ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 306

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
27 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1953 tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rimborż, f’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2019

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1954 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni tar-regoli proċedurali għall-medjazzjoni, ir-regoli proċedurali għall-arbitraġġ u l-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1955 tal-21 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-rieżami tal-Fehim għal Dispożizzjonijiet Amministrattivi dwar il-Kwoti Tariffarji ta’ Prodotti Agrikoli (Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji)

20

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

26

 

*

Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1957 tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar il-valutazzjoni magħmula skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti sostantivi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 mogħtija mir-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2019) 8345)  ( 1 )

35

 

*

Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1958 tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar deroga mir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali li fih iċ-ċjanur tal-idroġenu mogħtija mill-Polonja f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 8346)

38

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1959 tas-26 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax il-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 ( 1 )

40

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1960 tas-26 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 ( 1 )

42

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1953

tal-25 ta’ Novembru 2019

dwar ir-rimborż, f’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2019

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(6) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

B’konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG), kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dan ir-riport huwa limitat għal 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali vvutati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għall-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta’ qabel.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-Istati Membri jridu jirrimborżaw ir-riporti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta’ aġġustament fis-sena finanzjarja li lejha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet. Dak ir-rimborż japplika biss għall-benefiċjarji finali f’dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika (4) fis-sena finanzjarja preċedenti.

(3)

Meta jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta’ riport li jrid jiġi rimborżat, skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, iridu jiġu kkunsidrati l-ammonti tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament li ma jkunux intużaw għall-miżuri għall-kriżijiet sa tmiem is-sena finanzjarja.

(4)

B’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1710 (5), id-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2018 biex tiġi stabbilita r-riżerva għall-kriżijiet. Ir-riżerva għall-kriżijiet ma ntużatx fis-sena finanzjarja tal-2019.

(5)

Sabiex ikun żgurat li r-rimborż lill-benefiċjarji finali tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx minħabba l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja jibqa’ proporzjonat mal-ammont tal-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammonti disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż.

(6)

Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jagħmlu pagament addizzjonali għal dak ir-rimborż, dan ir-Regolament irid japplika mill-1 ta’ Diċembru 2019. Għaldaqstant, l-ammonti stabbiliti minn dan ir-Regolament huma definittivi u japplikaw, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal kull korrezzjoni oħra kkunsidrata fid-deċiżjoni dwar il-pagament ta’ kull xahar li tikkonċerna n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għal Ottubru 2019, b’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u għal kull tnaqqis u pagament supplimentari li jrid isir skont l-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament, jew għal kull deċiżjoni li se tittieħed fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(7)

B’konformità mal-frażi introduttorja tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta’ wara biss. Għalhekk jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi d-dati ta’ eliġibbiltà għan-nefqa tal-Istati Membri b’rabta mar-rimborż skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, filwaqt li tqis is-sena finanzjarja agrikola kif iddefinita fl-Artikolu 39 ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Sabiex jitqies il-perjodu qasir taż-żmien bejn il-komunikazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2019 taħt ġestjoni konġunta għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2018 sal-15 ta’ Ottubru 2019 mill-Istati Membri u minħabba l-ħtieġa li jiġi applikat dan ir-Regolament mill-1 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammonti tal-approprjazzjonijiet li se jiġu riportati mis-sena finanzjarja tal-2019 b’konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu u mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u li, b’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, qed isiru disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta’ aġġustament fis-sena finanzjarja tal-2020, huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-ammonti li se jiġu riportati huma soġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riporti b’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 2

In-nefqa tal-Istati Membri b’rabta mar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni jekk l-ammonti rilevanti jkunu tħallsu lill-benefiċjarji qabel is-16 ta’ Ottubru 2020.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(4)  Id-dixxiplina finanzjarja ma tapplikax fis-sena finanzjarja tal-2019 fil-Kroazja skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1710 tat-13 ta’ Novembru 2018 dwar l-adattament tar-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2018 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/866 (ĠU L 286, 14.11.2018, p. 10).


ANNESS

Ammonti disponibbli għar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati

(ammonti f’EUR)

Il-Belġju

6 075 149

Il-Bulgarija

9 748 728

Iċ-Ċekja

11 451 014

Id-Danimarka

10 676 454

Il-Ġermanja

59 995 488

L-Estonja

1 617 491

L-Irlanda

13 635 006

Il-Greċja

16 617 301

Spanja

58 201 547

Franza

87 874 680

L-Italja

37 280 034

Ċipru

359 176

Il-Latvja

2 689 706

Il-Litwanja

4 577 182

Il-Lussemburgu

418 572

L-Ungerija

15 632 995

Malta

37 135

In-Netherlands

8 369 372

L-Awstrija

7 194 905

Il-Polonja

26 846 892

Il-Portugall

6 986 911

Ir-Rumanija

18 270 128

Is-Slovenja

941 089

Is-Slovakkja

5 973 155

Il-Finlandja

6 115 927

L-Iżvezja

8 301 611

Ir-Renju Unit

40 938 999


DEĊIŻJONIJIET

27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1954

tat-18 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni tar-regoli proċedurali għall-medjazzjoni, ir-regoli proċedurali għall-arbitraġġ u l-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE (2). Huwa qiegħed jiġi applikat b’mod proviżorju mill-4 ta’ Awwissu 2014.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 80(1) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-EPA (Economic Partnership Agreement) għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura u l-kodiċi ta’ kondotta għall-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim.

(3)

Skont l-Artikolu 88 tal-Ftehim, il-Kumitat tal-EPA jista’ jiddeċiedi li jemenda t-Titolu VI tal-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

(4)

Il-Kumitat tal-EPA, fil-laqgħa annwali tiegħu li jmiss, huwa mistenni jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura dwar il-medjazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura dwar l-arbitraġġ u l-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri.

(5)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni prevista sa fejn din tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-EPA tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-EPA stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-EPA li tadotta r-regoli ta’ proċedura dwar il-medjazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura dwar l-arbitraġġ u l-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri, li huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)   ĠU L 57, 28.2.2009, p. 2.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE tal-20 ta' Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Parti Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru ..../2019 TAL-KUMITAT TAL-EPA

stabbilit mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

ta’ ...

li tadotta r-regoli ta’ proċedura dwar il-medjazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura dwar l-arbitraġġ u l-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri

IL-KUMITAT TAL-EPA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Jannar 2009 u applikat fuq bażi proviżorja mill-4 ta' Awwissu 2014, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(1) u l-Artikolu 88 tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta' din id-Deċiżjoni, il-Parti Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

L-Artikolu 80(1) tal-Ftehim jipprevedi li l-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim previsti fil-Kapitolu 3 (Proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim) tat-Titolu VI (Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' tilwim) tal-Ftehim jkunu regolati mir-regoli ta’ proċedura u l-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri li jiġu adottati mill-Kumitat tal-EPA.

(3)

L-Artikolu 88 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat tal-EPA jista’ jiddeċiedi li jemenda t-Titolu VI (Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' tilwim) tal-Ftehim u l-Annessi tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli ta’ proċedura dwar il-medjazzjoni, hekk kif jidhru fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti bħala l-Anness IV tal-Ftehim.

2.   Ir-regoli ta’ proċedura dwar l-arbitraġġ, hekk kif jidhru fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti bħala l-Anness V tal-Ftehim.

3.   Il-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri, hekk kif jidher fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, huwa stabbilit bħala l-Anness VI tal-Ftehim.

4.   Ir-regoli ta’ proċedura u l-kodiċi ta’ kondotta msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu huma stabbiliti mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċifika stabbilita fil-Ftehim jew li tista' tiġi adottata mill-Kumitat tal-EPA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ffirmata.

Magħmul fi ..., ...

Għar-Repubblika tal-Kamerun

...

Għall-Unjoni Ewropea

...


ANNESS I

REGOLI TA' PROĊEDURA DWAR IL-MEDJAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura jikkomplementaw u jispeċifikaw il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), b’mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu (Medjazzjoni).

2.   Dawn r-regoli ta’ proċedura huma maħsuba biex jippermettu lill-Partijiet isolvu tilwim li jista’ jinqala’ bejniethom permezz ta’ soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti permezz ta’ proċedura komprensiva u rapida ta' medjazzjoni.

3.   Fil-qafas ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, il-medjazzjoni hija mifhuma li tfisser kwalunkwe proċediment, irrispettivament mill-isem li jista’ jkollu, li fih il-Partijiet jitolbu medjatur biex jgħinhom isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim tagħhom.

Artikolu 2

Il-bidu tal-proċedura

1.   Parti tista', fi kwalunkwe ħin, titlob bil-miktub biex il-Partijiet jidħlu fi proċedura ta’ medjazzjoni. It-talba trid tkun dettaljata biżżejjed biex tippreżenta b’mod ċar l-ilment tal-Parti li tressaq l-ilment. Hija għandha wkoll:

(a)

tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni;

(b)

tipprovdi dikjarazzjoni tal-effetti negattivi allegati li l-miżura għandha, jew se jkollha, skont il-Parti li tressaq l-ilment, fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet;

(c)

tispjega għaliex il-Parti li tressaq ilment tikkunsidra li l-miżura tikkawża l-effetti msemmija.

2.   Il-proċedimenti ta' medjazzjoni jistgħu jinbdew biss b'kunsens reċiproku tal-Partijiet. Meta Parti titlob medjazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Parti l-oħra għandha teżamina t-talba u twieġeb għaliha bil-miktub fi żmien ħamest ijiem minn meta tirċievi t-talba. Fin-nuqqas ta' dan, it-talba għandha titqies li tkun ġiet irrifjutata.

Artikolu 3

Għażla tal-medjatur

1.   Il-Partijiet għandhom jagħżlu l-medjatur permezz ta’ ftehim reċiproku mill-bidu tal-proċedimenti ta’ medjazzjoni, mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tasal it-tweġiba għat-talba ta’ medjazzjoni.

2.   Il-medjatur ma għandux ikun ċittadin ta' xi waħda mill-Partijiet, sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor.

3.   Il-medjatur għandu jikkonferma f’dikjarazzjoni bil-miktub l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu kif ukoll id-disponibbiltà tiegħu biex jiżgura l-proċedura ta’ medjazzjoni.

4.   Il-medjatur għandu jkun konformi mal-kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri, bl-adattamenti meħtieġa.

Artikolu 4

It-tmexxija tal-proċedimenti ta’ medjazzjoni

1.   Il-medjatur għandu jassisti, b'mod imparzjali u trasparenti, lill-Partijiet biex jiċċaraw il-miżura inkwistjoni u l-effetti possibbli tagħha fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet u biex jilħqu soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti.

2.   Il-medjatur jista’ jiddeċiedi dwar l-approċċ l-aktar xieraq biex jiċċara l-miżura kkonċernata u l-effetti possibbli tagħha fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet. B’mod partikolari, huwa jista’ jorganizza laqgħat bejn il-Partijiet, jikkonsultahom flimkien jew individwalment, ifittex l-għajnuna ta’ esperti kompetenti u partijiet interessati jew jikkonsultahom, u jipprovdi kwalunkwe għajnuna addizzjonali mitluba mill-Partijiet. Madankollu, qabel ifittex l-għajnuna ta' esperti kompetenti u partijiet interessati, il-medjatur għandu jikkonsulta mal-Partijiet. Meta l-medjatur ikun jixtieq jiltaqa’ ma’, jew jintervista lil, xi waħda mill-Partijiet u/jew il-konsulent tagħha separatament, huwa għandu jinforma lill-Parti l-oħra bil-quddiem jew malajr kemm jista’ jkun wara l-laqgħa tiegħu jew wara l-komunikazzjoni unilaterali tiegħu mal-ewwel Parti.

3.   Il-medjatur jista' joffri pariri u jipproponi soluzzjoni li jippreżenta għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet, li jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw jew jistgħu wkoll jaqblu fuq soluzzjoni differenti. Madankollu, il-medjatur ma jistax jagħti pariri jew jikkummenta fuq il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mal-Ftehim.

4.   Il-proċedimenti għandhom isiru fit-territorju tal-Parti li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba, jew b'kunsens reċiproku tal-Partijiet, f'kwalunkwe post ieħor jew permezz ta' mezzi oħrajn.

