ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
28 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1658 tal-25 ta’ Settembru 2019 dwar it-traspożizzjoni tal-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

1

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1659 tal-25 ta’ Settembru 2019 dwar il-kontenut tal-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal tisħin u tkessiħ effiċjenti skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE

94

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1660 tal-25 ta’ Settembru 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

121

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

RAKKOMANDAZZJONIJIET

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1658

tal-25 ta’ Settembru 2019

dwar it-traspożizzjoni tal-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. L-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija stabbilixxiet objettivi ambizzjużi tal-Unjoni. B’mod partikolari, hija għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 40 % oħra sal-2030 meta mqabbel mal-1990, li żżid l-użu tal-enerġija rinnovabbli għal mill-inqas 32 % u li tikseb iffrankar ambizzjuż tal-enerġija, sabiex b’hekk ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija. Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (id-“Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija” (EED)), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 (2), tistabbilixxi mira ewlenija ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-UE sal-2030.

(2)

Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2015 dwar Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem. Il-kisba tal-għanijiet tal-enerġija u tal-klima mill-UE tiddependi fuq il-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u l-kunsiderazzjoni tal-użu ta’ sorsi rinnovabbli.

(3)

Il-Komunikazzjoni dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (3) tenfasizza li l-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija għandu jkollhom rwol ċentrali fil-kisba ta’ ekonomija newtrali għall-klima sal-2050. Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (ir-“Regolament dwar il-Governanza”) jesiġi li l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”.

(4)

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha għall-EED emendata (5), il-Kummissjoni stmat li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tal-EED għandha twassal aktar minn nofs l-iffrankar tal-enerġija li għandhom jiksbu l-Istati Membri taħt l-EED.

(5)

L-EED kif emendata għandha impatt kemm fuq il-perjodi ta’ obbligu attwali (2014-2020), kif ukoll (primarjament) fuq dawk futuri (2021-2030 u lil hinn). L-Istati Membri għandhom jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġodda (rilevanti għaż-żewġ perjodi ta’ obbligu), fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti eżistenti b’mod differenti (rilevanti għaż-żewġ perjodi ta’ obbligu) u fl-identifikazzjoni ta’ liema rekwiżiti ġew iċċarati iżda mhux mibdula.

(6)

L-EED kif emendata testendi l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija sal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 u lil hinn (soġġett għal rieżami mill-Kummissjoni). F’kull sena tal-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 u lil hinn, l-Istati Membri jridu jiksbu ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali ekwivalenti għal iffrankar ġdid ta’ 0,8 % tal-konsum finali tal-enerġija fil-perjodu u lil hinn minnu. Bħala eċċezzjoni, Ċipru u Malta huma meħtieġa li jiksbu ffrankar kumulattiv fl-użu finali tal-enerġija ekwivalenti għal iffrankar ġdid ta’ 0,24 % biss tal-konsum finali tal-enerġija fil-perjodu u lil hinn minnu.

(7)

L-EED kif emendata tipprovdi wkoll kjarifiki dwar il-kalkolu tal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija. Il-bidliet jikkjarifikaw li l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-miżuri ta’ politika alternattivi jinsabu fuq l-istess livell u li jistgħu jiġu kkombinati flimkien. L-Istati Membri għandhom marġini ta’ diskrezzjoni fin-nominazzjoni ta’ partijiet obbligati u fl-akkreditazzjoni tal-ammonti ta’ ffrankar tal-enerġija li għandhom jinkisbu minn kull parti. L-EED kif emendata tipprovdi flessibbiltà lill-Istati Membri sabiex jagħżlu, minn fost diversi tipi ta’ skemi, l-aktar sistema adattata għas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

(8)

Jekk l-Istati Membri jridu jiksbu l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom, huwa importanti li jiżdied l-għarfien tal-pubbliku u li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża dwar il-benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija. Dan jista’ jsir permezz ta’ programmi ta’ taħriġ jew edukazzjoni.

(9)

Il-bidliet jippermettu b’mod espliċitu lill-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ politika li jkunu mmirati lejn setturi partikolari, pereżempju l-bini jew is-settur tal-ilma.

(10)

Il-ġestjoni effettiva tal-ilma tista’ tagħmel kontribut sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u l-Istati Membri għandhom jesploraw il-potenzjal ta’ aktar miżuri f’dan il-qasam. Huma mħeġġa wkoll jiżviluppaw miżuri ta’ politika li jindirizzaw simultanjament miri oħrajn relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u tar-riżorsi naturali.

(11)

Sabiex isaħħu l-isforzi bl-għan li jtaffu l-faqar enerġetiku, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw xi miżuri ta’ politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija bħala prijorità fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u jistabbilixxu kriterji għal kif ser jindirizzaw il-faqar enerġetiku.

(12)

L-EED kif emendata fiha rekwiżiti aktar ċari fir-rigward tat-tul tal-ħajja tal-miżuri. Meta jikkalkolaw l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw għal kemm żmien miżura ser tkompli tiġġenera l-iffrankar, iżda wkoll il-possibbiltà li din tiġġenera inqas iffrankar matul iż-żmien.

(13)

L-EED emendata tikkjarifika li, meta jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri ma għandhomx jikkunsidraw l-azzjoni li kien ikollhom jieħdu fi kwalunkwe każ u li huma jistgħu jitolbu biss l-iffrankar li jmur lil hinn mill-minimu meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE. Hemm eżenzjoni għall-iffrankar tal-enerġija mir-rinnovazzjoni ta’ bini.

(14)

L-EED emendata tenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u l-verifika biex jiġi żgurat li l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-miżuri ta’ politika alternattivi jilħqu l-objettivi tagħhom. Il-gwida pprovduta ma’ din ir-Rakkomandazzjoni turi kif l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi effettivi ta’ kejl, kontroll u verifika.

