ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 290

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
11 ta' Novembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1876 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta Roma (DOP)

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1877 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta Valle d’Itria (IĠP)

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1878 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Vigneti delle Dolomiti/Weinberg Dolomiten (IĠP))

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1879 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Vallagarina (IĠP))

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1880 tal-4 ta’ Novembru 2019 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Vera de Estenas (DOP)

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1881 tat-8 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza diflubenżuron fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 tat-8 ta’ Novembru 2019 li jiftaħ proċeduri tal-offerti għall-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-8 ta’ Novembru 2019 li jemenda għat-307 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1884 tat-8 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)

17

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1885 tas-6 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill muniċipali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 7874)

18

 

*

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1886 tas-7 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/346/UE dwar ir-reġjonalizzazzjoni tar-Rumanija għall-applikazzjoni tal-miżuri protettivi fir-rigward tal-anemija infettiva taż-żwiemel (notifikata bid-dokument CC(2019) 7873)  ( 1 )

26

 

*

Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1887 tas-7 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE fir-rigward tad-disponibbiltà u l-puntwalità tal-informazzjoni fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati (notifikata bid-dokument C(2019) 7899)  ( 1 )

29

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1888 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-akrilammid f’ċerti oġġetti tal-ikel

31

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni Tal-Bord Maniġerjali Tal-Unjoni Ewropea Tal-Aġenzija Tal-Unjoni Ewropea Għat-Taħriġ Fl-Infurzar Tal-Liġi tal-5 ta' Awwissu 2019 li tistabbilixxi regoli interni li jikkonċernaw ir-restrizzjoni ta' ċerti drittijiet ta' suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tas-CEPOL

34

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1876

tal-4 ta’ Novembru 2019

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Roma” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Roma” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Roma” (DOP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 233, 11.7.2019. p. 8.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1877

tal-4 ta’ Novembru 2019

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Valle d’Itria” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Valle d’Itria” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Valle d’Itria” (IĠP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 171, 20.5.2019, p. 6.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1878

tal-4 ta’ Novembru 2019

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Vigneti delle Dolomiti”/“Weinberg Dolomiten” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vigneti delle Dolomiti”/ “Weinberg Dolomiten” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Vigneti delle Dolomiti”/ “Weinberg Dolomiten” (IĠP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 197, 13.6.2019, p. 2.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1879

tal-4 ta’ Novembru 2019

li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Vallagarina” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vallagarina” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Vallagarina” (IĠP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 235, 12.7.2019, p. 9.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1880

tal-4 ta’ Novembru 2019

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Vera de Estenas” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja biex l-isem “Vera de Estenas” jiġi rreġistrat, u ppubblikat din it-talba f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li jiġi protett l-isem “Vera de Estenas” u li tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Vera de Estenas” (DOP) huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 235, 12.7.2019, p. 24.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1881

tat-8 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza diflubenżuron fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 jirrikjedi li l-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fi prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali jiġi stabbilit f’Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Is-sustanza diflubenżuron diġà hija inkluża f’dik it-tabella bħala sustanza permessa għall-ispeċijiet ta’ salmonidi, applikabbli għall-muskoli, u għall-ġilda.

(4)

Fis-7 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“EMA”) toħroġ opinjoni ġdida dwar id-diflubenżuron f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, filwaqt li tqis il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolit tad-diflubenżuron, 4-kloroanilin, kif ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet iktar reċenti tad-diflubenżuron bħala pestiċida, li saru mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (3), u bħala prodott bijoċidali, ikkoordinata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (4).

(5)

Fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2015, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (“CVMP”) ikkonkluda li ma ġiex ikkonfermat li l-metabolit ġenotossiku huwa preżenti fil-muskoli tal-ħut u adotta opinjoni fejn innota li kienet meħtieġa iktar data dwar il-formazzjoni u t-tnaqqis ta’ 4-kloroanilin fil-muskoli tal-ħut sabiex jiġi kkaratterizzat għalkollox ir-riskju, jekk hemm, għall-konsumatur mill-esponiment għad-diflubenżuron. Ir-rapporti disponibbli pubblikament dwar il-farmakoloġija tad-diflubenżuron indikaw li fin-nagħaġ, fis-swidi u fit-tiġieġ, instab li l-4-kloroanilin kienet metabolit minuri. Abbażi ta’ dik l-opinjoni, l-EMA rrakkomandat li tiġi emendata l-entrata eżistenti tad-diflubenżuron fl-ispeċijiet ta’ salmonidi fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 u li jiġi stabbilit MRL proviżorju, sakemm ma jkunx hemm data addizzjonali dwar ir-residwi.

(6)

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni mill-EMA, il-Kummissjoni ċċarat f’Marzu 2017 li r-Regolament (KE) Nru 470/2009 jippermetti biss l-istabbiliment ta’ MRL proviżorju f’każijiet fejn id-data xjentifika ma tkunx kompluta u fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissoponi li r-residwi tas-sustanza fil-livell propost jikkostitwixxu periklu għas-saħħa tal-bniedem. Fil-każ tad-diflubenżuron hemm possibbiltà li l-metabolit ġenotossiku 4-kloroanilin ikun preżenti fil-ħut ittrattat b’livelli li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, u konsegwentement tqies li l-istabbiliment ta’ MRL proviżorju mhuwiex xieraq, skont il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll il-konklużjoni tal-EFSA 2015 (5) b’rabta mal-użu tad-diflubenżuron fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u indikat li d-data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex turi li l-użi rappreżentattivi kienu sikuri għall-konsumaturi. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni stiednet lis-CVMP jirrevedi l-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2015.

(7)

Fil-15 ta’ Marzu 2018, is-CVMP adotta l-opinjoni reveduta tiegħu dwar l-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi għad-diflubenżuron (6). Abbażi ta’ dik l-opinjoni, l-EMA rrakkomandat li tiġi emendata l-entrata eżistenti tad-diflubenżuron fl-ispeċijiet ta’ salmonidi fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 sabiex l-MRL jitnaqqas. Il-valur tal-MRL huwa ffissat għal 10 µg/kg sabiex jiġi żgurat li l-esponiment tal-konsumatur għall-4-kloroanilin jibqa’ f’livell aċċettabbli.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f’oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħra.

(9)

L-EMA jidhrilha li l-estrapolazzjoni tal-entrata tad-diflubenżuron għall-ħut bil-pinen mhijiex xierqa f’dan iż-żmien minħabba nuqqas ta’ evidenza li l-metabolit 4-kloroanilin mhuwiex iffurmat fi kwalunkwe ammont rilevanti f’kull speċi kkonċernata.

(10)

Skont l-opinjonijiet tas-CVMP u r-rakkomandazzjoni tal-EMA, jidher li għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jeħtieġ li l-MRL għad-diflubenżuron jitnaqqas minn 1 000 μg/kg għal 10 μg/kg.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

(12)

Huwa xieraq li l-partijiet ikkonċernati jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jieħdu l-miżuri li jaf ikunu meħtieġa biex jikkonformaw mal-MRL il-ġdid għad-diflubenżuron.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKERS


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2012;10(9):2870. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of confirmatory data submitted for the active substance Diflubenzuron (Konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tad-data ta’ konferma ppreżentata għas-sustanza attiva Diflubenżuron).

