom, huma banek jew ditti ta’ servizzi finanzjarji li jittrattaw il-flus tal-klijenti. Sabiex ma tiġix imminata l-ġlieda tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li tkun prekondizzjoni għall-konklużjoni ta’ arranġament ta’ kooperazzjoni ma’ awtorità kompetenti taħt reġim ta’ ekwivalenza li l-pajjiż tal-awtorità kompetenti ma jkunx fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddidiet sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(57) |
Kważi l-parametri referenzjarji kollha huma referenzjati fil-prodotti finanzjarji li huma disponibbli f’diversi Stati Membri, jekk mhux fl-Unjoni kollha. Sabiex jidentifikaw ir-riskji relatati mal-provvediment ta’ parametri referenzjarji li jista’ jkun li ma jibqgħux aktar affidabbli jew rappreżentattivi tas-suq jew tar-realtà ekonomika li huma jkollhom il-ħsieb li jkejlu, l-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-ESMA, jenħtieġ li jikkooperaw u jgħinu lil xulxin, fejn xieraq. |
|
(58) |
Huwa xieraq li jiġi previst perjodu raġonevoli sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni sabiex l-ASE u l-partijiet ikkonċernati l-oħrajn jkunu jistgħu japplikaw ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(59) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Responsabbiltà tal-Awtoritajiet 1. L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, f’konformità ma’ dak ir-Regolament. 2. F’konformità mal-Artikolu 226 TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa taħt dak l-Artikolu. 3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President, u għandu, sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, jibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. 4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta ta’ smigħ tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu, kull meta jiġi mitlub jagħmel dan. 5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. 6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc. 7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal kwalunkwe mistoqsija indirizzata lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ħames ġimgħat mir-riċezzjoni tagħha. 8. Fuq talba, il-President għandu jkollu diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali. 9. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, meta tintalab tagħmel dan, dwar il-kontribut tagħha għal rappreżentanza magħquda, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni f’tali fora internazzjonali.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9a Kompiti speċjali marbuta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 1. L-Awtorità, fil-kompetenzi rispettivi tagħha, għandha tieħu rwol ta’ tmexxija, ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ fil-promozzjoni tal-integrità, tat-trasparenza u tas-sigurtà fis-sistema finanzjarja billi tadotta miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’dik is-sistema. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dawk il-miżuri ma għandhomx jeċċedu dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom iqisu b’mod xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki kummerċjali, il-mudelli ta’ negozju u d-daqs tal-operaturi u tas-swieq fis-settur finanzjarju. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu:
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-definizzjoni ta’ dgħufijiet kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, inklużi s-sitwazzjonijiet korrispondenti fejn jistgħu jseħħu d-dgħufijiet, il-materjalità tad-dgħufijiet tagħhom u l-implimentazzjoni prattika tal-ġbir tal-informazzjoni mill-Awtorità kif ukoll it-tip ta’ informazzjoni li jenħtieġ li tiġi pprovduta skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. Fl-iżvilupp ta’ dawk l-istandards tekniċi, l-Awtorità għandha tikkunsidra l-volum tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni. Hija għandha wkoll tistabbilixxi arranġamenti biex tiżgura l-effettività u l-kunfidenzjalità. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14. 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data ċentrali b’informazzjoni miġbura skont il-punt (a) tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tiġi analizzata u li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u kunfidenzjali. Fejn xieraq, l-Awtorità tista’ tittrażmetti evidenza li tkun fil-pussess tagħha u li tista’ twassal għal proċedimenti kriminali lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont ir-regoli proċedurali nazzjonali. Fejn xieraq, l-Awtorità tista’ wkoll tittrażmetti evidenza lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fejn tali evidenza tikkonċerna reati li fir-rigward tagħhom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita jew jista’ jeżerċita kompetenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (*19). 3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw talbiet motivati lill-Awtorità għal informazzjoni dwar operaturi fis-settur finanzjarju rilevanti għall-attivitajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. L-Awtorità għandha tivvaluta dawk it-talbiet u tagħti l-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u fi żmien xieraq. Fejn l-Awtorità ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba u tagħti spjegazzjoni għaliex ma pprovdietx l-informazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-awtorità kompetenti, jew lil kwalunkwe awtorità jew istituzzjoni oħra li tkun inizjalment ipprovdiet l-informazzjoni mitluba, bl-identità tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, l-identità tal-operatur ikkonċernat fis-settur finanzjarju, ir-raġuni għat-talba għall-informazzjoni kif ukoll jekk l-informazzjoni ġietx kondiviża. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha tanalizza l-informazzjoni sabiex tikkondividi informazzjoni rilevanti fuq inizjattiva tagħha stess ma’ awtoritajiet kompetenti għall-attivitajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Fejn fil-fatt tikkondividi, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li inizjalment tkun ipprovdiet l-informazzjoni. Hija għandha twettaq ukoll analiżi fuq bażi aggregata għall-opinjoni li hi mitluba tagħti skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw kif l-informazzjoni għandha tiġi analizzata u ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u kunfidenzjali. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14. 4. L-Awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza tal-proċessi superviżorji msemmija fid-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż billi twettaq rieżamijiet bejn il-pari, u magħhom toħroġ rapporti relatati u miżuri ta’ segwitu skont l-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità, meta twettaq dawn ir-rieżamijiet skont l-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament, għandha tqis l-evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet jew rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-rapport biennali magħmul mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva. 5. L-Awtorità, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, għandha twettaq valutazzjonijiet tar-riskji tal-istrateġiji, il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskji emerġenti l-aktar importanti marbuta mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fil-livell tal-Unjoni kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji supranazzjonali. Hija għandha twettaq dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju b’mod partikolari għall-fini tal-għoti tal-opinjoni li hija tkun mitluba tagħti skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849. L-Awtorità għandha twettaq valutazzjonijiet tar-riskju fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, inklużi r-rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament, l-analiżi li tkun saret minnha fuq bażi aggregata tal-informazzjoni miġbura għall-finijiet tal-bażi ta’ data ċentrali skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll tal-evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet jew rapporti rilevanti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u tal-valutazzjonijiet tar-riskju mill-Istati Membri mħejjija skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2015/849. L-Awtorità għandha tagħmel il-valutazzjonijiet tar-riskju disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità, permezz tal-kumitat intern stabbilit taħt il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għandha tiżviluppa u tapplika metodi li jippermettu valutazzjoni oġġettiva, kif ukoll rieżami ta’ kwalità għolja u konsistenti tal-valutazzjonijiet u l-applikazzjoni tal-metodoloġija u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Dak il-kumitat intern għandu jwettaq ir-rieżami tal-kwalità u l-konsistenza tal-valutazzjonijiet tar-riskji. Huwa għandu jħejji l-abbozzi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 44. 6. F’każijiet fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ ksur, min-naħa tal-operaturi fis-settur finanzjarju, tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 u fejn ikun hemm dimensjoni transfruntiera ma’ pajjiżi terzi, l-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni fil-kontribuzzjoni għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi fejn ikun meħtieġ. Dan ir-rwol tal-Awtorità għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-interazzjonijiet regolari mill-awtoritajiet kompetenti mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. 7. L-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu biex jikkoordina miżuri biex jipprevjenu u jiġġieldu l-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u biex jipprepara, skont ir-Regolament (UE) 2015/847 u d-Direttiva (UE) 2015/849, l-abbozzi kollha tad-deċiżjonijiet li tkun trid tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament. 8. Il-kumitat imsemmi fil-paragrafu 7 għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli tal-awtoritajiet u l-korpi tal-Istati Membri kollha kompetenti biex jiżguraw konformità minn operaturi fis-settur finanzjarju mar-Regolament (UE) 2015/847 u d-Direttiva (UE) 2015/849 li jkollhom għarfien espert u setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll minn rappreżentanti ta’ livell għoli li jkollhom għarfien espert fil-mudelli differenti ta’ negozju u fl-ispeċifiċitajiet settorjali tal-Awtorità, tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) rispettivament. Ir-rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Awtorità u ta’ dawk l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej oħra għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ dak il-kumitat mingħajr id-dritt tal-vot. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, il-BERS, u l-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom kollha jinnominaw rappreżentant ta’ livell għoli biex jieħu sehem fil-laqgħat ta’ dak il-kumitat, bħala osservatur. Il-president ta’ dak il-kumitat għandu jiġi elett mill-membri votanti ta’ dak il-kumitat u minn fosthom stess. Kull istituzzjoni, awtorità u korp imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnominaw rappreżentant supplenti mill-persunal tagħhom, li jista’ jissostitwixxi lill-membru meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. L-Istati Membri fejn aktar minn awtorità waħda tkun kompetenti biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-operaturi fis-settur finanzjarju jistgħu jinnominaw rappreżentant wieħed għal kull awtorità kompetenti. Irrispettivament mill-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti rappreżentati fil-laqgħa, kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed. Dak il-kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma interni dwar aspetti speċifiċi tal-ħidma tiegħu bil-ħsieb li jħejju abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ dak il-kumitat. Dawk il-gruppi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-persunal mill-awtoritajiet kompetenti kollha rappreżentati f’dak il-kumitat u mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). 9. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) jistgħu fi kwalunkwe mument jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. Il-Bord tas-Superviżuri għandu debitament jikkunsidra tali osservazzjonijiet qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu. Fejn abbozz ta’ deċiżjoni jkun ibbażat fuq is-setgħat mogħtija lill-Awtorità jew marbut magħhom taħt l-Artikolu 9b, 17 jew 19 u jikkonċerna:
l-Awtorità tista’ biss tieħu d-deċiżjoni bi qbil mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) fil-każ tal-punt (a), jew mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) fil-każ tal-punt (b). L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jinnotifikaw il-fehmiet tagħhom lill-Awtorità fi żmien 20 jum mid-data tal-abbozz tad-deċiżjoni mill-kumitat imsemmi fil-paragrafu 7. Fejn huma ma jinnotifikawx il-fehmiet tagħhom lill-Awtorità fi żmien 20 jum u lanqas ma jitolbu estensjoni debitament ġustifikata għan-notifika ta’ tali fehmiet, għandu jkun preżunt li hemm qbil. Artikolu 9b Talba għal investigazzjoni marbuta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 1. Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849, l-Awtorità tista’, fejn ikollha indikazzjonijiet ta’ ksur materjali, titlob lil awtorità kompetenti kif imsemmija fil-punt (2)(iii) tal-Artikolu 4 biex: (a) tinvestiga l-ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni, u fejn tali liġi tal-Unjoni tkun magħmula minn direttivi jew espliċitament tagħti opzjonijiet lill-Istati Membri, tinvestiga l-ksur tal-liġi nazzjonali sa fejn din tittrasponi Direttivi jew teżerċita opzjonijiet mogħtija lil Stati Membri mil-liġi tal-Unjoni, minn operatur fis-settur finanzjarju; u (b) tikkunsidra li timponi sanzjonijiet lil dak l-operatur fir-rigward ta’ tali ksur. Fejn meħtieġ, tista’ titlob ukoll lil awtorità kompetenti kif imsemmija fil-punt (2)(iii) tal-Artikolu 4 biex tikkunsidra li tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dak l-operatur fis-settur finanzjarju li titolbu jieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, jew taħt il-liġi nazzjonali sa fejn din tittrasponi Direttivi jew teżerċita opzjonijiet mogħtija lil Stati Membri mil-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. It-talbiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-miżuri superviżorji li jkunu għaddejjin meħudin mill-awtorità kompetenti li lilha tkun indirizzata t-talba. 2. L-awtorità kompetenti għandha tikkonforma ma’ kwalunkwe talba indirizzata lilha skont il-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-Awtorità, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn 10 ijiem ta’ xogħol, dwar il-passi li ħadet jew li beħsiebha tieħu biex tikkonforma ma’ dik it-talba. 3. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tinformax lill-Awtorità fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol bil-passi li tkun ħadet jew li tkun beħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 9c Ittri meta ma titteħidx azzjoni 1. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, tista’ probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, hija marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti kif provdut fl-Artikolu 16. L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli. 3. Fejn meħtieġ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u sa meta jiġu adottati u applikati miżuri ġodda wara l-passi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha toħroġ opinjonijiet rigward dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jkomplu jiġu segwiti prattiki superviżorji u ta’ infurzar konsistenti, effiċjenti u effettivi, u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni. 4. Fejn, abbażi tal-informazzjoni riċevuta, partikolarment mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tikkunsidra li kwalunkwe mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, jqajmu kwistjonijiet eċċezzjonali sinifikanti li jappartjenu għall-fiduċja tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-klijenti jew tal-investituri, il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew is-swieq tal-komoditajiet, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu. L-Awtorità tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. (*19) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).”;" |
|
(8) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu jitħassar; |
|
(10) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 16a Opinjonijiet 1. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha. 2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika. 3. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE, u li skont dak l-Artikolu jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar tali valutazzjonijiet. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-pront u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi f’dak l-Artikolu. 4. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, tagħti parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-oqsma stipulati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 16b Mistoqsijiet u tweġibiet 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu ppreżentati mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni prattika jew mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), atti assoċjati delegati u ta’ implimentazzjoni, u linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont dawk l-atti leġislattivi, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom. Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu. 2. It-tweġibiet mill-Awtorità għal mistoqsijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu vinkolanti. It-tweġibiet għandhom isiru disponibbli mill-inqas bil-lingwa li fiha tkun saret il-mistoqsija. 3. L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm għodda bbażata fuq il-web disponibbli fis-sit web tagħha għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet u l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-mistoqsijiet kollha riċevuti kif ukoll it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk il-persuni jew ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-Awtorità tista’ tirrifjuta mistoqsijiet li mhijiex beħsiebha twieġeb. Il-mistoqsijiet rifjutati għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità fis-sit web tagħha għal perjodu ta’ xahrejn. 4. Tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri jistgħu jitolbu lill-Bord tas-Superviżuri biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 44 jekk għandhiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mistoqsija ammissibbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’linji gwida skont l-Artikolu 16, jiġix mitlub parir mill-Grupp ta’ Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, jiġux rieżaminati mistoqsijiet u tweġibiet f’intervalli adegwati, isirux konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew jiġux analizzati spejjeż u benefiċċji relatati potenzjali. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-abbozz ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ikkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Meta jiġi involut il-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, għandu japplika dmir tal-kunfidenzjalità. 5. L-Awtorità għandha tgħaddi l-mistoqsijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni.”; |
|
(13) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw 1. L-Awtorità għandu jkollha fis-seħħ kanali ta’ rappurtar apposta biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta dwar ksur reali jew potenzjali, abbuż tal-liġi, jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. 2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrappurtaw permezz ta’ dawk il-kanali għandhom ikunu protetti kontra r-ritaljazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20), fejn applikabbli. 3. L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tista’ tiġi ppreżentata b’mod anonimu jew kunfidenzjali, u b’mod sigur. Fejn l-Awtorità tqis li l-informazzjoni ppreżentata fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta’ ksur materjali, hija għandha tagħti feedback lill-persuna li tirrapporta. (*20) Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrappurtaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).”;" |
|
(15) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għal żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali li jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti leġislattivi.”; |
|
(16) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku u sistema adegwata għat-testijiet tal-istress li tinkludi evalwazzjoni tal-potenzjal li jiżdied riskju sistemiku ppreżentat minn, jew lil, istituzzjonijiet finanzjarji f’sitwazzjonijiet ta’ stress, inkluż riskju sistemiku potenzjali marbut mal-ambjent. L-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni msaħħa, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.”; |
|
(20) |
fl-Artikolu 27(2), jitħassar it-tielet subparagrafu; |
|
(21) |
l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet li jaslu mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin, sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità kif adatt. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti fis-sena ta’ wara mill-awtoritajiet kompetenti, u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi, fost oħrajn, linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti, u reviżjonijiet bejn il-pari, fil-qasam rispettiv. Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq il-bażi ta’ prijoritajiet u żviluppi addizzjonali tagħhom, u għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.”; |
|
(23) |
l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti 1. L-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ iżjed il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-ippjanar u t-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn partijiet interessati. 2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitati ta’ reviżjoni ad hoc bejn il-pari, li għandhom ikunu magħmula mill-persunal tal-Awtorità u minn membri tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumitati tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-persunal tal-Awtorità. Il-President, wara li jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, għandu jipproponi l-president u l-membri ta’ kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-proposta għandha titqies approvata sakemm, fi żmien 10 ijiem minn meta jipproponiha l-President, il-Bord tas-Superviżuri ma jadottax deċiżjoni li tiċħadha. 3. Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:
4. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jkun imħejji mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(3a). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ reviżjoni bejn il-pari u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Il-Bord Maniġerjali għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-metodoloġija ġietx applikata bl-istess mod. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li huma meqjusa xierqa, proporzjonati u meħtieġa bħala riżultat tar-reviżjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 u opinjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1). F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa. Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità. 5. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fejn, wara li tkun qieset l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni. 6. L-Awtorità għandha tagħmel rapport ta’ segwitu wara sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(3a). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm il-konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ segwitu. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma jkunx limitat għal, l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li huma soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari. 7. Il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari, għandu jidentifika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari u tar-rapport ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 6. Fejn il-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jkunu differenti minn dawk identifikati mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità għandha tittrażmetti, fuq bażi kunfidenzjali, il-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn awtorità kompetenti li tkun soġġetta għar-reviżjoni bejn il-pari tkun imħassba li l-pubblikazzjoni tal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jistgħu jwasslu għal riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, hija għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax dawk l-estratti. 8. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Maniġerjali għandu jagħmel proposta għal pjan ta’ ħidma għar-reviżjonijiet bejn il-pari għas-sentejn li ġejjin, li għandu jirrifletti, fost oħrajn, it-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ reviżjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet tal-gruppi ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b. Il-pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata tal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. Għandu jsir pubbliku. F’każ ta’ urġenza jew avvenimenti mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq reviżjonijiet addizzjonali bejn il-pari.”; |
|
(24) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 31a Skambju ta’ informazzjoni dwar l-idoneità u l-adegwatezza L-Awtorità għandha, flimkien mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza tad-detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”; |
|
(26) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji, superviżorji u, fejn applikabbli, ta’ riżoluzzjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi. Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji, superviżorji u, meta applikabbli, ta’ riżoluzzjoni ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. 2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jirrigwardaw reġimi superviżorji u regolatorji f’pajjiżi terzi wara talba speċifika għal parir mill-Kummissjoni jew meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). 3. L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji, superviżorji u, fejn applikabbli, ta’ riżoluzzjoni u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati. L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet tagħha mill-monitoraġġ minnha tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern. Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni, tas-superviżjoni jew, fejn applikabbli, tar-riżoluzzjoni, jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn. 4 Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn applikabbli, anki mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:
L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni fejn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv. 5 L-Awtorità tista’ tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex isegwu tali mudelli ta’ arranġamenti. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 6. L-Awtorità, fil-limiti tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tikkontribwixxi għar-rappreżentanza unita, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni fil-fora internazzjonali.”; |
|
(28) |
l-Artikolu 34 jitħassar; |
|
(29) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
l-Artikolu 39 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 39 Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet 1. L-Awtorità għandha taġixxi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta tadotta d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18 u 19. 2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta’ deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta’ żmien li matulu d-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 17(3). 3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. 4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli taħt dan ir-Regolament. 5. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. 6. Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 għandhom isiru pubbliċi. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, jew ma tkunx tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, kollha jew parti minnha.”; |
|
(32) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
|
(33) |
l-Artikoli 41 u 42 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 41 Kumitati interni 1. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-President, jista’ jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Fuq talba mill-Bord Maniġerjali jew mill-President, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord Maniġerjali. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b’mod ċar lil kumitati interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 17, u mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 9a(7), il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jkun jikkonsisti mill-President tal-Bord tas-Superviżuri u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra ma għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 3. Għall-finijiet tal-Artikolu 19, u mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 9a(7), il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra m’għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu l-partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 4. Għall-finijiet tat-twettiq tal-inkjesta prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4), il-President jista’ jipproponi deċiżjoni li tinbeda l-inkjesta u deċiżjoni li jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandhom jiġu adottati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 5. Il-panels imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-President għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17, jew l-Artikolu 19, ħlief dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri. Panel imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jippreżenta l-eżitu tal-inkjesta mwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) lill-Bord tas-Superviżuri. 6. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panels imsemmija f’dan l-Artikolu. Artikolu 42 Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri 1. Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b’dan ir-Regolament, il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. 2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor, ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom. 3. Il-Membri tal-Bord tas-Superviżuri, il-President kif ukoll ir-rappreżentanti mingħajr vot u l-osservaturi li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom, qabel tali laqgħat, jiddikjaraw b’mod preċiż u komplet in-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni, u fil-votazzjoni, ta’ tali punti. 4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jistabbilixxi, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, l-arranġamenti prattiċi għar-regola dwar id-dikjarazzjoni ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 3 u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess.”; |
|
(34) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(35) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 43a Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha tal-anqas tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rekord ma għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatati ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”; |
|
(36) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Kompożizzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi. 2. Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi tal-anqas żewġ rappreżentanti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni. 3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Maniġerjali jqis li hu meħtieġ. Għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet fis-sena. 4. Il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu, mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, ikunu assistiti minn konsulenti jew minn esperti. Il-membri mingħajr vot, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Maniġerjali relattivament għal istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”; |
|
(38) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 45a Teħid ta’ deċiżjonijiet 1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu filwaqt li jirsistu biex jintlaħaq konsensus. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Il-President għandu jkun membru bi dritt tal-vot. 2. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar materji msemmija fl-Artikolu 63. 3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Artikolu 45b Gruppi ta’ Koordinazzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti dwar suġġetti definiti li għalihom jista’ jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni dwar suġġetti definiti fuq talba ta’ ħames membri tal-Bord tas-Superviżuri. 2. L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ koordinazzjoni u għandhom jipprovdu, skont l-Artikolu 35, lill-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni tagħhom skont il-mandat tagħhom. Il-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti u fuq kwalunkwe konstatazzjoni identifikata mill-Awtorità. 3. Il-gruppi għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Bord Maniġerjali. Kull sena, il-membru rispettiv tal-Bord Maniġerjali inkarigat mill-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri fuq l-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet u l-konstatazzjonijiet u, fejn rilevanti, jagħmel suġġeriment għal segwitu regolatorju jew reviżjoni bejn il-pari fil-qasam rispettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar kif qiesu l-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet tagħhom. 4. Meta timmonitorja l-iżviluppi tas-suq li jistgħu jkunu l-fokus tal-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 35 biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha ta’ monitoraġġ.”; |
|
(39) |
l-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 46 Indipendenza tal-Bord Maniġerjali Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.”; |
|
(40) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
(42) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(43) |
l-Artikolu 49a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 49a spejjeż Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha li jsiru mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.”; |
|
(44) |
l-Artikolu 50 jitħassar; |
|
(45) |
l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:
|
|
(46) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
|
(47) |
l-Artikoli 56 u 57 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 56 Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti b’konsensus ma’, kif adatt, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, il-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 16, u d-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 18 u 19, ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe att leġislattiv ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jaqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel minn, kif adatt, l-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Artikolu 57 Sottokumitati 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ pożizzjonijiet konġunti u ta’ atti komuni għall-Kumitat Konġunt. 2. Kull sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 55(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru. 3. Kull sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun ukoll osservatur fil-Kumitat Konġunt. 4. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit sottokumitat dwar il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt. 5. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fis-sit web tiegħu s-sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat.”; |
|
(48) |
l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(49) |
fl-Artikolu 59, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-membri tal-Bord tal-Appell, u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdu appoġġ operazzjonali u segretarjali, m’għandhom jieħdu sehem f’ebda proċedimenti ta’ appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.”; |
|
(50) |
fl-Artikolu 60, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien tliet xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.”; |
|
(51) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 60a Kompetenza maqbuża mill-Awtorità Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tibgħat parir motivat lill-Kummissjoni jekk dik il-persuna tkun tal-opinjoni li l-Awtorità tkun qabżet il-kompetenza tagħha, inkluż li tkun naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 1(5), meta taġixxi taħt l-Artikoli 16 u 16b, u dak ikun jikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna.”; |
|
(52) |
fl-Artikolu 62, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(53) |
l-Artikoli 63, 64 u 65 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 63 Stabbiliment tal-baġit 1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz provviżorju ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u multiannwali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. 2. Il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li jkun ġie approvat mill-Bord Maniġerjali, jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti. 3. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea sal-31 ta’ Jannar. 4. B’kont meħud tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ bilanċ li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE. 5. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ bilanċ lill-Awtorità. 6. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jitqies finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun aġġustat skont il-każ. 7. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà, bħall-kiri jew xiri ta’ bini. 8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 266 u 267 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tal-Awtorità, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, inklużi klawżoli ta’ waqfien. Artikolu 64 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità. 2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 70 m’għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Awdituri li tkun fil-kompetenza tagħha. 3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità. 4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. 5. Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawk il-kontijiet. 6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni. 7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni. 9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata. 10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N. 11. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u dwar kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew mogħtija fil-proċedura ta’ kwittanza. Artikolu 65 Regoli finanzjarji Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (*23) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. (*23) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).”;" |
|
(54) |
fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*24) għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni. (*24) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).”;" |
|
(55) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(56) |
l-Artikolu 71 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 71 Protezzjoni tad-data Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar minnhom ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jew għall-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar minnha ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*26) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha. (*26) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(57) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.”; |
|
(58) |
fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru li huma jkunu kkonkludu wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.”; |
|
(59) |
l-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 76 Ir-relazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE). Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tal-KRET għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KSBE għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-KSBE u mill-Kummissjoni.”; |
|
(60) |
l-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Responsabbiltà tal-Awtoritajiet 1. L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. 2. F’konformità mal-Artikolu 226 TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa taħt dak l-Artikolu. 3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President, u għandu jibgħat, sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. 4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ. 5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. 6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc. 7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal kwalunkwe mistoqsija indirizzata lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ħames ġimgħat mir-riċezzjoni tagħha. 8. Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali. 9. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, meta tintalab tagħmel dan, dwar il-kontribut tagħha għal rappreżentanza magħquda, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni f’tali fora internazzjonali.”; |
|
(4) |
fil-punt (2) tal-Artikolu 4, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 7 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tal-Awtorità, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta’ governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li għandu jippermetti, fejn ikun applikabbli, il-kondiviżjoni ma’ aġenziji tal-Unjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u servizzi ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a Ittri biex ma titteħidx azzjoni 1. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, hija marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16. L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli. 3. Fejn ikun meħtieġ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u sa meta jiġu adottati u applikati miżuri ġodda wara l-passi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha toħroġ opinjonijiet rigward dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jkomplu jiġu segwiti prattiki superviżorji u ta’ infurzar li jkunu konsistenti, effiċjenti u effettivi, u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni. 4. Fejn, abbażi tal-informazzjoni riċevuta, partikolarment mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tikkunsidra li kwalunkwe mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, iqajmu kwistjonijiet eċċezzjonali sinifikanti li jappartjenu għall-fiduċja tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-klijenti jew tal-investituri, il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew is-suq tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kollha jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni, hija għandha mingħajr dewmien tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu. L-Awtorità tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu jitħassar; |
|
(11) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 16a Opinjonijiet 1. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha. 2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika. 3. Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li, skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq it-talba ta’ xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, ħlief fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 59(1) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE. 4. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, tagħti parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 16b Mistoqsijiet u tweġibiet 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni prattika jew mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), atti assoċjati delegati u ta’ implimentazzjoni, u linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom. Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu. 2. It-tweġibiet mill-Awtorità għall-mistoqsijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu vinkolanti. It-tweġibiet għandhom isiru disponibbli mill-inqas bil-lingwa li fiha tkun saret il-mistoqsija. 3. L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm għodda bbażata fuq il-web disponibbli fis-sit web tagħha għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet u l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-mistoqsijiet kollha riċevuti kif ukoll it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk il-persuni jew ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-Awtorità tista’ tirrifjuta mistoqsijiet li mhijiex beħsiebha twieġeb. Il-mistoqsijiet rifjutati għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità fis-sit web tagħha għal perjodu ta’ xahrejn. 4. Tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri jistgħu jitolbu lill-Bord tas-Superviżuri biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 44 jekk għandhiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mistoqsija ammissibbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’linji gwida skont l-Artikolu 16, jiġix mitlub parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, jiġux rieżaminati mistoqsijiet u tweġibiet f’intervalli adegwati, isirux konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew li jiġux analizzati spejjeż u benefiċċji relatati potenzjali. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-abbozz ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ikkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Meta jiġi involut il-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, għandu japplika dmir ta’ kunfidenzjalità. 5. L-Awtorità għandha tgħaddi l-mistoqsijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni.”; |
|
(14) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw 1. L-Awtorità għandu jkollha fis-seħħ kanali ta’ rappurtar apposta biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta dwar ksur reali jew potenzjali, abbuż tal-liġi, jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. 2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrappurtaw permezz ta’ dawk il-kanali għandhom ikunu protetti kontra r-ritaljazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*32), fejn applikabbli. 3. L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tista’ tiġi ppreżentata b’mod anonimu jew kunfidenzjali, u b’mod sigur. Fejn l-Awtorità tqis li l-informazzjoni ppreżentata fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta’ ksur materjali, hija għandha tagħti feedback lill-persuna li tirrapporta. (*32) Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).”;" |
|
(16) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kollha jew parti minnha, fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti leġislattivi.”; |
|
(17) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku u sistema adegwata għat-testijiet tal-istress li tinkludi evalwazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku ppreżentat minn jew lil parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiżdied f’sitwazzjonijiet ta’ stress, inkluż riskju sistemiku potenzjali marbut mal-ambjent. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.”; |
|
(21) |
l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u analiżi, twissijiet u rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dan. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti fis-sena ta’ wara u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti u reviżjonijiet bejn il-pari fil-qasam rispettiv. Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jitqiesu speċifiċitajiet nazzjonali.”; |