5.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti fi żmien sittin jum mill-ħatra tal-medjatur. Sa meta jintlaħaq ftehim definittiv, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw soluzzjonijiet interim possibbli, speċjalment jekk il-miżura jkollha x'taqsam ma' oġġetti li jitħassru.

6.   Is-soluzzjoni tista’ tkun adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-EPA. Is-soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Madankollu, il-verżjoni kkomunikata lill-pubbliku ma jistax ikun fiha informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali minn xi waħda mill-Partijiet.

7.   Fuq talba tal-Partijiet, il-medjatur għandu jipprovdihom, bil-miktub, b’abbozz ta’ rapport fattwali, li jipprovdi sommarju tal-miżura inkwistjoni fil-qafas tal-proċedimenti segwiti u kwalunkwe soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti li tikkostitwixxi l-eżitu finali tal-proċedimenti, inklużi soluzzjonijiet interim possibbli. Il-medjatur għandu jagħti lill-Partijiet ħmistax-il jum biex jikkummentaw fuq l-abbozz tar-rapport. Wara li jikkunsidra l-kummenti tal-Partijiet imressqa f'dan il-perjodu, il-medjatur għandu jippreżenta r-rapport fattwali finali bil-miktub lill-Partijiet fi żmien ħmistax-il jum. Ir-rapport fattwali m’għandu jkun fih l-ebda interpretazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 5

Tmiem il-proċedimenti ta’ medjazzjoni

Il-proċedimenti għandhom jintemmu, skont il-każ:

(a)

fid-data tal-adozzjoni ta' soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti milħuqa mill-Partijiet;

(b)

fid-data tad-dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, li sforzi ulterjuri ta’ medjazzjoni ma jwasslu mkien;

(c)

fid-data tad-dikjarazzjoni bil-miktub ta’ xi Parti, wara studju ta’ soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti fi ħdan il-qafas tal-proċedimenti ta’ medjazzjoni u wara l-eżami ta’ kwalunkwe parir u kwalunkwe soluzzjoni proposta mill-medjatur. Tali dikjarazzjoni ma tistax titressaq qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 4(5) ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura; jew

(d)

fid-data ta’ ftehim milħuq bejn il-Partijiet fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti.

Artikolu 6

Implimentazzjoni ta' soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti

1.   Meta l-Partijiet ikunu qablu dwar soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti, kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex timplimentaha fil-perjodu stipulat.

2.   Parti li timplimenta s-soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għandha tinforma lill-Parti l-oħra bil-miktub bi kwalunkwe pass jew miżura li tieħu biex timplimentaha, u dan fil-perjodu stipulat.

Artikolu 7

Kunfidenzjalità u relazzjoni mal-proċedimenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim

1.   L-informazzjoni kollha relatata mal-proċedimenti ta’ medjazzjoni għandha tibqa’ kunfidenzjali, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx meħtieġ mil-liġi jew meħtieġ għall-implimentazzjoni jew l-infurzar tal-ftehim bejn il-Partijiet stabbilit bħala riżultat tal-medjazzjoni.

2.   Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, l-istadji kollha tal-proċedimenti, inklużi kwalunkwe parir jew kwalunkwe soluzzjoni proposta, għandhom ikunu kunfidenzjali. Madankollu, kwalunkwe Parti tista' tiżvela lill-pubbliku li qed issir medjazzjoni. L-obbligu tal-kunfidenzjalità ma jestendix għal informazzjoni fattwali li tkun diġà teżisti fid-dominju pubbliku.

3.   Il-proċedimenti ta' medjazzjoni huma bla preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar ir-riżoluzzjoni ta' tilwim jew kwalunkwe ftehim pertinenti ieħor.

4.   Il-Partijiet mhumiex obbligati jkollhom konsultazzjonijiet qabel ma jibdew il-proċedimenti ta' medjazzjoni. Madankollu, bħala prinċipju, Parti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet pertinenti l-oħra tal-Ftehim dwar kooperazzjoni jew konsultazzjoni qabel ma tibda l-proċedimenti ta' medjazzjoni.

5.   Parti ma għandhiex tibbaża ruħha fuq l-elementi li ġejjin, u lanqas ma għandha tippreżentahom bħala evidenza fil-qafas ta' proċedimenti oħra ta' riżoluzzjoni ta' tilwim previsti mill-Ftehim jew kwalunkwe ftehim pertinenti ieħor, u l-elementi li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati minn grupp speċjali ta' arbitraġġ:

(a)

il-pożizzjonijiet adottati mill-Parti l-oħra matul il-proċedimenti ta’ medjazzjoni jew l-informazzjoni miksuba taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura;

(b)

il-fatt li l-Parti l-oħra indikat ir-rieda tagħha li taċċetta soluzzjoni fir-rigward tal-miżura suġġetta għall-medjazzjoni;

(c)

pariri mogħtija jew proposti magħmula mill-medjatur.

6.   Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, medjatur ma jistax ikun membru ta’ grupp speċjali ta' arbitraġġ fil-qafas ta' proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim li jsiru taħt il-Ftehim jew il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organisation) u li jikkonċernaw l-istess kwistjoni li għaliha jkun qed jaġixxi bħala medjatur.

Artikolu 8

Applikazzjoni tar-regoli ta' proċedura għall-arbitraġġ

L-Artikolu 3 (Notifiki) - mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) ta' dawn ir-regoli ta’ proċedura, l-Artikolu 15 (Spejjeż), l-Artikolu 16 (Il-lingwa ta' ħidma għall-proċedimenti, traduzzjoni u interpretazzjoni) u l-Artikolu 17 (Kalkolu tal-limiti ta’ żmien) tar-regoli ta’ proċedura għall-arbitraġġ għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 9

Reviżjoni

Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa eventwali li jimmodifikaw il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba u tal-iżvilupp ta' kwalunkwe mekkaniżmu korrispondenti fid-WTO.


ANNESS II

REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura:

"konsulent" tfisser persuna fiżika mqabbda minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti b’konnessjoni ma’ proċedura ta’ arbitraġġ;

"grupp speċjali ta' arbitraġġ" tfisser grupp speċjali stabbilit taħt l-Artikolu 71 tal-Ftehim;

"arbitru" tfisser membru ta’ grupp speċjali ta' arbitraġġ stabbilit taħt l-Artikolu 71 tal-Ftehim;

"assistent" tfisser persuna fiżika li, skont it-termini tal-ħatra ta' arbitru, tagħmel riċerka għall-arbitru jew tagħtih assistenza fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu;

"jum" tfisser jum kalendarju, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor;

"rappreżentant ta’ Parti" tfisser impjegat jew kwalunkwe persuna fiżika maħtura minn dipartiment jew korp tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti, li jirrappreżentawha fil-kuntest ta' tilwima b'rabta ma' dan il-Ftehim;

"Parti konvenuta" tfisser il-Parti li kontriha huwa allegat ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 67 tal-Ftehim;

"Parti li tressaq ilment" tfisser il-Parti li titlob it-twaqqif ta' grupp speċjali ta' arbitraġġ taħt l-Artikolu 70 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dawn ir-regoli ta’ proċedura jikkomplementaw u jispeċifikaw il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), b’mod partikolari l-Artikoli 70 et sequitur dwar l-arbitraġġ.

2.   Dawn ir-regoli ta’ proċedura huma maħsuba biex jippermettu lill-Partijiet isolvu tilwim li jista’ jinqala’ bejniethom permezz ta’ soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti permezz tal-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ.

Artikolu 3

Notifiki

1.   Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, "notifika" tfisser kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor marbutin mal-proċedimenti ta' arbitraġġ, dment li:

(a)

kwalunkwe notifika mill-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandha tintbagħat liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;

(b)

kwalunkwe notifika minn Parti u indirizzata lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; u

(c)

kwalunkwe notifika minn Parti li tkun indirizzata lill-Parti l-oħra għandha tiġi kkupjata, fejn adatt, lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ fl-istess ħin.

2.   Kull notifika għandha ssir permezz tal-posta elettronika jew, fejn adatt, b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi rekord li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, in-notifika għandha titqies li tkun waslet fl-istess jum li tkun intbagħtet.

3.   In-notifiki kollha għandhom jiġu indirizzati, rispettivament, lid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru tal-Kamerun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

4.   Żbalji żgħar ta' natura klerikali li jsiru fin-notifiki jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta' notifika ġdida li tindika b'mod ċar il-modifiki li jkunu sarulha.

5.   Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta’ dokument jaħbat jum mhux ta’ xogħol fil-Parti Afrika Ċentrali jew fl-Unjoni Ewropea, in-notifika tista’ titwassal fil-jum ta’ xogħol li jkun imiss. L-ebda notifika, tkun xi tkun in-natura tagħha, m’għandha titqies bħala riċevuta f’jum mhux tax-xogħol.

6.   Skont in-natura tal-kwistjonijiet ikkontestati, għandhom jintbagħtu kopji tan-notifiki kollha indirizzati lill-Kumitat tal-EPA skont dawn ir-regoli ta’ proċedura wkoll lill-korpi istituzzjonali l-oħra kkonċernati.

Artikolu 4

Ħatra ta' arbitri

1.   Jekk, skont l-Artikolu 71 tal-Ftehim, arbitru jiġi magħżul bil-polza, il-president tal-Kumitat tal-EPA għandu minnufih jinforma lill-Partijiet dwar id-data, il-ħin u l-post tal-polza.

2.   Il-Partijiet għandhom ikunu preżenti waqt l-għażla bil-polza.

3.   Il-president tal-Kumitat tal-EPA jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma bil-miktub lil kull persuna magħżula dwar il-ħatra tiegħu bħala arbitru. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet matul il-ħamest ijiem mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu.

4.   Jekk il-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 85 tal-Ftehim ma tkunx ġiet stabbilita jew ma jkunx fiha ismijiet biżżejjed fiż-żmien meta ssir applikazzjoni taħt l-Artikolu 71(2) tal-Ftehim, l-arbitri għandhom jittellgħu bix-xorti mill-president tal-Kumitat tal-EPA minn fost il-persuni uffiċjalment proposti minn xi waħda mill-Partijiet jew mit-tnejn li huma, u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 85(2) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Kollaborazzjoni bejn il-Partijiet u l-grupp speċjali ta' arbitraġġ

1.   Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mal-grupp speċjali ta' arbitraġġ fi żmien sebat ijiem mit-twaqqif tiegħu biex jistabbilixxu dawk il-kwistjonijiet li l-Partijiet jew il-grupp speċjali ta' arbitraġġ iqisu xierqa, inklużi:

(a)

ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri, li għandhom ikunu skont l-istandards tad-WTO;

(b)

ir-rimunerazzjoni tal-assistent ta’ kull arbitru, li l-ammont totali tiegħu ma għandux jaqbeż il-50 fil-mija tar-remunerazzjoni totali ta’ dak l-arbitru;

(c)

is-skeda ta' żmien tal-proċedimenti.

L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f'din il-laqgħa permezz tat-telefon jew ta' konferenza vidéo.

2.   Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data tat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, it-termini ta' referenza tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandhom ikunu:

“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim, tal-kwistjoni msemmija fit-talba għat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, sabiex jiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mal-Artikolu 67 tal-Ftehim u sabiex jieħu deċiżjoni skont l-Artikoli 73, 83 u 84 tal-Ftehim” .

3.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw it-termini ta' referenza miftiehma lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-ftehim tagħhom dwar it-termini ta' referenza.

Artikolu 6

Sottomissjonijiet bil-miktub

Il-Parti rikjedenti għandha tippreżenta s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn għoxrin jum mid-data tat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn għoxrin jum wara d-data tat-twassil tas-sottomissjoni bil-miktub inizjali.

Artikolu 7

Il-ħidma tal-gruppi speċjali ta' arbitraġġ

1.   Il-president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha. Grupp speċjali ta’ arbitraġġ jista’ jiddelega lill-president tiegħu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali fil-qasam ikkonċernat.

2.   F'konformità mal-Artikolu 9 ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, l-arbitri u l-persuni msejħa għandhom jidhru personalment għas-seduti ta' smigħ. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim jew f’dawn ir-regoli ta’ proċedura, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista’ jeżerċita l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż bit-telefon, faks jew kompjuter.