(15)

Minħabba l-importanza tal-enerġija ġġenerata fuq jew f’bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, il-gwida pprovduta ma’ din ir-Rakkomandazzjoni tispjega kif l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jirriżulta minn miżuri ta’ politika li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira kontra l-obbligu tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija.

(16)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija sal-25 ta’ Ġunju 2020. Mad-dħul fis-seħħ, l-emendi għall-Artikolu 7 tal-EED għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għall-perjodu ta’ obbligu mill-2014 sal-2020. Il-gwida pprovduta ma’ din ir-Rakkomandazzjoni se tappoġġa lill-Istati Membri anki f’dan ir-rigward.

(17)

It-traspożizzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni effettiva tal-EED, kif emendata, huma meħtieġa jekk l-UE trid tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2030 u twettaq l-impenn tagħha li tqiegħed lill-konsumaturi fil-qalba tal-Unjoni tal-Enerġija.

(18)

L-Istati Membri għandhom marġini ta’ diskrezzjoni sabiex jittrasponu u jimplimentaw ir-rekwiżiti emendati fir-rigward tal-obbligi tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija b’mod li jkun l-aktar adattat għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni tispjega r-rekwiżiti emendati u turi kif jistgħu jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva. B’mod partikolari, l-għan huwa li jiġi żgurat fehim uniformi tal-EED fl-Istati Membri kollha hekk kif iħejju l-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom.

(19)

Il-gwida pprovduta ma’ din ir-Rakkomandazzjoni tikkomplementa u tissostitwixxi parzjalment il-gwida li nħarġet qabel mill-Kummissjoni b’rabta mal-Artikolu 7 tal-EED (6). Għandhom jiġu enfasizzati l-impatti tad-dispożizzjonijiet emendatorji fuq il-perjodu ta’ obbligu mill-2014 sal-2020. Ir-rispons li rċeviet il-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri minn meta saret it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandu jiġi rifless.

(20)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx l-effetti legali tal-EED u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-EED kif ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija u tikkonċerna l-Artikoli 7, 7a u 7b tal-EED, kif ukoll l-Anness V tagħha.

(21)

L-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandu l-għan li jappoġġa lill-Istati Membri, inter alia, fil-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ, fl-istabbiliment ta’ miżuri ta’ politika eliġibbli, u fir-rapportar b’mod korrett dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub, filwaqt li jippreżenta sett ta’ kjarifiki u soluzzjonijiet ta’ implimentazzjoni prattika.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Istati Membri għandhom isegwu l-linji gwida pprovduti fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni meta jittrasponu r-rekwiżiti introdotti mid-Direttiva (UE) 2018/2002 u stabbiliti fl-Artikoli 7, 7a u 7b tad-Direttiva 2012/27/UE, kif ukoll fl-Anness V għaliha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Pjaneta Nadif għall-kulħadd Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” COM(2018) 773 final.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(5)  SWD(2016) 402 final.

(6)  COM(2013) 762 final u SWD(2013) 451 final, Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Din ir-Rakkomandazzjoni tagħti l-fehmiet tal-Kummissjoni biss; ma tbiddilx l-effetti legali tad-Direttivi u r-Regolamenti u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikoli 7, 7a u 7b u tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE emendata dwar l-effiċjenza fl-enerġija (“EED”). Din ir-rakkomandazzjoni tibni fuq ir-rispons li rċeviet il-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri minn mindu saret it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u fuq dak li tgħallmet il-Kummissjoni min-notifiki u mill-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija u tar-rapporti annwali tal-Istati Membri (1).

Sommarju: Emendi ewlenin għad-Direttiva 2012/27/UE

1.

Struttura tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija u dispożizzjonijiet relatati

l-Artikoli 7 (regoli ġenerali dwar ir-rekwiżit tal-iffrankar), 7a (regoli għall-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija (EEOSs)) u 7b (regoli għal miżuri ta’ politika alternattivi);

l-Anness V (metodi u prinċipji komuni tal-kalkolu); u

l-obbligi ta’ ppjanar u rapportar skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

2.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija (2021–2030)

perjodu ġdid ta’ obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija mill-2021 sal-2030 u estensjoni tal-obbligu wara l-2030 mingħajr data ta’ tmiem, iżda soġġett għal rieżami sal-2027 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem;

obbligu li jinkiseb iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali fil-perjodu 2021-2030 ekwivalenti għal iffrankar annwali ġdid ta’ mill-inqas 0,8 % tal-konsum finali tal-enerġija (għajr għal Ċipru u Malta, li għandhom jiksbu ffrankar ġdid ta’ 0,24 % tal-konsum finali tal-enerġija), jiġifieri livell ogħla minn dak fil-perjodu attwali;

għażliet għall-Istati Membri sabiex jikkalkolaw l-iffrankar b’mod differenti, diment li jiksbu l-iffrankar kumulattiv meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali; u

rekwiżit biex l-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jtaffu l-faqar enerġetiku meta jfasslu miżuri ta’ politika, f’konformità mal-kriterji li għandhom jistabbilixxu.

3.

Kalkolu tal-impatt tal-miżuri ta’ politika

L-Istati Membri ma jistgħux jiddikjaraw l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għajr fejn dan ikun relatat mar-rinnovazzjoni tal-bini. Permezz ta’ deroga u soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, huma jistgħu jgħoddu l-iffrankar taħt ir-rekwiżiti minimi nazzjonali għal bini ġdid mal-iffrankar meħtieġ għall-ewwel perjodu ta’ obbligu (2014–2020) biss.

4.