|
(23) |
l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti 1. L-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ iżjed il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-ippjanar u t-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 35, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn partijiet interessati. 2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitati ta’ reviżjoni ad hoc bejn il-pari, li għandhom ikunu magħmula mill-persunal tal-Awtorità u minn membri tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumitati tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-persunal tal-Awtorità. Il-President, wara li jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, għandu jipproponi l-president u l-membri ta’ kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-proposta għandha titqies approvata sakemm, fi żmien 10 ijiem minn meta pproponiha l-President, il-Bord tas-Superviżuri ma jadottax deċiżjoni li tiċħadha. 3. Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:
4. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jkun imħejji mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ reviżjoni bejn il-pari u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Il-Bord Maniġerjali għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-metodoloġija ġietx applikata bl-istess mod. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li huma meqjusa xierqa, proporzjonati u meħtieġa bħala riżultat tar-reviżjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 u opinjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1). F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa. Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità. 5. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fejn, wara li tkun qieset l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni. 6. L-Awtorità għandha tagħmel rapport ta’ segwitu wara sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm il-konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ segwitu. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma jkunx limitat għal, l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li huma soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari. 7. Il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari, għandu jidentifika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblikhom, flimkien mal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari u tar-rapport ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 6. Fejn il-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jkunu differenti minn dawk identifikati mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità għandha tittrażmetti, fuq bażi kunfidenzjali, il-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn awtorità kompetenti li tkun soġġetta għar-reviżjoni bejn il-pari tkun imħassba li l-pubblikazzjoni tal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jistgħu jwasslu għal riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, hija għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax dawk l-estratti. 8. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Maniġerjali għandu jagħmel proposta għal pjan ta’ ħidma għar-reviżjonijiet bejn il-pari għas-sentejn li ġejjin, li għandu jirrifletti, fost oħrajn, it-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ reviżjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet tal-gruppi ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 45b. Il-pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata tal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. Għandu jsir pubbliku. F’każ ta’ urġenza jew avvenimenti mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq reviżjonijiet addizzjonali bejn il-pari.”; |
|
(24) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 31a Skambju ta’ informazzjoni dwar idoneità u adegwatezza L-Awtorità għandha, flimkien mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza ta’ detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet finanzjarji minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”; |
|
(26) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji u superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi. Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. 2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jirrigwardaw reġimi superviżorji u regolatorji f’pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni jew meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). 3. L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji u superviżorji u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati. L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill-monitoraġġ minnha tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern. Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni ta’ detenturi ta’ poloz jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn. 4. Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:
L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni, meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv. 5. L-Awtorità tista’ tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex isegwu tali mudelli ta’ arranġamenti. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 6. L-Awtorità, fil-limiti tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tikkontribwixxi għar-rappreżentanza unita, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni fil-fora internazzjonali.”; |
|
(28) |
l-Artikolu 34 jitħassar; |
|
(29) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
l-Artikolu 39 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 39 Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet 1. L-Awtorità għandha taġixxi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta tadotta d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18 u 19. 2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta’ deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta’ żmien li matulu d-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 17(3). 3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. 4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli taħt dan ir-Regolament. 5. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. 6. Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 għandhom isiru pubbliċi. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.”; |
|
(32) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej
|
|
(33) |
l-Artikoli 41 u 42 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 41 Kumitati interni 1. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-President, jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Fuq talba mill-Bord Maniġerjali jew mill-President, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord Maniġerjali. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b’mod ċar lil kumitati interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra ma għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u m’għandux ikollhom xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 3. Għall-finijiet tal-Artikolu 19, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra m’għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu l-partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kunflitt u lanqas rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 4. Għall-finijiet tat-twettiq tal-inkjesta prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4), il-President jista’ jipproponi deċiżjoni li tinbeda l-inkjesta u deċiżjoni li jlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 5. Il-panels imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-President għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17, jew l-Artikolu 19, għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri. Panel imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jippreżenta l-eżitu tal-inkjesta mwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) lill-Bord tas-Superviżuri. 6. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panels imsemmija f’dan l-Artikolu. Artikolu 42 Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri 1. Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b’dan ir-Regolament, il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. 2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom. 3. Il-Membri tal-Bord tas-Superviżuri, il-President kif ukoll ir-rappreżentanti mingħajr vot u l-osservaturi li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom, qabel tali laqgħat, jiddikjaraw b’mod preċiż u komplet in-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u fil-votazzjoni ta’ tali punti. 4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jistabbilixxi, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, l-arranġamenti prattiċi għar-regola dwar id-dikjarazzjoni ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 3 u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess.”; |
|
(34) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(35) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 43a Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-anqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rekord ma għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatati ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”; |
|
(36) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Kompożizzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi. 2. Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni. 3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Maniġerjali jqis li hu meħtieġ. Għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet fis-sena. 4. Il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu, mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, ikunu assistiti minn konsulenti jew minn esperti. Il-membri mingħajr vot, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Maniġerjali relattivament għal istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”; |
|
(38) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 45a Teħid ta’ deċiżjonijiet 1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu filwaqt li jirsistu biex jintlaħaq konsensus. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Il-President għandu jkun membru bi dritt tal-vot. 2. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar materji msemmija fl-Artikolu 63. 3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Artikolu 45b Gruppi ta’ Koordinazzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti dwar suġġetti definiti li għalihom jista’ jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni dwar suġġetti definiti fuq talba ta’ ħames membri tal-Bord tas-Superviżuri. 2. L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ koordinazzjoni u għandhom jipprovdu, skont l-Artikolu 35, lill-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni tagħhom skont il-mandat tagħhom. Il-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti u fuq kwalunkwe konstatazzjoni identifikata mill-Awtorità. 3. Il-gruppi għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Bord Maniġerjali. Kull sena l-membru rispettiv tal-Bord Maniġerjali inkarigat mill-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri dwar l-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet u l-konstatazzjonijiet u — jekk jitqies rilevanti — jagħmel suġġeriment għal segwitu regolatorju jew reviżjoni bejn il-pari fil-qasam rispettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar kif qiesu l-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet tagħhom. 4. Meta timmonitorja l-iżviluppi tas-suq li jistgħu jkunu l-fokus tal-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 35 biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha ta’ monitoraġġ.”; |
|
(39) |
l-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 46 Indipendenza tal-Bord Maniġerjali Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.”; |
|
(40) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
(42) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(43) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 49a Spejjeż Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha li jsiru mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.”; |
|
(44) |
l-Artikolu 50 jitħassar; |
|
(45) |
l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:
|
|
(46) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
|
(47) |
l-Artikoli 56 u 57 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 56 Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti b’konsensus ma’, kif adatt, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, il-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 16 u d-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe att leġislattiv ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jaqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel, minn, kif adatt, l-Awtorità, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). Artikolu 57 Sottokumitati 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozzi ta’ pożizzjonijiet konġunti u ta’ atti komuni għall-Kumitat Konġunt. 2. Kull sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 55(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru. 3. Kull sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun ukoll osservatur fil-Kumitat Konġunt. 4. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit sottokumitat dwar il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt. 5. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fis-sit web tiegħu s-Sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat.”; |
|
(48) |
l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(49) |
fl-Artikolu 59, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-membri tal-Bord tal-Appell, u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdi appoġġ operazzjonali u segretarjali, m’għandhom jieħdu sehem f’ebda proċedimenti ta’ appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.”; |
|
(50) |
fl-Artikolu 60, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien tliet xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.”; |
|
(51) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 60a Kompetenza maqbuża mill-Awtorità Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tibgħat parir motivat lill-Kummissjoni jekk dik il-persuna tkun tal-opinjoni li l-Awtorità tkun qabżet il-kompetenza tagħha, inkluż billi tkun naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 1(5), meta taġixxi taħt l-Artikoli 16 u 16b, u dak ikun jikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna.”; |
|
(52) |
fl-Artikolu 62, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(53) |
l-Artikoli 63, 64 u 65 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 63 Stabbiliment tal-baġit 1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz provviżorju ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u multiannwali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. 2. Il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li jkun ġie approvat mill-Bord Maniġerjali, jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti. 3. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea sal-31 ta’ Jannar. 4. B’kont meħud tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ bilanċ li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE. 5. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ bilanċ lill-Awtorità. 6. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun aġġustat skont il-każ. 7. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà, bħall-kiri jew xiri ta’ bini. 8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 266 u 267 tar-Regolament Finanzjarju għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tal-Awtorità, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, inklużi klawżoli ta’ waqfien. Artikolu 64 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità. 2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 70 m’għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Awdituri li tkun fil-kompetenza tagħha. 3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità. 4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. 5. Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawk il-kontijiet. 6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, ill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni. 7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni. 9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata. 10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N. 11. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u dwar kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew mogħtija fil-proċedura ta’ kwittanza. Artikolu 65 Regoli finanzjarji Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (*35) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. (*35) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).”;" |
|
(54) |
fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*36) għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni. (*36) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).”;" |
|
(55) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(56) |
l-Artikolu 71 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 71 Protezzjoni tad-data Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar minnhom ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jew għall-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar minnha ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*38) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha. (*38) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(57) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.”; |
|
(58) |
fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru li huma jkunu kkonkludu wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.”; |
|
(59) |
l-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 76 Relazzjoni mal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS). Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tas-CEIOPS għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Is-CEIOPS għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu fid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mis-CEIOPS u mill-Kummissjoni.”; |
|
(60) |
l-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Responsabbiltà tal-Awtoritajiet 1. L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. 2. F’konformità mal-Artikolu 226 TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa taħt dak l-Artikolu. 3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President, u għandu jibgħat, sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. 4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu, kull meta jintalab jagħmel dan. 5. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. 6. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc. 7. L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal kwalunkwe mistoqsija indirizzata lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ħames ġimgħat minn meta tasal il-mistoqsija. 8. Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali. 9. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ kunfidenzjalità tiegħu li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, meta tintalab tagħmel dan, dwar il-kontribut tagħha għal rappreżentanza magħquda, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni f’tali fora internazzjonali.”; |
|
(4) |
fil-punt (3) tal-Artikolu 4, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni mill-Awtorità tal-kompiti u s-setgħat tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta’ governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li jippermetti, fejn ikun applikabbli, il-kondiviżjoni ma’ aġenziji tal-Unjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a Ittri biex ma titteħidx azzjoni 1. L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, tkun marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16. L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli. 3. Fejn meħtieġ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u sa meta jiġu adottati u applikati miżuri ġodda wara l-passi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha toħroġ opinjonijiet rigward dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jkomplu jiġu segwiti prattiki superviżorji u ta’ infurzar li jkunu konsistenti, effiċjenti u effettivi, u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni. 4. Fejn, abbażi tal-informazzjoni riċevuta, partikolarment mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tikkunsidra li kwalunkwe mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi jqajmu kwistjonijiet eċċezzjonali sinifikanti li jappartjenu għall-fiduċja tas-suq, il-protezzjoni tal-klijenti jew tal-investituri, il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha, jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni, hija għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu. L-Awtorità tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu jitħassar; |
|
(11) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: ‘Artikolu 16a Opinjonijiet 1. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha. 2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika. 3. Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE u li skont dik id-Direttiva jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, ħlief fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE. 4. L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, tagħti parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 16b Mistoqsijiet u tweġibiet 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni prattika jew mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), atti assoċjati delegati u ta’ implimentazzjoni, u linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom. Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu. 2. It-tweġibiet mill-Awtorità għall-mistoqsijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu vinkolanti. It-tweġibiet għandhom isiru disponibbli mill-inqas bil-lingwa li fiha l-mistoqsija tkun saret. 3. L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm għodda bbażata fuq il-web disponibbli fis-sit web tagħha għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet u l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-mistoqsijiet kollha riċevuti kif ukoll it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk il-persuni jew ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-Awtorità tista’ tirrifjuta mistoqsijiet li mhijiex beħsiebha twieġeb. Il-mistoqsijiet rifjutati għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità fis-sit web tagħha għal perjodu ta’ xahrejn. 4. Tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri jistgħu jitolbu lill-Bord tas-Superviżuri biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 44 jekk għandhiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mistoqsija ammissibbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’linji gwida skont l-Artikolu 16, jiġix mitlub parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37, jiġux rieżaminati mistoqsijiet u tweġibiet f’intervalli adegwati, isirux konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew jiġux analizzati spejjeż u benefiċċji relatati potenzjali. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-abbozz ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ikkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Meta jiġi involut il-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37, għandu japplika dmir ta’ kunfidenzjalità. 5. L-Awtorità għandha tressaq mistoqsijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni.’; |
|
