ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
2 ta' Diċembru 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/1995 tal-21 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1996 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1997 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jiftaħ l-investigazzjoni mill-ġdid wara s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2019, fil-Kawża C-251/18 Trace Sport SAS, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1998 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali għas-salamandri fir-rigward tal-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (notifikata bid-dokument C(2019) 8551)  ( 1 )

35

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1999 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni għal skopijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 8555)

37

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2000 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi format għar-rappurtar tad-data dwar l-iskart tal-ikel u għall-preżentazzjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 8577)  ( 1 )

39

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2001 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2019) 8579)  ( 1 )

46

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/2002 tat-28 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Bulgarija biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa tmiem l-2023 (notifikata bid-dokument C(2019) 8590 )

50

 

*

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2019/2003 tat-28 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Irlanda biex tkompli tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri sa tmiem l-2023 (notifikata bid-dokument C(2019) 8593)

52

 

*

Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/2004 tat-28 ta’ Novembru 2019 id-Deċiżjoni emendatorja tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għar-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri (notifikata bid-dokument C(2019) 8595)

54

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2005 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2017

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2006 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

59

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2019/1995

tal-21 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (4) tipprevedi li meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezz ieħor simili, il-bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f’kunsinni ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 jew il-provvista ta’ merkanzija fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija hi stess. Peress li dik id-Direttiva tifred provvista waħda f’żewġ provvisti, jenħtieġ li jiġi ddeterminat għal liema provvista għandu jiġi attribwit id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija biex jiġi ddeterminat kif suppost il-post tal-provvista tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-fatt taxxabbli ta’ dawk iż-żewġ provvisti jsir fl-istess ħin.

(2)

Peress li persuna taxxabbli li, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika, tiffaċilita l-provvista ta’ merkanzija lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità, tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa lil fornituri mhux stabbiliti fil-Komunità, f’konformità mar-regoli eżistenti, hemm ir-riskju li dan tal-aħħar ma jħallasx il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Sabiex jiġi evitat dak ir-riskju, il-provvista mingħand il-fornitur li jbigħ merkanzija permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika jenħtieġ li tkun eżenti mill-VAT, filwaqt li dak il-fornitur jenħtieġ li jingħata dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input li ħallas max-xiri jew l-importazzjoni tal-merkanzija pprovduta. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-fornitur ikun dejjem irreġistrat fl-Istat Membru fejn ikun akkwista jew importa dik il-merkanzija.

(3)

Barra minn hekk, il-fornituri li mhumiex stabbiliti fil-Komunità, li jagħmlu użu minn interfaċċa elettronika biex ibigħu l-merkanzija, jistgħu jżommu stokk f’diversi Stati Membri u jistgħu, barra minn bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija, jipprovdu merkanzija minn dak l-istokk lill-klijenti fl-istess Stat Membru. Bħalissa dawn il-provvisti mhumiex koperti bl-iskema speċjali għal bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija u servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dawk il-persuni taxxabbli li jiffaċilitaw il-provvista ta’ merkanzija lil persuni mhux taxxabbli fil-Komunità permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika, li huma meqjusa li rċivew u pprovdew il-merkanzija huma stess, jenħtieġ li jitħallew jużaw ukoll din l-iskema speċjali biex jiddikjaraw u jħallsu l-VAT fuq dawn il-provvisti domestiċi.

(4)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza f’termini ta’ ħlas ta’ VAT u dazju tal-importazzjoni fuq l-importazzjoni tal-merkanzija, il-perijodu ta’ żmien għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni lid-dwana meta l-arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni huma użati jenħtieġ li jiġi allinjat ma’ dak stabbilit fir-rigward tad-dazju doganali fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(5)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (6), l-Istati Membri ħadu l-impenn, li f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(6)

Għaldaqstant id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 36b

Meta persuna taxxabbli hija kkunsidrata li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija skont l-Artikolu 14a, id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija għandu jiġi attribwit lill-provvista magħmula minn dik il-persuna taxxabbli.”;

(2)

L-Artikolu 66a huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 66a

B’deroga mill-Artikoli 63, 64 u 65, il-fatt taxxabbli tal-provvista tal- merkanzija minn persuna taxxabbli li hija meqjusa li rċeviet u forniet il-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 14a u l-provvista tal-merkanzija lil dik il-persuna taxxabbli għandha sseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta fil-mument meta jkun ġie aċċettat il-ħlas.”;

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 136a

Meta persuna taxxabbli titqies li rċeviet u pprovdiet merkanzija f’konformità mal-Artikolu 14a(2), l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta’ dik il-merkanzija lil dik il-persuna taxxabbli.”;

(4)

Fl-Artikolu 169, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

tranżazzjonijiet li huma eżenti skont l-Artikoli 136a, 138, 142 jew 144, l-Artikoli 146 sa 149, l-Artikoli 151, 152, 153 jew 156, l-Artikolu 157(1)(b), l-Artikoli 158 sa 161 jew l-Artikolu 164;”;

(5)

fl-Artikolu 204(1), it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Istat Membri ma jistgħux japplikaw l-għażla msemmija fit-tieni subparagrafu għal persuna taxxabbli skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 358a li għażlet l-iskema speċjali għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.”;

(6)

fl-Artikolu 272(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 136a, 138 u 141;”;

(7)

l-intestatura tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b’dan li ġej:

Skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli jew li jagħmlu bejgħ b’distanza ta’ merkanzija jew li jipprovdu ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija ”;

(8)

l-intestatura tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b’dan li ġej:

Skema speċjali għal bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija għall-provvisti ta’ merkanzija fi ħdan Stat Membru magħmula minn interfaċċi elettroniċi li jiffaċilitaw dawk il-provvisti u għas-servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum ”;

(9)

l-Artikolu 369a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 369a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum’ tfisser persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha fil-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemm iżda li ma stabbilixxietx in-negozju tagħha u lanqas ma għandha stabbiliment fiss fit-territorju tal-Istat Membru ta’ konsum;

(2)

‘L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni’ tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna taxxabbli stabbilixxiet in-negozju tagħha jew, jekk ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fil-Komunità, fejn għandha stabbiliment fiss.

Fejn persuna taxxabbli ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fil-Komunità, iżda għandha iktar minn stabbiliment fiss wieħed hemmhekk, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment fiss fejn dik il-persuna taxxabbli tindika li ser tagħmel użu minn din l-iskema speċjali. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b’dik id-deċiżjoni għas-sena kalendarja kkonċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.

Fejn persuna taxxabbli ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fil-Komunità u lanqas ma għandha stabbiliment fiss hemmhekk, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija. Fejn ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, il-persuna taxxabbli għandha tindika liema minn dawk l-Istati Membri għandu jkun l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b’dik id-deċiżjoni għas-sena kalendarja kkonċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara;

(3)

‘Stat Membru ta’ konsum’ tfisser dan li ġej:

(a)

fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi, tfisser l-Istat Membru fejn il-provvista titqies li sseħħ skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V;

(b)

fil-każ ta’ bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija, tfisser l-Istat Membru fejn jintemm id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur;

(c)

fil-każ ta’ provvista ta’ merkanzija magħmula minn persuna taxxabbli li tiffaċilita dawk il-provvisti f’konformità mal-Artikolu 14a(2) fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduta jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, tfisser dak l-Istat Membru.”;

(10)

L-Artikolu 369b huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 369b

L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni taxxabbli li ġejjin li jużaw din l-iskema speċjali:

(a)

persuna taxxabbli li twettaq bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija;

(b)

persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvisti ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 14a(2) fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduta jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;

(c)

persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ konsum li tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli.

Din l-iskema speċjali tapplika għal dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi kollha pprovduti fil-Komunità mill-persuna taxxabbli kkonċernata.”;

(11)

fl-Artikolu 369e, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jekk tinnotifika li ma għadhiex twettaq provvisti ta’ merkanzija u servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;”;

(12)

L-Artikolu 369f huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 369f

Il-persuna taxxabbli li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali għandha, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tippreżenta lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dikjarazzjoni tal-VAT għal kull tliet xhur kalendarji, kemm jekk ipprovdiet merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali, kif ukoll jekk le. Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar wara t-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-dikjarazzjoni.”;

(13)

fl-Artikolu 369g, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha turi n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 369d u, għal kull Stat Membru ta’ konsum fejn hija dovuta l-VAT, il-valur totali mingħajr il-VAT, ir-rati ta’ VAT applikabbli, l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti u l-VAT totali dovuta fir-rigward tal-provvisti li ġejjin koperti minn din l-iskema speċjali mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa:

(a)

bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija;

(b)

provvisti ta’ merkanzija f’konformità mal-Artikolu 14a(2) fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;

(c)

provvista ta’ servizzi.

Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll emendi relatati mal-perijodi tat-taxxa preċedenti kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fejn il-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata minn Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali mingħajr il-VAT, ir-rati ta’ VAT applikabbli, l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti u l-VAT totali dovuta fir-rigward tal-provvisti li ġejjin koperti minn din l-iskema speċjali, għal kull Stat Membru fejn tali merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata minn:

(a)

bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija għajr dak magħmul minn persuna taxxabbli f’konformità mal--Artikolu 14a(2);

(b)

bejgħ b’distanza intra-Komunitarju ta’ merkanzija u provvisti ta’ merkanzija fejn id-dispaċċ jew it-trasport ta’ dik il-merkanzija jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, magħmul minn persuna taxxabbli skont l-Artikolu 14a(2).

Fir-rigward tal-provvisti msemmija fil-punt (a), id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa allokat minn kull Stat Membru minn fejn it-tali merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata.

Fir-rigward tal-provvisti msemmija fil-punt (b), id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa allokat minn kull Stat Membru minn fejn it-tali merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata, jekk applikabbli.

Id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu disaggregata skont l-Istat Membru ta’ konsum.

3.   Fejn il-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, minbarra dak fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li minnu huma fornuti s-servizzi, id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali minbarra l-VAT, ir-rati tal-VAT applikabbli, l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti u l-VAT totali dovuta ta’ tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih hija għandha stabbiliment, flimkien ma’ numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa ta’ dan l-istabbiliment, disaggregati skont l-Istat Membru ta’ konsum.”;

(14)

Fl-Artikolu 369zb, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas kull xahar sa l-iskadenza għall-ħlas applikabbli għall-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

H. KOSONEN


(1)  Opinjoni tal-14 ta’ Novembru 2019 [(għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)].

(2)  Opinjoni tal-15 ta’ Mejju 2019 [(għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)].

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(6)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1996

tat-28 ta’ Novembru 2019

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona, bir-Regolament (KE) Nru 682/2007 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2001 90 30 u ex 2005 80 00 u li joriġina mit-Tajlandja (“il-miżuri antidumping definittivi”). Il-miżuri kellhom il-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 3,1 % u 12,9 %.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2008 (3) li emenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 fir-rigward tar-rata ta’ dazju imposta fuq kumpanija waħda u fuq “il-kumpaniji l-oħrajn kollha”. Id-dazji emendati jvarjaw minn 3,1 % sa 14,3 %. L-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi esportaturi Tajlandiżi li l-impenji tagħhom kienu ntlaqgħu bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/424/KE (4) kienu eżentati mid-dazju.

(3)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 847/2009 (5), qies li l-impenji ta’ prezzijiet bi prezzijiet ta’ importazzjoni minimi fissi ma baqgħux adegwati biex ipattu għall-effett ta’ ħsara tad-dumping. Konsegwentement, l-impenji aċċettati ġew irtirati u l-impenji offruti minn 10 produtturi esportaturi Tajlandiżi oħra ġew miċħuda.