Kjarifiki

L-EEOSs u l-miżuri ta’ politika alternattivi huma mezzi ugwalment validi għat-traspożizzjoni tal-EED;

l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn kull tip ta’ miżura ta’ politika għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-prinċipji u l-metodi komuni stipulati fl-Anness V tal-EED;

kjarifika tar-rekwiżit ta’ kejl u verifika u l-importanza tat-teħid ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija;

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija (EENF) f’konformità mal-Artikolu 20(6) tal-EED jew bħala miżura ta’ politika alternattiva jew inkella bħala parti minn EEOS li tirrikjedi li l-partijiet obbligati jagħmlu l-iffrankar kollu tagħhom, jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-fond;

kjarifika tar-rekwiżit ta’ addizzjonalità (l-iffrankar tal-enerġija għandu jkun addizzjonali għal dak li kien ikun assigurat fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-parti obbligata jew parteċipanti), inklużi ċerti fatturi — l-opportunisti, l-effetti tas-suq u l-impatt tal-politiki eżistenti;

il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija jrid iqis it-tul ta’ ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien; u

l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn teknoloġiji rinnovabbli fuq skala żgħira installati fuq jew fil-bini jista’ jkun eliġibbli, soġġett għall-konformità mal-Anness V.

2.   KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAL-ENERĠIJA MEĦTIEĠ FIL-PERJODU TA’ OBBLIGU 2021-2030

L-Artikolu 7

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

1.

L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali ekwivalenti tal-anqas għal:

(a)

(b)

iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ta’ 0,8 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta’ tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. B’deroga minn dak ir-rekwiżit, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta’ tliet snin reċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019.

Il-punt (b) ta’ hawn fuq jesiġi li l-Istati Membri jiksbu:

iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali (jiġifieri l-ammont totali ta’ ffrankar tal-enerġija) fil-perjodu 2021-2030; u

iffrankar ġdid kull sena f’dak il-perjodu (li l-ammont tiegħu mhuwiex speċifikat).

Filwaqt li r-rata ta’ ffrankar annwali ġdid tal-enerġija fl-ewwel perjodu ta’ obbligu (2014-2020) hija l-istess għall-Istati Membri kollha (jiġifieri 1,5 %), dan mhuwiex il-każ fit-tieni perjodu (2021-2030), minħabba li Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar kumulattiv fl-użu finali ekwivalenti għal iffrankar ġdid ta’ 0,24 % tal-konsum finali tal-enerġija (1).

Kull Stat Membru għandu jikseb l-ammont ikkalkulat ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali (jiġifieri l-iffrankar totali tal-enerġija għall-perjodu 2021-2030) sal-31 ta’ Diċembru 2030. B’differenza mill-ewwel perjodu ta’ obbligu, dak l-ammont ma jistax jitnaqqas bħala riżultat ta’ ebda flessibbiltà użata mill-Istat Membru (2).

L-Istati Membri ma għandhomx għaliex jiksbu ffrankar ġdid ekwivalenti għal 0,8 % (0,24 % għal Malta u Ċipru) tal-konsum finali annwali tal-enerġija (3) f’kull sena tat-tieni perjodu ta’ obbligu. Il-flessibbiltà attwali li biha huma jistgħu jifirxu l-ammont ta’ ffrankar ġdid matul il-perjodu għadha tapplika għat-tieni perjodu u għall-perjodi sussegwenti (4).

2.1.   Kalkolu tal-iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ fit-tieni perjodu ta’ obbligu

Sabiex jikkalkula l-ammont ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ fit-tieni perjodu ta’ obbligu, kull Stat Membru jrid l-ewwel jikkalkula l-medja tal-konsum finali tal-enerġija fit-tliet snin qabel l-2019 (jiġifieri 2016-2018) (5).

Il-pass li jmiss huwa li dik il-medja tiġi mmultiplikata b’0,8 % (0,24 % fil-każ ta’ Ċipru u Malta) sabiex jiġi stabbilit l-ammont ekwivalenti ta’ ffrankar annwali “ġdid”.

Eżempju

Stat Membru għandu konsum tal-enerġija ta’ 102 miljun tunnellata tal-ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) fl-2016, 98 Mtoe fl-2017 u 100 Mtoe fl-2018 — li jagħti medja ta’ 100 Mtoe fuq tliet snin.

Għall-kalkolu tal-ammont kumulattiv ta’ ffrankar tal-enerġija għall-użu finali (2021–2030), l-ammont minimu ta’ ffrankar ġdid kull sena huwa għalhekk ta’ 0,8 Mtoe (100 Mtoe × 0,8 %).

L-Istati Membri jistgħu mbagħad jikkalkulaw l-ammont kumulattiv ta’ ffrankar fl-użu finali meħtieġ għall-perjodu kollu ta’ obbligu.

Eżempju

Stat Membru jikkalkula l-medja tal-konsum finali tal-enerġija tiegħu għall-perjodu 2016-2018 bħala 100 Mtoe. Għalhekk, l-iffrankar totali fl-użu finali fir-rigward tal-2021 se jkun (100 × 0,8 % × 1) = 0,8 Mtoe.

Minħabba li huwa meħtieġ li jinkiseb iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali mill-inqas ekwivalenti għal iffrankar ġdid kull sena mill-2021 sal-2030, l-Istat Membru għandu jikkalkula l-iffrankar ġdid għal kull sena sussegwenti sal-2030.

L-ammont totali kkalkulat għall-2022 għandu jkun (100 × 0,8 % × 2) = iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali ta’ 1,6 Mtoe (inkluż iffrankar ġdid ta’ 0,8 Mtoe fl-2022 (immarkat bil-griż hawn taħt).