(14) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw 1. L-Awtorità għandu jkollha fis-seħħ kanali ta’ rappurtar apposta biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta dwar ksur reali jew potenzjali, abbuż tal-liġi, jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. 2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrappurtaw permezz ta’ dawk il-kanali għandhom ikunu protetti kontra r-ritaljazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*45), fejn applikabbli. 3. L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tista’ tiġi ppreżentata b’mod anonimu jew kunfidenzjali, u b’mod sigur. Fejn l-Awtorità tqis li l-informazzjoni ppreżentata fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta’ ksur materjali, hija għandha tagħti feedback lill-persuna li tirrapporta. (*45) Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).”;" |
|
(16) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-investituri, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti leġislattivi.”; |
|
(17) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku u sistema adegwata għat-testijiet tal-istress li tinkludi evalwazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku ppreżentat minn, jew lil, parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiżdied f’sitwazzjonijiet ta’ stress, inkluż riskju sistemiku potenzjali marbut mal-ambjent. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.”; |
|
(21) |
fl-Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu jitħassar; |
|
(22) |
l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-analiżi, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin u sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dan. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti fis-sena ta’ wara mill-awtoritajiet kompetenti, u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti u reviżjonijiet bejn il-pari fil-qasam rispettiv. Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jitqiesu speċifiċitajiet nazzjonali.”; |
|
(24) |
l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti 1. L-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tkompli ssaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-ippjanar u t-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn partijiet interessati. 2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitati ta’ reviżjoni ad hoc bejn il-pari, li għandhom ikunu magħmula minn membri tal-persunal tal-Awtorità u minn membri tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumitati tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-persunal mill-Awtorità. Il-President, wara li jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, għandu jipproponi l-president u l-membri ta’ kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-proposta għandha titqies li ġiet approvata sakemm, fi żmien 10 jiem minn meta l-President ipproponiha, il-Bord tas-Superviżuri ma jadottax deċiżjoni li tiċħadha. 3. Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:
4. L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jkun imħejji mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ reviżjoni bejn il-pari u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Il-Bord Maniġerjali għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-metodoloġija ġietx applikata bl-istess mod. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li huma meqjusa xierqa, proporzjonati u meħtieġa bħala riżultat tar-reviżjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 u opinjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1). F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa. Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità. 5. L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fejn, wara li tkun qieset l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni. 6. L-Awtorità għandha tagħmel rapport ta’ segwitu wara sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm il-konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ segwitu. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma jkunx limitat għal, l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li huma soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari. 7. Il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari, għandu jidentifika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari u tar-rapport ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 6. Fejn il-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jkunu differenti minn dawk identifikati mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità għandha tittrażmetti, fuq bażi kunfidenzjali, il-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn awtorità kompetenti li tkun soġġetta għar-reviżjoni tkun imħassba li l-pubblikazzjoni tal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jistgħu jwasslu għal riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, hija għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax dawk l-estratti. 8. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Maniġerjali għandu jagħmel proposta għal pjan ta’ ħidma għar-reviżjonijiet bejn il-pari għas-sentejn li ġejjin, li għandu jirrifletti, fost oħrajn, it-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ reviżjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 45b. Il-pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata tal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. Għandu jsir pubbliku. F’każ ta’ urġenza jew avvenimenti mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq reviżjonijiet addizzjonali bejn il-pari.”; |
|
(25) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 31a Skambju ta’ informazzjoni dwar l-idoneità u l-adegwatezza L-Awtorità għandha, flimkien mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza ta’ detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Artikolu 31b Il-funzjoni ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ ordnijiet, tranżazzjonijiet u attivitajiet b’effetti transfruntieri sinifikanti Fejn awtorità kompetenti jkollha evidenza jew indikazzjonijiet ċari minn diversi sorsi differenti sabiex tissuspetta li ordnijiet, tranżazzjonijiet jew kwalunkwe attività oħra b’effetti transfruntieri sinifikanti jheddu l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità u tipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Awtorità tista’ toħroġ opinjoni dwar is-segwitu xieraq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn seħħet l-attività suspettata.”; |
|
(27) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
|
(28) |
l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji u superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi. Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. 2. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jirrigwardaw reġimi superviżorji u regolatorji f’pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni jew meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). 3. L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji u superviżorji u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati. L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill- monitoraġġ tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern. Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq jew il-protezzjoni ta’ investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn. 4. Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:
L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni fejn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv. 5. L-Awtorità tista’ tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex isegwu tali mudelli ta’ arranġamenti. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u fil-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 6. L-Awtorità, fil-limiti tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tikkontribwixxi għar-rappreżentanza unita, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni fil-fora internazzjonali.”; |
|
(29) |
l-Artikolu 34 jitħassar; |
|
(30) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
|
(32) |
l-Artikolu 39 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 39 Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet 1. L-Awtorità għandha taġixxi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta tadotta d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18 u 19. 2. L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta’ deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta’ żmien li matulu d-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 17(3). 3. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. 4. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli taħt dan ir-Regolament. 5. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. 6. Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 għandhom isiru pubbliċi. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji kkonċernati u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu tal-parteċipanti f’dawk is-swieq finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.”; |
|
(33) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej
|
|
(34) |
l-Artikoli 41 u 42 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 41 Kumitati interni 1. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-President, jista’ jistabbilixxi kumitati interni għall-kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Fuq talba mill-Bord Maniġerjali jew mill-President, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord Maniġerjali. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b’mod ċar lil kumitati interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra ma għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 3. Għall-finijiet tal-Artikolu 19, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra m’għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu l-partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kunflitt u lanqas rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 4. Għall-finijiet tat-twettiq tal-inkjesta prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4), il-President jista’ jipproponi deċiżjoni li tinbeda l-inkjesta u deċiżjoni li jlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur. 5. Il-panels imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-President għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17, jew l-Artikolu 19, għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri. Panel imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jippreżenta l-eżitu tal-inkjesta mwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) lill-Bord tas-Superviżuri. 6. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panels imsemmija f’dan l-Artikolu. Artikolu 42 Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri 1. Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b’dan ir-Regolament, il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. 2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom. 3. Il-Membri tal-Bord tas-Superviżuri, il-President kif ukoll ir-rappreżentanti mingħajr vot u l-osservaturi li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom, qabel tali laqgħat, jiddikjaraw b’mod preċiż u komplet in-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u fil-votazzjoni ta’ tali punti. 4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jistabbilixxi, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, l-arranġamenti prattiċi għar-regola dwar id-dikjarazzjoni ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 3 u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess.”; |
|
(35) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(36) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 43a Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-anqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rekord ma għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatati ma’ parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).”; |
|
(37) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(38) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Kompożizzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi. 2. Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni. 3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Maniġerjali jqis li hu meħtieġ. Għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet fis-sena. 4. Il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu, mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, ikunu assistiti minn konsulenti jew minn esperti. Il-membri mingħajr vot, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Maniġerjali relattivament għal parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji.”; |
|
(39) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 45a Teħid ta’ deċiżjonijiet 1. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu filwaqt li jirsistu biex jintlaħaq konsensus. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Il-President għandu jkun membru bi dritt tal-vot. 2. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar materji msemmija fl-Artikolu 63. 3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. Artikolu 45b Gruppi ta’ Koordinazzjoni 1. Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti dwar suġġetti definiti li għalihom jista’ jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni dwar suġġetti definiti fuq talba ta’ ħames membri tal-Bord tas-Superviżuri. 2. L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ koordinazzjoni u għandhom jipprovdu, skont l-Artikolu 35, lill-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni tagħhom skont il-mandat tagħhom. Il-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti u fuq kwalunkwe konstatazzjoni identifikata mill-Awtorità. 3. Il-gruppi għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Bord Maniġerjali. Kull sena l-membru rispettiv tal-Bord Maniġerjali inkarigat mill-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri fuq l-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet u l-konstatazzjonijiet u, fejn rilevanti, jagħmel suġġeriment għal segwitu regolatorju jew reviżjoni bejn il-pari fil-qasam rispettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar kif qiesu l-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet tagħhom. 4. Meta timmonitorja l-iżviluppi tas-suq li jistgħu jkunu l-fokus tal-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 35 biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha ta’ monitoraġġ.”; |
|
(40) |
l-Artikolu 46 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 46 Indipendenza tal-Bord Maniġerjali Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.”; |
|
(41) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(42) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
(43) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(44) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 49 a Spejjeż Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha li jsiru mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.”; |
|
(45) |
l-Artikolu 50 jitħassar; |
|
(46) |
l-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:
|
|
(47) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
|
(48) |
l-Artikoli 56 u 57 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 56 Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti b’konsensus ma’, kif adatt, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea). Fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, il-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 16, u d-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe att leġislattiv ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jaqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel, minn, kif adatt, l-Awtorità, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol). Artikolu 57 Sottokumitati 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozzi ta’ pożizzjonijiet konġunti u ta’ atti komuni għall-Kumitat Konġunt. 2. Kull sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 55(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru. 3. Kull sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun ukoll osservatur fil-Kumitat Konġunt. 4. Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit sottokumitat dwar il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt. 5. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fis-sit web tiegħu s-sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat.”; |
|
(49) |
l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(50) |
fl-Artikolu 59, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-membri tal-Bord tal-Appell, u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdu appoġġ operazzjonali u segretarjali, m’għandhom jieħdu sehem f’ebda proċedimenti ta’ appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.”; |
|
(51) |
fl-Artikolu 60, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien tliet xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.”; |
|
(52) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 60a Kompetenza maqbuża mill-Awtorità Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tibgħat parir motivat lill-Kummissjoni jekk dik il-persuna tkun tal-opinjoni li l-Awtorità tkun qabżet il-kompetenza tagħha, inkluż li tkun naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 1(5), meta taġixxi taħt l-Artikoli 16 u 16b, u dak ikun jikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna.”; |
|
(53) |
fl-Artikolu 62, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(54) |
l-Artikoli 63, 64 u 65 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 63 Stabbiliment tal-baġit 1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz provviżorju tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u multiannwali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. 2. Il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li jkun ġie approvat mill-Bord Maniġerjali, jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti. 3. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea sal-31 ta’ Jannar. 4. B’konsiderazzjoni tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ bilanċ li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE. 5. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ bilanċ lill-Awtorità. 6. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jitqies finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun aġġustat skont il-każ. 7. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. 8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 266 u 267 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tal-Awtorità, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, inklużi klawżoli ta’ waqfien. Artikolu 64 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità. 2. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 70 m’għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Awdituri li tkun fil-kompetenza tagħha. 3. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità. 4. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. 5. Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawk il-kontijiet. 6. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni. 7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. 8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni. 9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata. 10. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N. 11. L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u dwar kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew mogħtija fil-proċedura ta’ kwittanza. Artikolu 65 Regoli finanzjarji Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (*48) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. (*48) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).”;" |
|
(55) |
fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*49) għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni. (*49) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).”;" |
|
(56) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(57) |
l-Artikolu 71 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 71 Protezzjoni tad-data Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar minnhom ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jew għall-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar minnha ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*51) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha. (*51) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(58) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.”; |
|
(59) |
fl-Artikolu 74, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru li huma jkunu kkonkludu wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.”; |
|
(60) |
l-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 76 Relazzjoni mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET). Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tal-KRET għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KRET għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu sa mid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-KRET u mill-Kummissjoni.”; |
|
(61) |
l-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(1) jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 L-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħrajn 1. Sabiex iwettqu l-kalkoli bil-għan li jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza qabel u wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11, fl-Artikoli 14 sa 21 u fl-Artikolu 32, li huma applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, kif ukoll bil-għan li jiġi ddeterminat jekk ditta ta’ investiment hijiex internalizzatur sistematiku, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni mingħand:
2. Iċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-dejta meħtieġa għal perjodu suffiċjenti. 3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għad-dejta u l-formati u l-perjodu ta’ żmien li matulu ċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jwieġbu għat-talbiet għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, it-tip ta’ dejta li trid tinħażen u l-perjodu minimu li għalih iċ-ċentri ta’ negozjar, l-APAs u s-CTPs iridu jaħżnu d-dejta sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għat-talbiet għad-dejta f’konformità mal-paragrafu 2. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 26(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien bla bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.”; |
|
(5) |
l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 27 Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strumenti finanzjarji 1. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fi swieq regolati jew negozjati fuq l-MTFs jew OTFs, iċ-ċentri ta’ negozjar għandhom jipprovdu lill-ESMA b’dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 26. Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji oħrajn koperti mill-Artikolu 26(2) negozjati fuq is-sistema tiegħu, kull internalizzatur sistematiku għandu jipprovdi lill-ESMA b’dejta ta’ referenza relatata ma’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Id-dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-ESMA f’format elettroniku u standardizzat qabel jibda n-negozjar fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju għandha tiġi aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-dejta fir-rigward ta’ strument finanzjarju. L-ESMA għandha tippubblika dik id-dejta ta’ referenza minnufih fis-sit web tagħha. L-ESMA għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess mingħajr dewmien bla bżonn għal dik id-dejta ta’ referenza. 2. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:
3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 4. L-ESMA tista’ tissospendi l-obbligi ta’ rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tqis kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2. Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li taħthom iċ-ċirkustanzi taħt liema s-suspensjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tibqax tapplika.”; |
|
(6) |