3.   L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, iżda l-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista' jippermetti lill-assistenti tiegħu jkunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

4.   L-abbozzar ta' kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun ir-responsabilità esklużiva tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ u ma tistax tkun iddelegata.

5.   Meta tinqala' kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI (Il-Prevenzjoni u r-Riżoluzzjoni ta' Tilwim) tal-Ftehim, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, jista' jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma' dawn id-dispożizzjonijiet u li tiżgura trattament ugwali bejn il-Partijiet.

6.   Jekk il-grupp speċjali ta' arbitraġġ iqis li jkun meħtieġ li jimmodifika xi wieħed mil-limiti ta’ żmien proċedurali għajr il-limiti ta’ żmien stabbiliti fit-Titolu VI (Il-Prevenzjoni u r-Riżoluzzjoni ta' Tilwim) tal-Ftehim, jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet bir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u l-limitu ta’ żmien jew l-aġġustament meħtieġ. Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista' jadotta tali modifika jew aġġustament wara li jkun ikkonsulta mal-Partijiet.

7.   Fuq talba ta’ Parti, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista’ jemenda l-limiti ta’ żmien applikabbli fil-proċedimenti, filwaqt li jiżgura li l-Partijiet jiġu ttrattati b’mod ugwali.

8.   Fuq it-talba konġunta tal-Partijiet, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jissospendi l-proċedimenti f’kull ħin għal perjodu miftiehem mill-Partijiet li ma jaqbiżx tnax-il xahar konsekuttivi. Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jerġa’ jibda l-proċedimenti fi kwalunkwe ħin fuq talba konġunta bil-miktub mill-Partijiet, jew fi tmiem il-perjodu miftiehem ta’ sospensjoni fuq talba bil-miktub ta’ waħda mill-Partijiet. It-talba għandha tiġi nnotifikata lill-president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ u lill-Parti l-oħra kif xieraq. Jekk il-proċedimenti tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ ikunu ġew sospiżi għal aktar minn tnax-il xahar konsekuttivi, is-setgħa mogħtija għat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandha tiskadi u l-proċedimenti tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandhom jintemmu. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu fi kwalunkwe ħin li jtemmu l-proċedimenti quddiem il-grupp speċjali ta' arbitraġġ. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw dan il-ftehim b’mod konġunt lill-president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ. F’każ ta’ sospensjoni tal-proċedimenti, il-limiti ta’ żmien rilevanti għandhom jiġu estiżi biż-żmien li jikkorrispondi għall-perjodu li fih il-proċedimenti tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ ikunu ġew sospiżi.

9.   It-terminazzjoni tal-proċedimenti tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Partijiet fi proċediment ieħor dwar l-istess kwistjoni skont it-Titolu VI (Il-Prevenzjoni u r-Riżoluzzjoni ta' Tilwim) tal-Ftehim.

Artikolu 8

Sostituzzjoni

1.   Jekk arbitru ma jkunx jista' jipparteċipa fil-proċedimenti, jirtira ruħu jew ikollu jiġi sostitwit, għandu jintgħażel sostitut b'konformità mal-Artikolu 71 tal-Ftehim.

2.   Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri u li għalhekk għandu jiġi sostitwit, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta saret taf biċ-ċirkostanzi sottostanti għall-allegat nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-arbitru mal-imsemmi kodiċi ta’ kondotta.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi żmien ħmistax-il jum wara d-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lill-arbitru bl-allegat nuqqas ta’ konformità tiegħu u jistgħu jitolbuh jieħu l-passi meħtieġa biex jirrimedjah. Huma jistgħu wkoll, jekk jaqblu fuq hekk, ineħħu lill-arbitru u jagħżlu arbitru ġdid skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 71(2) tal-Ftehim.

4.   Jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel arbitru, minbarra l-President, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

Jekk, kif mitlub, il-president jikkonkludi li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri, għandu jintgħażel arbitru ġdid f’konformità mal-Artikolu 71(3) tal-Ftehim.

5.   Jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kull Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tingħadda lil xi wieħed mill-membri li jkun fadal fil-lista ta’ individwi magħżula biex jaġixxu bħala president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ stabbilita taħt l-Artikolu 85 tal-Ftehim. Ismu/isimha għandu jittella’ bix-xorti mill-president tal-Kumitat tal-EPA. Il-persuna magħżula għandha tiddeċiedi jekk il-president jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun waħda finali.

Jekk jiġi deċiż li l-President ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri, il-President il-ġdid għandu jintgħażel skont l-Artikolu 71(3) tal-Ftehim.

Artikolu 9

Seduti

1.   Skont l-iskeda determinata taħt l-Artikolu 5(1), u wara li jikkonsulta mal-Partijiet u l-arbitri l-oħra, il-president tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Il-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, suġġett għall-Artikolu 11.

2.   Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta’ smigħ għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun l-Afrika Ċentrali, u f’Yaoundé jekk il-Parti li tressaq ilment tkun l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista' jsejjaħ seduti addizzjonali jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

4.   L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti matul is-seduta ta' smigħ kollha.

5.   Il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu preżenti għas-seduta, irrispettivament dwar jekk il-proċedimenti jkunux miftuħin għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti tal-Partijiet;

(b)

konsulenti tal-Partijiet;

(c)

persunal amministrattiv, interpreti, tradutturi u stenografi tal-qrati;

(d)

assistenti tal-arbitri;

(e)

esperti magħżula mill-grupp speċjali ta' arbitraġġ f’konformità mal-Artikolu 81 tal-Ftehim.

6.   Mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data ta’ seduta ta' smigħ, kull Parti għandha tagħti lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ u lill-Parti l-oħra lista bl-ismijiet ta’ dawk il-persuni fiżiċi li se jressqu argumenti jew jagħmlu preżentazzjonijiet orali matul is-smigħ tas-seduta f’isem dik il-Parti, kif ukoll ta’ rappreżentanti u konsulenti oħra li se jattendu s-seduta ta' smigħ.

7.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jiżgura li l-Parti li tressaq l-ilment u l-Parti konvenuta jingħataw ħin ugwali għad-diskorsi. Għandu jmexxi s-seduta ta’ smigħ kif ġej:

 

L-argumenti

(a)

l-argument tal-Parti li tressaq l-ilment;

(b)

l-argument tal-Parti konvenuta;

 

Il-kontroargumenti

(a)

ir-replika tal-Parti li tressaq l-ilment;

(b)

il-kontroreplika tal-Parti konvenuta.

8.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista' jindirizza mistoqsijiet lil kwalunkwe miż-żewġ Partijiet fi kwalunkwe ħin matul is-seduta.

9.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-traskrizzjoni fi procès-verbal tas-seduta u għat-trasmissjoni tiegħu lill-Partijiet f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara s-seduta. Il-Partijiet jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet dwar il-procès-verbal, li tagħhom jista' jieħu kont il-grupp speċjali ta' arbitraġġ.

10.   Fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-seduta ta' smigħ, kull Parti tista' tibgħat lill-arbitri u lill-Parti l-oħra sottomissjoni supplimentari bil-miktub li tikkonċerna kwalunkwe kwistjoni li qamet matul is-seduta ta' smigħ.

Artikolu 10

Mistoqsijiet bil-miktub

1.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ jista', f'kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti, jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet għandha tirċievi kopja ta' kwalunkwe mistoqsija magħmula mill-grupp speċjali ta' arbitraġġ.

2.   Kull Parti għandha wkoll tipprovdi lill-Parti l-oħra kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ. Kull Parti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġiba mogħtija mill-Parti l-oħra sa ħamest ijiem tax-xogħol mir-riċezzjoni tal-imsemmija tweġiba.

Artikolu 11

Trasparenza u kunfidenzjalità

1.   Kull Parti u l-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandhom jiżguraw li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni ppreżentata mill-Parti l-oħra lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ u li dik il-Parti tkun indikat bħala kunfidenzjali. Il-Parti li tippreżenta lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ sottomissjoni li tkun tinkludi informazzjoni kunfidenzjali għandha tipprovdi wkoll, fi żmien ħmistax-il jum mill-preżentazzjoni ta' din is-sottomissjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni li tista' tiġi żvelata lill-pubbliku.

2.   Xejn f'dawn ir-regoli ta' proċedura ma jipprekludi Parti milli tikkomunika l-pożizzjonijiet tagħha lill-pubbliku sa fejn, meta hija tirreferi għal informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra, ma tikxifx informazzjoni kwalifikata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali.

3.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jiltaqa' f'sessjoni magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' Parti jkunu jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti ta' smigħ tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ meta dawn jinżammu f'sessjonijiet fil-magħluq.

Artikolu 12

Kuntatti ex parte

1.   Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ la għandu jiltaqa', u lanqas jikkomunika, ma' xi Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

2.   L-ebda arbitru ma għandu jiddiskuti ebda aspett tal-kwistjoni suġġetta għall-proċedimenti ma' xi Parti jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra.

Artikolu 13

Sottomissjonijiet amicus curiae

1.   Persuni mhux governattivi stabbiliti fit-territorju ta' Parti jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet amicus curiae lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ skont il-paragrafi 2 sa 5.

2.   Ħlief jekk il-Partijiet ma jkunux qablu mod ieħor sa ħamest ijiem mid-data tat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, l-istess grupp speċjali ta' arbitraġġ jista' jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba, sakemm dawn isiru fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-twaqqif tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, ikunu direttament rilevanti għall-kwistjoni eżaminata mill-grupp speċjali ta' arbitraġġ u f'ebda każ dawn is-sottomissjonijiet, inklużi l-annessi tagħhom, ma jkunu itwal minn 15-il faċċata ttajpjata.

3.   Kull sottomissjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, sew jekk fiżika u sew jekk ġuridika, u tinkludi n-natura tal-attivitajiet ta' dik il-persuna u s-sors tal-finanzjament tagħha, u għandha tispeċifika n-natura tal-interess li dik il-persuna jkollha fil-proċedimenti tal-arbitraġġ. Is-sottomissjoni għandha tinkiteb bil-lingwi magħżula mill-Partijiet, f'konformità mal-Artikoli 16(1) u (2) ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura.

4.   Kull sottomissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet sabiex ikunu jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-Partijiet jistgħu jibagħtu, fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-trasmissjoni tas-sottomissjoni, il-kummenti tagħhom lill-grupp speċjali ta' arbitraġġ.

5.   Fid-deċiżjoni tiegħu, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi ma' dawn ir-regoli ta’ proċedura. Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu, l-argumenti li saru f'dawn is-sottomissjonijiet. Il-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandu jippreżenta lill-Partijiet, għall-kummenti tagħhom, kull sottomissjoni li huwa jirċievi.

Artikolu 14

Każijiet urġenti

Fil-każijiet ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 73(2) tal-Ftehim, il-grupp speċjali ta' arbitraġġ, wara li jikkonsulta mal-Partijiet, għandu jaġġusta t-termini previsti f'dawn ir-regoli ta’ proċedura skont kif jidhirlu xieraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar dawn l-aġġustamenti.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha ta' parteċipazzjoni fil-proċedimenti ta' arbitraġġ.

2.   Il-Parti konvenuta għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedura ta’ arbitraġġ, b’mod partikolari l-organizzazzjoni tas-seduti ta’ smigħ, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, u għandha tħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-amministrazzjoni loġistika tas-seduti ta’ smigħ. Madankollu, il-Partijiet għandhom b’mod konġunt u b'mod ugwali jħallsu l-ispejjeż amministrattivi l-oħra tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ kif ukoll ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-arbitri u l-assistenti tagħhom.

Artikolu 16

Il-lingwa ta' ħidma għall-proċedimenti, traduzzjoni u interpretazzjoni

1.   Matul il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 71(2) tal-Ftehim, u mhux aktar tard mil-laqgħa prevista fl-Artikolu 5(1) ta' dawn ir-regoli ta' proċedura, il-Partijiet għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex jilħqu qbil fuq lingwa ta' ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-grupp speċjali ta' arbitraġġ.

2.   Jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jaqblu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, kull Parti għandha għandha tipprovdi t-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha fil-lingwa magħżula mill-Parti l-oħra, ħlief fil-każ ta’ sottomissjonijiet bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet għall-Ftehim. Fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ sottomissjonijiet orali fil-lingwi magħżula mill-Partijiet, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Parti konvenuta, sakemm il-Partijiet ikunu għażlu waħda mil-lingwi uffiċjali li jkunu komuni għalihom. Jekk l-għażla ta’ waħda mill-Partijiet tkun ta’ lingwa distinta mil-lingwi uffiċjali komuni, l-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet orali għandha tkun ipprovduta kollha kemm hi minn dik il-Parti.