(4)  Ir-rapport ta’ valutazzjoni tad-diflubenżuron, disponibbli fuq http://dissemination.echa.europa.eu/Biocides/ActiveSubstances/0062-18/0062-18_Assessment_Report.pdf

(5)  EFSA Journal 2015;13(12):4222. Peer review on the review of the approval of the active substance diflubenzuron regarding the metabolite PCA (Rieżami bejn il-pari tar-rieżami dwar l-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenżuron fir-rigward tal-metabolit PCA)

(6)  EMA/CVMP/153976/2018, Opinjoni sommarja dwar l-MRL tad-Diflubenżuron, is-16 ta’ Marzu 2018


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata tas-sustanza “diflubenżuron” hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza Farmakoloġikament Attiva

Residwu Markatur

Speċi ta’ Annimal

MRLs

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħra (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Diflubenżuron

Diflubenżuron

Salmonidi

10 µg/kg

Muskoli u ġilda fi proporzjonijiet naturali

L-EBDA ENTRATA

Aġenti antiparassitiċi/Aġenti kontra l-ektoparassiti”


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1882

tat-8 ta’ Novembru 2019

li jiftaħ proċeduri tal-offerti għall-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18(2) u l-punti (m) u (o) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet għaż-żjut taż-żebbuġa verġni fis-swieq Spanjoli, Griegi u Portugiżi baqgħu konsistentement baxxi u qrib il-limiti ta’ referenza stabbiliti fl-Artikolu 1a(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (2) għal diversi xhur.

(2)

Il-prospettiva ta’ ħsad tajjeb konsekuttiv fl-Unjoni, l-akkumulazzjoni ta’ stokkijiet u l-inċertezzi attwali fil-kummerċ estern joħolqu żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda, li min-naħa tiegħu jeżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet taż-żjut taż-żebbuġa verġni u jikkawża tfixkil serju għal partijiet kbar tas-suq tal-Unjoni.

(3)

Spanja hija l-iktar produttur importanti taż-żejt taż-żebbuġa fl-Unjoni u hija price leader. L-istokkijiet eċċezzjonalment għoljin fi Spanja għalhekk jirriskjaw li jtawlu u jaggravaw it-tfixkil serju tas-suq tal-Unjoni għaż-żjut taż-żebbuġa verġni.

(4)

Sabiex jitnaqqas l-iżbilanċ attwali bejn il-provvista u d-domanda u sabiex jittaffew dawk il-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq, jixraq li tingħata għajnuna għall-ħażna privata għaż-żjut taż-żebbuġa verġni.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (4), li jistabbilixxu regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ ħżin privat, jenħtieġ li japplikaw għall-għajnuna għall-ħżin privat taż-żjut taż-żebbuġa verġni.

(6)

L-ammont ta’ għajnuna jenħtieġ li jiġi ffissat permezz ta’ proċedura tal-offerti b’mod li jippermetti sistema operattiva flessibbli. Għal dan il-għan, jixraq li jiġu previsti diversi subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

(7)

Sabiex l-operaturi differenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura, kull operatur jenħtieġ li għal kull subperjodu iressaq massimu ta’ offerta waħda skont il-kategorija taż-żjut taż-żebbuġa verġni.

(8)

Sabiex l-għajnuna għall-ħażna privata tkun effettiva u jkollha impatt reali fuq is-suq, l-għajnuna jenħtieġ li tingħata għaż-żjut taż-żebbuġa verġni bl-ingrossa. Billi huwa normali fis-settur taż-żebbuġ li l-prodott jinħażen, l-offerti jenħtieġ li jiġu aċċettati wkoll għaż-żjut taż-żebbuġa verġni li jkunu diġà maħżuna.

(9)

Sabiex ikollhom effett reali fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tas-sena kurrenti, jenħtieġ li l-kwantitajiet taż-żjut taż-żebbuġa verġni li jibbenefikaw minn għajnuna għall-ħażna privata ma jiġux ikkummerċjalizzati matul perjodu minimu ta’ ħżin. Il-perjodu minimu ta’ ħżin jenħtieġ li jiġi ffissat għal 180 jum.

(10)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u ta’ simplifikazzjoni amministrattivi, jenħtieġ li l-offerti jkunu eliġibbli biss għal kwantitajiet ta’ mhux anqas minn 50 tunnellata.

(11)

Sabiex ma jitħalliex jaqa’ l-prezz, biex ikun hemm reazzjoni malajr għall-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq u sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti ta’ din il-miżura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha tinfetaħ proċedura tal-offerti separata għall-għajnuna għall-ħażna privata ta’ kull waħda mill-kategoriji taż-żjut taż-żebbuġa verġni li ġejjin kif definit fil-punt (1) tal-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament:

(a)

żejt taż-żebbuġa extra verġni;

(b)

żejt taż-żebbuġa verġni;

(c)

żejt taż-żebbuġa lampante.

2.   Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1238 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   L-offerti għandhom jitressqu matul is-subperjodi li ġejjin, b’kull waħda li tintemm f’12.00 (ħin ta’ Brussell):

(a)

mill-21 ta’ Novembru 2019 sas-26 ta’ Novembru 2019;

(b)

mit-12 ta’ Diċembru 2019 sas-17 ta’ Diċembru 2019;

(c)

mit-22 ta’ Jannar 2020 sas-27 ta’ Jannar 2020;

(d)

mill-20 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Frar 2020.

Jekk l-aħħar jum tas-subperjodu jaħbat festa pubblika, il-limitu ta’ żmien għandu jkun 12.00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum tax-xogħol ta’ qabel.

2.   Għal kull subperjodu, l-operaturi għandhom iressqu mhux aktar minn offerta waħda għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1).

3.   Il-kwantità minima għal kull offerta għandha tkun ta’ 50 tunnellata.

4.   L-ammont ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 40(b) tar-Regolament (UE) 2016/1240 għandu jkun ta’ EUR 50 għal kull tunnellata.