jiddaħħal it-Titolu li ġej: “TITOLU IVa SERVIZZI TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA KAPITOLU 1 L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta Artikolu 27a Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, awtorità kompetenti nazzjonali tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. Artikolu 27b Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni 1. L-operat ta’ APA, CTP jew ARM bħala mestier jew negozju regolari għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-ESMA f’konformità ma’ dan it-Titolu. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, APA jew ARM identifikati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 2(3) għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti skont dan it-Titolu. 2. Ditta ta’ investiment jew operatur fis-suq li joperaw ċentru ta’ negozjar jistgħu jipprovdu wkoll is-servizzi ta’ APA, CTP jew ARM, soġġetti għall-verifika minn qabel mill-ESMA jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti li d-ditta ta’ investiment jew l-operatur fis-suq ikunu konformi ma’ dan it-Titolu. Il-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jiġi inkluż fl-awtorizzazzjoni tagħhom. 3. L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha tas-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta fl-Unjoni. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur tas-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Fejn l-ESMA, jew awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tkun irtirat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27e, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perijodu ta’ ħames snin. 4. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-ESMA jew tal-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tirrivedi regolarment il-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta ma’ dan it-Titolu. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tissorvelja li l-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jikkonformaw f’kull ħin mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti taħt dan it-Titolu. Artikolu 27c L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ d-dejta 1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jiġu awtorizzati mill-ESMA, jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu fejn:
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika s-servizz tar-rapportar ta’ dejta li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar ta’ dejta jkun awtorizzat li jipprovdi. Fejn fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jfittex li jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi addizzjonali ta’ rapportar ta’ dejta, huwa għandu jissottometti talba lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni. 3. Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija f’dan it-Titolu. Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, bi kwalunkwe bidliet materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. 4. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju kollu tal-Unjoni, u għandha tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jipprovdi s-servizzi li għalihom kien awtorizzat, fl-Unjoni kollha. Artikolu 27d Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni 1. Il-fornitur applikant ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jippreżenta applikazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tkun tista’ tikkonferma li l-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta stabbilixxa, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, inkluż programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi, inter alia, it-tipi ta’ servizzi previsti u l-istruttura organizzazzjonali. 2. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mir-riċezzjoni tal-applikazzjoni. Fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Wara li tivvaluta applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tinnotifika b’dan lill-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. 3. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta l-konformità tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta ma’ dan it-Titolu. Hija għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-fornitur applikant ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta kif xieraq fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. 4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika jew il-forniment tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 27f(2). Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 27e Irtirar ta’ awtorizzazzjoni 1. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta fejn dan tal-aħħar:
2. L-ESMA għandha, fejn rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta b’deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. Artikolu 27f Rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta 1. Il-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu f’kull ħin ikun ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin sabiex jaqdi dmirijietu. Il-korp maniġerjali għandu jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb sabiex jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u sabiex jissorvelja u jimmonitorja b’mod effettiv it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, fejn meħtieġ. Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni sabiex jopera APA, CTP jew ARM skont l-Artikolu 27d u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM ikunu l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu. 2. Fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jinnotifika lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, bl-ismijiet tal-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u dwar kwalunkwe bidliet fis-sħubija tagħha, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk l-entità hijiex konformi mal-paragrafu 1. 3. Il-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jiddefinixxi u jissorvejla l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti ta’ organizzazzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu. 4. L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta li l-persuna jew il-persuni li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta huma ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli sabiex wieħed jemmen li l-bidliet proposti fil-korp tal-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jikkawżaw theddida għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tiegħu u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tiegħu u għall-integrità tas-suq. 5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sal-1 ta’ Jannar 2021 għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali deskritti fil-paragrafu 1, wara li tqis ir-rwoli u l-funzjonijiet differenti tagħhom u l-ħtieġa li tevita kunflitti ta’ interess bejn il-membri tal-korp maniġerjali u l-utenti tal-APA, CTP jew ARM. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. KAPITOLU 2 Kundizzjonijiet għall-APAs, għas-CTPs u għall-ARMs Artikolu 27g Rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs 1. APA għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jagħmel l-informazzjoni pubblika meħtieġa taħt l-Artikoli 20 u 21 mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara li l-APA jkun ippubblikaha. L-APA għandu jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u f’format li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni b’dejta simili minn sorsi oħrajn. 2. L-informazzjoni ppubblikata minn APA f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
3. APA għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, APA li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti. 4. APA għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta’ sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u tal-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta’ informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-APA għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin. 5. L-APA għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat. 6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formati komuni, standards ta’ dejta u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 7. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika x’jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 8. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 27h Rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs 1. CTP għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jiġbor l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 6 u 20, jikkonsolidaha fi fluss kontinwu ta’ dejta elettronika, u jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara li s-CTP jkun ippubblikaha. Is-CTP għandu jkun jista’ jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u f’formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq. 2. CTP għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jiġbor l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 10 u mal-Artikolu 21, jikkonsolidaha fi fluss kontinwu ta’ dejta elettronika, u jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli, inklużi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tas-CTP. Is-CTP għandu jkun jista’ jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja, u f’formati aċċettati b’mod ġenerali li jkunu interoperabbli u faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq. 3. Is-CTP għandu jiżgura li d-dejta pprovduta tkun ikkonsolidata mis-swieq regolati kollha, mill-MTFs, mill-OTFs u mill-APAs u għall-istrumenti finanzjarji speċifikati minn standards tekniċi regolatorji skont il-punt (c) tal-paragrafu 8. 4. Is-CTP għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess. B’mod partikolari, operatur tas-suq, jew APA, li jopera ukoll tape konsolidat, għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara funzjonijiet operattivi differenti. 5. Is-CTP għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta’ sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni u jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u tal-aċċess mhux awtorizzat. Is-CTP għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin. 6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw l-istandards tad-dejta u l-formati għall-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 6, 10, 20 u 21, inklużi l-identifikatur tal-istrument finanzjarju, il-prezz, il-kwantità, il-ħin, in-notazzjoni tal-prezz, l-identifikatur tal-post u indikaturi għall-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom kienu soġġetti t-tranżazzjonijiet, kif ukoll arranġamenti tekniċi li jippromwovu tixrid effiċjenti u konsistenti tal-informazzjoni b’tali mod li jiġi żgurat li din tkun faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluża l-identifikazzjoni ta’ servizzi addizzjonali li s-CTP jista’ jwettaq u li jżidu l-effiċjenza tas-suq. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tikkjarifika x’jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex jiġi pprovdut aċċess għall-flussi ta’ dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. 8. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 27i Rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs 1. ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 26 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta’ wara l-jum li fih tkun seħħet it-tranżazzjoni. 2. L-ARM għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, ARM li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti adegwati sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti. 3. L-ARM għandu jkollu stabbiliti mekkaniżmi tajba ta’ sigurtà maħsuba sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni ta’ dejta u tal-aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu l-ħruġ ta’ informazzjoni, filwaqt li jżommu l-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-ARM għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ riżerva sabiex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin. 4. L-ARM għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji kkawżati mid-ditta ta’ investiment, u fejn iseħħu tali żball jew tali ommissjoni, jikkomunikaw id-dettalji tal-iżball jew tal-omissjoni lid-ditta ta’ investiment u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat. L-ARM għandu jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu lill-ARM jinduna bi żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu u li jippermettu lill-ARM jikkorreġi u jittrażmetti, jew jittrażmetti mill-ġdid, skont kif ikun il-każ, rapporti korretti u kompleti ta’ tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti. 5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(7) |
jiddaħħal it-Titolu li ġej: “TITOLU VIa IS-SETGĦAT U L-KOMPETENZI TAL-ESMA KAPITOLU 1 Kompetenzi u proċeduri Artikolu 38a L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ESMA Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 38b sa 38e ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li jkunu soġġetti għal privileġġ legali. Artikolu 38b Talba għall-informazzjoni 1. L-ESMA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha sabiex l-ESMA tkun tista’ taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament:
2. Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
3. Meta titlob il-forniment ta’ informazzjoni taħt il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-ESMA għandha:
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bl-istatuti tagħhom għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. 5. L-ESMA għandha tibgħat, mingħajr dewmien bla bżonn, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 38c Investigazzjonijiet ġenerali 1. Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA huma mogħtija s-setgħa li:
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-produzzjoni tar-rekords, dejta u proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1), ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 38h, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) ikunu skorretti jew qarrieqa. 3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 4. Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan. 5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni. 6. Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 38d Spezzjonijiet fuq il-post 1. Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). 2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 38b(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u ktieb jew reġistru ta’ negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ għall-ispezzjoni. 3. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq korrett u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel. L-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun ikkonfermat li hija ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet. 4. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-persuni kkonċernati ma jissottomettux għall-ispezzjoni. 5. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1) għandhom jissottomettu għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tiffissa d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 6. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post. 7. L-ESMA tista’ teżiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 38b(1) f’isimha. 8. Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, billi titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post. 9. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ tiġi applikata wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni. 10. Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilità fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 38e Skambju ta’ informazzjoni L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament. Artikolu 38f Segretezza professjonali L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-ESMA. Artikolu 38g Miżuri superviżorji mill-ESMA 1. Fejn l-ESMA ssib li persuna elenkata fil-punt (a) tal-Artikolu 38b(1) tkun wettqet xi wieħed mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
2. Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
3. Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe tali azzjoni fis-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ittieħdet. Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
KAPITOLU 2 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn Artikolu 38h Multi 1. Fejn, f’konformità mal-Artikolu 38k(5), l-ESMA ssib li kwalunkwe persuna wettqet, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur. 2. L-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun EUR 200 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali. 3. Meta tiġi biex tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38g(2). Artikolu 38i Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali 1. L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
2. Il-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien. 3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena finanzjarja preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-dejta stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. 4. Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara li dan il-perijodu jintemm, l-ESMA għandha tirrivedi l-miżura. Artikolu 38j Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali 1. L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 38h u 38i sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew sakemm ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandhiex tinkludi dejta personali fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*52). 2. Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva. 3. Fejn l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew ħlas ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 4. Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 38h u 38i għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ. 5. L-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 38k Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi 1. Fejn, fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti ta’ investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-fornitur ikkonċernat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-ESMA. 2. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA. 3. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38b u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d. 4. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha. 5. Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tal-materji li jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jibbaża l-konstatazzjonijiet tiegħu biss fuq fatti li dwarhom il-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw. 6. Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu osservati b’mod sħiħ. 7. Meta jissottometti l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi. 8. Abbażi tal-fajl li jkun fih il-konstatazzjonijiet tal-uffiċjal ta’ investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 38l, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa jkunux twettqu mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 38g. 9. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-ESMA jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-ESMA. 10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sal-1 ta’ Ottubru 2021 biex tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. 11. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fejn, fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan ir-Regolament, jirriżultalha li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fejn il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti, riżultanti minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess, ikunu diġà kisbu l-forza ta’ res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali taħt il-liġi nazzjonali. Artikolu 38l Smigħ tal-persuni kkonċernati 1. Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 38g, 38h u 38i, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar il-konstatazzjonijiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha unikament fuq konstatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’tali każ, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha. 2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċedimenti. Għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA. Artikolu 38m Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti. Artikolu 38n Tariffi għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni 1. L-ESMA għandha timponi tariffi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikopru b’mod sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA li tirrigwarda l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u r-rimborż ta’ kwalunkwe kostijiet li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti f’konformità mal-Artikolu 38o. 2. L-ammont ta’ tariffa individwali imposta lil fornitur partikolari ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jkopri l-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni fir-rigward ta’ dak il-fornitur.. Dan għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 50 sal-1 ta’ Ottubru 2021 sabiex tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom ikunu dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu. Artikolu 38o Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti 1. Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38b u li jsiru investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d. 2. Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
3. F’konformità mal-att delegat adottat skont l-Artikolu 38n(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għall-kostijiet imġarrba minħabba t-twettiq tal-kompiti ddelegati. 4. L-ESMA għandha tirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin. 5. Delega ta’ kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata. (*52) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(8) |
fl-Artikolu 40, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. L-ESMA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta taħt il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-inqas kull sitt xhur. Wara tal-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq il-konsumatur, l-ESMA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew restrizzjoni.”; |
|
(9) |
fl-Artikolu 41, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. L-EBA għandha tirrivedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta taħt il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull sitt xhur. Wara tal-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq il-konsumatur, l-EBA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew restrizzjoni.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 52, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “13. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tat-tape konsolidat stabbilit f’konformità mat-Titolu IVa. Ir-rapport relatat mal-Artikolu 27h(1) għandu jiġi ppreżentat sat-3 ta’ Settembru 2019. Ir-rapport relatat mal-Artikolu 27h(2) għandu jiġi ppreżentat sat-3 ta’ Settembru 2021. Ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jivvalutaw il-funzjonament tat-tape konsolidat fl-isfond tal-kriterji li ġejjin:
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CTPs ikunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni b’mod li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tehmeż mar-rapport tagħha talba lill-ESMA sabiex tagħti bidu għal proċedura negozjata għall-ħatra permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku mmexxi mill-ESMA ta’ entità kummerċjali li topera tape konsolidat. L-ESMA għandha tagħti bidu għall-proċedura wara li tirċievi t-talba mill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet speċifikati fit-talba tal-Kummissjoni u skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*53). 14. Fejn tkun inbdiet il-proċedura deskritta fil-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tispeċifika miżuri sabiex:
(*53) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;" |
|
(12) |
jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 54a Miżuri tranżizzjonali relatati mal-ESMA 1. Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jiġu ttrasferiti lill-ESMA fl-1 ta’ Jannar 2022, ħlief għal kompetenzi u dmirijiet relatati ma’ APAs u ARMs soġġetti għal deroga msemmija fil-punt 36 tal-Artikolu 2(3). Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet trasferiti għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data. 2. Kwalunkwe fajl u dokument ta’ ħidma relatat mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f’idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1. Madankollu, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li kienet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 ma għandhiex tiġi ttrasferita lill-ESMA, u d-deċiżjoni li tiġi reġistrata jew rifjutata reġistrazzjoni għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti. 3. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta’ ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ Jannar 2022. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġu ffaċilitati kemm it-trasferiment effettiv u effiċjenti kif ukoll il-bidu tal-eżerċizzju tal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fil-qasam tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-dejta. 4. L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jirriżulta minn attività ta’ superviżjoni u infurzar eżerċitata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. 5. Kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta mogħtija minn awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tibqa’ valida wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-ESMA. Artikolu 54b Relazzjonijiet mal-awdituri 1. Kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*54), li twettaq, f’funzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*55) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li tagħhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak il-kompitu u li jistgħu:
Dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu. 2. Id-divulgazzjoni bona fide lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali jew ġuridika tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma għandha tinvolvi l-ebda responsabbiltà għal tali persuni. (*54) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87)." (*55) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”." |
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1011
Ir-Regolament (UE) 2016/1011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (24)(a) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: “9. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti maħsuba biex jiżguraw li l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafu 1 ikunu robusti biżżejjed. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 tkun konformi mal-punti (a) sa (e) ta’ dak il-paragrafu. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-karatteristiki tas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Fejn l-ESMA tqis li parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1, hija għandha tissottometti talba ddokumentata lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi dak il-parametru referenzjarju bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika. Wara li tirċievi dik it-talba dokumentata għad-deżinjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1. L-ESMA għandha tirrieżamina l-valutazzjoni tagħha tal-importanza kritika tal-parametru referenzjarju mill-inqas kull sentejn u għandha tinnotifika u tittrasmetti l-valutazzjoni lill-Kummissjoni.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Kontributur taħt superviżjoni għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li jkollu l-intenzjoni li jieqaf jikkontribwixxi data ta’ input għandu jinnotifika minnufih lill-amministratur b’dan bil-miktub. L-amministratur għandu konsegwentement jgħarraf mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità kompetenti tiegħu. L-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-kontributur taħt superviżjoni, u fejn applikabbli lill-ESMA, b’dan mingħajr dewmien bla bżonn. L-amministratur għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-kapaċità tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li jkejjel is-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika sottostanti, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 14-il jum wara n-notifika magħmula mill-kontributur taħt superviżjoni. 4. Malli tirċievi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha, fejn applikabbli, tinforma fil-pront lill-ESMA jew lill-kulleġġ stabbilit taħt l-Artikolu 46 u għandha, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, tagħmel il-valutazzjoni tagħha tal-kapaċità tal-parametru referenzjarju li jkejjel is-suq u r-realtà ekonomika sottostanti, filwaqt li tqis il-proċedura tal-amministratur għall-waqfien tal-parametru referenzjarju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 28(1).”; |
|
(8) |
fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità kif imsemmi fil-paragrafu 4. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 34, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Fejn wieħed jew aktar mill-indiċijiet ipprovduti mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jikkwalifikaw bħala parametri referenzjarji ta’ importanza kritika kif imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1), l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-ESMA.”; |
|
(12) |
l-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 40 Awtoritajiet kompetenti 1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-ESMA għandha tkun l-awtorità kompetenti għal:
2. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dan. 3. Stat Membru li jinnomina aktar minn awtorità kompetenti waħda f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti u għandu jinnomina awtorità waħda li trid tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni, mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn. 4. L-ESMA għandha tippubblika fis-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti nnominati f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.”; |
|
(13) |
l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 43(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti li huma nnominaw f’konformità mal-Artikolu 40(2) iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:”; |
|
(15) |
l-Artikolu 44 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 44 Obbligu ta’ kooperazzjoni 1. L-Istati Membri li jkunu għażlu li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti nnominati f’konformità mal-Artikolu 40(2) u (3) ikollhom is-setgħat kollha meħtieġa sabiex jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom bil-għan li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u lill-ESMA. 2. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 40(2) u (3) għandhom jassistu lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u lill-ESMA. B’mod partikolari, huma għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attività ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex jiffaċilitaw l-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunarji.”; |
|
(16) |
fl-Artikolu 45(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ESMA b’informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn imposti skont l-Artikolu 42 fuq bażi annwali. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-miżuri ta’ natura investigattiva. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali, flimkien ma’ informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn li hija tkun imponiet skont l-Artikolu 48f.”; |
|
(17) |
fl-Artikolu 46, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-inklużjoni ta’ parametru referenzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) fil-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, bl-eċċezzjoni ta’ parametri referenzjarji fejn il-maġġoranza tal-kontributuri mhumiex entitajiet taħt superviżjoni, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tistabbilixxi kulleġġ u tmexxi l-kulleġġ. 2. Il-kulleġġ għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtorità kompetenti tal-amministratur, tal-ESMA, sakemm din ma tkunx l-awtorità kompetenti tal-amministratur, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri taħt superviżjoni.”; |
|
(18) |
fl-Artikolu 47, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(2) għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(2) għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(19) |
fit-Titolu VI, jiżdied il-Kapitolu li ġej: “ KAPITOLU 4 Setgħat u kompetenzi tal-ESMA
Artikolu 48a L-eżerċizzju tas-setgħat mill-ESMA Is-setgħat mogħtija lill-ESMA, lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew lil kwalunkwe persuna oħra awtorizzata mill-ESMA mill-Artikoli 48b sa 48d ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li jkunu soġġetti għal privileġġ legali. Artikolu 48b Talba għall-informazzjoni 1. L-ESMA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hija tkun tista’ taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament:
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u fuq talba tal-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw dik it-talba għall-informazzjoni lil kontributuri għal parametri referenzjarji ta’ importanza kritika msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament u għandhom jikkondividu l-informazzjoni riċevuta mingħajr dewmien bla bżonn mal-ESMA. 2. Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
3. Meta tintalab tipprovdi informazzjoni taħt il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-ESMA għandha:
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati sabiex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. 5. L-ESMA għandha tibgħat mingħajr dewmien bla bżonn kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 48c Investigazzjonijiet ġenerali 1. Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g fejn il-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li jkunu meħtieġa, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1) ma jkunux saru jew ma jkunux kompleti, u tindika l-multi previsti fl-Artikolu 48f, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil dawk il-persuni jkunu skorretti jew qarrieqa. 3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1) għandhom jissottomettu għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 4. Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan. 5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ wkoll issir applikazzjoni għaliha bħala miżura ta’ prekawzjoni. 6. Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar- l-ħtieġa l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 48d Spezzjonijiet fuq il-post 1. Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1). 2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 48c(1). Huma għandu jkollhom is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u kotba jew reġistri għall-perijodu tal-ispezzjoni u sal-limitu neċessarju għall-ispezzjoni. 3. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq korrett u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel. L-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu dment li l-awtorità rilevanti tkun ikkonfermat li hija ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet. 4. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux għall-ispezzjoni. 5. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 48b(1) għandhom jissottomettu għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, id-data meta din għandha tibda u tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 48g, ir-rimedji legali disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 6. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. L-uffiċjali ta’ dik l-awtorità kompetenti jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post wara li ssirilhom talba. 7. L-ESMA tista’ teżiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48c(1) f’isimha. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-ESMA kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48c(1). 8. Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, billi titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post. 9. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ ssir applikazzjoni għaliha wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni. 10. Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa tal-investigazzjoni jew titlob li a tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 48e Miżuri superviżorji mill-ESMA 1. Fejn, f’konformità mal-Artikolu 48i(5), l-ESMA ssib li persuna tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
2. Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
3. Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga kwalunkwe tali azzjoni fis-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata. Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
Artikolu 48f Multi 1. Fejn, f’konformità mal-Artikolu 48i(5), l-ESMA ssib li kwalunkwe persuna wettqet, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur. 2. L-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun:
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-ammont massimu tal-multa għall-ksur tal-punt (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(4) għandu jkun ta’ EUR 250 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita nazzjonali tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta’ Ġunju 2016 jew 2 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, skont liema jkun l-ogħla għall-persuni ġuridiċi, u EUR 100 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-30 ta’ Ġunju 2016 għall-persuni fiżiċi. Għall-finijiet tal-punt (a), fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija. 3. Meta tiġi biex tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 48e(2). 4. Minkejja l-paragrafu 3, fejn il-persuna ġuridika tkun ibbenifikat finanzjarjament, direttament jew indirettament, mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju. 5. Fejn att jew ommissjoni ta’ persuna jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u relatata ma’ wieħed minn dawk it-tipi ta’ ksur. Artikolu 48g Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali 1. L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
2. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien. 3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena ta’ negozju preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali. 4. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara li dan il-perijodu jintemm, l-ESMA għandha tirrivedi l-miżura. Artikolu 48h Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali 1. L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u kull pagament perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 48f u 48g, sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew sakemm ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*57). 2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 48f u 48g għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva. 3. Fejn l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar dan u għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 4. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 48f u 48g għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli tal-proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih jitwettaq. 5. L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 48i Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi 1. Fejn, fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti ta’ investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut, direttament jew indirettament, fis-superviżjoni tal-parametri referenzjarji li l-ksur ikun jirrigwarda u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA. 2. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment sottomess mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA. 3. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48b u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 48c u 48d. 4. Meta jwettaq dawk il-kompiti, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu nġabru mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha. 5. Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jibbaża l-konstatazzjonijiet tiegħu biss fuq fatti li dwarhom il-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw. 6. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu. 7. Meta jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt tal-aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi. 8. Abbażi tal-fajl li jkun fih il-konstatazzjonijiet tal-uffiċjal ta’ investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 48j, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1) ikunux twettqu mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 48e u timponi multa f’konformità mal-Artikolu 48f. 9. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA. 10. Sal-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. 11. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fejn, fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament, hija ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fejn il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti, riżultanti minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess, ikunu diġà kisbu l-forza ta’ res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali taħt il-liġi nazzjonali. Artikolu 48j Smigħ tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet 1. Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 48f, 48g u 48e, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar il-konstatazzjonijiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha unikament fuq konstatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti skont l-Artikolu 48e sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’tali każ, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha. 2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ fl-investigazzjonijiet. Għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA. Artikolu 48k Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 48l Tariffi superviżorji 1. L-ESMA għandha timponi tariffi lill-amministraturi msemmija fl-Artikolu 40(1) f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikopru b’mod sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA li tirrigwarda s-superviżjoni tal-amministraturi u r-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidmiethom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti f’konformità mal-Artikolu 48m. 2. L-ammont ta’ tariffa individwali imposta lil amministratur għandu jkopri l-spejjeż amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet tagħha fir-rigward tas-superviżjoni u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tal-amministratur. 3. Sal-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom ikunu dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu. Artikolu 48m Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti 1. Fejn meħtieġ għat-twettiq adatt ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48b u li jsiru investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 48c u 48d. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorizzazzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika ma għandhiex tiġi ddelegata. 2. Qabel tiddelega kompitu f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
3. F’konformità mal-att delegat skont l-Artikolu 48l(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għal spejjeż imġarrba bħala riżultat tat-twettiq tal-kompiti ddelegati. 4. L-ESMA għandha tirrivedi kwalunkwe delega magħmula f’konformità mal-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin. 5. Id-delega ta’ kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas ma għandha tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata. Artikolu 48n Miżuri ta’ tranżizzjoni relatati mal-ESMA 1. Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmija fl-Artikolu 40(1) li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 40(2) għandhom jintemmu fl-1 ta’ Jannar 2022. Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data. 2. Kwalunkwe fajl jew dokument ta’ ħidma relatat mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmija fl-Artikolu 40(1), inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f’idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni minn amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) u l-applikazzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-ESMA, u d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew rikonoxximent għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta’ ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ Jannar 2022. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġu ffaċilitati kemm it-trasferiment effettiv u effiċjenti kif ukoll il-bidu tal-eżerċizzju tal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmija fl-Artikolu 40(1). 4. L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jirriżulta minn attività ta’ superviżjoni u infurzar eżerċitata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 5. Kwalunkwe awtorizzazzjoni tal-amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika kif imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) u r-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 32 mogħti minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu validi wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-ESMA. (*57) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(20) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 53 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 53 Rieżamijiet tal-ESMA 1. L-ESMA għandha tfittex li tibni kultura superviżorja Ewropea komuni u prassi superviżorji konsistenti u tiżgura li jkun hemm approċċi konsistenti bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tal-Artikolu 33. Għal dak l-għan, l-approvazzjonijiet awtorizzati skont l-Artikoli 33 għandhom jiġu rieżaminati mill-ESMA kull sentejn. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lil kull awtorità kompetenti li approvat parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz li tivvaluta kif dik l-awtorità kompetenti tapplika r-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 33 u r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe att delegat rilevanti u ta’ kwalunkwe standard tekniku regolatorju jew implimentattiv rilevanti bbażat fuq dan ir-Regolament. 2. L-ESMA għandu jkollha s-setgħa li titlob l-evidenza ddokumentata minn awtorità kompetenti għal kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet adottati f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2) u l-Artikolu 25(2), kif ukoll għall-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-infurzar tal-Artikolu 24(1).”. |
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament (UE) 2015/847
Ir-Regolament (UE) 2015/847 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ipproċessar ta’ data personali taħt dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*58). Id-data personali li tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament mill-Kummissjoni jew mill-EBA hija soġġetta għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*59). (*58) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)." (*59) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ASE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe emendi sussegwenti għalihom.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Wara notifika skont l-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu IV, b’attenzjoni partikolari għal każijiet transfruntieri.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 Linji Gwida Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 11 u 12 tiegħu. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida.”. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u bidu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1, 2, 3 u 6 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020. L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 255, 20.7.2018, p. 2 u ĠU C 37, 30.1.2019, p. 1.
(2) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 63 u ĠU C 110, 22.3.2019, p. 58.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2019.