(4)

Bir-Regolament (UE) Nru 875/2013 (6), il-Kunsill impona mill-ġdid il-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mit-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza, (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(5)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 307/2014 (7), wara rieżami interim parzjali, il-Kunsill emenda d-dazju antidumping stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 875/2013 għal River Kwai International Food Industry Co., Ltd.

(6)

Wara s-sentenzi tal-14 ta’ Diċembru 2017 u tat-28 ta’ Marzu 2019 tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawżi T-460/14 u C-144/18 P rispettivament, fid-29 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni reġgħet fetħet (8) l-investigazzjoni antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mit-Tajlandja li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 307/2014. Dik l-investigazzjoni nfetħet mill-ġdid biss sa fejn tikkonċerna River Kwai International Food Industry Co. Ltd. u tkompliet fil-punt li fih seħħet l-irregolarità.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (9) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”).

(8)

It-talba għal rieżami tressqet fit-13 ta’ Ġunju 2018 mill-Assoċjazzjoni Européenne des Transformateurs de Maïs Doux (“AETMD” jew “l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat.

(9)

It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-fatti li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(10)

Wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, u wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja (“it-Tajlandja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Fit-12 ta’ Settembru 2018, ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(11)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Il-partijiet interessati

(12)

Fin-Notifiki ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lil produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fit-Tajlandja u lill-awtoritajiet tat-Tajlandja, lil importaturi, utenti u negozjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet meqjusa bħala kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

(13)

Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tar-rieżami tal-iskadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(14)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista’ tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(15)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

(16)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, fl-2017 il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi tal-Unjoni abbażi tal-akbar volumi ta’ produzzjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw.

(17)

Wara l-kummenti li waslu, il-Kummissjoni ssostitwixxiet kumpanija waħda mill-kampjun proviżorju bl-akbar produttur tal-Unjoni li kien imiss. Dik il-kumpanija wriet li ma kellhiex ir-riżorsi meħtieġa biex tikkoopera f’dan ir-rieżami. Il-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni ammonta għal aktar minn 60 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-Unjoni. Ma waslux aktar kummenti. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Il-kampjunar tal-importaturi

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Importatur wieħed biss mhux relatat ipprovda l-informazzjoni meħtieġa.

(19)

Il-kampjunar tal-importaturi għalhekk ma kienx meħtieġ.

1.6.3.   Il-kampjunar tal-produtturi fit-Tajlandja

(20)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fit-Tajlandja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Renju tat-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, f’każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(21)

Tliet produtturi fil-pajjiż ikkonċernat taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. It-tliet produtturi kollha esportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u għalhekk huma produtturi esportaturi. Dawn jammontaw għal madwar 80 % tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi kollha lejn l-Unjoni.

1.7.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(22)

Kopji tal-kwestjonarji saru disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ meta nbeda l-każ. Il-Kummissjoni bagħtet ittri lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importatur mhux relatat u lit-tliet produtturi esportaturi li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, u talbithom jimlew il-kwestjonarju maħsub għalihom.

(23)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni u t-tliet produtturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat.

(24)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-importatur mhux relatat.

1.8.   Il-verifika

(25)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat mal-partijiet li kkooperaw l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Bonduelle SA, Renescure, Franza

Conserve Italia SCA, San Lazzaro di Savena, l-Italja

Groupe d’aucy, Theix, Franza

 

Produtturi esportaturi fit-Tajlandja

Karn Corn Co. Ltd., Kanchanaburi, it-Tajlandja

River Kwai International Food Industrial Company Limited (“RKI”), Kanchanaburi, it-Tajlandja

Siam Del Monte Co. Limited, Bangkok, it-Tajlandja

2.   IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(26)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti jiġifieri qamħirrum (Zea mays var. Saccharata)) bil-qalba ppreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2001 90 30 (Kodiċi TARIC 2001903010), u qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba ppreparat jew ippreservat iżda mhux bil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2005 80 00 (il-Kodiċi TARIC 2005800010) (“qamħirrum”) li joriġina mit-Tajlandja (“il-prodott taħt rieżami”).

(27)

L-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fil-preżervazzjonijiet, it-tipi differenti tal-prodott taħt rieżami għandhom inkomuni l-istess karatteristiċi bażiċi bijoloġiċi u kimiċi u jintużaw għall-istess għanijiet.

2.2.   Il-prodott simili

(28)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi bijoloġiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami;

il-prodott li hu mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Tajlandja; u

l-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(29)

Għalhekk, dawk il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   It-Tajlandja

3.1.1.   Kummenti preliminari

(30)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mit-Tajlandja komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005). Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-qamħirrum mit-Tajlandja ammontaw għal madwar 3,9 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 12,7 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 6 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja ammontaw għal 13 643 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan seħħ wara tnaqqis fl-importazzjonijiet minn 41 973 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali għal 21 856 tunnellata matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti.

3.1.2.   Dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

3.1.2.1.   Valur normali

(31)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(32)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-bejgħ domestiku totali minn produttur esportatur wieħed biss tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(33)

Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(34)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn dan il-produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b’esportazzjoni tat-tip tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(35)

Il-Kummissjoni mbagħad stabbilixxiet it-tipi ta’ prodotti li għalihom il-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv u t-tipi ta’ prodotti li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku jew il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv.

(36)

Għat-tipi ta’ prodotti, li għalihom kien hemm bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-Kummissjoni mbagħad iddefinixxiet il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(37)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat ta’ produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(38)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(39)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(40)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku għat-tipi tal-prodotti b’bejgħ domestiku rappreżentattiv uriet li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien aktar baxx mill-kost tal-unità tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medju ponderat tal-bejgħ bi profitt biss.

(41)

Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ tat-tip ta’ prodott simili fil-perkors normali tan-negozju, jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(42)

Il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(43)

Il-kost tal-produzzjoni ġie aġġustat, jekk kien meħtieġ.

(44)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra li bl-ebda mod ma biegħu l-prodott simili għall-konsum domestiku, il-valur normali kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(45)

Il-valur normali nħadem billi mal-kost tal-manifattura għal kull tip ta’ prodott esportat lejn l-Unjoni Ewropea ġie miżjud ammont raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti.

(46)

Għal wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li ma biegħx il-prodott simili għall-konsum domestiku, skont l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku, l-SG&A u l-profitt kienu bbażati fuq l-ammont attwali applikabbli għall-produzzjoni u l-bejgħ fil-perkors normali tan-negozju tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti għall-produttur esportatur inkwistjoni fis-suq domestiku.

(47)

Għall-produttur esportatur l-ieħor, li la biegħ il-prodott simili u lanqas l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti għall-konsum domestiku, skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, l-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti bħala l-medja tal-SG&A u l-profitt tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti kkalkolati għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra li kkooperaw. Din il-metodoloġija tiżgura li l-ammont għall-profitt stabbilit b’dan il-mod ma jaqbiżx il-profitt normalment realizzat minn esportaturi oħra fuq il-bejgħ ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku, kif mitlub mill-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

3.1.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(48)

Il-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw esportaw il-prodott taħt rieżami direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.1.2.3.   Tqabbil

(49)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works.

(50)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezz, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(51)

Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi fil-kostijiet tat-trasport, il-kostijiet tal-immaniġġjar u tat-tagħbija, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi bankarji u l-kummissjonijiet, meta applikabbli u ġġustifikati kif xieraq.

(52)

L-aġġustamenti ’l isfel fil-prezz tal-esportazzjoni kienu fuq medda ta’ 1 % sa 2 % għall-kostijiet tat-trasport, minn 0,5 % sa 1,5 % għall-kostijiet tal-immaniġġjar u t-tagħbija, minn 0 % sa 0,5 % għall-kostijiet tal-kreditu, minn 0 % sa 0,5 % għat-tariffi bankarji u minn 0,5 % sa 1,5 % għall-kummissjonijiet.

(53)

Żewġ produtturi esportaturi talbu konċessjoni negattiva (aġġustament pożittiv) fuq il-prezz tal-esportazzjoni għal allegat kumpens tad-dazju, taħt “Fatturi oħra”, kif previst fl-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi esportaturi ddikjaraw li huma jirċievu dan il-kumpens ta’ dazju mill-gvern Tajlandiż meta l-prodott taħt rieżami kkonċernat jinbiegħ għall-esportazzjoni, inkluż lejn is-suq tal-Unjoni.

(54)

Il-produtturi esportaturi setgħu juru li jitħallsu ammont ekwivalenti għal inqas minn 0,5 % tal-valur tal-fattura. Madankollu, il-produtturi esportaturi naqsu milli juru xi rabta bejn il-kumpens tad-dazju li jirċievu u l-imposti fuq l-importazzjoni li jħallsu għal kwalunkwe materjal inkorporat fil-prodott taħt rieżami esportat. Għalhekk, il-pretensjonijiet għal konċessjoni negattiva skont l-Artikolu 2(10)(k) ġew miċħuda.

(55)

L-aġġustamenti ’l isfel għall-valur normali kienu fuq medda ta’ 1 % sa 2 % għall-kostijiet tat-trasport u 0,5 % sa 1 % għall-kostijiet tal-kreditu.

(56)

Produttur esportatur wieħed, talab li jsir aġġustament fil-valur normali għad-differenzi fil-kost tal-kreditu mogħti għall-bejgħ domestiku, ikkalkulat permezz ta’ rata tal-imgħax fuq żmien qasir għal self kummerċjali pprovdut minn bank kummerċjali fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni nnutat li r-rata mitluba kienet ir-rata teoretika massima li għandha titħallas u kienet applikabbli f’data qabel il-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan kien konsiderevolment ogħla mir-rata tal-imgħax attwali pagabbli skont ftehim ta’ self komparabbli fuq perjodu qasir li nstab fir-rapporti finanzjarji applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni għalhekk aġġustat il-benefiċċju mitlub biex tibbażah fuq ir-rata tal-imgħax applikata attwalment għal tranżazzjonijiet komparabbli.

(57)

Żewġ produtturi esportaturi talbu li jintuża marġini ta’ profitt imnaqqas, f’każ li l-Kummissjoni taħdem il-valur normali, biex tirrifletti l-fatt li l-bejgħ ta’ prodotti bil-marka (marka proprja) fis-suq domestiku jġorr marġini ta’ profitt ogħla minn bejgħ ta’ prodotti mhux bil-marka (jiġifieri mhux bil-marka proprja, tipikament il-marka tal-klijent) fis-suq tal-Unjoni.

(58)

Skont l-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni aċċettat dawn it-talbiet sal-limitu applikabbli u għamlet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. Id-dettalji ġew żvelati lill-kumpaniji kkonċernati.

3.1.2.4.   Marġnijiet tad-dumping

(59)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(60)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur li kkoopera kkummenta li l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tagħhom jindika li kien hemm żball klerikali possibbli. Meta qieset dawn il-kummenti, il-Kummissjoni rrevediet il-kalkolu tagħha biex tikkoreġi l-iżball klerikali u ddeterminat il-marġini ta’ dumping rivedut għal dak il-produttur esportatur li kkoopera. Il-Kummissjoni sabet li dak il-produttur esportatur ma kienx qed jagħmel dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(61)

Wara d-divulgazzjoni addizzjonali finali, fir-rigward tal-korrezzjoni tal-iżball klerikali, produttur esportatur ieħor li kkoopera ippreżenta kummenti, fir-rigward tal-impatt tal-kalkolu rivedut fuq il-marġni ta’ dumping tiegħu stess. Dawn il-kummenti tressqu tard, erbat ijiem wara l-iskadenza għall-kummenti, u ma ngħatat l-ebda verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra l-kummenti b’mod formali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni sabet li l-kummenti ma kienx ikollhom impatt fuq dak il-marġni tad-dumping tal-produttur esportatur li kien żvelat preċedentement.