5.   L-għajnuna għandha tingħata għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) bl-ingrossa.

6.   L-offerti jistgħu jitressqu għall-prodotti li jkunu diġà maħżuna.

7.   L-offerti jistgħu jitressqu biss fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fil-Kroazja, fl-Italja, f’Ċipru, f’Malta, fil-Portugall u fis-Slovenja.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti ammissibbli kollha sa mhux aktar tard min-12:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ wara l-aħħar jum ta’ kull subperjodu għat-tressiq imsemmi fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

Il-kuntratti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għandhom ikopru perjodu ta’ ħażna ta’ 180 jum.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE)

tat-8 ta’ Novembru 2019

li jemenda għat-307 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li tħassar entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Mourad Ben Ali Ben Al-Basheer Al-Trabelsi (alias (a) Aboue Chiba Brahim, (b) Arouri Taoufik, (c) Ben Salah Adnan, (d) Sassi Adel, (e) Salam Kamel, (f) Salah Adnan, (g) Arouri Faisel, (h) Bentaib Amour, (i) Adnan Salah, (j) Hasnaoui Mellit, (k) Arouri Taoufik ben Taieb, (l) Abouechiba Brahim, (m) Farid Arouri, (n) Ben Magid, (o) Maci Ssassi, (p) Salah ben Anan, (q) Hasnaui Mellit. Indirizz: Triq il-Libja, Numru 9, Manzil Tmim, Nabeul, it-Tuneżija. Data tat-twelid: (a) 20.5.1969, (b) 2.9.1966, (c) 2.9.1964, (d) 2.4.1966, (e) 2.2.1963, (f) 4.2.1965, (g) 2.3.1965, (h) 9.2.1965, (i) 1.4.1966, (j) 1972, (k) 9.2.1964, (l) 2.6.1964, (m) 2.6.1966, (n) 2.6.1972. Post tat-twelid: (a) Manzil Tmim, it-Tuneżija; (b) Il-Libja; (c) It-Tuneżija; (d) L-Algerija; (e) Il-Marokk; (f) Il-Libanu. Nazzjonalità: Tuneżin Nru tal-Passaport: (a) G827238 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-1.6.1996 li skada 31.5.2001), (b) 05093588 (Identifikazzjoni nazzjonali). Informazzjoni oħra: Isem l-omm huwa Mabrukah al-Yazidi. Data tal-ikklassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”


DEĊIŻJONIJIET

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1884

tat-8 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382

li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1).

(2)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 1 893 598.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINTILÄ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/18


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1885

tas-6 ta’ Novembru 2019

li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill muniċipali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE

(notifikata bid-dokument C(2019) 7874)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5a(4) u 15(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-ammont ta’ skart muniċipali mitfugħ f’landfill sabiex juru li l-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE huma ssodisfati. Jenħtieġ li r-regoli għall-kalkolu ta’ dawk il-miri jiżguraw li d-data pprovduta mill-Istati Membri kollha tkun valida u komparabbli.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu jirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills, jenħtieġ li l-ammont ta’ skart rapportat li ntefa’ f’landfill ikun jinkludi l-iskart muniċipali kollu mormi f’landfills imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 1999/31/KE u li ma ssir l-ebda korrezzjoni għall-kontenut ta’ ndewwa tiegħu. F’ċerti każijiet, l-iskart muniċipali trattat aċċettat u ddepożitat fil-landfills, bħalma huwa l-iskart muniċipali bijodegradabbli stabbilizzat, jgħin biex jiżgura konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi u l-perikli li jiġu mil-landfill. Peress li tali skart muniċipali fil-fatt jiġi depożitat fil-landfill, jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills u jenħtieġ li ma jiġix jiġi assenjat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.

(3)

Peress li l-miri tal-landfills għall-iskart muniċipali stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE jikkonċernaw l-istess fluss ta’ skart bħall-miri ta’ riċiklaġġ għall-iskart muniċipali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli ta’ kalkolu għall-iskart muniċipali rrappurtat li ġie mormi f’landfills jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-regoli ta’ kalkolu għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 (3).

Għalhekk, f’sitwazzjoni fejn l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz għall-fini ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ammont ta’ skart li jitneħħa fil-pajjiż ta’ destinazzjoni matul it-trattament preliminari qabel ma l-iskart muniċipali jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ, u li mbagħad jintrema f’landfill, jenħtieġ li jkun inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat li jkun intrema f’landfill mill-Istat Membru fejn ikun inġabar l-iskart muniċipali.

(4)

Skont l-Artikolu 5a(1)(c) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill għandu jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfill. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill ma jinkludix frazzjonijiet ta’ skart muniċipali li jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ rimi ta’ inċinerazzjoni iżda li fil-fatt ma jintremewx f’landfills, il-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li mbagħad jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu mill-input għall-operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni.

(5)

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2008/98/KE jistabbilixxi regola speċifika fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ skart muniċipali li jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid, kalkolu li jeskludi l-iskart kollu li jitneħħa b’riżultat ta’ operazzjonijiet ta’ verifika, ta’ tindif u ta’ tiswija biex ikun jista’ jintuża mill-ġdid mingħajr ma jkompli jiġi separat jew proċessat b’mod preliminari. Meta mbagħad l-iskart li jitneħħa jintrema f’landfill, dan jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill sabiex jiġi evitat li la jiġi rrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid u lanqas bħala li ntrema f’landfill, u biex jiġi żgurat li d-data dwar l-iskart muniċipali tkun koerenti u tirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004, l-iskart li jitneħħa waqt ir-riċiklaġġ tal-bijoskart muniċipali ma għandux jiġi inkluż fir-rati ta’ riċiklaġġ għall-iskart muniċipali. Meta mbagħad l-iskart li jitneħħa jintrema f’landfill, dan jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill sabiex jiġi evitat li la jiġi rrappurtat bħala riċiklat u lanqas bħala li ntrema f’landfill, u sabiex jiġi żgurat li d-data dwar l-iskart muniċipali tkun koerenti u tirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills.

(7)

Skont l-Artikolu 5a(1)(d) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali li mbagħad jintrema f’landfill ma għandux jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfill. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-punti tal-kalkolu għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-iskart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jirreferi għal skart prodott waqt l-ipproċessar mill-ġdid li jseħħ wara dawk il-punti tal-kalkolu.

(8)

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw data dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit mill-Kummissjoni. Id-data għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità. Jenħtieġ li dak il-format jiżgura li l-informazzjoni rrapportata tipprovdi bażi suffiċjenti biex jiġi vverifikat u mmonitorjat il-progress biex jinkisbu l-miri stabbiliti fil-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Għall-fini tar-rappurtar ta’ data dwar il-kisba tal-miri tal-landfills għall-iskart muniċipali bijodegradabbli stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri kienu qed jużaw il-format stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE (5). Peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Deċiżjoni relatati mas-sottomissjoni ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE ma għadhomx validi, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni titħassar. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tad-data ta’ skadenza għar-rapportar tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE għas-snin ta’ referenza mill-2016 sal-2017.

(10)

Ir-regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għar-rapportar tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti 5 sa 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE huma marbuta mill-qrib mar-regoli li jistabbilixxu l-formati għar-rapportar ta’ dik id-data u tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk ir-regoli u jiġi ffaċilitat l-aċċess għalihom, jenħtieġ li ż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu stabbiliti f’Deċiżjoni waħda.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “ammont” tfisser massa mkejla f’tunnellati.

Artikolu 2

Kalkolu tal-iskart muniċipali rrapportat bħala mormi f’landfill skont l-Artikolu 5a tad-Direttiva 1999/31/KE

1.   L-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill għandu jinkludi l-iskart muniċipali kollu msemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 1999/31/KE li jiġi ddepożitat fil-landfills, inkluż fejn id-depożitu ta’ skart muniċipali trattat f’landfills jiżgura konformità mal-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE.