L-ammonti għal kull sena sussegwenti sal-2030 jistgħu jiġu kkalkulati bl-istess mod. L-ammont totali ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ matul il-perjodu ta’ 10 snin huwa ta’ 44,0 Mtoe (100 × 0,8 % × 55).

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

 

Iffrankar tal-enerġija fl-użu finali (Mtoe)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

Iffrankar kumulattiv totali tal-enerġija fl-użu finali (sal-2030)

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

0,8

 

 

 

 

 

 

 

0,8

0,8

0,8

 

 

 

 

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

 

 

 

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

 

 

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

 

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

Total (Mtoe)

0,8

1,6

2,4

3,2

4,0

4,8

5,6

6,4

7,2

8,0

44,0  (6)

2.2.   Sett ta’ data statistika

2.2.1.   L-użu ta’ sett ta’ data tal-Eurostat

Sabiex jistabbilixxu s-settijiet ta’ data statistika li għandhom jintużaw għall-perjodu ta’ obbligu 2021-2030, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sett ta’ data tal-Eurostat, li huwa meqjus bħala s-sors awtomatiku għall-kalkolu tal-ammonti ta’ ffrankar meħtieġa (ara l-Anness III(1)(c) tar-Regolament dwar il-Governanza).

Fl-2019, l-Eurostat irreveda l-bilanċ tal-enerġija abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali għall-istatistika dwar l-enerġija ppubblikata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti (7). Għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-effiċjenza enerġetika u l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija, stabbilixxa l-kategorija speċifika “konsum finali tal-enerġija (Ewropa 2020-2030)” (8) (kodiċi FEC2020-2030). Din tinkludi l-elementi meħtieġa skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED u l-Istati Membri għandhom jużawha għall-finijiet tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija (9).

Il-kategorija ġdida tinkludi d-definizzjonijiet aritmetiċi li ġejjin, abbażi tal-aħħar emendi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 d tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill war l-istatistika dwar l-enerġija (10):

Konsum finali tal-enerġija (Ewropa 2020-2030) [Total tal-prodotti kollha] =

Konsum finali tal-enerġija [Total tal-prodotti kollha]

– Konsum finali tal-enerġija [Sħana ambjentali (pompi tas-sħana)]

+ Avjazzjoni internazzjonali [Total tal-prodotti kollha]

+ L-input tat-trasformazzjoni: Fran tal-blast [Total tal-prodotti kollha]

+ L-output tat-trasformazzjoni: Fran tal-blast [Total tal-prodotti kollha]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Karburanti fossili solidi]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Gassijiet manifatturati]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Pit u prodotti tal-pit]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Shale bituminuż u ramel bituminuż]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Prodotti taż-żejt u tal-petroleum]

+ Is-settur tal-enerġija: Fran tal-blast [Gass naturali]

2.2.2.   L-użu ta’ sorsi ta’ statistika alternattivi u estimi ta’ esperti

L-Istati Membri jistgħu jużaw sorsi ta’ statistika alternattivi, iżda jridu jispjegaw u jiġġustifikaw l-użu tagħhom u kwalunkwe differenza fil-kwantitajiet li jirriżultaw fin-notifika tagħhom lill-Kummissjoni (ara l-Anness III(1)(c) tar-Regolament dwar il-Governanza).

Jekk id-data għal ċerti snin ma tkunx disponibbli fiż-żmien li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw, huma jistgħu jużaw estimi ta’ esperti (u jerġgħu jiġġustifikawhom fin-notifika). Jekk, meta d-data uffiċjali ssir disponibbli, ikun hemm diskrepanzi sinifikanti bejn iċ-ċifri stmati u dawk reali, l-ammont ta’ ffrankar meħtieġ irid jiġi aġġustat għal dawn tal-aħħar.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaġġustaw l-estimi għad-data uffiċjali mill-aktar fis possibbli skont il-mekkaniżmu ta’ governanza, permezz tas-sottomissjoni li jmiss jew tar-rapportar obbligatorju skont ir-Regolament dwar il-Governanza (pereżempju, fl-aġġornament tal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECP) sat-30 ta’ Ġunju 2023, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament).

2.2.3.   L-enerġija użata fit-trasport

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2)(b) tal-EED (11), l-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu jeskludu l-konsum finali tal-enerġija fit-trasport mill-kalkolu tal-linja bażi tagħhom għat-tieni perjodu ta’ obbligu u għal dawk sussegwenti.

2.2.4.   Enerġija ġġenerata għall-użu finali proprju

Filwaqt li l-iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali fl-ewwel perjodu ta’ obbligu huwa bbażat fuq “il-bejgħ tal-enerġija lill-klijenti finali”, l-EED deliberatament tbiddel il-bażi għat-tieni perjodu u għall-perjodi sussegwenti għal “konsum finali tal-enerġija”.

Bħala riżultat, l-Istati Membri jridu jinkludu l-enerġija ġġenerata għall-użu finali proprju (pereżempju, l-elettriku ġġenerat minn sistemi fotovoltajċi, is-sħana ġġenerata minn kolletturi termali solari jew il-kombustjoni simultanja tal-iskart fl-industrija) fil-kalkolu tal-linja bażi għal dawk il-perjodi.

Il-kategorija tal-Eurostat ta’ “konsum finali tal-enerġija” (il-kodiċi B 101700 (12)), kif applikabbli meta ġiet innegozjata u adottata l-EED, kienet tinkludi ċerti sorsi rinnovabbli rilevanti għall-użu fuq skala żgħira fuq jew fil-bini (l-enerġija solari, inklużi l-enerġija fotovoltajka solari u termali solari, l-enerġija mir-riħ, il-bijomassa solida, il-bijogass u l-bijokarburanti likwidi (13)). Is-sħana ambjentali, pereżempju, kif użata fil-pompi tas-sħana, ma kinitx inkluża fil-kategorija ta’ “konsum finali tal-enerġija”. Sabiex ikun żgurat li l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1) tal-EED kif miftiehem mill-koleġiżlaturi ma jinbidilx bir-reviżjoni tal-bilanċi tal-enerġija, għall-finijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-Eurostat stabbilixxa u jippubblika l-kategorija speċifika “konsum finali tal-enerġija (Ewropa 2020-2030)” (il-kodiċi FEC2020-2030) li tkompli teskludi s-sħana ambjentali minn din il-kategorija sal-2030 (14).