3.   Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandhom jitfasslu bil-lingwi magħżula mill-Partijiet. Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, ir-rapport interim, ir-rapport finali u d-deċiżjonijiet tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ għandhom jiġu ppreżentati f’waħda mil-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet għall-Ftehim.

4.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mit-traduzzjoni ta' deċiżjoni tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ fil-lingwi magħżula mill-Partijiet għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn il-Partijiet.

5.   Parti tista' tipprovdi kummenti dwar l-akkuratezza ta' kwalunkwe verżjoni tradotta ta' dokument imfassal f'konformità ma' dawn ir-regoli ta' proċedura.

6.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet miktuba tagħha.

Artikolu 17

Kalkolu tal-limiti ta’ żmien

Il-limiti ta’ żmien kollha stabbiliti fit-Titolu VI (Il-Prevenzjoni u r-Riżoluzzjoni ta' Tilwim) tal-Ftehim u f’dawn ir-regoli ta’ proċedura, inklużi l-limiti ta’ żmien imposti fuq il-gruppi speċjali ta' arbitraġġ għan-notifika tad-deċiżjonijiet tagħhom, jistgħu jiġu emendati b’kunsens reċiproku tal-Partijiet, u għandhom jingħaddu f’jiem kalendarji mill-jum li jsegwi l-att jew il-fatt li għalih jirreferu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Artikolu 18

Proċedimenti oħra

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawn ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-limiti speċjali ta’ żmien previsti għall-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-grupp speċjali ta' arbitraġġ fil-proċedimenti taħt l-Artikoli 74 sa 78 tal-Ftehim.


ANNESS III

KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-ARBITRI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-kodiċi ta’ kondotta:

"arbitru" tfisser membru ta’ grupp speċjali ta' arbitraġġ stabbilit taħt l-Artikolu 71 tal-Ftehim;

"assistent" tfisser persuna fiżika li, skont it-termini tal-ħatra ta' arbitru, tagħmel riċerka għall-arbitru jew tagħtih assistenza fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu;

"kandidat" tfisser individwu li ismu jkun fuq il-lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 85 tal-Ftehim u li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala arbitru taħt l-Artikolu 71 tal-Ftehim;

"medjatur" tfisser persuna fiżika li tmexxi medjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69 tal-Ftehim;

"persunal" tfisser, fir-rigward ta' arbitru, il-persuni fiżiċi taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-arbitru, minbarra l-assistenti.

Artikolu 2

Prinċipji bażiċi

1.   Sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, kull kandidat għandu jkollu konoxxenza ta' dan il-kodiċi ta’ kondotta. Huwa għandu:

(a)

ikun indipendenti u imparzjali;

(b)

jevita kull kunflitt ta’ interess dirett jew indirett;

(c)

jevita kondotta li tonqos mill-etika u kull azzjoni li tagħti l-impressjoni ta' kondotta li tonqos mill-etika jew mill-obbligu tal-imparzjalità;

(d)

josserva standards għolja ta’ kondotta;

(e)

ma jkunx influwenzat mill-interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, għagħa pubblika, lealtà lejn xi Parti jew ikollu biża’ mill-kritika.

2.   Arbitru m'għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista’ bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, it-twettiq xieraq ta’ dmirijietu.

3.   Arbitru ma għandux juża l-funzjonijiet tiegħu fil-grupp speċjali ta' arbitraġġ biex iservi interessi personali jew privati. Arbitru għandu jevita kull azzjoni li tista' tagħti l-impressjoni li xi persuni oħrajn ikunu f'pożizzjoni li jinfluwenzawh.

4.   Arbitru għandu jiżgura li l-kondotta u l-ġudizzju tiegħu ma jkunux influwenzati minn relazzjonijiet jew responsabbiltajiet, passati jew preżenti, ta' natura finanzjarja, kummerċjali, professjonali, personali jew soċjali.

5.   Arbitru għandu jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju li x'aktarx jaffettwaw l-imparzjalità tiegħu jew li jistgħu raġonevolment jagħtu l-impressjoni ta' kondotta li tonqos mill-etika jew mill-obbligu tal-imparzjalità.

Artikolu 3

Obbligi ta' divulgazzjoni

1.   Qabel ma tkun ikkonfermata l-għażla ta' kandidat bħala arbitru skont l-Artikolu 71 tal-Ftehim, huwa għandu jiddikjara kull interess, relazzjoni jew kwistjoni li jistgħu jinċidu fuq l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li jistgħu raġonevolment jagħtu l-impressjoni ta' kondotta li tonqos mill-etika jew mill-obbligu tal-imparzjalità fil-kors tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha possibbli biex isir konxju ta' kwalunkwe tali interess, relazzjoni u kwistjoni, inklużi dawk ta' natura finanzjarja, jew professjonali, jew marbuta max-xogħol jew mal-familja tiegħu.

2.   L-obbligu ta' divulgazzjoni previst fil-paragrafu 1 huwa dmir kontinwu, u jirrikjedi li kull arbitru jiddivulga kwalunkwe tali interess, relazzjoni u kwistjoni li jistgħu jitfaċċaw matul kull stadju tal-proċedimenti.

3.   Kandidat jew arbitru għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-EPA, għall-kunsiderazzjoni mill-Partijiet, kull kwistjoni li tikkonċerna ksur reali jew potenzjali ta’ dan il-kodiċi ta’ kondotta fl-iqsar żmien possibbli wara li huwa jsir konxju minnhom.

Artikolu 4

Dmirijiet ta' arbitri

1.   Wara li jkun aċċetta l-ħatra tiegħu, arbitru għandu jkun disponibbli sabiex jassumi dmirijietu u għandu jwettaqhom b'mod sħiħ u effettiv matul il-kors kollu tal-proċedimenti, b'mod ġust u diliġenti.

2.   Arbitru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċedimenti u li jkunu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni, u ma għandux jiddelega dan id-dmir lil ebda persuna oħra.

3.   Arbitru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji mill-Artikoli 2, 3 u 6 ta’ dan il-kodiċi ta’ kondotta u li jkunu konformi magħhom.

Artikolu 5

Obbligi ta' arbitri preċedenti

L-arbitri preċedenti kollha jridu jevitaw azzjonijiet li jistgħu jagħtu impressjoni li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjonijiet tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   L-ebda arbitru jew arbitru preċedenti fl-ebda mument ma għandu jiżvela jew juża xi informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċedimenti jew li tkun miksuba waqt proċedimenti, ħlief għall-finijiet ta' dawk il-proċedimenti, u fl-ebda każ ma għandu jiżvela jew juża l-ebda tali informazzjoni biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jagħmel ħsara lill-interessi ta' oħrajn.

2.   Arbitru ma għandux jiżvela deċiżjoni tal-grupp speċjali ta' arbitraġġ, kollha jew partijiet minnha, qabel ma tiġi ppubblikata b'konformità mal-Artikolu 84(2) tal-Ftehim.

3.   L-arbitru jew arbitru preċedenti ma għandu qatt jiżvela l-kontenut tad-deliberazzjonijiet ta' grupp speċjali ta' arbitraġġ jew il-fehma ta’ xi membru tiegħu.

Artikolu 7

Spejjeż

Kull arbitru għandu jżomm rekord tal-ħin iddedikat għall-proċedimenti u l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll iż-żmien użat u l-ispejjeż magħmula mill-assistent tiegħu, u jagħti rendikont finali lill-Partijiet.

Artikolu 8

Medjaturi

Dan il-kodiċi ta' kondotta għandu japplika, mutatis mutandis, għall-medjaturi.


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1955

tal-21 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-rieżami tal-Fehim għal Dispożizzjonijiet Amministrattivi dwar il-Kwoti Tariffarji ta’ Prodotti Agrikoli (“Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 1994, il-Ftehim ta’ Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“Ftehim tad-WTO”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

(2)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, il-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) għandha l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt kwalunkwe Ftehim Kummerċjali Multilaterali.

(3)

Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu IV tal-Ftehim tad-WTO, fl-intervalli bejn laqgħa oħra tal-Konferenza Ministerjali l-funzjonijiet tal-Konferenza Ministerjali għandhom jitmexxew mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO.

(4)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, il-korpi tad-WTO normalment jieħdu d-deċiżjonijiet b’kunsens.

(5)

F’Diċembru 2013, id-Disa’ Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO adottat Deċiżjoni Ministerjali dwar il-Fehim għal Dispożizzjonijiet Amministrattivi dwar il-Kwoti Tariffarji ta’ Prodotti Agrikoli, kif definit fl-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (WT/MIN(13)/39) (Il-“Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji”) li jirregola l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji ta’ prodotti agrikoli.

(6)

Skont il-paragrafu 13 tal-Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji, għandu jinbeda rieżami tal-operat tal-Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-adozzjoni tagħha, li jqis l-esperjenza miksuba sa dak iż-żmien. L-objettiv ta’ dan ir-rieżami huwa li jippromwovi proċess kontinwu ta’ titjib fl-utilizzazzjoni tal-kwoti tariffarji.

(7)

Skont il-paragrafu 13 tal-Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji, il-Kumitat għall-Agrikoltura pproċeda bir-rieżami ta’ dak il-Fehim fl-2018. Is-sejbiet tar-rieżami ser jiġu ppreżentati fil-laqgħa ta’ Diċembru 2019 tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO fil-forma ta’ rapport maħruġ mill-Kumitat għall-Agrikoltura (Rapport Nru G/AG/29 “Rieżami tal-Operat tad-Deċiżjoni Bali dwar l-Amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji” tal-31 ta’ Ottubru 2019).

(8)

Minħabba n-nuqqas ta’ kunsens fost il-membri tad-WTO dwar l-emendi sostantivi għall-Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji, ir-rapport jirrakkomanda li l-perijodu ta’ reviżjoni jittawwal sa tmiem l-2021, sabiex ikun jista’ jintlaħaq kunsens dwar emendi sostantivi. Ir-rapport jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet maħsuba biex tiżdied it-trasparenza tal-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji.

(9)

Fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ġenerali tad-WTO jenħtieġ li jiġi mistieden jikkunsidra l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 tar-Rapport Nru G/AG/29 fil-forma ta’ deċiżjoni dwar ir-rieżami tal-Fehim dwar il-Kwoti Tariffarji.

(10)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO, billi d-Deċiżjoni li għandha tiġi adottata ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(11)

Fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO, l-Unjoni għandha tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“Kunsill Ġenerali tad-WTO”) fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2019 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO li tadotta r-rakkomandazzjonijiet magħmula lill-Kunsill Ġenerali tad-WTO mill-Kumitat dwar l-Agrikoltura fl-Anness 2 tar-Rapport tiegħu Nru G/AG/29 tal-31 ta’ Ottubru 2019 mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet minuri għal dak l-abbozz ta’ deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SKINNARI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).


Kumitat dwar l-Agrikoltura

G/AG/29

fil-31 ta’ Ottubru 2019

RIEŻAMI TAL-OPERAT TAD-DEĊIŻJONI TA’ BALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAL-KWOTI TARIFFARJI

RAPPORT LILL-KUNSILL ĠENERALI

1.1.   

Waqt id-Disa’ Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali, il-Ministri adottaw id-Deċiżjoni dwar “il-Fehim għal Dispożizzjonijiet Amministrattivi dwar il-Kwoti Tariffarji ta’ Prodotti Agrikoli, kif definit fl-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura” (WT/MIN (13)/39) (“Id-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji”). Il-Ministri taw struzzjonijiet lill-Kumitat biex jirrieżamina u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Membri stabbiliti taħt id-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji bl-objettiv li r-rieżami jippromwovi proċess kontinwu ta’ titjib fl-utilizzazzjoni tal-kwoti tariffarji, li beda mhux aktar tard mill-2017, u li jqis l-esperjenza miksuba sa dak iż-żmien (1). Id-diskussjonijiet għal Rieżami bdew fil-laqgħa tal-Kumitat f’Ottubru 2017 (2). Waqt il-laqgħa ta’ Frar 2018, il-Kumitat qabel mal-proċess u l-iskedi ta’ żmien biex jitwettaq ir-Rieżami fid-dokument G/AG/W/171 (3). Skont il-proċedura maqbula, ir-rieżami twettaq permezz ta’ laqgħat informali u miftuħa tal-Kumitat skedati biex jaħbtu mal-laqgħat regolari tal-Kumitat (4).