(62)

Tabilħaqq, minkejja l-korrezzjoni tal-iżball fil-kalkolu, għal produttur esportatur wieħed, il-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping għall-pajjiż kollu kemm hu tibqa’ l-istess. Dan huwa minħabba li ż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra li kkooperaw, li ammontaw għal aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni minn produtturi esportaturi li kkooperaw, instabu li kienu qed jagħmlu dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami f’livelli sinifikanti.

(63)

Il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu, ibbażat fuq il-marġni tad-dumping medju ponderat tat-tliet produtturi esportaturi kollha, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, kien ogħla mil-livell de minimis (4,3 %). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING

(64)

Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu mħassra. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fit-Tajlandja u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni.

4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fit-Tajlandja

(65)

L-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva tikkonsisti mid-data li tressqet mit-tliet produtturi esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw, id-data li tressqet mill-applikant fit-talba għal rieżami u informazzjoni addizzjonali li tressqet mill-applikant matul il-proċediment.

(66)

Wieħed mill-produtturi Tajlandiżi, RKI, ipprovda ċifri tal-produzzjoni u tal-kapaċità separatament għal “Prodotti Semimanifatturati” u “Prodotti Lesti”. L-unika differenza bejn dawn il-kategoriji ta’ prodotti kienet li l-“Prodotti Lesti” kellhom tikketta applikata fuq il-laned, filwaqt li l-“Prodotti Semimanifatturati” ma kellhom l-ebda tikketta applikata. Il-Kummissjoni qieset il-kapaċità tal-“Prodotti Semimanifatturati” bħala l-aktar ċifra rilevanti li għandha tintuża għall-prodott taħt rieżami, peress li l-kapaċità tal-Prodotti Lesti ġiet ikkalkulata abbażi tal-ħin attwali tal-użu tal-magni tat-tikkettar, li jista’ jiżdied.

(67)

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni li nkisbet matul il-verifika, il-Kummissjoni qieset li l-perċentwal tar-rendiment li ntuża fil-kalkolu tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-prodotti Semimanifatturati għall-RKI kien baxx wisq u rrevedietu ’l fuq.

(68)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni stmat li l-kapaċità ta’ riżerva żejda disponibbli għat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kienet ta’ madwar 70 000 tunnellata tal-prodott taħt rieżami għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Billi t-tliet produtturi li kkooperaw ammontaw għal madwar 45 % tal-kapaċità totali tal-ipproċessar stmata għall-produtturi Tajlandiżi kollha li ssemmew fit-talba għal rieżami (300 000 tunnellata), bl-estrapolazzjoni, il-Kummissjoni stmat li l-kapaċità ta’ riżerva totali għall-produtturi Tajlandiżi kollha kienet tkun ta’ madwar 150 000 tunnellata. Dan jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-konsum totali tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u madwar 11-il darba t-total tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(69)

Barra minn hekk, l-evidenza pprovduta mill-applikant uriet li fl-2018, il-volumi tal-qamħirrum ħelu mhux ipproċessat disponibbli għall-ipproċessar kienu mistennija li jkunu bejn 12,5 % u 25 % ogħla milli fl-2017 (11). Barra minn hekk, produttur wieħed Tajlandiż tal-qamħirrum ħelu li ma kkooperax, Sunsweet Public Company Limited, fl-2018 investa 170,6 miljun THB (madwar EUR 4,5 miljun) fuq il-magni u t-tagħmir biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni u l-effiċjenza tal-produzzjoni (12).

(70)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-produtturi Tajlandiżi tal-qamħirrum għandhom kapaċità ta’ riżerva estensiva disponibbli biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri antidumping attwali jiskadu.

4.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(71)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri antidumping attwali jiskadu, il-Kummissjoni qieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet. Peress li aktar minn 85 % tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw fis-suq tal-Unjoni kien ta’ tagħmir kbir klassiku li jiftaħ il-laned, u madwar 42 % ta’ esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn pajjiżi terzi kienu wkoll ta’ tagħmir kbir klassiku li jiftaħ il-laned l-analiżi ffukat fuq dawn it-tipi ta’ prodotti.

(72)

Tqabbil ta’ tali bejgħ fuq bażi ex-works, wera li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu ta’ madwar 20 % ogħla mill-prezzijiet tal-istess tip ta’ prodott għal pajjiżi terzi. Meta jitqiesu l-prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti fis-suq tal-Unjoni, huwa ċar li dan jibqa’ suq attraenti għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi. Din is-sejba hija rappreżentattiva għall-esportaturi Tajlandiżi kollha billi, kif imsemmi fil-premessa (21), il-produtturi li kkooperaw ammontaw għal madwar 80 % tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi kollha lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(73)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-produtturi esportaturi Tajlandiżi, li mhumiex qed jikkooperaw fl-investigazzjoni, kienu soġġetti għal dazji antidumping ogħla bħala medja mill-kumpaniji li qed jikkooperaw fl-investigazzjoni. Għalhekk, hemm probabbiltà akbar li dawk il-kumpaniji jżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri antidumping attwali jitħallew jiskadu.

(74)

Il-volumi sinifikanti tal-esportazzjoni u l-ishma mis-suq mit-Tajlandja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (41 973 tunnellata, 12,7 %) u l-esportazzjoni kontinwa tal-prodott taħt rieżami mit-Tajlandja lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (13 643 tunnellata, 3,9 %), jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja.

(75)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tat-Tajlandja argumenta li l-volumi tal-esportazzjoni mit-Tajlandja naqsu b’mod sinifikanti (-67 %) meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Huma argumentaw ukoll li minħabba li, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’1 % filwaqt li dak tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn l-Unjoni baqa’ stabbli fil-livell ta’ 3,9 %, ma kienx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping.

(76)

Madankollu, il-Gvern tat-Tajlandja la jikkontesta l-fatt li l-prodott li qed jiġi rieżaminat kien primarjament mibjugħ lill-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, u anqas ma jikkontesta li l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami komplew bi kwantitajiet sinifikanti minkejja l-miżuri fis-seħħ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni l-konstatazzjoni tagħha ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping.

(77)

Barra minn hekk, il-Gvern tat-Tajlandja allega li l-aġġustament għall-kapaċità ta’ produzzjoni Tajlandiża, u konsegwentement il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda msemmija fil-premessi (66) sa (70) ma kinitx ġustifikata, mingħajr ma sostnew din il-pretensjoni. Il-produttur esportatur Tajlandiż li l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu ġiet aġġustata ma kkontestax l-aġġustament. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(78)

Il-Gvern tat-Tajlandja argumenta wkoll li peress li l-volumi Tajlandiżi tal-esportazzjoni kienu jammontaw biss għal 0,9 % tal-kapaċità żejda totali tal-produtturi esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw, is-suq tal-Unjoni allegatament ma għadux attraenti għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi.

(79)

Madankollu, il-volumi tal-esportazzjoni Tajlandiżi kienu fil-fatt madwar 9 % (13) tal-kapaċità ta’ riżerva Tajlandiża. Dan jikkonferma li l-produtturi esportaturi Tajlandiżi baqgħu jesportaw volumi sinifikanti lejn l-Unjoni minkejja l-miżuri fis-seħħ, u għandhom kapaċitajiet sostanzjali ta’ riżerva biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom tal-prodott taħt rieżami jekk jiskadu l-miżuri.

(80)

Konsegwentement, f’każ li l-miżuri antidumping attwali jiskadu, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja lejn l-Unjoni x’aktarx jiżdiedu b’mod sinifikanti u bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

4.3.   Konklużjoni

(81)

Għaldaqstant, b’mod partikolari minħabba l-marġni ta’ dumping stabbilit fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fit-Tajlandja, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tneħħija tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping, u li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping se jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk huwa kkunsidrat li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri antidumping attwali jitħallew jiskadu.

5.   ĦSARA

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(82)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 20 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(83)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 376 000 tunnellata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (15), tliet produtturi tal-Unjoni ntagħżlu fil-kampjun li jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(84)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni bħala somma tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni miksuba mill-bażi tad-data Comext (Eurostat).

(85)

Tul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum fl-Unjoni żdied bi ftit b’2 %.

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2015

2016

2017

PIR

Konsum totali

343 325

347 950

354 821

348 682

Indiċi (2015 = 100)

100

101

103

102

Sors: Eurostat, data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju

5.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(86)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja fl-Unjoni abbażi tad-data mill-bażi tad-data Comext (Eurostat) u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif jidher fit-Tabella 1.

(87)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni mit-Tajlandja żdiedu bi 3 %, minn 13 307 tunnellati fl-2015 għal madwar 13 643 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, wara t-tnaqqis ta’ 12 % fl-2016.

Tabella 2

Volum ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni mit-Tajlandja (tunnellati)

 

2015

2016

2017

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja

13 307

11 674

12 341

13 643

Indiċi (2015 = 100)

100

88

93

103

Sors: Eurostat

(88)

Is-sehem mis-suq korrispondenti miżmum mill-esportaturi Tajlandiżi fis-suq tal-Unjoni żviluppa b’mod simili bħall-volumi tal-importazzjoni u ammonta għal 3,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

Tabella 3

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja (%)

 

2015

2016

2017

PIR

Sehem ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja

3,9

3,4

3,5

3,9

Indiċi (2015 = 100)

100

87

90

100

Sors: Eurostat, data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(89)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-bażi tad-data Comext (Eurostat).

(90)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mit-Tajlandja naqsu bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

Tabella 4

Prezz medju tal-importazzjoni mit-Tajlandja (EUR/tunnellata)

 

2015

2016

2017

PIR

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja

929

913

869

786

Indiċi (2015 = 100)

100

98

94

85

Sors: Eurostat

(91)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(b)

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Tajlandiżi li kkooperaw inklużi fil-kampjun lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti abbażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali konvenzjonali u għall-kostijiet tal-importazzjoni inklużi l-ħatt u l-iżdoganar.

(92)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi tat-tip ta’ prodotti għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera marġini tat-twaqqigħ medju ponderat ta’ bejn 0,7 % u 4,25 % għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni. Madwar 79 % tal-volumi ta’ importazzjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-Tajlandja kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr it-Tajlandja

(93)

L-importazzjonijiet tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja kienu ġejjin prinċipalment mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(94)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas minn 2,2 % għal 1,2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq individwali tal-akbar żewġ pajjiżi esportaturi minbarra t-Tajlandja baqa’ inqas minn 1 %.

Tabella 5

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2015

2016

2017

PIR

USA

0,9 %

0,8 %

0,6 %

0,6 %

Iċ-Ċina

0,6 %

0,4 %

0,3 %

0,4 %

Pajjiżi oħra

0,7 %

0,5 %

0,2 %

0,2 %

Total

2,2 %

1,7 %

1,1 %

1,2 %

Indiċi (2015 = 100)

100

79

52

55

Sors: Eurostat

5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(95)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(96)

Dan is-suq huwa fost l-oħrajn ikkaratterizzat minn żewġ rotot ta’ bejgħ, jiġifieri bejgħ bil-marka tal-produttur innifsu u bejgħ bil-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. Il-bejgħ fl-ewwel rotta, għall-kuntrarju tat-tieni rotta, is-soltu jiġġenera kostijiet ogħla ta’ bejgħ b’mod partikolari biex ikopri l-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar, u se jirrikjedi wkoll prezz tal-bejgħ ogħla.