(4) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(6) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(7) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(8) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(10) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(11) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(12) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(13) Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(14) Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(15) Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/146 |
REGOLAMENT (UE) 2019/2176 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta’ Awwissu 2014 dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, eżaminaw ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 biex jiddeterminaw jekk hemmx bżonn li l-missjoni u l-organizzazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jiġu riveduti. Il-modalitajiet għall-ħatra tal-President tal-BERS ġew ukoll rieżaminati. |
|
(2) |
L-analiżi tal-effett tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta tagħha għal dan ir-Regolament tikkonkludi li, filwaqt li l-BERS ġeneralment jiffunzjona tajjeb, huwa meħtieġ titjib f’ċerti punti speċifiċi. |
|
(3) |
Il-bidliet istituzzjonali reċenti relatati mal-unjoni bankarja, flimkien ma’ sforzi biex tinkiseb unjoni tas-swieq kapitali, kif ukoll bidla teknoloġika, fil-fatt biddlu l-ambjent operattiv tal-BERS. Jenħtieġ li l-BERS jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u b’hekk għall-kisba tal-objettivi tas-suq intern. Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja hija parti integrali mis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja. L-arranġamenti istituzzjonali li jidentifikaw u jindirizzaw effettivament ir-riskji mikro u makroprudenzjali jistgħu jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom biżżejjed fiduċja biex jieħdu sehem f’attivitajiet finanzjarji, partikolarment attivitajiet transkonfinali. Bil-promozzjoni ta’ tweġibiet ta’ politika fil-ħin u konsistenti fl-Istati Membri għar-riskji sistemiċi identifikati, il-BERS jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ approċċi diverġenti u għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern. |
|
(4) |
Il-kompożizzjoni wiesgħa tal-membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS (il-“Bord Ġenerali”) hija assi maġġuri. Żviluppi reċenti fl-arkitettura superviżorja finanzjarja tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ħolqien ta’ unjoni bankarja, madankollu mhumiex riflessi fil-kompożizzjoni ta’ dak il-Bord Ġenerali. Għal dik ir-raġuni, il-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jenħtieġ li jsiru membri mingħajr id-dritt tal-vot tal-Bord Ġenerali. Jenħtieġ li jsiru wkoll aġġustamenti korrispondenti għall-Kumitat Tekniku Konsultattiv tal-BERS (il-“Kumitat Tekniku Konsultattiv”). |
|
(5) |
Il-President tal-BĊE ppresjeda l-BERS mill-istabbiliment tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 sal-15 ta’ Diċembru 2015 u wara dan fuq bażi interim. Matul dak il-perijodu, il-President tal-BĊE kkonferixxa awtorità u kredibbiltà lill-BERS u żgura li jkun jista’ b’mod effettiv jsawwar u joqgħod fuq l-għarfien espert tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant huwa adatt li l-President tal-BĊE jippresiedi l-BERS fuq bażi permanenti. |
|
(6) |
Il-BERS huwa responsabbli mis-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ riskji sistemiċi fl-Unjoni sħiħa jew f’partijiet minnha, inkluż li jidentifika u jiddiskuti riskji għall-istabbiltà finanzjarja irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Il-kondizzjonijiet monetarji jistgħu jkollhom implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja u huwa fil-mandat tas-sorveljanza makroprudenzjali tal-BERS li jiddiskuti dawn l-implikazzjonijiet filwaqt li l-indipendenza tal-banek ċentrali tkun rispettata b’mod sħiħ. Il-BERS huwa wkoll responsabbli li jissorvelja u jivvaluta r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn żviluppi li jista’ jkollhom impatt fil-livell settorjali jew fil-livell tas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali, inkluż riskji u vulnerabbiltajiet li jirriżultaw minn bidla teknoloġika jew minn fatturi ambjentali jew soċjali. Il-BERS jenħtieġ ukoll li janalizza l-iżviluppi barra mis-settur bankarju, inkluż dawk li jwasslu għat-tlestija tal-unjoni tas-swieq kapitali. |
|
(7) |
Il-membri tal-Bord Ġenerali huma kollettivament responsabbli għall-kisba tal-missjoni, l-objettivi u l-kompiti tal-BERS.. Il-membri kollha huma responsabbli biex jsawru l-aġenda u l-programm ta’ ħidma tal-BERS u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ħidma regolari tiegħu. inkluż billi jiġbdu l-attenzjoni tal-membri l-oħra tal-Bord Ġenerali għal suġġetti rilevanti. |
|
(8) |
Sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-BERS, il-President tal-BERS jenħtieġ li jkun jista’ jiddelega kompiti, bħal kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS lill-ewwel Viċi President jew, jekk l-ewwel Viċi President ma jkunx disponibbli u fejn ikun adatt, lit-tieni Viċi President jew lill-kap tas-Segretarjat tal-BERS. Jenħtieġ li tali delegazzjoni ma testendix sal-parteċipazzjoni fi smigħ pubbliku u f’diskussjonijiet mhux pubbliċi fil-Parlament Ewropew. |
|
(9) |
Sabiex tkun prevista flessibbiltà fir-rigward tal-għażla tal-membru tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu r-rappreżentant tal-vot tagħhom bejn il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali u rappreżentant ta’ livell għoli ta’ awtorità maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), fejn dik l-awtorità maħtura jkollha r-rwol ewlieni fl-istabbiltà finanzjarja fil-qasam ta’ kompetenza tagħha. Dik il-flessibbiltà rigward l-għażla tal-membru tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot ma taffettwax l-Istati Membri fejn il-bank ċentrali nazzjonali jkun awtorità maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Biex tiġi evitata l-influwenza politika, l-ebda membru tal-Bord Ġenerali ma għandu jkollu kariga fil-gvern ċentrali ta’ Stat Membru. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-ewwel Viċi President tal-BERS sa issa kien elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u minn fosthom, rigward il-ħtieġa li jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata tal-Istati Membri b’mod ġenerali u bejn dawk li l-munita tagħhom hija l-euro u dawk li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Wara l-ħolqien tal-unjoni bankarja, huwa adatt li r-referenza għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u dawk li l-munita tagħhom mhijiex l-euro tiġi sostitwita b’referenza għall-Istati Membri li huma Stati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (8) u dawk li mhumiex. L-ewwel Viċi President jenħtieġ li jiġi elett mill-membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot u minn fosthom, b’riflessjoni tal-flessibbiltà akbar fir-rigward tas-sħubija tal-Bord Ġenerali. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 (9) jistipula li l-kap tas-Segretarjat tal-BERS għandu jinħatar mill-BĊE, f’konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali. Sabiex il-kap tas-Segretarjat tal-BERS jingħata iżjed viżibbiltà, jenħtieġ li l-Bord Ġenerali jivvaluta, fi proċedura miftuħa u trasparenti, jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta’ Kap tas-Segretarjat tal-BERS għandhomx il-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat tal-BERS. Jenħtieġ li l-BĊE jikkunsidra li jiftaħ sistematikament il-proċedura tal-għażla għal kandidati esterni. Il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċedura ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-kompiti tal-kap tas-Segretarjat tal-BERS. |
|
(12) |
Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jenħtieġ li l-Artikolu 9(5) ta’ dak ir-Regolament jiġi emendat. |
|
(13) |
Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u sabiex tittejjeb l-effiċjenza proċedurali, jenħtieġ li l-għadd ta’ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Kumitat Tekniku Konsultattiv jitnaqqas miż-żewġ rappreżentanti li hemm bħalissa għal rappreżentant wieħed. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-BĊE jiżdied bħala destinatarju possibbli tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu skont l-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ Riżoluzzjoni maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiżdiedu wkoll bħala destinatarji possibbli. Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jirrikjedi li dawk it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu trażmessi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li, meta jkunu indirizzati lil awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali waħda jew aktar, lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) (minn hawn ’il quddiem kollettivament imsejħa l-“ESAs”). Sabiex jissaħħu l-kontroll demokratiku u t-trasparenza, jenħtieġ ukoll li t-twissijiet u rakkomandazzjonijiet tal-BERS jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-ESAs. Fejn adatt, il-Bord Ġenerali jenħtieġ li jirrikjedi li jiġi konkluż ftehim biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità meta jkunu qed jintbagħtu twissijiet jew rakkomandazzjonijiet kunfidenzjali jew mhux pubbliċi. |
|
(15) |
Membri tal-BERS mill-banek ċentrali nazzjonali, mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u mill-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni li jirċievu mill-BERS waqt il-kompiti tagħhom u b’rabta mal-kompiti tal-BERS, inkluż għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħhom. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-BERS jiffaċilita l-kondiviżjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-korpi tal-Unjoni ta’ informazzjoni relatata mal-miżuri mfassla biex jindirizzaw ir-riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni. |
|
(17) |
Biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, it-twissijiet u d-deċiżjonijiet tal-BERS, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv mistennija jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati, fejn adatt, fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, u biex dan isir bl-aktar mod wiesa’ possibbli biex ikun żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet interessati kollha. |
|
(18) |
Waqt ir-rieżami tal-missjoni u l-organizzazzjoni tal-BERS, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra b’mod partikolari mudelli istituzzjonali possibbli oħra. Jenħtieġ li tikkunsidra wkoll jekk fl-organizzazzjoni tal-BERS għadux xieraq il-bilanċ bejn l-Istati Membri li huma Stati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u dawk li mhumiex. |
|
(19) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L–Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Sorsi oħra ta’ pariri Fit-twettiq tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 3(2), il-BERS għandu, fejn ikun adatt, jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti mis-settur privat. Tali l-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.”; |
|
(12) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Qabel kull talba għal informazzjoni ta’ natura superviżorja li ma tkunx fil-qosor jew f’għamla aggregata, il-BERS għandu jikkonsulta debitament mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti ma tikkunsidrax it-talba bħala ġustifikata u proporzjonata, hija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat it-talba lura għand il-BERS u titlob għal ġustifikazzjoni addizzjonali. Wara li l-BERS ikun ta lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tali ġustifikazzjoni addizzjonali, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi trażmessa lill-BERS mid-destinatarji tat-talba, dment li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.”; |
|
(13) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Jekk rakkomandazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) tkun indirizzata lil wieħed mid-destinatarji elenkati fl-Artikolu 16(2), id-destinatarju għandu jikkomunika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS l-azzjonijiet li jkun ħa b’rispons għar-rakkomandazzjoni u għandu jissostanzja kull nuqqas ta’ azzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta’ kunfidenzjalità, jinforma lill-ESAs bit-tweġibiet riċevuti mingħajr dewmien. 2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet segwita jew li d-destinatarji ma jkunux taw ġustifikazzjoni adatta għan-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom, il-BERS għandu, soġġett għal regoli stretti ta’ kunfidenzjalità, jinforma lid-destinatarji, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-ESAs rilevanti b’dan.”; |
|
(15) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Meta l-Bord Ġenerali jiddeċiedi li ma jagħmilx pubblika twissija jew rakkomandazzjoni, id-destinatarji, u fejn ikun adatt, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-ESAs għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ dik it-twissija jew rakkomandazzjoni.”; |
|
(16) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
L-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Rieżami Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-membri tal-BERS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-missjoni jew l-organizzazzjoni tal-BERS jeħtieġx tiġi rieżaminata, filwaqt li tikkunsidra mudelli alternattivi possibbli għal dak attwali.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(2) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 63.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali)] u deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2019.
(4) Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(8) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(9) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
(10) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(11) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(12) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(13) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
DIRETTIVI
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/155 |
DIRETTIVA (UE) 2019/2177 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2019
li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) toħloq qafas regolatorju għal fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data (DRSPs, data reporting services providers) u tirrikjedi li fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data wara l-kummerċ ikun awtorizzat bħala arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat (APA, approved publication arrangement). Barra minn hekk, fornitur ta’ tape konsolidat (CTP, consolidated tape provider) huwa meħtieġ joffri data konsolidata ta’ kummerċ li tkopri l-kummerċ kollu f’kemm l-istrumenti ta’ ekwità kif ukoll f’dawk mhux ta’ ekwità fl-Unjoni kollha, f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE. Id-Direttiva 2014/65/UE tifformalizza wkoll kanali ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti billi tirrikjedi li parti terza li tirrapporta f’isem ditti tal-investiment tkun awtorizzata bħala mekkaniżmu ta’ rapportar approvat (ARM, approved reporting mechanism). |
|
(2) |
Il-kwalità tad-data ta’ negozjar u tal-ipproċessar u l-forniment ta’ tali data, inklużi l-ipproċessar u l-forniment ta’ data transfruntiera, hija ta’ importanza kbira biex jinkiseb l-objettiv ewlieni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li huwa li tissaħħaħ it-trasparenza tas-swieq finanzjarji. Id-data preċiża ta’ negozjar tipprovdi lill-utenti veduta ġenerali tal-attività ta’ negozjar madwar is-swieq finanzjarji tal-Unjoni u tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni preċiża u komprensiva dwar it-tranżazzjonijiet relevanti. Minħabba d-dimensjoni transfruntiera tat-trattament tad-data, il-benefiċċji tal-ġbir ta’ kompetenzi relatati mad-data, inklużi l-ekonomiji potenzjali ta’ skala, u l-impatt negattiv ta’ diverġenzi potenzjali fil-prattiċi superviżorji kemm fuq il-kwalità tad-data ta’ negozjar kif ukoll fuq il-kompiti ta’ DRSPs, huwa għalhekk adatt li l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ DRSPs, kif ukoll setgħat ta’ ġbir ta’ data, jiġu trasferiti mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (ESMA, European Securities and Markets Authority), ħlief fir-rigward ta’ ARMs jew APAs li jibbenefikaw minn deroga taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(3) |
Sabiex jinkiseb trasferiment konsistenti ta’ tali setgħat, huwa adatt li jitħassru dispożizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti operazzjonali għal DRSPs u mal-kompetenzi ta’ awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ DRSPs stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, u li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu introdotti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(4) |
It-trasferiment tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ DRSPs, ħlief fir-rigward ta’ ARMs jew APAs li jibbenefikaw minn deroga taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, lill-ESMA huwa kompatibbli mal-kompiti tal-ESMA. B’mod aktar speċifiku, l-għoti ta’ setgħat tal-ġbir ta’ data, tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni minn awtoritajiet kompetenti lill-ESMA huwa strumentali għal kompiti oħra li l-ESMA twettaq taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, bħall-monitoraġġ tas-suq, setgħat ta’ intervenzjoni temporanja u setgħat ta’ ġestjoni ta’ pożizzjoni, u jiżgura konformità konsistenti ma’ rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u ta’ wara l-kummerċ. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tipprevedi li, f’konformità mal-approċċ orjentat lejn ir-riskji għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, ikun possibbli f’ċirkostanzi speċifiċi li impriżi u gruppi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni jużaw mudelli interni għall-kalkolu ta’ dak ir-rekwiżit minflok ma’ jużaw il-formula l-istandard. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tipprevedi komponent tal-pajjiż fl-aġġustament tal-volatilità. Sabiex jiġi żgurat li dan il-komponent tal-pajjiż inaqqas effettivament l-esaġerazzjonijiet ta’ ‘spreads’ tal-bonds fil-pajjiż rilevanti, jenħtieġ li livell limitu adatt għall-’ispread’ tal-pajjiż b’riskju kkorreġut jiġi stabbilit għall-attivazzjoni tal-komponent tal-pajjiż. |
|
(7) |
Fid-dawl taż-żieda fl-attivitajiet transfruntieri ta’ assigurazzjoni huwa neċessarju li titjieb l-applikazzjoni konverġenti tal-liġi tal-Unjoni f’każijiet ta’ attività transfruntiera ta’ assigurazzjoni, speċjalment fi stadju bikri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jissaħħu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)(EIOPA). B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu previsti r-rekwiżiti ta’ notifika fil-każ ta’ attività transfruntiera ta’ assigurazzjoni sinifikanti jew sitwazzjoni ta’ kriżi, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ kooperazzjoni, fejn tkun sinifikanti l-attività transfruntiera ta’ assigurazzjoni prevista. Jenħtieġ li din is-sinifikanza tal-attività transfruntiera ta’ assigurazzjoni tiġi valutata f’termini tal-’premium’ gross miktub annwali sottoskritt fl-Istat Membru ospitanti meta mqabbel mal-’premiums’ gross miktuba annwali totali tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni, f’termini tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-detentur ta’ polza fl-Istat Membru ospitanti u fir-rigward tal-impatt tal-fergħa jew l-attività tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni rispettiva fuq is-suq tal-Istat Membru ospitanti f’termini ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-pjattaformi ta’ kooperazzjoni huma għodda effettiva biex tinkiseb kooperazzjoni aktar b’saħħitha u f’waqtha bejn l-awtoritajiet superviżorji u għalhekk biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar huma u jibqgħu fil-kompetenza tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju. |
|
(8) |