L-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill ma għandux jiġi kkoreġut billi jitnaqqas il-kontenut ta’ ndewwa tiegħu.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(b) tad-Direttiva 1999/31/KE, meta l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat lejn Stat Membru ieħor jew jiġi esportat mill-Unjoni lejn pajjiż terz għall-fini ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-ammont ta’ skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament li saru qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor, u li mbagħad jintrema f’landfill jew jgħaddi għal proċess ta’ inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill fil-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat li jkun intrema f’landfill mill-Istat Membru li fih ikun inġabar l-iskart muniċipali.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(c) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi ta’ inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill għandu jkun l-ammont ta’ skart muniċipali li jidħol f’faċilitajiet għal operazzjonijiet ta’ inċinerazzjoni kklassifikati bħala D10 f’konformità mal-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE wara, li jitnaqqsu l-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li mbagħad jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn dawn l-operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni.

L-ammont ta’ materjali li għandhom jitnaqqsu għandu jiġi kkalkulat billi jitqies is-sehem ta’ skart muniċipali fl-iskart kollu li jidħol fil-faċilità u, fejn xieraq, il-kompożizzjoni ta’ skart għajr skart muniċipali li jidħol fil-faċilità.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(d) tad-Direttiva 1999/31/KE, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ verifika, ta’ tindif u ta’ tiswija biex jiġi mħejji skart muniċipali għall-użu mill-ġdid u li mbagħad jintrema f’landfill għandu jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill. Mill-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu partijiet ta’ prodotti jew ta’ komponenti ta’ prodotti li jitneħħew matul l-operazzjonijiet ta’ tiswija biex iħejju skart muniċipali għall-użu mill-ġdid;

(b)

il-materjali li jkunu tneħħew b’mod mekkaniku waqt jew wara t-trattament aerobiku jew anaerobiku tal-bijoskart muniċipali u li mbagħad jintremew f’landfill għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill;

(c)

l-iskart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jkun skart li jiġi prodott matul operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li l-iskart muniċipali jgħaddi minnu wara l-punt tal-kalkolu kif definit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004.

Artikolu 3

Rapportar tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport tal-verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport tal-verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(5) u (6) tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit fl-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità Stat Membru ma jkunx ipprovda rikjesta ġustifikata biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.

Artikolu 4

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2000/738/KE hija mħassra.

Artikolu 5

Dispożizzjoni tranżitorja

Id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE għas-snin ta’ referenza 2016 u 2017 għandha tiġi rrapportata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 tas-7 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għar-rapportar tad-data dwar l-iskart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2384 (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 66).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE tas-17 ta’ Novembru 2000 li tikkonċerna kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-tpoġġija tal-iskart f’landfill (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 24).


ANNESS I

Format għar-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi f’landfill ta’ skart muniċipali bijodegradabbli msemmi fl-Artikolu 3(1)

1.   Format għar-rappurtar tad-data

Skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995, jew l-aħħar sena qabel l-1995 li għaliha hemm disponibbli data standardizzata tal-Eurostat, jew is-sena stipulata fit-Trattat tal-Adeżjoni rispettiv għall-Istati Membri li ngħaqdu mal-UE wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (1)

Skart muniċipali bijodegradabbli ddepożitat f’landfills fis-sena ta’ referenza

Sena

(t)

(t)

 

 

 

2.   Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data

I.   Informazzjoni ġenerali

1.

Stat Membru:

2.

Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni:

3.

Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt:

4.

Sena ta’ referenza:

5.

Data tal-ġarr/verżjoni:

6.

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

II.   Informazzjoni dwar ir-rimi f’landfill ta’ skart muniċipali bijodegradabbli

1.

Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata

 

2.

Deskrizzjoni tat-tipi ta’ skart ikklassifikati fil-livell nazzjonali bħala skart muniċipali bijodegradabbli

 

3.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe stima użata biex tkopri lakuni fid-data

 

4.

Spjegazzjoni ta’ differenzi sinifikanti mid-data tas-sena ta’ referenza preċedenti

 

5.

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data

 


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).


ANNESS II

Format għar-rappurtar ta’ data dwar l-iskart muniċipali msemmi fl-Artikolu 3(2)

1.   Format għar-rappurtar tad-data

Ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali

(t)

Ir-rimi f’landfill (1)

(t)

Rimi b’inċinerazzjoni (2)

(t)

L-irkupru materjali tal-iskart mir-rimi b’inċinerazzjoni

(t)

 

 

 

 

Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), is-somma tal-iskart muniċipali li huwa soġġett għal rimi f’landfills u skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfills wara t-tnaqqis ta’ materjal irkuprat aktar tard minn skart li jirriżulta minn tali operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni, hija diviża bl-ammont ta’ skart muniċipali ġġenerat.

2.   Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data

I.   Informazzjoni ġenerali

1.

Stat Membru:

2.

Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni:

3.

Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt:

4.

Sena ta’ referenza:

5.

Data ta’ ġarr/verżjoni:

6.

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

II.   Informazzjoni dwar ir-rimi tal-iskart muniċipali f’landfills

1.

Deskrizzjoni tal-entitajiet involuti fil-ġbir tad-data

Isem l-istituzzjoni

Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

2.

Deskrizzjoni tal-metodi użati

2.1.

Deskrizzjoni ġenerali tal-ġbir tad-data dwar ir-rimi ta’ skart muniċipali fil-landfills, inklużi s-sorsi tad-data (id-data amministrattiva; stħarriġ; reġistru elettroniku; data mill-operaturi tal-iskart; data mill-muniċipalitajiet)

 

2.2.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija li tintuża biex tinkludi l-iskart li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor tal-iskart muniċipali li mbagħad jintrema f’landfill

 

2.2.1.

Deskrizzjoni tal-approċċ biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-iskart muniċipali meta jgħaddi minn trattament, inkluż l-użu ta’ kodiċijiet relatati mal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali (bħal dawk fil-Kapitolu 20 fil-lista ta’ skart stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3) u kodiċijiet relatati mal-iskart mit-trattament tal-iskart (bħal dawk fil-Kapitolu 19 fil-lista ta’ skart stabbilita b’dik id-Deċiżjoni)

 

2.3.

Deskrizzjoni tal-approċċ biex jiġi inkluż skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor ta’ skart muniċipali u mbagħad mormi f’landfills barra l-Istat Membru

 

2.4.

Deskrizzjoni tal-ġbir tad-data dwar l-iskart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill, inkluża l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni.

 

2.5.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe stima użata biex tkopri lakuni fid-data dwar l-iskart muniċipali f’landfill

 

2.6.