(97)

L-investigazzjoni uriet abbażi tal-evidenza li l-importazzjonijiet kompetituri kollha mill-esportaturi Tajlandiżi inklużi fil-kampjun kienu jappartjenu għat-tieni rotta, jiġifieri r-rotta tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk, tqies bħala xieraq li ssir distinzjoni, fl-analiżi tad-dannu, bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li jaqa’ taħt il-marka tagħha nnfisha u dak li jaqa’ taħt il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut fejn rilevanti, minħabba li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jikkompetu mal-prodotti simili tal-Unjoni mibjugħa taħt il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. Din id-distinzjoni saret b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà. Madankollu, f’ġieħ il-kompletezza, it-totali (inklużi kemm bil-marka proprja kif ukoll b’dik tal-bejjiegħa bl-imnut) qegħdin jintwerew u jiġu analizzati wkoll fit-Tabelli 9, 13 u 16. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bil-marka tal-bejjiegħa bl-imnut kien jirrappreżenta madwar 67 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u madwar 57 % tal-valur tal-bejgħ tagħhom.

(98)

Ladarba fl-Unjoni l-qamħirrum jiġi pproċessat biss matul ix-xhur tas-sajf, għadd ta’ indikaturi ta’ dannu huma prattikament identiċi għall-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018). Dan japplika b’mod partikolari għall-produzzjoni u għall-kapaċità tal-produzzjoni.

(99)

Kif imsemmi fil-premessa (14), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(100)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li ġiet ippreżentata mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(101)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(102)

Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(103)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(104)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(105)

Minn livell ta’ madwar 359 000 tunnellata fl-2015, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

Tabella 6

Il-produzzjoni tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Produzzjoni (tunnellati)

359 250

343 539

376 337

376 437

Indiċi (2015 = 100)

100

96

105

105

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(106)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

Tabella 7

Kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Kapaċità (tunnellati)

465 311

465 370

465 876

465 876

Indiċi (2015 = 100)

100

100

100

100

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(107)

L-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra bħall-produzzjoni, filwaqt li żdied b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal 81 %.

Tabella 8

Użu tal-kapaċità tal-produzzjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Użu tal-kapaċità (%)

77

74

81

81

Indiċi (2015 = 100)

100

96

105

105

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(108)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha maħsuba għall-marka tal-bejjiegħa bl-imnut fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdied bi 3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

Tabella 9

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni (marka tal-bejjiegħa bl-imnut) lil klijenti mhux relatati f’tunnellati

214 495

219 646

225 522

220 839

Indiċi (2015 = 100)

100

102

105

103

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni (marka proprja u tal-bejjiegħa bl-imnut) lil klijenti mhux relatati f’tunnellati

322 501

330 246

338 455

330 875

Indiċi (2015 = 100)

100

102

105

103

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(109)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni (kemm il-marki proprji kif ukoll dawk tal-bejjiegħa bl-imnut) tal-produzzjoni tagħha fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati segwa l-istess xejra bħall-bejgħ tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut, jiġifieri żdied bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(110)

Fl-2015, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 94 % u żdied b’punt perċentwali wieħed għal 95 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

Tabella 10

Sehem tas-suq tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (bil-marka proprja u dik tal-bejjiegħa bl-imnut) (%)

94

95

95

95

Indiċi (2015 = 100)

100

101

101

101

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.2.3.   It-tkabbir

(111)

Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum tal-Unjoni żdied bi ftit bi 2 % iżda l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid is-sehem mis-suq tagħha b’1 % permezz ta’ bejgħ ogħla.

5.5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(112)

Il-livell ta’ impjieg tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel naqas bi 11 % bejn l-2015 u l-2017 u mbagħad żdied b’6 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’kollox, l-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri minn madwar 2 200 għal madwar 2 100 ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (“FTE”).

Tabella 11

L-impjiegi

 

2015

2016

2017

PIR

Impjiegi f’FTE

2 203

1 993

1 964

2 092

Indiċi (2015 = 100)

100

90

89

95

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(113)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produttività (tunnellati) għal kull FTE kull sena, li tibda minn livell ta’ 163 tunnellata għal kull FTE, l-ewwel naqset bi 17 % bejn l-2015 u l-2017, u mbagħad naqset b’7 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, il-produttività żdiedet b’10 % għal 180 tunnellata għal kull FTE kull sena. Dan jirrifletti ż-żieda fl-użu ta’ makkinarju avvanzat għad-detriment tax-xogħol manwali.

Tabella 12

Il-produttività tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Produttività (tunnellati/FTE)

163

172

192

180

Indiċi (2015 = 100)

100

106

117

110

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(114)

L-investigazzjoni stabbilixxiet il-kontinwazzjoni tad-dumping, u li d-daqs tal-marġnijiet fil-pajjiż tad-dumping kif muri fil-premessa (63) huwa ogħla mil-livell de minimis.

(115)

Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li kien relattivament limitat, baqa’ sinifikanti fi 3,9 %.

(116)

L-indikaturi makro u mikro li ġew eżaminati juru li, għalkemm il-miżuri antidumping kisbu parzjalment ir-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, l-industrija għadha taħt pressjoni kontinwa minħabba l-prezzijiet baxxi mitluba mill-produtturi esportaturi Tajlandiżi.

(117)

Tabilħaqq il-prestazzjoni fis-segment tal-bejjiegħa bl-imnut li huwa f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet Tajlandiżi, hija batuta f’termini ta’ profitabbiltà. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni f’dan is-segment tas-suq naqsu bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b’madwar 1 % matul l-istess perjodu. B’mod ċar, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tirkupra l-kostijiet tagħha u dan irriżulta f’telf sinifikanti. Minħabba l-importanza tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut fin-negozju tal-qamħirrum tal-industrija tal-Unjoni (li jirrappreżenta 67 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u madwar 57 % tal-valur tal-bejgħ) din ħalliet effett fuq il-profitabbiltà globali. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru attwali mid-dumping tal-passat fis-segment tal-bejjiegħa bl-imnut u huwa kkunsidrat li l-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(118)

Il-prezzijiet ta’ unità għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħa bl-imnut lil klijenti mhux relatati naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 8 % għal EUR 1 114/tunnellata.

(119)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kemm għall-marka proprja kif ukoll għall-marka tal-bejjiegħa bl-imnut lil klijenti mhux relatati naqsu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal EUR 1 311/tunnellata.

Tabella 13

Il-prezzijiet ta’ unità fis-suq tal-Unjoni

 

2015

2016

2017

PIR

Prezz tal-unità tal-Unjoni (marka tal-bejjiegħa bl-imnut) lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

1 204

1 106

1 095

1 114

Indiċi (2015 = 100)

100

92

91

92

Prezz tal-unità tal-Unjoni (marka proprja u tal-bejjiegħa bl-imnut) lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

1 365

1 291

1 289

1 311

Indiċi (2015 = 100)

100

95

94

96

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(120)

Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 8 %, minħabba kostijiet lavorattivi medji ogħla bi 2 % u impjiegi aktar baxxi f’FTE b’5 % fl-istess perjodu.

Tabella 14

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2015

2016

2017

PIR

Kostijiet lavorattivi (EUR/FTE)

30 529

32 581

35 537

32 903

Indiċi (2015 = 100)

100

107

116

108

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

FTE tfisser ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time.

5.5.3.3.   Inventarji

(121)

Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-2016 u fl-2017, dan naqas b’6 % u b’59 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-livell għoli ta’ inventarji fl-aħħar ta’ sena kalendarja huwa marbut mal-fatt li l-ħsad u l-mili f’laned tipikament jintemmu f’Settembru ta’ kull sena. Għalhekk, l-istokkijiet jerġgħu jiġu fornuti biss matul il-ħsad tas-sajf u mbagħad jintużaw matul is-sena, u għalhekk il-livelli tal-istokkijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jeħtieġ li jiġu vvalutati separatament.

Tabella 15

Inventarji

 

2015

2016

2017

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

198 629

186 248

186 136

80 885

Indiċi (2015 = 100)

100

94

94

41

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(122)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodotti maħsuba għall-marka tal-bejjiegħa bl-imnut, espressa bħala perċentwal tal-bejgħ nett, naqset minn profitt ta’ 5,2 % fl-2015 għal telf ta’ 0,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(123)

Il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni maħsuba kemm għal marka proprja kif ukoll għal marka tal-bejjiegħa bl-imnut naqset ukoll minn 10 % fl-2015 għal 6,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis huwa għalhekk inqas eċċessiv milli għall-bejgħ taħt il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut waħdu. It-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa spjegat mill-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni naqsu b’4 % filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni (fil-biċċa l-kbira qamħirrum mhux ipproċessat u laned) żdiedu b’1 % matul l-istess perjodu. B’mod ċar, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi l-ispiża miżjuda tal-produzzjoni lill-klijenti tagħha.

(124)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-qligħ (kemm għall-marka proprja kif ukoll dik tal-bejjiegħa bl-imnut) bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, segwa b’mod ġenerali x-xejra tal-profittabbiltà. Dan naqas minn livell ta’ madwar 49 % fl-2015 għal 31,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk naqas bi 35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(125)

Il-fluss tal-flus nett minn attivitajiet operattivi kien ta’ madwar EUR 17-il miljun fl-2015. Dan żdied għal madwar EUR 24 miljun fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri żieda ta’ 42 %). L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma indika li sab xi diffikultajiet biex jiġġenera l-kapital.

Tabella 16

Profittabbiltà u Redditu fuq l-Investiment

 

2015

2016

2017

PIR

Profitabbiltà tal-Unjoni (marka tal-bejjiegħa bl-imnut) (% ta’ bejgħ nett)

5,2

-1,4

-2,6

-0,7

Indiċi (2015 = 100)

100

-27

-50

-13

Profitabbiltà tal-Unjoni (marka proprja u dik tal-bejjiegħa bl-imnut) (% ta’ bejgħ nett)

10,0

6,1

4,8

6,7

Indiċi (2015 = 100)

100

61

48

67

ROI (marka proprja u dik tal-bejjiegħa bl-imnut) (qligħ f’% tal-valur kontabilistiku nett tal-investiment)

49,0

27,3

23,7

31,7

Indiċi (2015 = 100)

100

56

48

65

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

Tabella 17

Fluss tal-Flus

 

2015

2016

2017

PIR

Il-fluss tal-flus (marka proprja u dik tal-bejjiegħa bl-imnut) (EUR)

17 197 966

32 293 239

16 496 604

24 404 977

Indiċi (2015 = 100)

100

188

96

142

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(126)

L-investimenti annwali tal-industrija tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-prodott simili żdiedu b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn madwar EUR 4 miljun fl-2015 għal madwar EUR 8 miljun fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri żdiedu b’85 %. L-investimenti saru għat-tiġdid tat-tagħmir eżistenti u ż-żieda fil-produttività.