1.2.   

Il-membri ddiskutew ir-Rieżami f’erba’ laqgħat informali tal-Kumitat fl-2018, fl-20 ta’ Frar, fil-11 ta’ Ġunju, fil-25 ta’ Settembru u fis-26 ta’ Novembru. Matul il-laqgħa informali ta’ Novembru saret sessjoni tematika dwar l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u l-użu insuffiċjenti li kienet tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Waqt id-diskussjonijiet dwar ir-rieżami kien hemm ukoll għadd ta’ kontributi bil-miktub mill-Membri. B’mod simili, b’reazzjoni għal talbiet mill-Membri u skont il-proċess u l-iskedi ta’ żmien miftiehma biex jitwettaq ir-rieżami, is-Segretarjat ħejja dokument ta’ sfond (5) dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji u r-rati ta’ mili biex jitħaffef ir-Rieżami. L-Anness 1 jinkludi lista tad-dokumenti kollha bil-miktub ikkunsidrati s’issa fir-rieżami.

1.3.   

Il-membri identifikaw it-temi li ġejjin fid-diskussjonijiet tar-rieżami: 1) Implimentazzjoni effettiva u segwitu tal-obbligi sostantivi li joħorġu mid-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji; 2) Rekwiżiti ta’ trasparenza tal-Kwoti Tariffarji; 3) Mekkaniżmu f’Każ ta’ Insuffiċjenza. Xi elementi (6) mqajma taħt kull waħda mit-tliet temi, inkluż matul id-diskussjonijiet tematiċi f’Novembru, huma indikati hawn taħt.

IMPLIMENTAZZJONI U SEGWITU EFFETTIVI

i.

Riallokazzjoni ta’ liċenzji mhux użati fi kwota tariffarja;

ii.

Proċessi ta’ riallokazzjoni, inkluż allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (7);

iii.

Il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki dwar it-titjib tal-mili tal-kwoti tariffarji, inkluż riallokazzjoni tal-kwoti tariffarji skont il-Ftehimiet Kummerċjali Reġjonali (l-RTAs).

REKWIŻITI TA’ TRASPARENZA TAL-KWOTI TARIFFARJI

i.

Notifiki dwar Kwoti Tariffarji fil-ħin u kompluti;

ii.

Rappurtar fil-pront ta’ bidliet fl-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji;

iii.

Rapportar konsistenti tar-rati ta’ milli mill-Membri kollha b’impenji tal-Kwoti Tariffarji;

iv.

Prattiki ta’ notifika armonizzati (eż. għal Kwoti Tariffarji mhux miftuħa jew Kwoti Tariffarji mingħajr vantaġġ tariffarju);

v.

Rapportar bir-raġunijiet f’każijiet ta’ insuffiċjenza;

vi.

Il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi nazzjonali u tal-aħjar prattiki ta’ amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji;

vii.

Trattament speċjali u differenzjali (It-toqol tar-rekwiżit ta’ notifika);

viii.

Konnessjoni mar-rekwiżit ta’ notifika fil-qasam tal-proċeduri tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni;

ix.

Assistenza teknika mis-Segretarjat lejn konformità ta’ notifika mtejba min-naħa tal-Membri.

MEKKANIŻMU F’KAŻ TA’ UŻU INSUFFIĊJENTI

i.

Obbligi differenti tal-Membri (il-paragrafu 4 tal-Anness A);

ii.

Trattament speċjali u differenzjali;

iii.

Applikabbiltà potenzjalment inqas minn universali fil-futur;

iv.

Konnessjoni bejn l-Anness B u l-paragrafu 4 tal-Anness A;

v.

Esplorazzjoni tal-kawżi ta’ każijiet ta’ użu insuffiċjenti;

vi.

Eżaminazzjoni mmirata tal-Kwoti Tariffarji f’każijiet ta’ użu insuffiċjenti f’xi setturi speċifiċi;

vii.

Applikabbiltà prattika tal-Mekkaniżmu f’Każ ta’ Użu Insuffiċjenti (esplorazzjoni tar-raġunijiet inkluża l-kumplessità potenzjali, dwar għaliex għadu ma ġiex invokat, il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi, is-simplifikazzjoni ta’ rekwiżiti proċedurali);

viii.

Iż-żamma ta’ lista ta’ Kwoti Tariffarji b’każijiet ta’ użu insuffiċjenti mis-Segretarjat.

1.4.

Dwar il-kwistjoni tal-operat fil-futur tal-paragrafu 4 tal-Mekkaniżmu f’Każ ta’ Użu Insuffiċjenti u tad-dispożizzjoni S&D (Speċjali u Differenzjat) assoċjata miegħu, il-pożizzjonijiet tal-Membri kienu diverġenti. Xi Membri li qed jiżviluppaw sostnew li d-dispożizzjonijiet S&D fid-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji ma għandhomx jiddgħajfu; xi Membri oħra argumentaw li t-trattament S&D għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma għandux iwassal għal konċessjoni u li l-pajjiżi benefiċjarji li qed jiżviluppaw għandhom minflok jassumu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-Kwoti Tariffarji filwaqt li jieħdu kont tal-istatus ta’ żvilupp tagħhom.

1.5.

Diversi Membri kkunsidraw li l-ambitu ta’ dan ir-rieżami huwa limitat għat-tiftix ta’ titjib fl-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji biex jiddistingwihom min-negozjati dwar l-aċċess għas-suq. Oħrajn irreferew għall-possibbiltà li n-negozjati dwar il-Kwoti Tariffarji jiddaħħlu fin-negozjati dwar l-aċċess għas-suq.

Skont il-paragrafi 13-15 tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji (WT/MIN (13)/39), il-Kumitat, fil-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Ottubru 2019, jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin kif inklużi fl-Anness 2 ta’ dan ir-rapport għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill Ġenerali.


(1)  Il-paragrafu 13 ta’ WT/MIN (13)/39. Għadha ma ġiet irrappurtata l-ebda esperjenza fir-rigward tar-rikors għall-Mekkaniżmu f’Każ ta’ Użu Insuffiċjenti.

(2)  Irreferi għat-Taqsima 2.2.1 ta’ G/AG/R/86.

(3)  Irreferi għat-Taqsima 2.5.1 ta’ G/AG/R/87.

(4)  Waqt il-laqgħa ta’ Ġunju 2019, il-Kumitat qabel li jestendi l-iskeda ta’ żmien għal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Ottubru 2019 biex jiġi ffinalizzat ir-rapport tar-Rieżami.

(5)  G/AG/W/183.

(6)  Ma hemm l-ebda ftehim fost il-Membri dwar dawn l-elementi jew dwar it-trattament tagħhom fir-rakkomandazzjonijiet.

(7)  Il-paragrafu 9 tad-Deċiżjoni Ministerjali ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji jirreferi għall-proċess ta’ riallokazzjoni. Barra minn hekk, in-noti 3 u 5 ta’ qiegħ il-paġna tal-Anness A tad-Deċiżjoni ta’ Bali jirreferu għad-drittijiet tal-Membri li jkollhom allokazzjoni speċifika għall-pajjiż speċifikament fil-kuntest tal-mekkaniżmu f’każ ta’ użu insuffiċjenti.


ANNESS 1

Lista tad-dokumenti

G/AG/W/169

fl-10 ta’ Ottubru 2017.

Monitoraġġ u rieżami tal-obbligi tal-Membri stabbiliti skont id-Deċiżjoni ta’ Bali dwar l-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji.

Nota mis-Segretarjat

G/AG/W/171

fid-9 ta’ Frar 2018.

Proċess propost għar-Rieżami tal-Operat tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar l-Amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji.

Nota mis-Segretarjat

G/AG/W/175

fit-18 ta’ Mejju 2018.

u

G/AG/W/175/Add.1

fis-7 ta’ Mejju2019.

Sottomissjoni tal-Unjoni Ewropea lill-Kumitat għall-Agrikoltura dwar il-Proċess għar-Rieżami tal-Operat tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar l-Amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji (1).

Komunikazzjoni mill-Unjoni Ewropea

G/AG/W/179

fis-6 ta’ Ġunju2018.

Rieżami tal-Operat tad-Deċiżjoni Ministerjali ta’ Bali dwar “Il-Fehim dwar id-dispożizzjonijiet Amministrattivi tal-Kwoti Tariffarji għall-Prodotti Agrikoli...” (2).

Sottomissjoni mill-Cairns Group

G/AG/W/183

fil-31 ta’ Lulju 2018.

Metodi ta’ amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u rati ta’ mili 2007–2016.

Dokument ta’ Sfond mis-Segretarjat

G/AG/W/186

fid-19 ta’ Settembru 2018.

Rieżami tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-ġestjoni tal-Kwoti Tariffarji.

Sottomissjoni mill-Awstralja

G/AG/W/197

fl-24 ta’ Mejju 2019.

Il-Mekkaniżmu f’każ ta’ użu insuffiċjenti tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar l-Amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji

Sottomissjoni f’isem il-Cairns Group


(1)  Dokument G/AG/W/171 tad-9 ta’ Frar 2018.

(2)  WT/MIN (13)/39 u WT/L/914 datat il-11 ta’ Diċembru 2013.


ANNESS 2

1.   

L-iskeda ta’ żmien speċifikata fil-Paragrafu 14 u n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji għal deċiżjoni dwar il-Paragrafu 4 tal-Anness A għandha tiġi estiża sal-aħħar tal-2021. Ir-referenzi kollha għat-“12-il Konferenza Ministerjali” u għall-“31 ta’ Diċembru 2019” fil-paragrafi 13-14 u fin-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji għandhom jinftiehmu li huma t-“13-il Konferenza Ministerjali” u l-“31 ta’ Diċembru 2021” rispettivament. Fl-aspetti l-oħra, it-termini tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji jibqgħu l-istess. Għal aktar ċertezza, il-Membri elenkati fl-Anness B tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji jibqgħu bid-dritt li jwaqqfu l-applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-Anness A fil-31 ta’ Diċembru 2021 jew wara din id-data jekk la l-Konferenza Ministerjali u lanqas il-Kunsill Ġenerali ma jkunu ddeċidew li jestendu l-paragrafu 4 tal-Anness A sa dik id-data.

2.   

Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza ta’ trasparenza mtejba tal-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji u tar-rati ta’ mili kif ukoll tas-sottomissjoni f’waqtha ta’ notifiki mill-Membri, u filwaqt li jirrikonoxxi li s-sistema ta’ notifika online dwar l-agrikoltura għandha twassal għal armonizzazzjoni mtejba, il-Kumitat jaqbel dwar dan li ġej:

(a)

Is-Segretarjat ser iħejji lista tal-prattiki ta’ notifika tal-Kwoti Tariffarji eżistenti tal-Membri inkluż f’każijiet fejn ma tkunx infetħet Kwota Tariffarja skedata.

(b)

Il-Kumitat ser jagħti bidu għal diskussjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-prattiki ta’ notifika tal-Kwoti Tariffarji għall-Membri, inkluż għar-rati ta’ mili tal-Kwoti Tariffarji.

(c)

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Membri biex jinkludu spjegazzjoni fin-notifiki tagħhom tat-Tabella MA:2 f’każijiet fejn il-Kwoti Tariffarji skedati ma jinfetħux.

(d)

Is-Segretarjat ser jaġġorna l-informazzjoni dwar l-amministrazzjoni tal-Kwoti Tariffarji u r-rati ta’ mili regolarment kif inklużi f’G/AG/W/183 (1) kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li fuqha l-Membri jkunu nnotifikaw ir-rati ta’ mili u dwar kwistjonijiet li tqajmu fil-Kumitat dwar ir-rati ta’ mili.

3.   

Il-Kumitat jaqbel li kull tliet snin wara l-konklużjoni ta’ dan ir-rieżami jwettaq rieżamijiet regolari tad-Deċiżjoni ta’ Bali dwar il-Kwoti Tariffarji. Dawn ir-rieżamijiet regolari ser jinkludu, fost l-oħrajn, eżaminazzjoni tal-użu tal-Mekkaniżmu f’Każ ta’ Użu Insuffiċjenti abbażi tas-sottomissjonijiet mill-Membri.