Fejn l-attivitajiet transfruntieri ta’ assigurazzjoni jkunu sinifikanti fir-rigward tas-suq tal-Istat Membru ospitanti u jirrikjedu kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, speċjalment fejn assiguratur jista’ jkun f’riskju li jispiċċa f’diffikultajiet finanzjarji għad-detriment ta’ detenturi ta’ polza u partijiet terzi, jenħtieġ li l-EIOPA tistabbilixxi u torganizza pjattaformi ta’ kollaborazzjoni. |
|
(9) |
Sabiex jittieħed kont tas-sostituzzjoni tal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) mill-EIOPA, jenħtieġ li jitħassru r-referenzi għas-CEIOPS fid-Direttiva 2009/138/KE. |
|
(10) |
Wara bidliet fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita minn dak ir-Regolament (EBA), ikollha rwol ġdid fil-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u jkun meħtieġ isiru bidliet sussegwenti fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttivi 2009/138/KE, 2014/65/UE u (UE) 2015/849 jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, fejn ikunu inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni (APA), kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, b’deroga skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, jew mekkaniżmu ta’ rapportar approvat (ARM), kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament, b’deroga skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ dak l-APA jew ARM sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi previsti f’dak ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri adatti biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità ta’ APAs jew ARMs ma’ dawk l-obbligi.”; |
|
(4) |
jitħassar it-Titolu V; |
|
(5) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 71, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Fejn sanzjoni kriminali jew amministrattiva ppubblikata tirrigwarda ditta tal-investiment, operatur tas-suq, istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment jew servizzi anċillari, jew fergħa ta’ ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew xi APA jew ARM awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkollu deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, l-ESMA għandha żżid referenza għas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru rilevanti.”; |
|
(7) |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprevedu, mill-anqas, li kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), li twettaq f’ditta tal-investiment, f’suq regolat, jew f’xi APA jew ARM awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkollu deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-impriża li dwarhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt li wettqet dak il-kompitu u li jistgħu: (*1) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).”;" |
|
(8) |
l-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 90, jitħassru l-paragrafi 2 u 3; |
|
(10) |
fl-Artikolu 93(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-3 ta’ Jannar 2018.”; |
|
(11) |
fl-Anness I, it-Taqsima D titħassar. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2009/138/KE
Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 77d(4), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għal kull pajjiż rilevanti, l-aġġustament ta’ volatilità għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju msemmi fil-paragrafu 3 għall-munita ta’ dak il-pajjiż għandu, qabel l-applikazzjoni tal-fattur ta’ 65 % jiżdied bid-differenza bejn il-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut u darbtejn il-firxa tal-munita kkorreġuta għar-riskju kull meta dik id-differenza tkun pożittiva u l-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut tkun ogħla minn 85 punt bażiku.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 112, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-EIOPA f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 dwar kwalunkwe applikazzjoni biex jintuża jew jinbidel mudell intern. Fuq it-talba ta’ awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar, l-EIOPA tista’ tipprovdi assistenza teknika, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, lill-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji li talbu l-assistenza, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.”; |
|
(3) |
fit-Titolu I, il-Kapitolu VIII, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:
Artikolu 152a Notifika 1. Fejn l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tkun beħsiebha tawtorizza impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-iskema ta’ operazzjonijiet tagħha tindika li parti mill-attivitajiet tagħha ser tkun ibbażata fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment fi Stat Membru ieħor, u dik l-iskema ta’ operazzjonijiet tindika wkoll li dawk l-attivitajiet x’aktarx ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq tal-Istat Membru ospitanti, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tinnotifika b’dan lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti. 2. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, flimkien man-notifika prevista fil-paragrafu 1, tinnotifika wkoll lill-EIOPA u lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti rilevanti meta tidentifika kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji oħra emerġenti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq attivitajiet li jkunu bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u li jistgħu jkollhom effett transfruntier. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti tista’ wkoll tinnotifika lill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju rilevanti fejn ikollha tħassib serju u motivat fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha f’każijiet fejn ma tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni bilaterali. 3. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjoni adatta. 4. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva. Artikolu 152b Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni 1. L-EIOPA tista’, fil-każ ta’ tħassib ġustifikat dwar effetti negattivi fuq detenturi ta’ polza, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma ta’ kollaborazzjoni biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u żżid il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq, jew tkun beħsiebha twettaq, attivitajiet li huma bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u fejn:
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti li jistabbilixxu pjattaforma ta’ kollaborazzjoni fejn dawn kollha jaqblu li jagħmlu hekk. 3. L-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ kollaborazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 huwa mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, fuq talba mill-EIOPA, l-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod f’waqtu biex il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tiffunzjona b’mod adatt.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 231 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 237(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Fejn l-EIOPA ma tiħux deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali.”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 248(4), jitħassar it-tielet subparagrafu. |
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849
Id-Direttiva (UE) 2015/849 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 17, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-fatturi ta’ riskju li jridu jitqiesu u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet li fihom ikunu adatti miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 18(4), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “4. Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet li fihom ikunu adatti miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 41, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ipproċessar ta’ data personali taħt din id-Direttiva huwa soġġett għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (*3) u (UE) 2018/1725 (*4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)." (*4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(6) |
l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fil-Kapitolu VI, fit-Taqsima 3, fis-Subtaqsima II, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ ”; |
|
(9) |
l-Artikolu 50 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 50 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-EBA biex tkun tista’ twettaq dmirijietha taħt din id-Direttiva.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Ġunju 2020, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-punt (1) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri fir-rigward tal-Artikolu 1 mill-1 ta’ Jannar 2022, u fir-rigward tal-Artikoli 2 u 3 sat-30 ta’ Ġunju 2021. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri fir-rigward tal-punt (1) tal-Artikolu 2 sal-1 ta’ Lulju 2020.
4. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 251, 18.7.2018, p. 2.
(2) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 63.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2019.
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(7) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(10) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
Rettifika
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/164 |
Rettifika tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321 tas-17 ta’ Diċembru 2018 )
|
1. |
Fil-paġna 122, il-punt (b) tal-Artikolu 32(4), |
minflok:
|
“(b) |
tiddeżinja impriża bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, taħt l-Artikolu 67(3) jew (4);”, |
aqra:
|
“(b) |
tiddeċiedi jekk impriża tiġix iddeżinjata bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, taħt l- Artikolu 67(3) jew (4);”; |
|
2. |
Fil-paġna 145, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(1), |
minflok:
“1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fil-każ ta’ punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, ... ”,
aqra:
“1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, ... ”;
|
3. |
Fil-paġna 145, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(2), |
minflok:
“2. B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew awtoritajiet kompetenti oħra fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, għandhom ikunu jistgħu jimponu: ... ”,
aqra:
“2. B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ikunu jistgħu jimponu: ... ”.
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/165 |
Rettifika għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r- Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117 tal-5 ta’ Mejju 2017 )
Fil-paġna 69, il-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(8):
minflok:
|
“(c) |
kunsiderazzjonijiet fir-rigward tas-sikurezza tas-suġġett u l-affidabbiltà u r-robustezza tad-data, ippreżentati skont il-punt (b) tal-paragrafu 4.”, |
aqra:
|
“(c) |
kunsiderazzjonijiet fir-rigward tas-sikurezza tas-suġġett u l-affidabbiltà u r-robustezza tad-data, ippreżentati skont il-punt (d) tal-paragrafu 4.”. |
Fil-paġna 72, l-Artikolu 84, l-ewwel sentenza:
minflok:
“Taqsima 1.1 tal-Anness III”,
aqra:
“Taqsima 1 tal-Anness III”.
Fil-paġna 74, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(1):
minflok:
“... msemmija fit-Taqsimiet 1 u 5 tal-Anness I u li …”,
aqra:
“... msemmija fit-Taqsimiet 1 u 8 tal-Anness I u li …”.
Fil-paġna 89, l-Artikolu 120(3):
minflok:
“3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, apparat b’ċertifikat li nħareġ f’konformità mad-Direttiva 90/385/KEE jew id-Direttiva 93/42/KEE u li hija valida permezz tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz biss jekk mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwa jkompli ...”,
aqra:
“3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, apparat li huwa apparat tal-klassi I skont id-Direttiva 93/42/KEE, li għalih id-dikjarazzjoni ta’ konformità tfasslet qabel is-26 ta’ Mejju 2020 u li għalih il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament teħtieġ l-involviment ta’ korp notifikat, jew li għandu ċertifikat li nħareġ f’konformità mad-Direttiva 90/385/KEE jew mad-Direttiva 93/42/KEE u li huwa validu permezz tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz sas-26 ta’ Mejju 2024, dment li mis-26 ta’ Mejju 2020 huwa jkompli ...”.
Fil-paġna 89, l-Artikolu 120(4):
minflok:
“... li tqiegħdu fis-suq mis-26 ta’ Mejju 2020 permezz ta’ ċertifikat kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jibqgħu disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz sas-27 ta’ Mejju 2025.”,
aqra:
“... li tqiegħdu fis-suq mis-26 ta’ Mejju 2020 skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jibqgħu disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz sas-26 ta’ Mejju 2025.”.
Fil-paġna 90, l-Artikolu 120(8):
minflok:
“8. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10a u l-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE u l-Artikolu 14(1) u (2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE, il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l- importaturi u l-korpi notifikati li, matul il-perijodu li jibda mhux aktar tard mid-dati msemmija fil-punt (d) tal- Artikolu 123(3) u li jispiċċa 18-il xahar wara, jikkonformaw mal-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 56(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 90/385/KEE jew l-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE rispettivament, u l-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE jew il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE rispettivament, kif speċifikat fid-Deċiżjoni 2010/227/UE.”,
aqra:
“8. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10a, mill-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) u mill-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 90/385/KEE u mill-Artikolu 14(1) u (2), mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) u mill-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 93/42/KEE, il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u l-korpi notifikati li, matul il-perijodu li jibda fl-aħħar data mid-dati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 123(3) u jintemm 18-il xahar wara, jikkonformaw mal-Artikoli 29(4), 31(1) u 56(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti adottati mill-Istati Membri f’konformità ma’, rispettivament, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 90/385/KEE jew mal-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE, f’konformità ma’, rispettivament, il-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE jew mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE u ma’, rispettivament, l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 90/385/KEE jew mal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 93/42/KEE, kif speċifikat fid-Deċiżjoni 2010/227/UE.”.
Fil-paġna 90, l-Artikolu 122, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż:
minflok:
|
“— |
l-Artikolu 10a u l-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE, u ...”, |
aqra:
|
“— |
l-Artikolu 10a, il-punt (a) tal-Artikolu 10b(1) u l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 90/385/KEE, u ...”. |
Fil-paġna 91, l-Artikolu 122, l-ewwel paragrafu, ir-raba’ inċiż:
minflok:
|
“— |
l-Artikolu 14(1) u (2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE, u ...”, |
aqra:
|
“— |
l-Artikolu 14(1) u (2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 14a(1) u tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 93/42/KEE, u ...”. |
Fil-paġna 104, l-Anness I, it-Taqsima 23.2, il-punt (h):
minflok:
|
“(h) |
it-trasportatur tal-UDI msemmi fl-Artikolu 27(4) u l-Parti C tal-Anness VII;”, |
aqra:
|
“(h) |
it-trasportatur tal-UDI msemmi fl-Artikolu 27(4) u l-Parti C tal-Anness VI;”. |
Fil-paġna 112, l-Anness III, it-Taqsima 1.1:
minflok:
|
“1.1. |
Il-pjan ta’ sorveljanza ...”, |
aqra:
|
“1. |
Il-pjan ta’ sorveljanza ...”. |
Fil-paġna 112, l-Anness III, it-Taqsima 1.1, il-punt (b), il-ħames inċiż:
minflok:
|
“— |
metodi u protokolli biex jieħdu ħsieb l-każijiet soġġetti għal rapport dwar it-tendenzi ...”, |
aqra:
|
“— |
metodi u protokolli biex jieħdu ħsieb l-inċidenti soġġetti għal rapport dwar it-tendenzi ...”. |
Fil-paġna 112, l-Anness III, it-Taqsima 1.2:
minflok:
|
“1.2. |
Il-PSUR ...”, |
aqra:
|
“2. |
Il-PSUR ...”. |
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/167 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117 tal-5 ta’ Mejju 2017 )
Fil-paġna 242, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(1),
minflok:
“... msemmija fit-Taqsimiet 1 u 5 tal-Anness I u li ...”,
aqra:
“... msemmija fit-Taqsimiet 1 u 8 tal-Anness I u li ...”;
Fil-paġna 256, l-Artikolu 110(8),
minflok:
“8. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/79/KE, il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u l-korpi notifikati li, matul il-perijodu li jibda fl-aħħar data mid-dati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 113(3) u jintemm 18-il xahar wara, jikkonformaw mal-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 28(1) u l- Artikolu 51(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/79/KE kif speċifikat fid-Deċiżjoni 2010/227/UE.”,
aqra:
“8. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10, mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) u mill-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 98/79/KE, il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u l-korpi notifikati li, matul il-perijodu li jibda fl-aħħar data mid-dati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 113(3) u jintemm 18-il xahar wara, jikkonformaw mal-Artikoli 26(3), 28(1) u 51(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10, mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) u mal-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 98/79/KE kif speċifikat fid-Deċiżjoni 2010/227/UE.”;
Fil-paġna 257, il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 112,
minflok:
|
“(b) |
l-Artikolu 10 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/79/KE, u ...”, |
aqra:
|
“(b) |
l-Artikolu 10, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 98/79/KE, u ...”; |
Fil-paġna 257, l-Artikolu 113(3), il-punt (a),
minflok:
|
“(a) |
l-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 51(5) għandhom japplikaw mis-27 ta’ Novembru 2023;”, |
aqra:
|
“(a) |
l-Artikoli 26(3) u 51(5) għandhom japplikaw minn 18-il xahar wara l-aħħar waħda mid-dati msemmija fil-punt (f);”; |
Fil-paġna 277, l-Anness III, it-Taqsima 1, il-punt (b), il-ħames inċiż,
minflok:
|
“— |
metodi u protokolli biex jieħdu ħsieb l-każijiet soġġetti għar-rapport dwar it-tendenzi ...”, |
aqra:
|
“— |
metodi u protokolli biex jieħdu ħsieb l-inċidenti soġġetti għar-rapport dwar it-tendenzi ...”. |
Fil-paġna 304, l-Anness VIII, it-Taqsima 2.2, il-frażi introduttorja,
minflok:
“L-apparati maħsuba biex jintużaw għall-klassifikazzjoni tal-grupp tad-demm jew it-tip ta’ tessut biex tiġi żgurata kompatibbiltà immunoloġika tad-demm, ...”,
aqra:
“L-apparati maħsuba biex jintużaw għall-klassifikazzjoni tal-grupp tad-demm, jew biex tiġi determinata l-inkompatibbiltà tal-grupp tad-demm bejn l-omm u l-fetu, jew biex tiġi ddeterminata t-tipizzazzjoni ta’ tessut sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà immunoloġika tad-demm, ...”.
|
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/168 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-17 ta’ Mejju 2019 )
|
1. |
It-titolu fil-paġna tal-werrej, |
minflok:
“Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1)”,
aqra:
“Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej”;
|
2. |
It-Titolu fil-paġna 55, |
minflok:
“REGOLAMENT (UE) 2019/788 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)”,
aqra:
“REGOLAMENT (UE) 2019/788 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej”;
|
3. |
Fil-paġna 62, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2), |
minflok:
“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba għal reġistrazzjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tiegħu.”,
aqra:
“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba għal reġistrazzjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tiegħu.”;
|
4. |
Fil-paġna 63, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3), |
minflok:
“Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5.”,
aqra:
“Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.”.