Differenzi mid-data tas-sena ta’ referenza preċedenti

Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk għandux jiġi mmarkat waqfien fis-serje għal sena speċifika)

 

Spjegazzjoni li tagħti dettalji dwar il-kawżi tad-differenza bejn it-tunnellaġġ meta l-iskart muniċipali li jkun soġġett għal operazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart f’landfills jew ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex sussegwentement ikun jista’ jintrema f’landfill juri varjazzjoni akbar minn 10 % mid-data ppreżentata għas-sena ta’ referenza ta’ qabel

 

3.

Akkuratezza tad-data

3.1

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-akkuratezza tad-data dwar ir-rimi ta’ skart muniċipali f’landfill

 

3.2.

Deskrizzjoni tal-ambitu u tal-validità tal-istħarriġ għall-ġbir tad-data dwar ir-rimi f’landfills tal-iskart muniċipali

 

4.

Kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni biex ma jiġux ippubblikati partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport, fejn issir talba għal dan.

 

5.

Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

 


(1)  Din il-kolonna ma tinkludix skart li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfills.

(2)  Ir-rimi ta’ inċinerazzjoni jirreferi għal operazzjonijiet imwettqa mill-faċilitajiet ikklassifikati bħala D10 fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1886

tas-7 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2010/346/UE dwar ir-reġjonalizzazzjoni tar-Rumanija għall-applikazzjoni tal-miżuri protettivi fir-rigward tal-anemija infettiva taż-żwiemel

(notifikata bid-dokument CC(2019) 7873)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-anemija infettiva taż-żwiemel (“EIA”) hija marda virali li taffettwa biss lill-annimali tal-familja Equidae. Il-perjodu ta’ inkubazzjoni normalment ikun bejn ġimgħa u tliet ġimgħat, iżda jista’ jkun twil sa tliet xhur. L-Equidae infettati jibqgħu infettati għal dejjem u jistgħu potenzjalment jittrażmettu l-infezzjoni lil equidae oħrajn. L-infezzjoni bl-EIA għandha tendenza li ma tidhirx jekk il-mewt ma tirriżultax minn wieħed mill-attakki kliniċi akuti waqt il-viremija, u b’hekk il-probabbiltà ta’ trażmissjoni tikber b’mod sostanzjali. It-trażmissjoni lokali sseħħ bi trasferiment tad-demm minn annimal ekwin infettat permezz ta’ tmigħ interrott ta’ xidjiet li jerdgħu d-demm, u in utero lill-fetu. Il-mezz ewlieni tat-tixrid fuq distanza kbira tal-marda huwa l-moviment tal-annimali infettati, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u l-użu ta’ siringi kontaminati jew l-infużjoni ta’ prodotti ta’ demm li fihom il-virus.

(2)

L-EIA hija marda notifikabbli b’mod obbligatorju skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (2). Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (3) tistipula li t-tifqigħat ta’ EIA għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra permezz tas-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali (“ADNS”).

(3)

Kuntrarjament għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fi Stati Membri oħra, l-EIA hija endemika f’ċerti partijiet tar-Rumanija u l-programm ta’ eradikazzjoni nazzjonali għadu ma tlestiex. Għal din ir-raġuni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/346/UE (4) tipprevedi miżuri protettivi fir-rigward tal-anemija infettiva taż-żwiemel fir-Rumanija.

(4)

Madankollu, fil-laqgħa ta’ Ġunju 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, l-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija ppreżentaw rapport tas-sitwazzjoni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li wera li sar progress b’mod ġenerali fl-eradikazzjoni tal-marda u li ċerti partijiet tar-Rumanija baqgħu ħielsa mill-marda għal aktar minn 12-il xahar jew il-prevalenza tal-marda baqgħet fil-limiti osservati reġjonalment fi Stati Membri oħra. Għalhekk, jixraq li tiġi ddefinita l-parti tat-territorju tar-Rumanija li fir-rigward tagħha għandhom jiġu applikati l-miżuri protettivi stipulati fid-Deċiżjoni 2010/346/UE.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni 2010/346/UE jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/346/UE huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/346/UE tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar miżuri protettivi fir-rigward tal-anemija infettiva taż-żwiemel fir-Rumanija (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 48).


ANNESS

“ANNESS

Reġjuni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(e):

Stat Membru

Reġjun

Kumment

Ir-Rumanija

Bihor

 

 

Satu Mare

 

 

Maramureș

 

 

Bistriț-Năsăud

 

 

Sălaj

 

 

Cluj

 

 

Mureș

 

 

Harghita

 

 

Alba

 

 

Sibiu

 

 

Brașov

 

 

Hunedora

 

 

Caraș-Severin

 

 

Gorj

 

 

Vâlcea

 

 

Tulcea

 


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1887

tas-7 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE fir-rigward tad-disponibbiltà u l-puntwalità tal-informazzjoni fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati

(notifikata bid-dokument C(2019) 7899)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom li huma elenkati fl-Anness tagħha (l-Istati Membri kkonċernati). Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tipprevedi projbizzjonijiet tat-tqassim ta’ kunsinni ta’ ħnieżer domestiċi u prodotti tal-ħnieżer, kif ukoll it-tqassim ta’ kunsinni ta’ ħnieżer selvaġġi u prodotti tal-ħnieżer selvaġġi miż-żoni elenkati fl-Anness tagħha. Tistabbilixxi wkoll regoli oħra mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, inkluż ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-Istati Membri. Il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE japplikaw b’mod parallel għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (5), u huma intenzjonati biex jiġġieldu t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE tipprevedi wkoll derogi mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, lil Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi.

(3)

Ċerti derogi huma possibbli biss jekk il-ħnieżer li minnhom huma derivati l-prodotti inkwistjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 12 tiegħu, u jekk il-prodotti inkwistjoni jiġu prodotti u pproċessati f’konformità mal-proċess u ċ-ċertifikazzjoni speċifiċi kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 13 tiegħu.

(4)

L-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE attwalment jeħtieġ li l-Istati Membri kull sitt xhur mid-data tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE, jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, il-lista aġġornata tal-istabbilimenti approvati msemmija fl-Artikolu 12 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13 ta’ dak l-att. Sabiex tiġi ottimizzata l-ħtieġa ta’ trasparenza fejn jidħlu Stati Membri oħra u pajjiżi terzi u sabiex jiġi razzjonalizzat l-iskambju ta’ informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà li regolarment jaġġornaw il-lista ta’ stabbilimenti approvati kif imsemmi fl-Artikolu 12 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri puntwalment, pubblikament u faċilment jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għal Stati Membri oħra u għall-pajjiżi terzi. Jenħtieġ għalhekk li l-Artikolu 14 ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Informazzjoni b’rabta mal-Artikoli 11, 12 u 13

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12 (lista ta’ stabbilimenti approvati) u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar:

(a)

kwalunkwe bidla fil-lista tagħhom ta’ stabbilimenti approvati;

kif ukoll

(b)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistipula d-disposizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni tal-majjal Afrikan u li temenda d-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda Teschen u tad-deni tal-majjal Afrikan (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/31