Madankollu, filwaqt li l-Anness III(1)(c) tar-Regolament dwar il-Governanza jesiġi li s-sett ta’ data tal-Eurostat jintuża bħala sors awtomatiku, l-Istati Membri jridu jqisu d-data kollha disponibbli fil-livell nazzjonali. Fejn dawn ikunu differenti mid-data tal-Eurostat, l-Istati Membri jridu jikkwotaw is-sorsi nazzjonali tagħhom, jekk dawn ikunu aktar preċiżi. Huma jridu jinkludu dawn fil-linja bażi tal-kalkolu tagħhom u jinnotifikaw u jispjegaw fl-NECP tagħhom liema sorsi ta’ data ntużaw, inklużi kwalunkwe volumi uffiċjali jew li jistgħu jiġu stmati addizzjonali tal-konsum finali tal-enerġija li mhumiex koperti mis-sett ta’ data tal-Eurostat.

2.3.   It-tifrix tal-iffrankar tal-enerġija matul il-perjodu 2021-2030

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED jesiġi li l-Istati Membri għandhom “jiddeċiedu kif iqassmu f’fażijiet il-kwantità kkalkulata ta’ ffrankar ġdid fuq [kull perjodu ta’ obbligu], sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ fl-użu finali tal-enerġija jkun intlaħaq sal-aħħar ta’ kull perjodu ta’ obbligu”.

Eżempji:

Stat Membru wieħed jista’ jagħżel żieda lineari ta’ ffrankar tul iż-żmien; ieħor jista’ jiddeċiedi li jibda aktar tard, iżda biex jeħtieġ li jkun hemm iffrankar ogħla lejn nofs/l-aħħar tat-tieni perjodu ta’ obbligu.

Stat Membru ieħor jista’ jiddeċiedi li jifrex l-ammont meħtieġ ta’ iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali (pereżempju, 44,0 Mtoe) kif muri hawn taħt, sakemm l-ammont kumulattiv tal-iffrankar meħtieġ jinkiseb bejn l-2021 u l-2030 (jekk wieħed jassumi li l-miżuri kollha għandhom effetti dejjiema li jipprovdu ffrankar kull sena mill-inqas sal-2030):

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

 

Iffrankar tal-enerġija fl-użu finali (Mtoe)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0,8

Iffrankar kumulattiv totali tal-enerġija fl-użu finali (sal-2030)

 

 

 

 

 

 

 

 

1,1

1,1

 

 

 

 

 

 

 

0,5

0,6

0,6

 

 

 

 

 

 

0,7

0,7

0,7

0,7

 

 

 

 

 

0,6

0,6

0,6

0,6

0,6

 

 

 

 

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

 

 

 

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

 

 

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

 

0,9

0,9

0,9

0,9

0,9

0,9

0,9

0,9

0,9

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

Total (Mtoe)

0,4

1,3

2,5

3,5

4,3

4,9

5,6

6,1

7,3

8,1

44

Jekk Stat Membru jistabbilixxi jew iżomm skema ta’ obbligu ta’ effiċjenza fl-enerġija (EEOS), mhuwiex meħtieġ li jirrapporta dwar kif se jifrex l-isforz matul il-perjodu ta’ obbligu. Madankollu, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jistabbilixxu u jirrapportaw dwar kif se jagħmlu dan. Skont il-parti 3.1(b) tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-ammont kumulattiv u annwali mistenni ta’ ffrankar u t-tul ta’ żmien tal-iskemi tagħhom.

L-Istati Membri li jistabbilixxu jew iżommu miżuri ta’ politika alternattivi skont l-Artikolu 7b tal-EED u/jew fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija (EENF) skont l-Artikolu 20(6) tal-EED għandhom diskrezzjoni sħiħa sabiex jifirxu l-iffrankar kumulattiv meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali matul it-tieni perjodu ta’ obbligu. Huma jistgħu, iżda mhumiex obbligati, jintroduċu perjodi intermedji, li ma hemmx bżonn ikunu tal-istess tul. Madankollu, il-parti 3.2(c) tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza titlobhom jinnotifikaw “l-ammont kumulattiv u annwali totali mistenni ta’ ffrankar għal kull miżura u/jew l-ammont tal-enerġija ffrankata fir-rigward ta’ kwalunkwe perjodu intermedjarju”.

3.   MODI OĦRAJN KIF JIĠU KKALKULATI R-REKWIŻITI TAL-IFFRANKAR

3.1.   Proporzjon u kamp ta’ applikazzjoni

L-għażliet fl-Artikolu 7(2) tal-EED ma jaffettwawx l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED. L-Artikolu 7(2) u (4) tal-EED jippermettu lill-Istati Membri jużaw metodi ta’ kalkolu differenti (pereżempju, sabiex jindirizzaw ċerti ċirkostanzi nazzjonali), iżda dan ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ, jiġifieri l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-kalkolu b’wieħed jew aktar mill-metodi msemmija fl-Artikolu 7(2) tal-EED jirriżulta fl-istess iffrankar minimu kumulattiv tal-enerġija kif meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED.