Tabella 18

Investimenti

 

2015

2016

2017

PIR

Investimenti netti (EUR)

4 446 615

5 622 002

7 744 202

8 232 340

Indiċi (2015 = 100)

100

126

174

185

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(127)

Għadd ta’ indikaturi żviluppaw b’mod negattiv bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Ir-redditu fuq l-investimenti naqas bħalma naqset il-profittabbiltà tal-bejgħ, filwaqt li l-impjiegi naqsu b’5 %. L-importazzjonijiet mit-Tajlandja żdiedu bi prezz medju li kien qed jonqos. Rendimenti tal-għelejjel li kienu estremament tajba fl-2014 irriżultaw f’livelli għoljin ta’ stokkijiet fl-2015. Matul l-istess perjodu l-importazzjonijiet Tajlandiżi bi prezz baxx affettwaw b’mod negattiv lill-industrija tal-Unjoni saħansitra aktar. B’reazzjoni għal dan, fl-2016 l-industrija tal-Unjoni naqqset il-prezzijiet u l-produzzjoni flimkien mat-tneħħija tal-istokkijiet, li affettwaw b’mod negattiv il-profittabbiltà tagħhom. Fl-2017 biss l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-produzzjoni iżda l-profittabbiltà laqtet l-aktar livell baxx minħabba d-dewmien fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ sena kalendarja waħda.

(128)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-qamħirrum fis-segment tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut kien qed jagħmel telf matul il-maġġoranza tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija teħtieġ il-bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut, billi dawn jammontaw għal iktar minn nofs il-bejgħ tagħha. Minħabba s-sinifikat tal-bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fil-valur totali tal-bejgħ, il-profittabbiltà ġenerali naqset minn 10 % għal 6,7 %.

(129)

Xi indikaturi mmarkaw żvilupp pożittiv. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet għal 81 %. Il-fluss tal-flus u l-investimenti żdiedu wkoll b’mod sinifikanti. Il-volum ta’ bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut tal-industrija tal-Unjoni, li huma f’kompetizzjoni diretta ma’ importazzjonijiet Tajlandiżi, żdied bi 3 %. Il-bejgħ totali għaż-żewġ segmenti flimkien żdied bl-istess perċentwal. Madankollu għandu jiġi nnotat li l-importazzjonijiet Tajlandiżi ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni tgħaddi ż-żidiet fil-kost lill-klijenti u l-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tilħaq livelli ta’ profittabbiltà sodisfaċenti sabiex iżżomm sehem sostanzjali mis-suq f’suq fejn l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Tajlandiżi biss jikkompetu billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma mxerrda u insinifikanti.

(130)

Iż-żewġ segmenti (il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut u l-marka proprja) juru sitwazzjoni differenti fl-industrija tal-Unjoni. Minn naħa waħda, fis-segment tal-prodotti b’marka proprja, l-industrija tal-Unjoni ma tiffaċċjax kompetizzjoni diretta qawwija. Is-setgħa tas-sidien tal-marki hija b’saħħitha u s-suq huwa kkonsolidat. Min-naħa l-oħra, il-bejjiegħa bl-imnut huma dawk li jiffissaw il-prezzijiet fis-segment tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. Minħabba l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Tajlandiżi, il-prezzijiet huma taħt pressjoni kostanti. Bħala riżultat, huwa aktar diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni li jgħaddu ż-żidiet fil-kost tal-produzzjoni (prinċipalment il-qamħirrum u l-laned) lill-bejjiegħa bl-imnut minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Tajlandiżi.

(131)

Jidher li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid is-sehem tagħha mis-suq billi ffavorixxiet il-volumi minflok il-prezzijiet. Madankollu, ma jistax jiġi injorat il-fatt li għall-maġġoranza tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għall-maġġoranza tan-negozju tiegħu tal-qamħirrum ħelu (marka tal-bejjiegħa bl-imnut) l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf.

(132)

Wara d-divulgazzjoni finali l-Gvern tat-Tajlandja u żewġ produtturi esportaturi argumentaw li kien hemm theddida potenzjali miż-żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet ta’ qamħirrum miċ-Ċina bi prezzijiet ta’ importazzjoni aktar baxxi minflok minn importazzjonijiet Tajlandiżi.

(133)

Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi għandhom prezz medju aktar baxx, il-volumi tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienu għadhom negliġibbli (sehem mis-suq ta’ 0,4 %), u għalhekk dawk l-importazzjonijiet ma ġewx ikkunsidrati fil-valutazzjoni tad-dannu. Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(134)

Il-Gvern tat-Tajlandja u ż-żewġ produtturi esportaturi komplew isostnu li l-prestazzjoni baxxa tal-industrija tal-Unjoni kienet minħabba kundizzjonijiet tat-temp partikolari fl-Ewropa fl-2018. Iż-żewġ produtturi esportaturi għamlu referenza għal artiklu tal-istampa (14) dwar il-ħsad tal-uċuħ tar-raba’ tal-qamħirrum tal-2018. Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-ħsad tal-qamħirrum ħelu għall-2018 ma jaffettwax ir-riżultati tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni (li jintemm f’Ġunju 2018) – peress li l-bejgħ sa Ġunju 2018 huwa bbażat fuq il-ħsad tas-sena ta’ qabel. It-tieni, l-artiklu mhuwiex rilevanti minħabba li l-qamħirrum huwa pjanta differenti mill-qamħirrum ħelu u mhuwiex użat biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami.

(135)

L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-valutazzjoni tad-dannu għandha tiddistingwi laned kbar mibjugħa taħt is-segment tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut, fejn il-produtturi Tajlandiżi li jesportaw kellhom bejn 20 % u 30 % sehem mis-suq u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet qligħ baxx u dannu materjali.

(136)

Kif imsemmi fil-premessa (96), is-suq tal-qamħirrum ħelu huwa kkaratterizzat minn żewġ kanali ta’ bejgħ, il-kanal kummerċjali tal-bejjiegħa bl-imnut u l-marka proprja. F’konformità mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, u kif sar fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għad-dazju, il-valutazzjoni ta’ dannu kienet ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni stess (il-marka proprja + il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut) kif ukoll, għal għadd ta’ indikaturi ta’ dannu (profittabbiltà, volum tal-bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ) fuq il-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. M’hemm l-ebda ċirkostanzi li nbidlu li jiġġustifikaw l-użu ta’ metodoloġija differenti. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(137)

L-istampa tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni hija mħallta. Il-miżuri antidumping laħqu parzjalment l-għan tagħhom billi neħħew ftit mild-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja. Madankollu, kollox ma’ kollox, b’mod partikolari meta titqies il-profitabbiltà baxxa, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli u fraġli.

(138)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li filwaqt li l-industrija tal-Unjoni sofriet xi dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dan ma setax jitqies bħala dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(139)

Fil-premessa (138), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fuq il-bażi tax-xejriet deskritti hawn fuq jidher li l-miżuri tal-antidumping kisbu b’mod parzjali r-riżultat mistenni minnhom jiġifieri li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, kif muri mill-iżvilupp negattiv ta’ għadd ta’ indikaturi ta’ dannu, l-industrija tal-Unjoni xorta għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli u fraġli.

(140)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż kkonċernat, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

6.1.   Kapaċità ta’ produzzjoni/ipproċessar ta’ riżerva

(141)

Kif imsemmi fil-premessi (68) - (70), l-esportaturi Tajlandiżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’pass mgħaġġel ħafna. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ pproċessar ta’ riżerva Tajlandiża hija stmata għal madwar 150 000 tunnellata, li hija madwar 10 darbiet il-volum tal-esportazzjoni Tajlandiża lejn l-Unjoni.

6.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(142)

Billi l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jġibu aktar qligħ meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi kif deskritt fil-premessa (72), huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi se jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu.

(143)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Tajlandiżi x’aktarx se jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f’termini tal-volum kif ukoll f’termini tas-sehem mis-suq, u bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li jeżerċitaw żieda fil-pressjoni tal-prezzijiet fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija.

6.3.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(144)

Bil-wasla probabbli ta’ kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Tajlandiżi li jwaqqgħu l-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni tkun imġiegħla tnaqqas il-produzzjoni tagħha jew tbaxxi l-prezzijiet tagħha. Anki twaqqigħ baxx tal-prezzijiet għandu impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, kif jidher fl-analiżi tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut fil-premessi (122) u (123).

(145)

Minħabba l-fraġilità tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni jew fil-prezzijiet tal-bejgħ jikkawża deterjorament malajr ħafna tal-profittabbiltà tagħha u ta’ indikaturi tal-prestazzjonijiet oħrajn.

6.4.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu

(146)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu materjali f’każ li l-miżuri antidumping attwali jiskadu.

(147)

Żewġ produtturi esportaturi kkummentaw li ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu materjali minħabba li l-Kummissjoni ma ppreżentatx biżżejjed evidenza fattwali tagħha, l-iktar minħabba li s-suq tal-Unjoni mhuwiex is-suq prinċipali u ppreferut għall-prodott taħt rieżami u l-indikaturi ekonomiċi eżistenti juru żviluppi pożittivi. Din il-kwistjoni tqajmet ukoll mill-Gvern tat-Tajlandja.

(148)

L-evidenza tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu hija dettaljata fil-premessi (139) sa (145), fejn il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni prospettiva biex tivvaluta l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. Tali analiżi mhijiex esklużivament ibbażata fuq is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tas-suq ewlieni u dak ippreferut għall-prodott taħt rieżami u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda tqis is-sitwazzjoni probabbli fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri antidumping jitħassru. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(149)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(150)

Kif imsemmi fil-premessa (139), l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli. Din tista’ tuża l-għajnuna pprovduta mill-kontinwazzjoni tal-miżuri biex iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha (b’mod partikolari għall-marka tal-bejjiegħa bl-imnut) sabiex tirkupra ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni ttejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha.

7.2.   L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-konsumaturi

(151)

Fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, ġie konkluż li l-bejjiegħa bl-imnut ma jkunux affettwati b’mod sproporzjonat, anki jekk il-miżuri kellhom jiġu estiżi.

(152)

Fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li dan inbidel mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. L-ebda bejjiegħ bl-imnut ma kkoopera fl-investigazzjoni u lanqas ma sostna li din il-konklużjoni ma kinitx għadha valida. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-bejjiegħa bl-imnut u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx b’mod mhux dovut.

(153)

Sa fejn il-konsumaturi huma kkonċernati, il-medja tal-infiq f’qamħirrum għal kull unità domestika hija limitata ħafna. Filwaqt li jitqies il-livell moderat tal-miżuri attwali, l-effetti tal-impożizzjoni kontinwata ta’ miżuri x’aktarx li jkunu negliġibbli għall-konsumaturi.

(154)

Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li l-qagħda tal-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi fl-Unjoni x’aktarx li mhijiex se tkun affettwata b’mod sostanzjali mill-miżuri proposti.

7.3.   Riskju ta’ nuqqas ta’ provvista/kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni

(155)

Il-konsum fl-Unjoni baqa’ stabbli għal madwar 365 000 tunnellata. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet taqbeż id-domanda tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħqet livell ta’ madwar 466 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Jidher li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ riżerva biex iżżid il-produzzjoni tagħha fil-każ ta’ domanda akbar. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, b’mod partikolari mill-Istati Uniti u ċ-Ċina, jistgħu jissodisfaw ukoll parti mid-domanda. Tabilħaqq, il-miżuri antidumping mhumiex maħsuba biex iwaqqfu l-importazzjonijiet mit-Tajlandja fl-Unjoni. B’kunsiderazzjoni tal-livell baxx tad-dazju antidumping, huwa mistenni li l-importazzjonijiet Tajlandiżi se jkomplu jirrappreżentaw ċertu sehem fis-suq tal-Unjoni.

(156)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri antidumping x’aktarx li tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni jew f’restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(157)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

8.   MIŻURI ANTIDUMPING

(158)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, rikorrenza ta’ dannu u interess tal-Unjoni, il-miżuri antidumping fuq ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mit-Tajlandja għandhom jinżammu.

(159)

Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti għal din id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni fejn neċessarju.

