ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 316I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
6 ta' Diċembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/2071 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal- ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 ( ĠU L 130, 17.5.2019 )

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

6.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 316/1


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2071 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Diċembru 2019

li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-lista ta’ kandidati stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta’ Ottubru 2019, skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, wara sejħa pubblika għal kandidati, bil-ħsieb tal-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/886/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-Sur Giovanni BUTTARELLI nħatar bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI bħala l-Assistent Kontrollur, għall-perijodu mill-4 ta’ Diċembru 2014 sal-5 ta’ Diċembru 2019.

(2)

Is-Sur Giovanni Buttarelli miet fl-20 ta’ Awwissu 2019. F’konformità mal-Artikolu 100(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Assistent Kontrollur għalhekk issostitwixxa lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bqija tal-mandat tal-Assistent Kontrollur, li jintemm fil-5 ta’ Diċembru 2019.

(3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jinħatar bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal perijodu ta’ ħames snin mis-6 ta’ Diċembru 2019,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI huwa b’dan maħtur bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-perijodu mis-6 ta’ Diċembru 2019 sal-5 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2019.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINTILÄ


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2014 li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data u l-Assistent Kontrollur (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 9).


Rettifika

6.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 316/3


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal- ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas‐17 ta’ Mejju 2019 )

Fil-paġna 30, l-Artikolu 51 (2),

minflok:

“2.   Minkejja l-paragrafu 1L-Artikolu 16, il-punt (c) tal-Artikolu 20, l-Artikoli 21, 22 u 23, l-Artikolu 24(1), (2) u (3), l- ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(4), l-Artikolu 24(8) u (9), l-Artikoli 25 sa 42, l-Artikoli 46 u 47, l- Artikolu 50(1), (4) u (6), il-punti 39(d) u 40(d) tal-Anness I u d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 relatati ma’ dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mit-8 ta’ Ġunju 2019.”,

aqra:

“2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 16, il-punt (c) tal-Artikolu 20, l-Artikoli 21, 22 u 23, l-Artikolu 24(1), (2) u (3), l- ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(4), l-Artikolu 24(8) u (9), l-Artikoli 25 sa 42, l-Artikoli 46 u 47, l- Artikolu 50(1), (4) u (6), il-punti 39(d) u 40(d) tal-Anness I u d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 relatati ma’ dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mit-8 ta’ Ġunju 2019.”,

Fil-paġna 32, il-punt 4 Spirtu tal-inbid, il-punt (a) (i),

minflok:

“(i)

hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f’anqas minn 86 % vol. ta’ nbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jewdistillat tal-inbid iddistillat f’anqas minn 86 % vol.;”,

aqra:

“(i)

hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f’anqas minn 86 % vol. ta’ nbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew distillat tal-inbid;”.