Għalhekk, fir-rigward tal-perjodu obbligatorju 2021-2030, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jużawx jew le l-għażliet skont l-Artikolu 7(2) u (4) tal-EED, huma jridu jiżguraw li l-ammont ta’ ffrankar kumulattiv meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali ekwivalenti għal iffrankar annwali ġdid ta’ mill-inqas 0,8 % (15) jinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2030. Biex jiġi żgurat li l-flessibbiltajiet applikati skont l-Artikolu 7(2) u (4) tal-EED ma jnaqqsux l-ammont nett minimu kkalkulat ta’ ffrankar ġdid tal-enerġija li jrid jinkiseb fil-konsum finali tal-enerġija matul il-perjodu ta’ obbligu, ir-rati ta’ tfaddil annwali proprji tal-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu ogħla minn dawk meħtieġa biex jinkiseb l-iffrankar kumulattiv tal-enerġija previst fil-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED (16). L-Istati Membri mhumiex obbligati li jagħmlu użu mill-għażliet fl-Artikolu 7(2) tal-EED.

3.2.   Għażliet skont l-Artikolu 7(2) tal-EED

L-Artikolu 7(2) tal-EED jippermetti lill-Istati Membri jikkalkolaw l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija billi:

japplikaw rata ta’ ffrankar annwali fuq il-bejgħ tal-enerġija lill-klijenti finali jew fuq il-konsum finali tal-enerġija, fuq medja matul il-perjodu 2016-2018; u/jew

jeskludu mil-linja bażi tal-kalkolu, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, l-enerġija użata fit-trasport; u/jew

jagħmlu użu minn kwalunkwe waħda mill-għażliet fl-Artikolu 7(4) tal-EED.

3.3.   Rata ta’ ffrankar annwali proprja u linja bażi tal-kalkolu

Meta l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda jew aktar mill-għażliet, l-Artikolu 7(3) tal-EED jesiġi li jistabbilixxu:

ir-rata ta’ ffrankar annwali proprja tagħhom – din tiġi applikata fil-kalkolu tal-iffrankar kumulattiv tagħhom tal-enerġija fl-użu finali sabiex jiġi żgurat li l-iffrankar meħtieġ ma jkunx inqas minn dak meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED; u

il-linja bażi tal-kalkolu tagħhom stess, li tista’ teskludi, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, l-enerġija użata fit-trasport (17).

Dawn minbarra (18) l-kalkoli tar-rata ta’ ffrankar annwali ġdida u l-iffrankar kumulattiv fl-użu finali skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED.

It-tieni subparagrafu fl-Artikolu 7(5) tal-EED jistabbilixxi li, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jeskludux jew le, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, l-enerġija użata fit-trasport mil-linja bażi tal-kalkolu tagħhom jew minn jekk jagħmlux użu minn kwalunkwe waħda mill-għażliet elenkati fl-Artikolu 7(4) tal-EED, huma jridu jiżguraw li l-ammont nett ikkalkulat ta’ ffrankar ġdid li għandu jinkiseb fil-konsum finali tal-enerġija matul il-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 ma jkunx inqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta’ ffrankar annwali msemmija fil-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), jiġifieri 0,8 % (0,24 % għal Ċipru u Malta).

3.4.   Għażliet skont l-Artikolu 7(4) tal-EED

Għall-perjodu ta’ obbligu 2021-2030, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn waħda jew aktar mill-għażliet li ġejjin (l-Artikolu 7(4) tal-EED):

(b)

esklużjoni sħiħa jew parzjali tal-industrija mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) tal-UE;

(c)

l-għadd ta’ ċertu ffrankar tal-enerġija mis-setturi tat-trasformazzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija;

(d)

azzjonijiet bikrija wara t-tmiem tal-2008 li jibqgħu jwasslu ffrankar wara l-2020;

(e)

azzjonijiet individwali mwettqa mill-bidu tal-2018 sal-aħħar tal-2020 li jibqgħu jwasslu ffrankar wara l-2020;

(f)

esklużjoni ta’ 30 % tal-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju bħala riżultat ta’ miżuri ta’ politika li jippromwovu l-installazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; u

(g)

l-għadd ta’ ċertu ffrankar tal-enerġija li jaqbeż dak meħtieġ għall-perjodu ta’ obbligu 2014-2020.

Skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(5) tal-EED, dawn l-għażliet jistgħu jintużaw biss għall-“ammont ta’ ffrankar tal-enerġija kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3)” u meħuda flimkien “ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis ta’ aktar minn 35 %” ta’ dak l-ammont.

B’mod kruċjali, l-għażliet ma jistgħux jintużaw sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED. Fi kliem ieħor, irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jeskludux jew le, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, l-enerġija użata fit-trasport mil-linja bażi tal-kalkolu tagħhom, jew jużawx kwalunkwe waħda mill-għażliet, huma jridu jiżguraw li l-ammont nett ikkalkulat ta’ ffrankar ġdid li jrid jinkiseb fil-konsum finali tal-enerġija matul il-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 ma jkunx inqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta’ ffrankar annwali msemmija fil-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED (19). Sabiex dan jiġi żgurat, l-Artikolu 7(5) tal-EED jitlobhom jikkalkolaw l-effett fil-perjodu ta’ obbligu tad-deċiżjoni li jsir użu minn waħda jew aktar mill-għażliet (20).

L-għażliet fil-punti (b) u (f) fl-Artikolu 7(4) tal-EED jistgħu jintużaw biss għall-kalkolu tal-linja bażi proprja skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED. L-ammonti jistgħu jitnaqqsu minn dak il-kalkolu (soġġett għar-restrizzjonijiet previsti).