(160)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (15), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax li għandha titħallas għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(161)

Il-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba ppreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2001 90 30 (Kodiċi TARIC 2001903010), u qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba ppreparat jew ippreservat iżda mhux bil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2005 80 00 (il-Kodiċi TARIC 2005800010) li joriġina mit-Tajlandja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju antidumping (%)

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Karn Corn Co Ltd., 68 Moo 7 Tambol Saentor, Thamaka, Kanchanaburi 711 30, it-Tajlandja

3,1

A789

Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd, 236 Krung Thon Muang Kaew Building, Sirindhorn Rd., Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja

14,3

A890

Malee Sampran Public Co., Ltd Abico Bldg. 401/1 Phaholyothin Rd., Lumlookka, Pathumthani 12130, it-Tajlandja

12,8

A790

River Kwai International Food Industry Co., Ltd, 99 Moo 1 Thanamtuen Khaupoon Road Kaengsian, Muang, Kanchanaburi 71000 it-Tajlandja

12,8

A791

Sun Sweet Co., Ltd, 9 M. 1, Sanpatong, Chiang Mai 50120, it-Tajlandja

11,1

A792

Produtturi esportaturi li kkooperaw elenkati fl-Anness

12,9

A793

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,3

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jinkludi produttur esportatur ġdid u jattribwixxi lil dak il-produttur ir-rata tad-dazju antidumping medja ponderata applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005 (il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali);

(b)

hu mhuwiex relatat ma’ xi esportatur jew produttur ieħor fit-Tajlandja li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti b’dan ir-Regolament, u

(c)

hu effettivament esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew inkella daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod kollettiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 li taċċetta l-impenji offruti in konnessjoni mal-proċedura anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (2007/424/KE) (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 42).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja (ĠU L 246, 18.9.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 875/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 307/2014 tal-24 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara rieżami interim taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 1).

(8)  Avviż wara s-sentenzi tal-14 ta’ Diċembru 2017 u tat-28 ta’ Marzu 2019, fil-Kawżi T-460/14 u C-144/18 P rispettivament, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 307/2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mit-Tajlandja (ĠU C 291, 29.8.2019, p. 3).

(9)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping (ĠU C 440, 21.12.2017, p. 21).

(10)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fir-Renju tat-Tajlandja (ĠU C 322, 12.9.2018, p. 4).

(11)  Artiklu tal-IEG Vu datat l-24.10.18 fis-sottomissjoni tal-AETMD datata d-29.3.2019, Anness 8.

(12)  Is-sottomissjoni tal-AETMD datata d-29.3.2019.

(13)  Esportazzjonijiet ta’ 13 643 tunnellata tal-prodott taħt rieżami (ara t-Tabella 2) meta mqabbla ma’ kapaċità żejda totali ta’ 150 000 tunnellata.

(14)  https://www.lemonde.fr/economie/article/2018/10/20/la-roumanie-vampirise-le-marche-europeen-du-mais_5372297_3234.html?xtmc=dracula&xtcr=1.

(15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS

Lista tal-produtturi esportaturi li jikkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A793

Isem

Indirizz

Agro-On (Thailand) Co., Ltd.

50/499-500 Moo 6 Baan Mai, Pakkret, Monthaburi 11120, it-Tajlandja

B.N.H. Canning Co., Ltd.

425/6-7 Sathorn Place Bldg., Klongtonnesai, Kongsan Bangkok 10600, it-Tajlandja

Boonsith Enterprise Co., Ltd.

7/4 M.2, Soi Chomthong 13, Chomthong Rd., Chomthong, Bangkok 10150, it-Tajlandja

Erawan Food Public Company Limited

Panjathani Tower 16th floor, 127/21 Nonsee Rd., Chongnonsee, Yannawa, Bangkok 10120, it-Tajlandja

Great Oriental Food Products Co., Ltd.

888/127 Panuch Village Soi Thanaphol 2, Samsen-Nok, Huaykwang, Bangkok 10310, it-Tajlandja

Lampang Food Products Co., Ltd.

22K Building, Soi Sukhumvit 35, Klongton Nua, Wattana, Bangkok 10110, it-Tajlandja

O.V. International Import-Export Co., Ltd.

121/320 Soi Ekachai 66/6, Bangborn, Bangkok 10500, it-Tajlandja

Pan Inter Foods Co., Ltd.

400 Sunphavuth Rd, Bangna, Bangkok 10260, it-Tajlandja

Siam Food Products Public Co., Ltd.

3195/14 Rama IV Road, Vibulthani Tower 1, 9th Fl., Klong Toey, Bangkok, 10110 it-Tajlandja

Viriyah Food Processing Co., Ltd.

100/48 Vongvanij B Bldg, 18th Fl, Praram 9 Rd., Huay Kwang, Bangkok 10310 it-Tajlandja

Vita Food Factory (1989) Ltd.

89 Arunammarin Rd., Banyikhan, Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1997

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jiftaħ l-investigazzjoni mill-ġdid wara s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2019, fil-Kawża C-251/18 Trace Sport SAS, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fis-26 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) Nru 875/2012 (2), bdiet investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) ttar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

(2)

Fil-5 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill estenda d-dazju antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 għal importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 (3) (ir-”regolament ikkontestat”).

(3)

Permezz tas-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2015, fil-Kawża T-413/13 City Cycle Industries vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat l-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, sa fejn dak ir-Regolament jikkonċerna lil City Cycle Industries (“City Cycle”).

(4)

Il-Qorti Ġenerali l-ewwel analizzat, fil-paragrafi 82 sa 97 ta’ dik is-sentenza, l-evidenza kkomunikata minn City Cycle matul l-investigazzjoni. Ikkonkludiet li dik l-evidenza ma kenitx turi li City Cycle fil-fatt kienet esportatur ta’ bajsikils li joriġinaw mis-Sri Lanka jew li ssodisfat il-kriterji stipualti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Fit-tieni post, fil-paragrafu 98 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali xorta waħda sostniet li l-Kunsill ma kellu l-ebda evidenza li minnha setgħet tikkonkludi b’mod xieraq, fil-premessa 78 tar-Regolament maħruġ, li City Cycle kienet involuta f’operazzjonijiet ta’ trasbord. Fit-tielet post, fil-paragrafu 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma setax eskluż li l-prattiki, il-proċessi jew il-ħidma li għalihom kien hemm raġuni dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju antidumping inizjali, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, kienu jinkludu l-involviment ta’ City Cycle f’operazzjonijiet ta’ trasbord.

(5)

Fis-26 ta’ Jannar 2017, l-appelli mressqa kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 ġew miċħuda bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-248/15P, C-254/15P u C-260/15P (4), City Cycle Industries vs il-Kunsill.

(6)

Wara dik is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni reġgħet fetħet parzjalment l-investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-bajsikil ikkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat u li tkompliha mill-punt fejn kienet seħħet l-irregolarità. Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ City Cycle. B’riżultat ta’ dan il-ftuħ mill-ġdid il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/28 tad-9 ta’ Jannar 2018 li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ roti, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle Industries.

(7)

Fid-19 ta’ Settembru 2019, fil-kuntest ta’ talba mingħand Rechtbank Noord-Holland għal deċiżjoni preliminari, fil-Kawża C-251/18 Trace Sport SAS, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 huwa invalidu sa fejn jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-bajsikils ikkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 ma kien fih l-ebda analiżi individwali ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni li fihom setgħu kienu involuti Kelani Cycles u Creative Cycles. Il-Qorti taL-Ġustizzja kkonstatat li l-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ operazzjonijiet ta’ trasbord fis-Sri Lanka ma setgħux ikunu legalment ibbażati biss fuq iż-żewġ konstatazzjonijiet li saru espressament mill-Kunsill, jiġifieri, l-ewwel, li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn l-Unjoni u s-Sri Lanka u, it-tieni, li xi wħud mill-produtturi esportaturi naqsu milli jikkooperaw. Abbażi ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 kien invalidu sa fejn dan jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-bajsikils ikkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dak il-pajjiż kif ukoll jekk le.

(8)

Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tannulla regolament li jimponi dazji antidumping jew tiddikjara l-invalidità ta’ tali regolament, l-istituzzjoni msejħa sabiex tieħu tali miżuri għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ dik is-sentenza għandha l-possibbiltà li tkompli l-proċedura ta’ oriġini ta’ dak ir-regolament, anke jekk din il-possibbiltà ma tkunx espressament stabbilita fil-leġiżlazzjoni applikabbli (5).

(10)

Barra minn hekk, ħlief f’każ li l-irregolarità misjuba tkun ivvizzjat il-proċediment kollu b’illegalità, l-istituzzjoni kkonċernata, sabiex tadotta att intiż li jissostitwixxi l-att annullat jew iddikjarat invalidu, għandha l-possibbiltà li terġa’ tibda din il-proċedura biss fl-istadju tat-twettiq tal-irregolarità (6). Dan jimplika b’mod partikolari li, f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, dan l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 875/2012.

(11)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li wasslu għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tiegħu, filwaqt li tħalli mhux mibdula dawk il-partijiet li ma kinux affettwati mis-sentenza tal-Qorti (7).

(12)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni sabiex tikkoreġi l-illegalità identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(13)

Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/28 tad-9 ta’ Jannar 2018 mhuwiex affettwat bl-irregolarità identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-251/18, id-dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bajsikils kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le minn City Cycle Industries mhumiex koperti b’dan il-proċediment.

2.   PROĊEDURA TA’ FTUĦ MILL-ĠDID

2.1.   Ftuħ mill-ġdid

(14)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-bajsikils u roti oħrajn (inklużi t-triċikli għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikli), mhux immotorizzati, il-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091), ikkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, li wasslet għal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 u tkompli fil-punt li fih seħħet l-irregolarità billi tippubblika dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fl-ambitu tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-251/18 Trace Sport SAS. F’dik is-sentenza, l-illegalità identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja tappartjeni għall-obbligu li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jġorru l-oneru tal-provi li jirriżultaw mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) 2016/1036 kif kien dak iż-żmien.

(16)

Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 dwar il-provi disponibbli dwar l-eżistenza ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni fis-Sri Lanka jrid jiġi rettifikat.

2.2.   Reġistrazzjoni

(17)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li jkun hemm ċirkomvenzjoni, ikun jista’ jiġi impost ammont xieraq ta’ dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet bħal dawn.

(18)

Il-Kummissjoni, permezz ta’ regolament, tista’ titlob lill-Awtoritajiet doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.

2.3.   Sottomissjoni bil-miktub

(19)

Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw ruħhom u jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.4.   Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

(20)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li kull talba għal smigħ issir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi sottomessa fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid tiġi sottomessa fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha ma’ dawn il-partijiet.

2.5.   Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex tintbagħat il-korrispondenza

(21)

Jenħtieġ li l-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi lill-Kummissjoni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati tal-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

(22)

Jenħtieġ li s-sottomissjonijiet bil-miktub u l-korrispondenza kollha pprovduti mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom ikunu mmarkati “Limited” (8).