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1888

tas-7 ta’ Novembru 2019

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-akrilammid f’ċerti oġġetti tal-ikel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 (1) jintroduċi obbligi speċifiċi għall-operaturi biex jipproduċu u jqiegħdu fis-suq ċerti oġġetti tal-ikel sabiex jistabbilixxu programm għall-kampjunar u għall-analiżi tagħhom stess tal-livelli ta’ akrilammid fl-oġġetti tal-ikel u biex japplikaw miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni bl-għan li jiksbu l-iktar livell baxx ta’ akrilammid li jista’ raġonevolment jintlaħaq taħt il-livelli tal-parametri referenzjarji stabbiliti b’dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Nru (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jivverifikaw il-konformità mar-regoli bl-għan li, b’mod partikolari, (a) jipprevjenu, jeliminaw jew inaqqsu r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali għal livelli aċċettabbli, kemm direttament jew mill-ambjent, u (b) jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ tal-għalf u tal-ikel kif ukoll jipproteġu l-interessi tal-konsumatur, inkluż it-tikkettar tal-għalf u tal-ikel u forom oħra ta’ informazzjoni lill-konsumatur. Il-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jitwettqu wkoll sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2158.

(3)

Huwa rikonoxxut li d-data disponibbli dwar il-preżenza tal-akrilammid f’ċerti oġġetti tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/2158 hija insuffiċjenti, minkejja l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali li twettqu. Id-data disponibbli dwar il-preżenza tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2158, iżda li jista’ jkun fihom livelli sinifikanti ta’ akrilammid u/jew li jistgħu jkunu kontributuri rilevanti għall-esponiment djetetiku għall-akrilammid, hija insuffiċjenti.

(4)

Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jixraq li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tan-negozju tal-ikel, fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2017/2158 u abbażi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jimmonitorjaw il-preżenza tal-akrilammid f’tali oġġetti tal-ikel fid-dawl tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji possibbli, li jenħtieġ li jikkomplementaw dawk li diġà huma previsti bir-Regolament (UE) 2017/2158.

(5)

Bil-ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tan-negozju tal-ikel jiġu ggwidati rigward l-oġġetti l-ikel li jridu jiġu mmonitorjati, ġiet stabbilita lista mhux eżawrjenti ta’ kategoriji tal-ikel/oġġetti tal-ikel.

(6)

Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2158 u ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 2010/307/UE (3) u 2013/647/UE (4) saru obsoleti u għalhekk jenħtieġ li jitħassru.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw regolarment il-preżenza tal-akrilammid u l-livelli tiegħu fl-oġġetti tal-ikel, b’mod partikolari fl-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2158, l-operaturi tan-negozju tal-ikel jenħtieġ li jimmonitorjaw regolarment il-preżenza tal-akrilammid u l-livelli tiegħu fl-oġġetti tal-ikel, b’mod partikolari fl-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness.

(2)

L-Istati Membri u l-operaturi tan-negozju tal-ikel jenħtieġ li jittrażmettu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sal-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, id-data miġbura matul is-sena ta’ qabel permezz tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom għall-kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA dwar id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-Ikel u għall-Għalf, u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA (5).

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi, l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu l-proċeduri tal-kampjunar stabbiliti fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (6).

Il-proċedura tal-kampjunar applikata mill-operatur tan-negozju tal-ikel tista’ tiddevja mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 iżda jenħtieġ li tibqa’ rappreżentattiva tal-lott.

(4)

L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-analiżi tal-akrilammid f’konformità mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 333/2007.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel jenħtieġ li jiżguraw li l-analiżi tal-akrilammid titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti u mal-kriterji previsti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/2158.

(5)

Ir-Rakkomandazzjonijiet 2010/307/UE u 2013/647/UE b’dan jitħassru.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal-20 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 24)

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/307/UE tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar il-monitoraġġ tal-livelli tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 137, 3.6.2010, p. 4).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/647/UE tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar investigazzjonijiet tal-livelli tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 15).

(5)  http://www.efsa.europa.eu/en/consultations/call/180307

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).


ANNESS

LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ OĠĠETTI TAL-IKEL GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PREŻENZA TAL-AKRILAMMID

Prodotti tal-patata

Rösti

Croquettes, pommes duchesse, pommes noisettes, …

Casserole tal-patata (u casserole tal-ħaxix)

Frakass tal-patata u tal-laħam

Frakass tal-patata u tal-ġobon

Prodotti tal-furnara

Bziezen/panini (panini tal-hamburgers, bziezen tal-qamħ integrali, bziezen tal-ħalib, ...)

Pita bread, tortillas Messikani

Croissants

Doughnuts

Speċjalitajiet tal-ħobż (pereżempju ħobż bil-pumpernikel, ciabatta biż-żebbuġ, ħobż bil-basal, ...)

Pancakes

Cookies iqarmċu magħmula minn strixxa rqiqa ta’ għaġina u moqlija kompletament fiż-żejt

Churros

Prodotti taċ-ċereali

Crackers tar-ross

Crackers tal-qamħirrum

Bukkuni taċ-ċereali (pereżempju l-qamħirrum estruż u/jew il-prodotti tal-qamħ)

Muesli inkaljat bl-għasel

Oħrajn

Crisps/fries tal-ħaxix

Ġewż inkaljat

Żrieragħ żejtnin inkaljati

Frott imnixxef

Żrieragħ tal-kawkaw inkaljati u prodotti derivati mill-kawkaw

Żebbuġ fis-salmura

Sostituti tal-kafè mhux ibbażati fuq iċ-ċikwejra jew iċ-ċereali

Fudge, karamella, qubbajt, ...


REGOLI TA' PROĊEDURA

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/34


DEĊIŻJONI TAL-BORD MANIĠERJALI TAL-UNJONI EWROPEA TAL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAT-TAĦRIĠ FL-INFURZAR TAL-LIĠI

tal-5 ta' Awwissu 2019

li tistabbilixxi regoli interni li jikkonċernaw ir-restrizzjoni ta' ċerti drittijiet ta' suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tas-CEPOL

IL-BORD MANIĠERJALI,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-KEPD tal-20 ta’ Ġunju 2019 u l-Gwida tal-KEPD dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament il-ġdid u r-regoli interni (3),

Billi:

(1)

Is-CEPOL twettaq l-attivitajiet tagħha skont ir-Regolament (UE) 2015/2219.

(2)

Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 ir-restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22 għandhom ikunu bbażati fuq regoli interni li għandhom jiġu adottati mill-Aġenzija, fejn dawn mhumiex ibbażati fuq atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati.

(3)

Dawn ir-regoli interni, inkluż id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità ta' restrizzjoni, m'għandhomx japplikaw fejn att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati jipprevedi restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(4)

Fejn l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(5)

Fi ħdan il-qafas tal-funzjonament amministrattiv tagħha, l-Aġenzija tista’ twettaq inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, twettaq attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, tipproċessa każijiet ta’ whistleblowing, tipproċessa proċeduri (formali u informali) ta’ fastidju, tipproċessi lmenti interni u esterni, twettaq verifiki interni, twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta’ sigurtà interni (tal-IT) . Barra minn hekk, l-Aġenzija tista’ tindirizza talbiet għal aċċess għall-fajl mediku tal-membri tal-persunal.