L-għażliet ipprovduti fil-punti (c), (d), (e) u (g) jirrigwardjaw l-iffrankar tal-enerġija u jistgħu jingħaddu biss mal-ammont ikkalkulat ta’ ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED. B’hekk, huma ma jistgħux jintużaw sabiex jitbaxxa l-livell tal-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED, iżda jistgħu jintużaw bħala għajnuna biex dan jiġi ssodisfat.

3.4.1.   L-għażliet fid-dettall

3.4.1.1.   Esklużjoni sħiħa jew parzjali tal-industrija tal-ETS (l-Artikolu 7(4)(b))

Jekk Stat Membru juża biss l-għażla tal-esklużjoni sħiħa jew parzjali tal-bejgħ tal-enerġija użata fl-industrija tal-ETS (l-Artikolu 7(4)(b) tal-EED), huwa jrid jistabbilixxi x’volumi ta’ enerġija kkonsenjata jew mibjugħa fil-livell tal-konsum jintużaw għal dawk l-attivitajiet industrijali. Il-kalkolu huwa bbażat fuq l-enerġija użata għall-attivitajiet elenkati taħt l-Anness I tad-Direttiva dwar l-ETS (21).

L-enerġija użata għall-“attivitajiet tal-enerġija” elenkati f’dak l-Anness (installazzjonijiet ta’ kombustjoni b’input termiku nominali ta’ aktar minn 20 MW (għajr installazzjonijiet ta’ skart perikoluż jew muniċipali), raffineriji ta’ żejt minerali u fran tal-kokk) u l-enerġija użata fl-avjazzjoni mbagħad jitnaqqsu minn dak l-ammont (22).

3.4.1.2.   Iffrankar tal-enerġija mis-setturi tat-trasformazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija (l-Artikolu 7(4)(c))

L-Artikolu 7(4)(c) tal-EED jippermetti lill-Istati Membri jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti fl-Artikoli 14(4) u (5)(b) u 15(1)-(6) u (9) tal-EED, lejn l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED (23).

3.4.1.3.   Iffrankar tal-enerġija minn azzjonijiet individwali implimentati bħala azzjonijiet ġodda mill-31 ta’ Diċembru 2008 (Artikolu 7(4)(d))

Jekk Stat Membru jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali implimentati bħala azzjonijiet ġodda mill-31 ta’ Diċembru 2008 mal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED, dawk l-azzjonijiet għandhom ikomplu jkollhom impatt wara l-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ obbligu 2021-2030, jiġifieri jirriżultaw fi ffrankar ġdid tal-enerġija wara l-31 ta’ Diċembru 2020. L-Artikolu 2(19) tal-EED jiddefinixxi “azzjoni individwali” bħala azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista’ jiġi vverifikat, u li jista’ jitkejjel jew jiġi stmat, u li titwettaq b’riżultat ta’ miżura ta’ politika. Barra minn hekk, l-iffrankar tal-enerġija jrid jiġi mkejjel u vverifikat.

3.4.1.4.   Azzjonijiet individwali mwettqa bejn il-bidu tal-2018 u l-aħħar tal-2020 (l-Artikolu 7(4)(e))

Skont l-Artikolu 7(4)(e) tal-EED, Stat Membru jista’ jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta’ politika mal-ammont ta’ ffrankar ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED, sakemm juri li dawk il-miżuri jirriżultaw f’azzjonijiet individwali li jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2020 u li jibqgħu jwasslu għal iffrankar tal-enerġija minn hemm ’il quddiem.

Billi l-Artikolu 7(4)(d) tal-EED jirreferi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet individwali bejn il-31 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2013, l-Artikolu 7(4)(e) tal-EED huwa applikabbli biss għall-azzjonijiet individwali implimentati bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Din id-differenza hija rilevanti meta l-Istati Membri jikkunsidraw azzjoni b’tul ta’ ħajja ta’ sa 21 sena implimentata fl-2008, rispettivament, azzjoni b’tul ta’ ħajja ta’ sa 12-il sena implimentata fl-2018. Fil-prattika, dan ifisser li l-ewwel każ huwa rilevanti, pereżempju, għal azzjonijiet b’ħajja twila bħal iżolament ta’ involukru tal-bini.

3.4.1.5.   Enerġija ġġenerata fuq jew f’bini għall-użu proprju minn installazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli (l-Artikolu 7(4)(f))

Din l-għażla tippermetti lill-Istati Membri jeskludu ammont verifikabbli ta’ enerġija ġġenerata għall-użu proprju minn installazzjonijiet ġodda ta’ enerġija rinnovabbli fuq jew f’bini mill-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED.

L-użu tagħha huwa ristrett fi tliet aspetti:

mhux aktar minn 30 % tal-enerġija ġġenerata għall-użu proprju minn installazzjonijiet ġodda tal-enerġija rinnovabbli fuq jew fil-bini jista’ jiġi eskluż mill-kalkolu tal-linja bażi;

dan ma għandux iwassal għal tnaqqis ta’ aktar minn 35 % tal-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED; u

l-ammont ta’ din l-enerġija ma għandux jiġi eskluż mill-kalkolu tal-obbligu tal-iffrankar skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED.

L-Anness V(2)(e) tal-EED jistabbilixxi kif l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini jista’ jingħadd mal-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) tal-EED (24). Dan mhuwiex soġġett għal restrizzjonijiet tal-volum.