(23)

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma meħtieġa jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

(24)

Il-partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha bil-posta elettronika jew TRON.tdi (https://webgate.ec. europa.eu/tron/TDI) (9) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm dawn ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni għall-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H Office: CHAR 04/039 1049 Brussels

BELGIUM

Posta elettronika: TRADE-R563-BICYCLES-CIRC@ec.europa.eu

2.6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(25)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konstatazzjonijiet, sew pożittivi kif ukoll negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(26)

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(27)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

(28)

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

2.7.   Uffiċjal tas-Seduta

(29)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

(30)

Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

(31)

Kull talba trid tiġi sottomessa fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta kemm jista’ jkun kmieni wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu sottomessi lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

(32)

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

2.8.   Proċessar ta’ data personali

(33)

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(34)

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/april/tradoc_157872.pdf

2.9.   Struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali

(35)

L-awtoritajiet doganali nazzjonali huma avżati biex jistennew il-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-investigazzjoni mill-ġdid qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba għal rimborż u remissjoni tad-dazji kkonċernati minn dan ir-Regolament. Tali pubblikazzjoni għandha normalment isseħħ fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.10.   Divulgazzjoni

(36)

Il-partijiet interessati se jiġu sussegwentement infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tiġi implimentata s-sentenza u se jingħataw l-opportunità li jikkummentaw,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-bajsikils u roti oħrajn (inklużi t-triċikli għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikli), mhux immotorizzati, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091), ikkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, li wasslet għal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011.

Artikolu 2

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom jistennew il-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-investigazzjoni mill-ġdid qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba għal rimborż u remissjoni tad-dazji kkonċernati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L258, 26.9.2012, p.21).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).

(4)  Il-Kawżi Magħquda C-248/15P (appell ippreżentat mill-industrija tal-Unjoni), C-254/15P (appell sottomess mill-Kummissjoni Ewropea) u C-260/15P (appell sottomess mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea).

(5)  Is-sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 2018, il-Kawża C-256/16 Deichmann, ECLI:EU:C:2018:187, il-paragrafu 73; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Ġunju 2019, il-Kawża C-612/16 P&J Clark International, ECLI:EU:C:2019:508, il-paragrafu 43.

(6)  Ibid, il-paragrafu 74; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Ġunju 2019, il-Kawża C-612/16 P&J Clark International, ECLI:EU:C:2019:508, il-paragrafu 43.

(7)  Is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2000, il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques v Council, ECLI:EU:C:2000:531, il-paragrafi 80 sa 85.

(8)  “Limited” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf .

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


DEĊIŻJONIJIET

2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1998

tat-28 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali għas-salamandri fir-rigward tal-fungus Batrachochytrium salamandrivorans

(notifikata bid-dokument C(2019) 8551)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/320 (3) stabbiliet ċerti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fil-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri u l-introduzzjoni ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni rigward il-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (Bsal). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 hi applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2019.

(2)

Diversi Stati Membri u partijiet ikkonċernati infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza limitata tagħhom bl-implimentazzjoni prattika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 u li s’issa, l-awtoritajiet kompetenti żammew fil-kwarantina u ċċertifikaw biss ftit kunsinni ta’ salamandri.

(3)

Barra minn hekk, diversi sejbiet xjentifiċi u epidemjoloġiċi reċenti saħħew l-għarfien attwali dwar għadd ta’ aspetti li jappartjenu għall-Bsal, kif ukoll li jikkonfermaw li l-Bsal huwa endemiku f’diversi pajjiżi Asjatiċi u li tfaċċa fi Spanja.

(4)

Madankollu, għad hemm diskrepanzi sinifikanti fl-għarfien dwar in-natura u d-dijanjożi tiegħu. B’mod partikolari, dawn l-avvanzi għadhom ma wasslux għal demarkazzjoni ġeografika aktar ċara tal-preżenza tiegħu fil-maġġoranza tal-pajjiżi u lanqas għat-titjib tal-metodi għad-dijanjożi tiegħu u lanqas għall-miżuri potenzjali li jridu jiġu applikati biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tiegħu permezz ta’ kunsinni nnegozjati.

(5)

Għaldaqstant, il-miżuri dettaljati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 jenħtieġ li jibqgħu l-istess.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jikkonsolida l-qafas legali għal politika komuni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali permezz ta’ qafas regolatorju għas-saħħa tal-annimali li jkun uniku, ssimplifikat u flessibbli. B’mod partikolari, jipprevedi miżuri ta’ salvagwardja f’każ ta’ mard tal-annimali. Dak ir-Regolament se jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 tiġi estiża sad-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ April 2021.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/320 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar ċerti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fil-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri u l-introduzzjoni ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni rigward il-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (ĠU L 62, 5.3.2018, p. 18).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1999

tat-28 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni għal skopijiet ta’ dekontaminazzjoni

(notifikata bid-dokument C(2019) 8555)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, flimkien mal-punt 14 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħamrija li toriġina f’ċertu pajjiżi terzi hija pprojbita.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE (2) l-Istati Membri kienu temporanjament awtorizzati li jipprevedu deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet, soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, fir-rigward ta’ ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, meta tkun importata għal finijiet ta’ dekontaminazzjoni u destinata għat-trattament f’inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż.

(3)

Skont l-Anness tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kull sena bid-dettalji ta’ kull introduzzjoni ta’ ħamrija fit-territorju tagħhom kif imsemmi fil-punt 3 ta’ dak l-Anness.

(4)

Xi Stati Membri talbu estensjoni tal-awtorizzazzjoni biex jipprevedu dik id-deroga. F’dan ir-rigward, min-notifiki ppreżentati mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2005/51/KE, jidher li, meta jsir użu minn dik id-deroga, il-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati f’din id-Deċiżjoni hija biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni ta’ organiżmi perikolużi fl-Unjoni. Konsegwentement, ma hemm l-ebda riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-attivitajiet koperti minn dik id-Deċiżjoni.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li d-deroga tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin sal-31 ta’ Diċembru 2024.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2005/51/KE tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni 2005/51/KE

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, id-data “il-31 ta’ Diċembru 2019” tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2024”.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 21).


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2000

tat-28 ta’ Novembru 2019

li tistabbilixxi format għar-rappurtar tad-data dwar l-iskart tal-ikel u għall-preżentazzjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2019) 8577)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(7) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta’ prevenzjoni tal-iskart tal-ikel billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi ta’ metodoloġija komuni u li jirrappurtaw din id-data lill-Kummissjoni. Id-data trid tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità.

(2)

Il-format li jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar tad-data dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel irid iqis il-metodoloġiji stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 (2), li tipprovdi l-metodoloġija komuni biex jitkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel iġġenerat fl-Istati Membri.

(3)

Fid-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597, l-Istati Membri huma pprovduti b’firxa ta’ metodi għall-kejl tal-iskart tal-ikel. Hemm ħtieġa li tinġabar informazzjoni dettaljata dwar il-metodi użati f’kull Stat Membru, sabiex jiġi żgurat rappurtar armonizzat.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 2008/98/KE fil-format stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 tat-3 ta’ Mejju 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ metodoloġija komuni u rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 77).


ANNESS

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA DWAR IL-LIVELL TAL-ISKART TAL-IKEL

A.   FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA DWAR L-AMMONTI TAL-ISKART TAL-IKEL U D-DATA RELATATA MAL-PREVENZJONI TAL-ISKART TAL-IKEL

1.   Data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel (f’tunnellati metriċi ta’ massa friska)

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Skart tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597

Skart tal-ikel mormi bħala ilma mormi jew imħallat miegħu (imsemmi fl-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Total tal-iskart tal-ikel

Frazzjoni mill-iskart tal-ikel totali, kostitwiti minn partijiet ta’ ikel maħsuba biex jiġu inġeriti mill-bniedem (imsemmija fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Produzzjoni primarja

 

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

 

Total

 

 

 

2.   Data dwar il-ġestjoni tal-eċċess tal-ikel relatata mal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel (f’tunnellati metriċi ta’ massa friska)

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Ikel distribwit mill-ġdid għall-konsum mill-bniedem (imsemmi fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Ikel imqiegħed fis-suq biex jiġi ttrasformat f’għalf (imsemmi fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Oġġetti tal-ikel preċedenti (imsemmija fl-Artikolu 3(e) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Produzzjoni primarja

 

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

 

Total

 

 

 

Il-kaxxi bojod: id-data trid tingħata b’mod obbligatorju.

Il-kaxxi skuri: l-għoti tad-data hija fuq bażi volontarja.

L-għoti tad-data hija fuq bażi volontarja.

B.   FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ LI JAKKUMPANJA D-DATA MSEMMIJA FIL-PARTI A

1.   Objettivi tar-rapport

L-objettivi tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità huma dawn li ġejjin:

li jiġu evalwati l-metodoloġiji għall-kejl tal-iskart tal-ikel stabbiliti fl-Anness III u fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597;

li tiġi evalwata l-kwalità tad-data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel irrappurtati;

li tiġi evalwata l-kwalità tal-proċessi tal-ġbir tad-data, inkluż l-ambitu u l-validazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva u l-validità statistika tal-approċċi bbażati fuq l-istħarriġ;

li jingħataw ir-raġunijiet għal bidliet sinifikanti bejn is-snin ta’ referenza fid-data rrappurtata u li tiġi żgurata l-fiduċja fil-preċiżjoni ta’ dik id-data;

2.   Tagħrif ġenerali

Stat Membru:

Organizzazzjoni li qed tippreżenta d-data u d-deskrizzjoni:

Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt:

Sena ta’ rappurtar:

Data ta’ konsenja/verżjoni:

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

3.   Informazzjoni ġenerali dwar il-ġbir tad-data

Jekk jogħġbok indika l-metodoloġija użata biex jitkejjel l-ammont tal-iskart tal-ikel iġġenerat fis-sena ta’ rappurtar partikolari, għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel (immarka b’salib iċ-ċelloli rilevanti biex tindika jekk id-data tinġabarx bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III jew fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597).

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Data miġbura bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597

Data miġbura bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597

Produzzjoni primarja

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

4.   Informazzjoni dwar il-kejl bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III

4.1.   Deskrizzjoni ġenerali tas-sorsi tad-data għall-kejl tal-iskart tal-ikel fil-qafas tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597

Jekk jogħġbok indika s-sorsi tad-data dwar l-ammonti tal-skart tal-ikel għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel (immarka b’salib iċ-ċelloli rilevanti kollha).

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Fuq il-bażi tad-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1)

Fuq il-bażi ta’ studju apposta (eżempji: studju xjentifiku, rapport ta’ konsulenza)]

Sorsi oħra jew taħlita ta’ sorsi differenti (jekk jogħġbok speċifika fil-punt 4.2) (eżempji: rappurtar amministrattiv, impenji volontarji tas-settur industrijali)

Produzzjoni primarja

 

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

 

4.2.   Deskrizzjoni dettaljata tal-metodi għall-kejl tal-iskart tal-ikel fil-qafas tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597

Għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi għall-kejl tal-ammonti tal-iskart tal-ikel, b’referenza għall-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597.

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Deskrizzjoni qasira tal-metodi użati (inklużi l-metodi użati għall-kejl tal-ammonti tal-iskart tal-ikel fi skart imħallat, jekk rilevanti)

Entitajiet li jagħtu data dwar l-iskart tal-ikel [eż. bdiewa, kumpaniji tal-ikel (Operaturi fin-Negozju tal-Ikel), operaturi tal-iskart, muniċipalitajiet, djar]

Fil-każ ta’ kampjunar u/jew ta’ skalar jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar id-daqs u l-għażla tal-kampjun u ddeskrivi l-metodi ta’ skalar

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data, inkluż l-iżbalji relatati mal-kampjunar, mal-kopertura, mal-kejl, mal-ipproċessar u man-nuqqas ta’ tweġiba

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni tad-data, inklużi sorsi possibbli ta’ inċertezza u l-impatt probabbli tagħhom fuq ir-riżultati rrappurtati

Produzzjoni primarja

 

 

 

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

 

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

 

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

 

 

 

5.   Informazzjoni dwar il-kejl bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata 2019/1597/UE

Jekk jogħġbok agħti informazzjoni għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, li għaliha saru kalkoli fis-sena ta’ rappurtar.