(1)  In-nota ta’ sfond tas-Segretarjat tista’ tinkludi speċifikament lista ta’ Kwoti Tariffarji fejn ma tkun tressqet l-ebda notifika tat-Tabella MA:2 jew fejn ir-rata ta’ mili hija inqas minn 65 %.


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1956

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li hu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN 60204-1:2018 għal tagħmir elettriku tal-magni; EN 60335-1:2012/A13:2017, EN 60335-2-4:2010/A11:2018, EN 60335-2-15:2016, EN 60335-2-16:2003/A11:2018, EN 60335-2-28:2003/A11:2018, EN 60335-2-29:2004/A11:2018, EN 60335-2-55:2003/A11:2018, EN 60335-2-59:2003/A11:2018, EN 60335-2-74:2003/A11:2018, EN 60335-2-85:2003/A11:2018, EN 60335-2-109:2010/A1:2018 u EN 60335-2-109:2010/A2:2018 għal apparati elettriċi domestiċi u apparati simili; EN 60715:2017, EN 60947-2:2017, EN 60947-5-1:2017 u EN 60947-5-5:1997/A2:2017 għal switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx; EN 60898-1:2019, EN 61008-1:2012/A12:2017, EN 62606:2013/A1:2017 u EN 63024:2018 għal salvaviti u għal apparat simili għall-applikazzjonijiet domestiċi jew għal applikazzjonijiet simili; EN IEC 61010-2-201:2018 għal tagħmir tal-kejl, tal-kontroll u tal-laboratorju; EN IEC 61058-1:2018 għal swiċċijiet għall-apparat; EN 61643-11:2012/A11:2018 għal apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent; u EN 62560:2012/A11:2019 għal bozoz u tagħmir relatat.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawn l-istandards u l-emendi għalihom, abbozzati mis-CEN u mis-Cenelec, humiex konformi mat-talba M/511.

(5)

Dawn l-istandards u l-emendi għalihom jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Bosta standards armonizzati abbozzati mis-CEN u mis-Cenelec jissostitwixxu l-istandards armonizzati li ġejjin, inkluż l-emendi tagħhom, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3): EN 50557:2011 sostitwit minn EN 63024:2018; EN 60204-1:2006 sostitwit minn EN 60204-1:2018; EN 60335-2-15:2002 sostitwit minn EN 60335-2-15:2016; EN 60715:2001 sostitwit minn EN 60715:2017; EN 60898-1:2003 sostitwit minn EN 60898-1:2019; EN 60947-2:2006 sostitwit minn EN 60947-2:2017; EN 60947-5-1:2004 sostitwit minn EN 60947-5-1:2017; EN 61010-2-201:2013 sostitwit minn EN IEC 61010-2-201:2018; u EN 61058-1:2002 sostitwit minn EN IEC 61058-1:2018.

(7)

L-emendi abbozzati mis-CEN u mis-Cenelec jemendaw l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 60335-1:2012, EN 60335-2-4:2010, EN 60335-2-16:2003, EN 60335-2-28:2003, EN 60335-2-29:2004, EN 60335-2-55:2003, EN 60335-2-59:2003, EN 60335-2-74:2003, EN 60335-2-85:2003, EN 60335-2-109:2010, EN 60947-5-5:1997, EN 61008-1:2012, EN 61643-11:2012 u EN 62560:2012, EN 62606:2013, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4); kif ukoll EN 60335-2-15:2016, li r-referenza għalih għadha mhix ippubblikata.

(8)

Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifiki li ġejjin: ir-rettifika EN 60529:1991/AC:2016-12 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60529:1991 u r-rettifika EN 60529:1991/A2:2013/AC:2019-02 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60529:1991/A2:2013 għall-kompartimenti, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5); ir-rettifika EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05 u EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60598-2-22:2014 għal apparati ta’ illuminazzjoni u tagħmir relatat, li r-referenzi għalihom huma pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6); ir-rettifika EN 61008-1:2012/A1:2014/AC:2016-06 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61008-1:2012/A1 għal interrutturi taċ-ċirkwit u għal apparat simili għall-applikazzjonijiet domestiċi jew għal dawk simili, li r-referenza għalih hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7); u r-rettifika EN 61851-23:2014/AC:2016-06 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61851-23:2014 għas-sistemi elettriċi għall-vetturi tat-triq, li r-referenza għalih hija ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8); Peress li dawn ir-rettifiki jintroduċu korrezzjonijiet tekniċi u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati qabel, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards armonizzati flimkien mar-referenzi għar-rettifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għalhekk, huwa meħtieġ li r-referenzi għall-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jiġu sostitwiti, emendati jew ikkoreġuti. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tas-sostituzzjoni, tal-emendar u tal-korrezzjoni tal-istandards armonizzati, huwa meħtieġ li jiġi ddiferit l-irtirar tal-istandards armonizzati li huma sostitwiti, emendati jew ikkoreġuti.

(10)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għal tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.

(4)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.

(5)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.

(6)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.

(7)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.

(8)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4.


ANNESS I

Nru

Referenza għall-istandard

1.

EN 60204-1:2018

Sikurezza tal-makkinarju - Tagħmir elettriku tal-magni - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60204-1:2016 (Modifikat)

2.

EN 60335-1:2012

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60335-1:2010 (Modifikat)

EN 60335-1:2012/A11:2014

EN 60335-1:2012/A13:2017

3.

EN 60335-2-4:2010

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għal idroestratturi ċentrifugi għat-tessuti IEC 60335-2-4:2008 (Modifikat)

EN 60335-2-4:2010/A1:2015

EN 60335-2-4:2010/A11:2018

4.

EN 60335-2-15:2016

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-15: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tisħin tal-likwidi IEC 60335-2-15:2012 (Modifikat)

EN 60335-2-15:2016/A11:2018

5.

EN 60335-2-16:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-16: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jqattgħu skart ta’ ikel IEC 60335-2-16:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-16:2003/A1:2008

EN 60335-2-16:2003/A2:2012

EN 60335-2-16:2003/A11:2018

6.

EN 60335-2-28:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-28: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħjata IEC 60335-2-28:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-28:2003/A1:2008

EN 60335-2-28:2003/A11:2018

7.

EN 60335-2-29:2004

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-29: Rekwiżiti partikolari għal ċarġers ta’ batteriji IEC 60335-2-29:2002 + A1:2004

EN 60335-2-29:2004/A2:2010

EN 60335-2-29:2004/A11:2018

8.

EN 60335-2-55:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-55: Rekwiżiti

partikolari għal apparati elettriċi li jintużaw ma’ akkwarji u pixxini f’ġonna IEC 60335-2-55:2002

EN 60335-2-55:2003/A1:2008

EN 60335-2-55:2003/A11:2018

9.

EN 60335-2-59:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-59: Rekwiżiti partikolari għal apparati li joqtlu l-insetti IEC 60335-2-59:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-59:2003/A1:2006

EN 60335-2-59:2003/A2:2009

EN 60335-2-59:2003/A11:2018

10.

EN 60335-2-74:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-74: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni li jistgħu jinġarru IEC 60335-2-74:2002

EN 60335-2-74:2003/A1:2006

EN 60335-2-74:2003/A2:2009

EN 60335-2-74:2003/A11:2018

11.

EN 60335-2-85:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-85: Rekwiżiti partikolari għal stimers tad-drappijiet IEC 60335-2-85:2002

EN 60335-2-85:2003/A1:2008

EN 60335-2-85:2003/A11:2018

12.

EN 60335-2-109:2010

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-109: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jittrattaw l-ilma bir-radjazzjoni UV IEC 60335-2-109:2010

EN 60335-2-109:2010/A1:2018

EN 60335-2-109:2010/A2:2018

13.

EN 60529:1991

Gradi ta’ protezzjoni pprovduti mill-involukri (Kodiċi IP) IEC 60529:1989

EN 60529:1991/AC:1993

EN 60529:1991/AC:2016-12

EN 60529:1991/A2:2013/AC:2019-02

EN 60529:1991/A1:2000

EN 60529:1991/A2:2013

14.

EN 60598-2-22:2014

Apparati ta’ illuminazzjoni - Parti 2-22: Rekwiżiti partikolari - Apparati ta’ illuminazzjoni f’każ ta’ emerġenza IEC 60598-2-22:2014

EN 60598-2-22/AC:2015

EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05

EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09

15.

EN 60715:2017

Dimensjonijiet ta’ switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Immuntar standardizzat fuq linji għal appoġġ mekkaniku ta’ switchgear, controlgear u aċċessorji IEC 60715:2017

16.

EN 60898-1:2019

Aċċessorji elettriċi - Interrutturi taċ-ċirkwit għall-protezzjoni mis-sovrakurrent għall-installazzjonijiet domestiċi u għal dawk simili - Parti 1: Interrutturi taċ-ċirkwit għal operazzjoni b’kurrent alternat IEC 60898-1:2015 (Modifikat)

17.

EN 60947-2:2017

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Parti 2: Salvaviti IEC 60947-2:2016

18.

EN 60947-5-1:2017

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Part 5-1: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll - Apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll IEC 60947-5-1:2016

19.

EN 60947-5-5:1997

“Switchgear u controlgear” ta’ vultaġġ baxx - Parti 5-5: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll - Apparat elettriku li jwaqqaf f’emerġenza b’funzjoni ta’ mblokk mekkaniku IEC 60947-5-5:1997

EN 60947-5-5:1997/A1:2005

EN 60947-5-5:1997/A2:2017

EN 60947-5-5:1997/A11:2013

20.

EN 61008-1:2012

Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali bla protezzjoni integrali mis-sovrakurrent għal użijiet domestiċi u għal dawk simili (RCCBs) - Parti 1: Regoli ġeneral IEC 61008-1:2010 (Modifikat)

EN 61008-1:2012/A1:2014/AC:2016-06

EN 61008-1:2012/A1:2014

EN 61008-1:2012/A2:2014

EN 61008-1:2012/A11:2015

EN 61008-1:2012/A12:2017

21.

EN IEC 61010-2-201:2018

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju - Parti 2-201: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir ta’ kontroll IEC 61010-2-201:2017

22.

EN IEC 61058-1:2018

Swiċċijiet għall-apparati - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 61058-1:2016

23.

EN 61643-11:2012

Apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent - Parti 11: Apparati li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent konnessi ma’ sistemi ta’ enerġija ta’ vultaġġ baxx - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar IEC 61643-11:2011 (Modifikat)

EN 61643-11:2012/A11:2018

24.

EN 61851-23:2014

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi - Parti 23: Stazzjon għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi DC IEC 61851-23:2014

EN 61851-23:2014/AC:2016-06

25.

EN 62560:2012

Lampi LED bil-ballast integrat għas-servizzi ta’ tidwil ġenerali b’vultaġġ ta’ > 50 V - Speċifikazzjonijiet ta’ sikurezza IEC 62560:2011(Modifikat)

EN 62560:2012/AC:2015

EN 62560:2012/A1:2015/AC:2015

EN 62560:2012/A1:2015

EN 62560:2012/A11:2019

26.

EN 62606:2013

Rekwiżiti ġenerali għal apparati li jsibu ħsarat fl-ark IEC 62606:2013 (Modifikat)

EN 62606:2013/A1:2017

27.

EN 63024:2018

Rekwiżiti għal apparati li jingħalqu awtomatikament (ARDs) għal interrutturi taċ-ċirkwit, RCBOs u

RCCBs għal użijiet domestiċi u użijiet simili IEC 63024:2017 (Modifikat)


ANNESS II

Nru

Referenza għall-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 50557:2011

Rekwiżiti għal apparati li jingħalqu awtomatikament (ARDs) għal interruttur taċ-ċirkwit-RCBOs-RCCBs għal użijiet domestiċi u użijiet simili

Is-27 ta’ Mejju 2021

2.

EN 60204-1:2006

Sikurezza tal-makkinarju - Tagħmir elettriku tal-magni - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60204-1:2005 (Modifikat)

EN 60204-1:2006/A1:2009

Is-27 ta’ Mejju 2021

3.