L-Aġenzija tipproċessa diversi kategoriji ta' data personali, inkluż data fattwali (data “oġġettiva” bħal data ta' identifikazzjoni, data ta' kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data “suġġettiva” relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma' jew imressqa b'konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).

(6)

L-Aġenzija, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, taġixxi bħala l-kontrollur tad-data irrispettivament minn aktar delegazzjonijiet tar-rwol tal-kontrollur fi ħdan l-Aġenzija biex tirrifletti r-responsabbiltajiet operattivi għal operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar ta' data personali.

(7)

Id-data personali tinħażen b'mod sigur f'ambjent elettroniku jew fuq karta b'mod li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta' data lil persuni li m'għandhomx il-ħtieġa li jkunu jafu. Il-fajls mediċi jinħażnu mill-fornitur estern tas-servizzi użat mill-Aġenzija. Id-data personali pproċessata tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata għall-perjodu speċifikat fl-avviżi dwar il-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet ta' privatezza jew ir-rekords tal-Aġenzija.

(8)

Ir-regoli interni għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar imwettqa mill-Aġenzija fit-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinari, attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, proċeduri ta’ whistleblowing, proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju, ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni, awditjar intern, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, investigazzjonijiet ta’ sigurtà (IT) indirizzati internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE), kif ukoll l-indirizzar ta’ talbiet għal aċċess għall-fajl mediku tagħhom stess.

(9)

Dawn għandhom japplikaw għal operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċeduri msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċeduri u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta' dawn il-proċeduri. Għandha tinkludi wkoll l-assistenza u l-kooperazzjoni pprovduti mill-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-investigazzjonijiet amministrattivi tagħha.

(10)

Fil-każijiet fejn japplikaw dawn ir-regoli interni l-Aġenzija trid tagħti ġustifikazzjonijiet fejn tispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament meħtieġa u proporzjonati f'soċjetà demokratika u jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

(11)

F'dan il-qafas l-Aġenzija hija marbuta li tirrispetta, sa fejn hu l-aktar possibli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċeduri ta' hawn fuq, b'mod partikolari, dawk relatati mad-dritt għall-għoti ta' informazzjoni, aċċess u rettifika, id-dritt għal tħassir, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data jew għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725.

(12)

Madankollu, l-Aġenzija tista' tkun obbligata tirrestrinġi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data u drittijiet oħra tas-suġġett tad-data biex tipproteġi, b'mod partikolari, l-investigazzjonijiet tagħha stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta' awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta' persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tagħha jew proċeduri oħra.

(13)

L-Aġenzija tista' għalhekk tirrestrinġi l-informazzjoni bil-għan li tipproteġi l-investigazzjoni u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' suġġetti oħra tad-data.

(14)

L-Aġenzija għandha timmonitorja perjodikament li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni għadhom japplikaw u tneħħi r-restrizzjoni jekk ma jibqgħux japplikaw.

(15)

Il-Kontrollur għandu jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-mument tad-differiment u matul ir-reviżjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija fil-qafas tal-proċeduri tagħha stabbiliti fil-paragrafu 2 tista' tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tagħha, b'segwitu tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fil-qafas tal-funzjonament amministrattiv tal-Aġenzija, din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar dwar data personali mill-Uffiċċju għall-finijiet ta’: twettiq ta' inkjesti amministrattivi, proċedimenti dixxiplinarji, attivitajiet preliminari relatati ma' każijiet ta' irregolaritajiet potenzjali rrapportati lill-OLAF, l-ipproċessar ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, proċeduri (formali u informali) ta' fastidju, l-ipproċessar ta' lmenti interni u esterni, it-twettiq ta' awditi interni, investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà (tal-IT) indirizzati internament jew b'involviment estern (eż. CERT-UE), kif ukoll l-indirizzar ta’ talbiet għal aċċess għall-fajl mediku tagħhom stess.

3.   Il-kategoriji ta' data kkonċernati huma data fattwali (data 'oġġettiva' bħal data ta' identifikazzjoni, data ta' kuntatt, data professjonali, dettalji amministrattivi, data riċevuta minn sorsi speċifiċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u data tat-traffiku) u/jew data suġġettiva (data 'suġġettiva' relatata mal-każ bħal raġunament, data dwar l-imġiba, evalwazzjonijiet, data dwar il-prestazzjoni u l-kondotta u data relatata ma' jew imressqa b'konnessjoni mas-suġġett tal-proċedura jew tal-attività).

4.   Fejn l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eżenzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

5.   Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data, id-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir, restrizzjoni tal-ipproċessar, komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.

Artikolu 2

Speċifikazzjoni tal-kontrollur u tas-salvagwardji

1.   Is-salvagwardji fis-seħħ biex jiġi evitat ksur, kxif jew żvelar mhux awtorizzat ta' data huma dawn li ġejjin:

(a)

Id-dokumenti tal-karti għandhom jinżammu f’armarji siguri u għandhom ikunu aċċessibbli għall-persunal awtorizzat biss;

(b)

Id-data elettronika kollha għandha tinħażen skont il-prattica tal-Aġenzija, kif ukoll f'folders elettroniċi speċifiċi aċċessibbli biss għall-persunal awtorizzat. Livelli ta’ aċċess xierqa għandhom jingħataw b’mod individwali;

(c)

L-ambjent tal-IT tal-Aġenzija huwa aċċessibbli permezz ta’ sistema ta’ sign-on waħda mqabbda awtomatikament mal-ID u l-password tal-utent. Is-sostituzzjoni ta’ utenti hija pprojbita strettament. Ir-rekords elettroniċi għandhom jinżammu b'mod sigur biex tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità u l-privatezza tad-data fihom;

(d)

Il-fornitur estern tas-servizzi li jaħżen il-fajls mediċi huwa marbut bi klawżoli kuntrattwali speċifiċi dwar il-kunfidenzjalità u l-ipproċessar ta’ data personali;

(e)

Il-persuni kollha li jkollhom aċċess għad-data huma marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità.

2.   Il-kontrollur tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar huwa l-Aġenzija, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li jista' jiddelega l-funzjoni tal-kontrollur. Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar il-kontrollur delegat permezz tal-avviżi jew ir-rekords tal-protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web u ċċirkolata internament fl-Aġenzija.

3.   Il-perjodu ta' żamma tad-data personali msemmija fl-Artikolu 1(3) m'għandux ikun itwal minn dak meħtieġ u xieraq għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata. Fi kwalunkwe każ m'għandux ikun itwal mill-perjodu ta' żamma speċifikat fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza jew ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 5(1).