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel użati bħala bażi għall-kalkoli

Data soċjoekonomika użata għall-kalkoli

Deskrizzjoni tal-metodi użati għall-kalkoli

 

Valur [t]

Sena

Tip ta’ data (eż. popolazzjoni, produzzjoni tal-ikel)  (2)

Valur  (2)

Sena  (2)

Sors  (2)

 

Produzzjoni primarja

 

 

 

 

 

 

 

Proċessar u manifattura

 

 

 

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel

 

 

 

 

 

 

 

Ristoranti u servizzi tal-ikel

 

 

 

 

 

 

 

Unitajiet domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

6.   Rappurtar fuq bażi volontarja

Jekk jogħġbok agħti informazzjoni għal kull sett tad-data rrappurtata b’mod volontarju.

Isem is-sett tad-data (imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597)

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Deskrizzjoni qasira tal-metodu tal-ġbir tad-data

Sors – link għad-dokument ta’ referenza (jekk applikabbli)

 

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

7.   Bidliet metodoloġiċi u notifiki ta’ problemi

7.1.   Deskrizzjoni ta’ bidliet metodoloġiċi (jekk applikabbli)

Jekk jogħġbok iddeskrivi bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu għas-sena ta’ rappurtar, jekk ikun hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk humiex meħtieġa break-flags għal sena partikolari). Jekk jogħġbok iddeskrivi separatament għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel u agħti l-pożizzjoni preċiża taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna).

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

7.2.   Spjegazzjoni tad-differenza fit-tunnellaġġ (jekk applikabbli)

Jekk jogħġbok spjega l-kawżi tad-differenza fit-tunnellaġġ (liema stadji tal-katina tal-provvista tal-ikel, setturi jew stimi kkawżaw id-differenza, u x’inhi l-kawża sottostanti) meta l-varjazzjoni tkun akbar minn 20 % kif imqabbla mad-data ppreżentata għas-sena ta’ rappurtar preċedenti.

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Varjazzjoni (%)

Raġuni ewlenija għad-differenza

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

7.3.   Notifika ta’ problemi (jekk ikun hemm)

Jekk kellek xi problemi bl-attribuzzjoni tal-iskart tal-ikel fi stadju partikolari tal-katina tal-provvista tal-ikel, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-problemi. Għal kull problema speċifika, jekk jogħġbok agħti l-post preċiż taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna).

 

8.   Kunfidenzjalità

Jekk jogħġbok agħti l-ġustifikazzjoni biex partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ma jiġux ippubblikati, jekk meħtieġ. Għal kull każ speċifiku, jekk jogħġbok agħti l-post preċiż taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna)

 

9.   Siti web nazzjonali ewlenin, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet

Jekk jogħġbok agħti l-links għas-siti web nazzjonali ewlenin, id-dokumenti ta’ referenza u l-pubblikazzjonijiet użati fil-ġbir tad-data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel.

Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel

Referenzi

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).

(2)  Fil-każ ta’ aktar sorsi tad-data użati, żid ringieli addizzjonali fl-istadju rilevanti tal-katina tal-provvista tal-ikel, skont kif xieraq.6.Rappurtar fuq bażi volontarja


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2001

tat-28 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

(notifikata bid-dokument C(2019) 8579)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u l-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES). Dawk il-listi huma stabbiliti rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Billund tiġi ristretta għall-equidae u għal annimali oħra minbarra l-ungulati, u l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Hanstholm jenħtieġ li jkun ristrett għall-prodotti tas-sajd ippakkjati. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(3)

Wara komunikazzjoni mill-Greċja, jenħtieġ li l-kategoriji tal-ungulati u tal-equidae jitneħħew mill-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni stradali fuq il-fruntiera f’Evzoni u l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Thessaloniki jenħtieġ li jiġi approvat ukoll għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem f’temperatura ambjentali. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

Wara komunikazzjoni minn Spanja, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Málaga tiġi ristretta għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Wara komunikazzjoni mill-Italja, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Cagliari teskludi l-karkassi tal-ungulati, li jiġi sospiż ċentru ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-port ta’ Genova u li jiżdied ċentru ta’ spezzjoni ġdid fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Milano-Malpensa. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li, wara ristrutturar amministrattiv, l-għadd ta’ uffiċċji veterinarji lokali tnaqqas minn 12 għal 5 unitajiet. Għalhekk jixraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna lid-Danimarka hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport f’Billund hija sostitwita b’dan li ġej:

“Billund

DK BLL 4

A

 

 

U (8), E, O”

(ii)

l-entrata għall-port ta’ Hanstholm hija sostitwita b’dan li ġej:

“Hanstholm

DK HAN 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)”

 

(b)

il-parti li tikkonċerna lill-Greċja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera f’Evzoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“Evzoni

GR EVZ 3

R

 

HC, NHC-NT

O”

(ii)

l-entrata għall-ajruport f’Thessaloniki hija sostitwita b’dan li ġej:

“Thessaloniki

GR SKG 4

A

 

HC-T(CH)(2), HC-NT(2), NHC-NT”

O”

(c)

fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-entrata għall-port ta’ Málaga hija sostitwita b’dan li ġej:

‘“Málaga

ES AGP 1

P

 

HC”

 

(d)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta’ Cagliari hija sostitwita b’dan li ġej:

“Cagliari

IT CAG 1

P

 

HC(16), NHC(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta’ Genova hija sostitwita b’dan li ġej:

“Genova

IT GOA 1

P

Calata Sanità (terminal Sech)

HC(2), NHC-NT(2)

 

Nino Ronco (terminal Messina)

NHC-NT(2)(*)

 

Porto di Voltri (Voltri)

HC(2), NHC-NT(2)

 

Ponte Paleocapa

NHC-NT(6)”

 

(iii)

l-entrata għall-ajruport f’Milano-Malpensa hija sostitwita b’dan li ġej:

“Milano-Malpensa

IT MXP 4

A

Magazzini aeroportuali ALHA

HC(2), NHC(2)

 

ALHA Airport MXP SpA

 

U, E

Cargo City MLE

HC(2)

O

Cargo Beta - Trans

HC(2), NHC(2)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

il-parti li tikkonċerna lill-Kroazja hija sostitwita b’dan li ġej:

“HR00001

Żagreb

HR00002

Varaždin

HR00003

Split

HR00004

Rijeka

HR00005

Osijek”


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2019/2002

tat-28 ta’ Novembru 2019

fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Bulgarija biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa tmiem l-2023

(notifikata bid-dokument C(2019) 8590)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 390a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Bulgarija tista’, skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta’ Diċembru 2006. Skont dak l-Artikolu, dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE , Euratom (3), il-Bulgarija ġiet awtorizzata biex fost l-oħrajn tuża estimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 10 tal-parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2018.

(3)

Fl-ittra tagħha tal-4 ta’ April 2019, il-Bulgarija talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija ma tistax tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Bulgarija tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija hi fil-pożizzjoni li tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-Bulgarija tkun awtorizzata tkompli tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri.

(4)

Għal fini ta’ trasparenza u ċertezza legali huwa xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għall-applikabbiltà tal-awtorizzazzjonijiet.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-Bulgarija hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi f’punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE, Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta’ qabel tal-aħħar, u biex tuża certi estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 17).


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2019/2003

tat-28 ta’ Novembru 2019

fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Irlanda biex tkompli tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri sa tmiem l-2023

(notifikata bid-dokument C(2019) 8593)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), l-Irlanda tista' tkompli teżenta t-transazzjonijiet imsemmija fil-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva, jekk hija kienet eżentat dawk it-tranżazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 1978. Skont dak l-Artikolu, dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/5/UE, l-Euratom (3) l-Irlanda kienet awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tal-kategorija ta’ tranżazzjonijiet li ġejja msemmija fil-parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE: It-trasport ta’ passiġġieri (punt 10), mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2018.

(3)

Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ April 2019, l-Irlanda talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. L-Irlanda ma tistax tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Irlanda tar-riżorsi proprji tal-VAT. L-Irlanda hi fil-pożizzjoni li tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta' tranżazzjonijiet. L-Irlanda għandha għalhekk tkun awtorizzata tkompli tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża estimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri.

(4)

Għal finijiet ta' trasparenza u ċertezza legali huwa xieraq li l-applikabbiltà tal-awtorizzazzjoni tintrabat b'limitu ta' żmien.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2023, l-Irlanda hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 10, il-Parti B, tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/5/UE, Euratom tat-22 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Irlanda biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 19).


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2019/2004

tat-28 ta’ Novembru 2019

id-Deċiżjoni emendatorja tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għar-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri

(notifikata bid-dokument C(2019) 8595)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 381 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), ir-Repubblika Ċeka tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004. Skont dak l-Artikolu, dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Skont l-Artikolu 1a tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom (3), ir-Repubblika Ċeka kienet awtorizzata li tuża perċentwal fiss għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE rigward trasport tal-passiġġieri.

(3)

L-aħħar spezzjoni tar-riżorsi proprji tal-VAT żvelat li l-awtorizzazzjoni biex jintuża metodu ta' kalkolu simplifikat għall-kalkolu tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE kienet ibbażata fuq dejta mhux korretta u mhux kompluta. Kieku l-Kummissjoni kienet f'pussess ta' data korretta u kompluta, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw stimi approssimattivi għat-trasport tal-passiġġieri għall-perjodu 2015 sal-2020 ma kinitx tingħata lir-Repubblika Ċeka. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 1a tad-Deċiżjoni 2005/872/KE, Euratom b'mod retroattiv.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/872/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1a tad-Deċiżjoni 2005/872/KE, Euratom huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta’ Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji (ĠU L 322, 9.12.2005, p. 19).


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/56


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2005

tad-29 ta’ Novembru 2019

dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi proċedura għar-rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 twettaq abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet tal-2017 irrappurtata lill-Kummissjoni f’Marzu tal-2019 f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5) u fl-Anness XVI ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2017 jenħtieġ li jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami annwali kif mogħtija fir-rapporti ta’ eżami finali mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 749/2014.

(4)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta’ erba’ xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-somma totali ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2017 li ġejjin mid-data kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


ANNESS

Stat Membru

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2017 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

(f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

Il-Belġju

70 824 562

Il-Bulgarija

26 526 793

Iċ-Ċekja

62 395 184

Id-Danimarka

32 676 908

Il-Ġermanja

466 857 281

L-Estonja

6 205 022

L-Irlanda

43 828 744

Il-Greċja

45 445 291

Spanja

201 107 413

Franza

352 795 706

Il-Kroazja

16 669 301

L-Italja

270 145 340

Ċipru

4 270 890

Il-Latvja

9 243 088

Il-Litwanja

14 132 498

Il-Lussemburgu

8 743 461

L-Ungerija

43 141 883

Malta

1 428 480

In-Netherlands

102 326 628

L-Awstrija

51 651 769

Il-Polonja

211 506 734

Il-Portugall

40 186 365

Ir-Rumanija

75 363 245

Is-Slovenja

10 881 767

Is-Slovakkja

21 249 803

Il-Finlandja

30 062 237

L-Iżvezja

32 530 542

Ir-Renju Unit

332 050 822


2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2006

tad-29 ta’ Novembru 2019

dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

B’ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, irreġistrata fid-9 ta’ Settembru 2019, l-Irlanda nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Billi ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727, mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji.

(3)

Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 għalhekk tiġi kkonfermata.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018 u japplika mit-12 ta' Diċembru 2019.

(5)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).