EN 60335-1:2012

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60335-1:2010 (Modifikat)

EN 60335-1:2012/A11:2014

Is-27 ta’ Mejju 2021

4.

EN 60335-2-4:2010

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għal idroestratturi ċentrifugi għat-tessuti IEC 60335-2-4:2008 (Modifikat)

EN 60335-2-4:2010/A1:2015

Is-27 ta’ Mejju 2021

5.

EN 60335-2-15:2002

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-15: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tisħin tal-likwidi IEC 60335-2-15:2002

EN 60335-2-15:2002/A1:2005

EN 60335-2-15:2002/A2:2008

EN 60335-2-15:2002/A11:2012

Is-27 ta’ Mejju 2021

6.

EN 60335-2-16:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-16: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jqattgħu skart ta’ ikel IEC 60335-2-16:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-16:2003/A1:2008

EN 60335-2-16:2003/A2:2012

Is-27 ta’ Mejju 2021

7.

EN 60335-2-28:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-28: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħjata IEC 60335-2-28:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-28:2003/A1:2008

Is-27 ta’ Mejju 2021

8.

EN 60335-2-29:2004

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-29: Rekwiżiti partikolari għal ċarġers ta’ batteriji IEC 60335-2-29:2002 + A1:2004

EN 60335-2-29:2004/A2:2010

Is-27 ta’ Mejju 2021

9.

EN 60335-2-55:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-55: Rekwiżiti partikolari għal apparati elettriċi li jintużaw ma’ akkwarji u pixxini f’ġonna IEC 60335-2-55:2002

EN 60335-2-55:2003/A1:2008

Is-27 ta’ Mejju 2021

10.

EN 60335-2-59:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-59: Rekwiżiti partikolari għal apparati li joqtlu l-insetti IEC 60335-2-59:2002 (Modifikat)

EN 60335-2-59:2003/A1:2006

EN 60335-2-59:2003/A2:2009

Is-27 ta’ Mejju 2021

11.

EN 60335-2-74:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-74: Rekwiżiti partikolari għal ħiters ta’ immersjoni li jistgħu jinġarru IEC 60335-2-74:2002

EN 60335-2-74:2003/A1:2006

EN 60335-2-74:2003/A2:2009

Is-27 ta’ Mejju 2021

12.

EN 60335-2-85:2003

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-85: Rekwiżiti partikolari għal stimers tad-drappijiet IEC 60335-2-85:2002

EN 60335-2-85:2003/A1:2008

Is-27 ta’ Mejju 2021

13.

EN 60335-2-109:2010

Apparati elettrodomestiċi u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-109: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jittrattaw l-ilma bir-radjazzjoni UV IEC

60335-2-109:2010

Is-27 ta’ Mejju 2021

14.

EN 60529:1991

Gradi ta’ protezzjoni pprovduti mill-involukri (Kodiċi IP) IEC 60529:1989

EN 60529:1991/AC:1993

EN 60529:1991/A1:2000

EN 60529:1991/A2:2013

Is-27 ta’ Mejju 2020

15.

EN 60598-2-22:2014

Apparati ta’ illuminazzjoni - Parti 2-22: Rekwiżiti partikolari - Apparati ta’ illuminazzjoni f’każ ta’ emerġenza IEC 60598-2-22:2014

EN 60598-2-22/AC:2015

Is-27 ta’ Mejju 2020

16.

EN 62560:2012

Lampi LED bil-ballast integrat għas-servizzi ta’ tidwil ġenerali b’vultaġġ ta’ > 50 V - Speċifikazzjonijiet ta’ sikurezza IEC 62560:2011(Modifikat)

EN 62560:2012/A1:2015

EN 62560:2012/AC:2015

EN 62560:2012/A1:2015/AC:2015

Is-27 ta’ Mejju 2021

17.

EN 60715:2001

Dimensjonijiet ta’ “Switchgear u controlgear” ta’ vultaġġ baxx - Immuntar standardizzat fuq linji għal appoġġ mekkaniku ta’ apparat elettriku fi stallazzjonijiet ta’ “switchgear u controlgear”

IEC 60715:1981 + A1:1995

Is-27 ta’ Mejju 2021

18.

EN 60898-1:2003

Aċċessorji elettriċi - Interrutturi taċ-ċirkwit għall-protezzjoni mis-sovrakurrent għall-installazzjonijiet domestiċi u għal dawk simili - Parti 1: Salvaviti għal operazzjoni a.c. IEC 60898-1:2002 (Modifikat)

EN 60898-1:2003/A1:2004

EN 60898-1:2003/A11:2005

EN 60898-1:2003/A13:2012

Is-27 ta’ Mejju 2021

19.

EN 60947-2:2006

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Parti 2: Salvaviti IEC 60947-2:2006

EN 60947-2:2006/A1:2009

EN 60947-2:2006/A2:2013

Is-27 ta’ Mejju 2021

20.

EN 60947-5-1:2004

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Part 5-1: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll - Apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll IEC 60947-5-1:2003

EN 60947-5-1:2004/A1:2009

Is-27 ta’ Mejju 2021

21.

EN 60947-5-5:1997

“Switchgear u controlgear” ta’ vultaġġ baxx - Parti 5-5: Apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll - Apparat elettriku li jwaqqaf f’emerġenza b’funzjoni ta’ mblokk mekkaniku IEC 60947-5-5:1997

EN 60947-5-5:1997/A1:2005

EN 60947-5-5:1997/A11:2013

Is-27 ta’ Mejju 2021

22.

EN 61008-1:2012

Interrutturi taċ-ċirkwit differenzjali bla protezzjoni integrali mis-sovrakurrent għal użijiet domestiċi u għal dawk simili (RCCBs) - Parti 1: Regoli ġeneral IEC 61008-1:2010 (Modifikat)

EN 61008-1:2012/A1:2014

EN 61008-1:2012/A11:2015

EN 61008-1:2012/A2:2014

Is-27 ta’ Mejju 2021

23.

EN 61010-2-201:2013

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju - Parti 2-201: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir ta’ kontroll IEC 61010-2-201:2013

EN 61010-2-201:2013/AC:2013

Is-27 ta’ Mejju 2021

24.

EN 61058-1:2002

Swiċċijiet għall-apparati - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 61058-1:2000 (Modifikat) + A1:2001

EN 61058-1:2002/A2:2008

Is-27 ta’ Mejju 2021

25.

EN 61643-11:2012

Apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent - Parti 11: Apparati li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent konnessi ma’ sistemi ta’ enerġija ta’ vultaġġ baxx - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar IEC 61643-11:2011 (Modifikat)

Is-27 ta’ Mejju 2021

26.

EN 61851-23:2014

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi - Parti 23: Stazzjon għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi DC IEC 61851-23:2014

Is-27 ta’ Mejju 2020

27.

EN 62560:2012

Lampi LED bil-ballast integrat għas-servizzi ta’ tidwil ġenerali b’vultaġġ ta’ > 50 V - Speċifikazzjonijiet ta’ sikurezza IEC 62560:2011(Modifikat)

EN 62560:2012/A1:2015

EN 62560:2012/A1:2015/AC:2015

Is-27 ta’ Mejju 2021

28.

EN 62606:2013

Rekwiżiti ġenerali għal apparati li jsibu ħsarat fl-ark IEC 62606:2013 (Modifikat)

Is-27 ta’ Mejju 2021


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1957

tal-25 ta’ Novembru 2019

dwar il-valutazzjoni magħmula skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti sostantivi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 mogħtija mir-Renju Unit

(notifikata bid-dokument C(2019) 8345)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2019, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) u lill-Istati Membri l-oħra, li kien ta eżenzjoni, skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, lill-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru li jittajru fir-Renju Unit f’għoli ta’ 3 000 pied jew inqas ’il fuq mil-livell medju tal-baħar u fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi D, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt SERA.5005(a) (regoli tat-titjir viżwali (VFR)) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (2). L-eżenzjoni kif innotifikata tispeċifika fost affarijiet oħra li l-eżenzjoni identika preċedenti, li kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-17 ta’ April 2019, hija rrevokata b’effett mit-12 ta’ Settembru.

(2)

L-eżenzjoni ta’ hawn fuq hija permessa meta inġenju tal-ajru jtir fil-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) binhar biss, (ii) b’veloċità li, skont l-indikatur tal-veloċità fl-ajru tiegħu, hija ta’ 140 knots jew inqas, biex ikollu opportunità adegwata li josserva fil-ħin traffiku ieħor u kwalunkwe ostaklu sabiex tiġi evitata kolliżjoni, (iii) mingħajr sħab u bis-superfiċe tidher, u jekk l-inġenju tal-ajru mhuwiex ħelikopter, f’viżibbiltà tat-titjir ta’ mill-inqas ħames (5) km, jew jekk l-inġenju tal-ajru huwa ħelikopter, f’viżibbiltà tat-titjir ta’ mill-inqas 1 500 m.

(3)

Ir-Renju Unit ta din l-eżenzjoni biex jiffaċilita t-tranżizzjoni sikura lejn ir-rekwiżiti futuri tal-ispazju tal-ajru kif ifformulati fil-pjan ta’ azzjoni ta’ livell għoli revedut tiegħu u b’mod partikolari sabiex jagħti ż-żmien biex jiġu implimentati l-bidliet proċedurali fis-servizz tat-traffiku tal-ajru li huma meħtieġa biex jiġu applikati b’mod sikur ir-rekwiżiti SERA rilevanti u biex tiġi kkunsidrata l-modernizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru. Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit ipprovda deskrizzjoni ta’ diversi miżuri ta’ mitigazzjoni li jakkumpanjaw lil dik l-eżenzjoni.

(4)

L-eżenzjoni ngħatat għall-perjodu mit-12 ta’ Settembru 2019 sal-25 ta’ Marzu 2020. Mill-2014 ’l hawn, ir-Renju Unit ta tmien eżenzjonijiet mill-punt SERA.5005(a) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 b’durata kumulattiva ta’ wieħed u sittin xahar (3). Abbażi tal-prinċipju li skontu regoli ġodda japplikaw immedjatament għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun feġġet taħt ir-regoli l-antiki, il-perjodi ta’ tmien xhur imsemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 iridu jiġu kkalkulati billi jiġu inklużi perjodi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. Filwaqt li kkunsidrat dan, l-Aġenzija vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1) ta’ dak ir-Regolament ġewx issodisfati u kkonkludiet li xi wħud minnhom ma ġewx issodisfati.

(5)

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.

(6)

Skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, Stat Membru jista’ jagħti eżenzjoni biss jekk din tingħata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament “f’każ ta’ ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli li jkunu qed jaffettwaw lil dawk il-persuni jew fil-każ tal-ħtiġijiet operazzjonali urġenti ta’ dawk il-persuni”, u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (d) ta’ dak l-Artikolu.

(7)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-eżenzjoni ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ “ħtiġijiet operazzjonali urġenti”. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-għoti ripetittiv tal-istess tip ta’ eżenzjoni mit-13 ta’ Novembru 2014’l hawn. Ir-ripetizzjoni kontinwa tal-eżenzjoni tindika li d-durata tagħha mhijiex limitata u turi li l-objettiv reali huwa li tinżamm deroga fit-tul mill-punt SERA.5005(a) minflok tiġi indirizzata ħtieġa operazzjonali urġenti speċifika ta’ persuna li għaliha japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, il-fatt li r-Renju Unit iddikjara fin-notifika tiegħu li ma imponiex id-distanza minima mis-sħab fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi D u li kien iddikjara li kien se jieħu azzjoni biex jikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 fit-tul ma jbiddilx din il-konklużjoni.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ma hemm l-ebda ħtieġa li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 ġewx issodisfati. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej.