4.   Fejn l-Aġenzija tikkunsidra li tapplika restrizzjoni, ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandu jintiżen, b'mod partikolari, kontra r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti oħra tad-data u r-riskju ta' kanċellazzjoni tal-effett tal-investigazzjonijiet jew il-proċeduri tal-Aġenzija pereżempju billi tinqered l-evidenza. Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkonċernaw primarjament, iżda mhumiex limitati għal, riskji ta' reputazzjoni u riskji għad-dritt tad-difiża u d-dritt li jinstema'.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet

1.   Kull restrizzjoni għandha tiġi applikata biss mill-Aġenzija biex tissalvagwardja:

(a)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

(b)

is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom;

(c)

il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji;

(d)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet regolati;

(e)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn;

(f)

l-infurzar ta' pretensjonijiet skont il-liġi ċivili.

2.   Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-Aġenzija tista' tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma' istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista' jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni fuq il-bażi ta' atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew skont il-Kapitolu IX ta' dak ir-Regolament jew skont l-atti fundaturi ta' istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

(b)

fejn l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u obbligi jista' jkun ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15 (3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(c)

meta l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jista' jipperikola l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

(d)

Qabel ma tapplika r-restrizzjonijiet fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Aġenzija għandha tikkonsulta s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-aġenziji, tal-uffiċċji tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sakemm ma jkunx ċar għall-Aġenzija li l-applikazzjoni ta' restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f'dawk il-punti.

3.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonata billi tqis ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f'soċjetà demokratika.

4.   Jekk titqies l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi tar-regoli preżenti. Dan għandu jiġi ddokumentat fuq bażi ta’ każ b’każ permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna għall-finijiet ta’ responsabbiltà.

5.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jkunux għadhom japplikaw. B’mod partikolari, fejn ikun meqjus li l-eżerċitar tad-dritt ristrett ma jibqax jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta jew jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħra.

Artikolu 4

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.   L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija ('l-UPD') kull meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jew jestendi r-restrizzjoni, skont din id-Deċiżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi lill-UPD bl-aċċess għar-rekord li jinkludi l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, u jiddokumenta fir-rekord id-data li fiha jinforma lill-UPD.

2.   L-UPD jista’ jitlob bil-miktub li l-kontrollur jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   Il-kontrollur għandu jinforma lill-UPD meta tkun tneħħiet ir-restrizzjoni.

Artikolu 5

Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data

1.   F’każijiet iġġustifikati kif xieraq u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-deċiżjoni, id-dritt għall-informazzjoni jista’ jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

L-Aġenzija għandha tinkludi fl-avviżi tal-protezzjoni tad-data, dikjarazzjonijiet ta' privatezza jew rekords fis-sens tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725, ippubblikati fuq is-sit web tagħha u/jew iċċirkolati internament biex tinforma lis-suġġetti tad-data bid-drittijiet tagħhom fil-qafas ta' proċedura partikolari, informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta' dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet u d-durata potenzjali.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-Aġenzija, fejn proporzjonat, għandha tinforma wkoll individwalment lis-suġġetti kollha tad-data, li huma kkunsidrati bħala persuni kkonċernati fl-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar, bid-drittijiet tagħhom li jikkonċernaw restrizzjonijiet preżenti jew futuri mingħajr dewmien bla bżonn u bil-miktub.

3.   Fejn l-Aġenzija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 2, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, ir-raġuni legali skont l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

Ir-rekord, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.

4.   Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika dment li jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Fejn ir-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw, l-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni. Fl-istess ħin, l-Aġenzija għandha tinforma lis-suġġett tad-data bid-dritt li jressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-Aġenzija għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-inkjesta, proċedura jew investigazzjoni rilevanti. Wara dan, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.

Artikolu 6

Dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data

1.   F'każijiet debitament iġġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-deċiżjoni, id-dritt għall-aċċess jista' jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u proporzjonat:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

(i)

L-indirizzar tat-talbiet għal aċċess għall-fajl mediku proprju.

Meta s-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta' każ speċifiku wieħed jew aktar jew ta' operazzjoni ta' pproċessar partikolari, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Aġenzija għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal tali data personali biss.

2.   Meta l-Aġenzija tirrestrinġi, b'mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta' aċċess, imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)

għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għat-talba, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali għaliha, u bil-possibbiltà li jista' jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(b)

għandha tiddokumenta f'nota ta' valutazzjoni interna r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluż il-valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità tar-restrizzjoni u t-tul ta' żmien tagħha.

Restrizzjonijiet imposti fir-rigward tal-aċċess għall-fajl mediku proprju għandhom jikkonċernaw biss talbiet għal aċċess dirett fir-rigward ta’ data medika personali ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika, fejn l-aċċess għal tali data x’aktarx jirrappreżenta riskju għas-saħħa tas-suġġett tad-data. Din ir-restrizzjoni għandha tkun proporzjonata għal dak li huwa strettament neċessarju biex jiġi protett is-suġġett tad-data. L-aċċess għal tali informazzjoni għandu jingħata lit-tabib tal-għażla tas-suġġett tad-data.

Il-forniment ta’ informazzjoni msemmi fil-punt (a) jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, jekk dan jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-Aġenzija għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-investigazzjoni rilevanti. Wara dan, kull sitt xhur, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni.

3.   Ir-rekord, u fejn applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.

Artikolu 7

Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjoni ta' pproċessar

1.   F'każijiet debitament iġġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-deċiżjoni, id-dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni jista' jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri (formali u informali) għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

awditi interni;

(g)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

2.   Fejn l-Aġenzija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt għar-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 18, 19(1) u 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi stabbiliti fl-Artikolu 6(2) ta' din id-Deċiżjoni u tirreġistra r-rekord skont l-Artikolu 6(3) tagħha.

Artikolu 8

Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika

1.   F'każijiet debitament iġġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-deċiżjoni, id-dritt għall-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali jista' jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(e)

awditi interni;

(f)

l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(g)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

2.   F'każijiet debitament iġġustifikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-deċiżjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jista' jiġi ristrett mill-kontrollur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ġejjin, fejn meħtieġ u xieraq:

(a)

it-twettiq ta’ inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji;

(b)

attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF;

(c)

proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta;

(d)

proċeduri formali għal każijiet ta’ fastidju;

(e)

l-ipproċessar ta’ lmenti interni u esterni;

(f)

investigazzjonijiet ta’ sigurtà (tal-IT) ġestiti internament jew b’involviment estern (eż. CERT-UE).

3.   Fejn l-Aġenzija tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data jew il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tirreġistra u żżomm rekord tar-raġunijiet għar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3) ta' din id-deċiżjoni. L-Artikolu 5(4) ta' din id-Deċiżjoni għandu japplika.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul f’Tampere, fil-5 ta’ Awwissu 2019.

Għall-Bord Maniġerjali

Is-Sur Kimmo HIMBERG

President tal-Bord Maniġerjali


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(3)  https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/18-12-20_guidance_on_article_25_en.pdf

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).