(9)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-eżenzjoni ma tissodisfax il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 71 (1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, minħabba li l-ħtiġijiet li wasslu għal dik l-eżenzjoni jistgħu jiġu indirizzati b’mod adegwat b’mezzi oħra li jikkonformaw mar-Regolament. Fil-fatt, minkejja dak li ġie ddikjarat mir-Renju Unit, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jippermetti li l-ħtiġijiet jiġu ssodisfati b’mod adegwat mingħajr ma tingħata l-eżenzjoni. Skont dak ir-Regolament, it-titjiriet jistgħu jsiru bħala “titjiriet VFR speċjali” kif previst fil-punt SERA.5010 (VFR speċjali f’żoni ta’ kontroll) bl-approvazzjoni mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru biex joperaw f’żona ta’ kontroll f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi inferjuri mill-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali. Alternattivament, kull fejn ikun hemm il-ħtieġa li fi spazju tal-ajru partikolari jiġu akkomodati operazzjonijiet ta’ klassi kompatibbli ma’ klassi inqas restrittiva, jistgħu jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet bħal pereżempju: ir-riklassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru kkonċernat, jew id-disinn mill-ġdid tal-volum tal-ispazju tal-ajru kkonċernat billi jiġu ddefiniti restrizzjonijiet jew riżervi tal-ispazju tal-ajru, jew sottovolumi ta’ klassijiet inqas restrittivi tal-ispazju tal-ajru (eż. kurituri), kif previst fil-punt SERA.6001(a).

(10)

Fl-aħħar nett, l-eżenzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti għas-sikurezza u mhijiex konformi mar-rekwiżiti essenzjali tar-Regolament (UE) 2018/1139. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għad-Deċiżjoni preċedenti tagħha (il-premessi 11-13) li tikkonċerna eżenzjoni mill-punt SERA.5005(a) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 (4).

(11)

Minħabba f’hekk, l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni nnotifikata fis-17 ta’ April 2019 taffettwa ħażin il-livell ta’ sikurezza, u l-eżenzjoni ma tikkonformax mal-objettivi ġenerali tas-sikurezza tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(12)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, skont id-Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tikkonċerna eżenzjoni mill-punt SERA.5005(a) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 (5), ir-Renju Unit kellu jirrevoka l-eżenzjoni, u mhux jestendi ż-żmien għall-applikazzjoni tagħha kif għamel.

(13)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-TUE, it-Trattati għandhom jieqfu milli japplikaw għall-Istat li ħiereġ mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, ma jiddeċidix unanimament li jestendi dan il-perjodu. Il-perjodu ġie estiż tliet darbiet, l-aħħar darba bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 (6), li estendietu sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2020.

(14)

Fil-11 ta’ Jannar 2019, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/274 (7) , il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħruġ miftiehem fil-livell tan-negozjaturi fl-14 ta’ Novembru 2018. L-Unjoni kkonfermat li lesta li tipproċedi malajr bl-iffirmar u bil-konklużjoni tiegħu fil-każ li l-Parlament tar-Renju Unit japprova l-ftehim dwar il-ħruġ. Ir-Raba’ Parti tal-ftehim dwar il-ħruġ (8) tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim, li matulu d-dritt tal-Unjoni jkompli japplika għar-Renju Unit u fih kif stabbilit fil-ftehim.

(15)

Fi kwalunkwe każ, din id-Deċiżjoni tapplika biss sakemm id-dritt tal-Unjoni japplika għar-Renju Unit u fih,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt SERA.5005(a) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, mogħtija mir-Renju Unit u nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u lill-Istati Membri l-oħra fl-20 ta’ Settembru 2019, li tippermetti li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali minimi, id-distanza minima mis-sħab, u r-regoli tat-titjir viżwali ma jikkonformawx mar-rekwiżit li tinżamm distanza xierqa mis-sħab, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(3)  E 4869, E 4919, E 4761, E 4312, E 4163, E 4073, E 3982, E3960.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7654 final tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar ir-rifjut ta’ permess lir-Renju Unit biex jagħti eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti sostantivi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012.

(5)  Id-Deċiżjoni C(2016) 7654 final.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278I, 30.10.2019, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/274 tal-11 ta’ Jannar 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 47 I, 19.2.2019, p. 1).

(8)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 144 I, 25.4.2019, p. 1).


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1958

tal-25 ta’ Novembru 2019

dwar deroga mir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali li fih iċ-ċjanur tal-idroġenu mogħtija mill-Polonja f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2019) 8346)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kumpanija Lučební závody Draslovka a.s. Kolín (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Polonja għar-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mir-Repubblika Ċeka fir-rigward ta’ prodott bijoċidali li fih is-sustanza attiva ċjanur tal-idroġenu (“il-prodott”). Ir-Repubblika Ċeka awtorizzat il-prodott għall-użu professjonali għall-fumigazzjoni f’tipi ta’ żoni speċifiċi kontra l-ħanfus li jtaqqab l-injam (tip ta’ prodott 8), kontra l-firien (tip ta’ prodott 14) u kontra l-ħanfus, il-wirdien u l-baħrijiet (tip ta’ prodott 18).

Il-prodott huwa taħlita ta’ madwar 98 % ta’ ċjanur tal-idroġenu u addittivi stabilizzanti u huwa fornut kompletament mgħaddas f’materjal poruż f’bottijiet tal-azzar ta’ 1,5 kg li ma joħroġx gass minnhom jew bħala likwidu f’ċilindri tal-azzar inossidabbli bi pressjoni għolja ta’ 27,5 kg. Iċ-ċjanur tal-idroġenu huwa kklassifikat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kif ġej: Acute Tox. Kategorija 1, kodiċijiet ta’ periklu H300, H310 u H330 (fatali jekk jinbela’, jekk imiss mal-ġilda jew jekk jinġibed man-nifs) u STOT RE 1, kodiċi ta’ periklu H372 (jikkawża ħsara lit-tirojde wara esponiment fit-tul u ripetut).

(2)

Wara li qieset l-informazzjoni kollha inkluża fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-prodott u fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali, speċjalment il-klassifikazzjoni tal-prodott u r-riskju għas-saħħa tal-bniedem, fis-13 ta’ Settembru 2017 l-awtorità kompetenti Pollakka esprimiet tħassib serju f’ittra lill-applikant fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini Pollakki li kieku l-prodott kellu jitqiegħed fis-suq Pollakk.

(3)

B’risposta għal dik l-ittra, l-applikant ippropona li ssir laqgħa mal-awtorità kompetenti Pollakka, li saret fit-22 ta’ Settembru 2017, sabiex jiġi diskuss it-tħassib espress u fid-29 ta’ Settembru 2017 bagħtet ittra bil-fehmiet tagħha dwar l-argumenti mqajma mill-awtorità kompetenti Pollakka. Wara d-diskussjoni mal-applikant, l-awtorità kompetenti Pollakka kkonsultat mal-awtoritajiet Pollakki responsabbli għas-saħħa pubblika, għas-sigurtà pubblika u għall-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, biex tikseb il-fehmiet tagħhom dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodott. L-awtoritajiet kollha kkonsultati esprimew tħassib serju fir-rigward tat-tqegħid tal-prodott fis-suq Pollakk. Fil-21 ta’ Ġunju 2018, l-awtorità kompetenti Pollakka infurmat lill-applikant bl-intenzjoni tagħha li tipproponi li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-prodott, abbażi tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorità kompetenti Pollakka stiednet lill-applikant biex jirtira l-applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku tal-prodott fil-Polonja.

(4)

Fit-tweġiba tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2018, l-applikant ikkomunika n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-punti mqajma mill-awtorità kompetenti Pollakka u indika l-intenzjoni tiegħu li ma jirtirax l-applikazzjoni. Bħala riżultat, fit-23 ta’ Ottubru 2018, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 37(2), il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ qbil kontinwu.

(5)

Mill-ġustifikazzjoni mressqa mill-awtorità kompetenti Pollakka, jidher li ċerti riskji li jirriżultaw mill-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi tas-sustanza attiva fil-prodott ma jistgħux jiġu ġestiti b’mod sodisfaċenti fil-Polonja. Dawk ir-riskji huma relatati man-nuqqas ta’ mezzi effettivi disponibbli biex jiġi pprovdut trattament immedjat f’każ ta’ avvelenament aċċidentali matul l-applikazzjoni tal-prodott

(6)

Skont is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali tal-prodott, l-operaturi għandhom ikunu mgħammra b’kaxxa tal-ewwel għajnuna li jkun fiha, fost affarijiet oħra, antidotu. L-awtorità kompetenti Pollakka indikat li din il-kundizzjoni ma tistax tiġi ssodisfata fil-Polonja. F’konformità mal-liġi Pollakka, l-antidoti għaċ-ċjanur tal-idroġenu ma jistgħux jiġu ddistribwiti jew maħżuna minn entitajiet oħra barra mill-ispiżeriji jew mill-ispiżeriji tal-isptar. Għalhekk ma jkunx possibbli għal detentur tal-awtorizzazzjoni li jipprovdi l-antidotu flimkien mal-prodott bijoċidali. Barra minn hekk, l-ambulanzi mhumiex mgħammra bl-antidoti. Peress li huwa impossibbli li tiġi żgurata l-amministrazzjoni immedjata ta’ antidoti lil vittmi possibbli ta’ avvelenament fil-post fejn isir il-fumigazzjoni, skont l-awtorità kompetenti Pollakka, l-avvelenament jista’ jirriżulta f’mewt tal-vittmi jew f’impatt sever fuq is-saħħa.

(7)

Prodotti tal-fumigazzjoni oħrajn, li jkun fihom sustanzi attivi oħra minbarra ċ-ċjanur tal-idroġenu (eż. il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina, il-fosfur tal-manjeżju li jirrilaxxa l-fosfina) bħalissa huma awtorizzati għall-użu fis-suq Pollakk. Għall-ebda wieħed minn dawk il-prodotti, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ma jeħtieġ li l-operaturi jkunu mgħammra b’antidoti.

(8)

Wara li analizzat il-ġustifikazzjoni mressqa mill-awtorità kompetenti Pollakka u l-fehmiet espressi mill-applikant fl-ittra tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni tqis li, minħabba l-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza attiva u d-diffikultajiet fil-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa relatati mal-użu tal-prodott fil-Polonja, id-deroga mir-rikonoxximent reċiproku proposta mill-awtorità kompetenti Pollakka, jiġifieri r-rifjut propost li tingħata awtorizzazzjoni, hija ġġustifikata abbażi tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Id-deroga mir-rikonoxximent reċiproku proposta mill-Polonja, jiġifieri r-rifjut li tingħata awtorizzazzjoni, għall-prodott bijoċidali msemmi fil-paragrafu 2 hija ġġustifikata abbażi tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

2.   Il-paragrafu 1 japplika għall-prodott bijoċidali identifikat permezz tan-numru tal-każ li ġej, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali:

BC-SV012547-08.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/40


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1959

tas-26 ta’ Novembru 2019

li ma tapprovax il-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu vvalutati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju (Nru KE: 422-570-3, Nru CAS: 265647-11-8).

(2)

Il-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 2 , diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew l-annimali, u fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 7, preservattivi għall-pellikoli, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Iżvezja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha ssottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fit-12 ta’ Ġunju 2017.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3) adotta l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fis-17 ta’ Ottubru 2018, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 li fihom il-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju jistgħu ma jkunux mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 peress li ma ntwerietx effikaċja suffiċjenti.

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mhuwiex xieraq li l-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 mhumiex issodisfati.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju (Nru KE: 422-570-3, Nru CAS: 265647-11-8) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva l-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju, Tip ta’ prodott: 2, ECHA/BPC/211/2018, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018; Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva l-fosfat tal-fidda tas-sodju tal-idroġenu taż-żirkonju, Tip ta’ prodott: 7, ECHA/BPC/214/2018, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018.


27.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1960

tas-26 ta’ Novembru 2019

li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi ż-żeolit tal-fidda (Nru KE: n.a., Nru CAS: 130328-18-6).

(2)

Iż-żeolit tal-fidda ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 2, diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali, u fil-prodotti tat-tip ta’ prodott 7, preservattivi għall-pellikoli, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Iżvezja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha ssottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fit-12 ta’ Ġunju 2017.

(4)

Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali fformula l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3), f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, wara li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 li fihom iż-żeolit tal-fidda jistgħu ma jkunux mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 peress li ma ntwerietx effikaċja suffiċjenti.

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, mhuwiex xieraq li jiġi approvat iż-żeolit tal-fidda għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 mhumiex issodisfati.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żeolit tal-fidda (Nru KE: n.a., Nru CAS: 130328-18-6) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Żeolit tal-fidda, Tip ta’ prodott: 2, ECHA/BPC/209/2018, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018; Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Żeolit tal-fidda, Tip ta’ prodott: 7, ECHA/BPC/212/2018, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2018.