Billi l-Artikolu 7(4)(f) tal-EED jirreferi għall-“ammont verifikabbli ta’ enerġija ġġenerata fuq jew f’bini għall-użu proprju” (25) (mhux l-ammont effettivament użat), l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw u jivverifikaw il-volumi ta’ enerġija rinnovabbli (f’ktoe, MW jew l-ekwivalenti) li se jiġu ġġenerati fuq il-bini għall-użu proprju bħala riżultat ta’ politiki li jippromwovu installazzjonijiet ġodda fil-perjodu ta’ obbligu 2021-2030. Billi d-dispożizzjoni tirreferi għal “ammont verifikabbli”, dan il-kalkolu jista’ jqis il-medja tal-volum stmat ta’ enerġija rinnovabbli li għandha tiġi prodotta għall-użu proprju fil-perjodu 2021-2030 biss minn unitajiet installati fuq jew f’bini wara l-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Artikolu 21(b)(3) tar-Regolament dwar il-Governanza jesiġi li l-Istati Membri jinkludu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-EEOSs nazzjonali u ta’ miżuri ta’ politika alternattivi fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom dwar il-progress fil-klima u l-enerġija. Għalhekk, mill-15 ta’ Marzu 2021 (u kull sentejn wara), huma għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ammont effettiv ta’ enerġija ġġenerata fuq jew f’bini għall-użu proprju minn teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli li ġew installati riċentement.

Eżempju indikattiv u mhux eżawrjenti

It-tabella ta’ hawn taħt turi, għal lista mhux eżawrjenti ta’ teknoloġiji, kemm tista’ tiġi eskluża enerġija mill-kalkolu tar-rekwiżit ta’ ffrankar tal-enerġija. Pereżempju, l-installazzjoni ta’ pakkett ta’ bojler solari-termali/tal-gass tista’ twassal għall-ġenerazzjoni ta’ 1 000 kWh ta’ enerġija rinnovabbli, li 30 % minnhom (300 kWh) jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu (sakemm dan ma jaqbiżx 35 % tal-iffrankar meħtieġ):

Tip ta’ teknoloġija

Id-domanda finali għall-enerġija

(kWh)

Sehem ta’ sorsi rinnovabbli ġġenerati fuq il-bini

(kWh)

Ġenerazzjoni responsabbli għal tnaqqis fil-mira tal-iffrankar

(kWh)

30 % li jistgħu jiġu esklużi mir-rekwiżit tal-iffrankar

(kWh)

(1)

Bojler ta’ kondensazzjoni li jaħdem bil-gass

10 526

0 %

0

 

(2)

Bojler ta’ kondensazzjoni li jaħdem bl-injam

10 870

100 %

10 870

3 261

(3)

Pompa tas-sħana (b’elettriku tal-grilja)

2 857

0 %

0

 

(4)

Pakkett ta’ bojler solari-termali bil-gass

10 474

~10 %

1 000

300

 

installazzjoni solari-termali

1 000

100 %

1 000

300

 

bojler ta’ kondensazzjoni li jaħdem bil-gass

9 474

0 %

0

 

(5)

Installazzjoni fotovoltajka

3 500

100 %

3 500

1 050

3.4.1.6.   Iffrankar tal-enerġija li jaqbeż dak meħtieġ għall-ewwel perjodu ta’ obbligu (l-Artikolu 7(4)(g))

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jaqbeż dak meħtieġ għall-ewwel perjodu ta’ obbligu (2014-2020) mal-kalkolu skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED, sakemm:

dan ikun irriżulta minn azzjonijiet individwali taħt EEOS jew miżuri ta’ politika alternattivi; u

l-Istat Membru jkun innotifika l-miżuri ta’ politika rilevanti fl-NEEAP tiegħu u jkun irrapportahom fir-rapport ta’ progress tiegħu skont l-Artikolu 24(2) (26).

4.   GĦAŻLA TA’ MIŻURI TA’ POLITIKA SABIEX JINKISEB L-AMMONT MEĦTIEĠ TA’ FFRANKAR KUMULATTIV TAL-ENERĠIJA FL-UŻU FINALI

Skont l-Artikolu 7(10) tal-EED, l-Istati Membri jridu jiksbu l-iffrankar kumulattiv meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali billi:

jistabbilixxu EEOS;

jadottaw miżuri ta’ politika alternattivi; jew

kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

L-Artikolu 7 tal-EED jikkjarifika li l-EEOSs u l-miżuri ta’ politika alternattivi huma ugwalment validi f’dan ir-rigward. L-Istati Membri għandhom flessibbiltà sinifikanti u diskrezzjoni wiesgħa sabiex jagħżlu, minn diversi tipi ta’ skemi, l-aktar sistema addattata għas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom (27).

L-Artikoli 7a(1) u 7b(1) tal-EED jesiġu li l-miżuri ta’ politika kollha jitfasslu bl-iskop li jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1) tal-EED u jkunu eliġibbli sabiex jikkontribwixxu għal “iffrankar tal-enerġija fl-użu finali” li huma “fost il-klijenti finali”. Madankollu, ma ssir ebda ħsara jekk miżura ta’ politika tindirizza wkoll objettivi u miri oħrajn (pereżempju, bħala parti minn politiki dwar l-enerġija, sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa li tiġi ppreservata, protetta u mtejba l-kwalità tal-ambjent jew li jiġi promoss l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali).

L-Artikolu 2(18) tal-EED jiddefinixxi “miżura ta’ politika” bħala strument regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew għall-għoti ta’ informazzjoni formalment stabbilit u implimentat fi Stat Membru sabiex jinħoloq qafas ta’ appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq sabiex jipprovdu u jixtru servizzi ta’ enerġija u sabiex jieħdu miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija. Il-miżuri ta’ politika li huma maħsuba sabiex jappoġġjaw biss objettivi ta’ politika minbarra l-effiċjenza fl-enerġija, li huma maħsuba sabiex jipprovdu jew jixtru servizzi tal-enerġija biss jew li jwasslu għal iffrankar fl-użu finali li ma jinkisibx fost il-konsumaturi finali, ma jistgħux jitqiesu bħala eliġibbli skont l-Artikolu 7 tal-EED. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jivvalutaw il-miżuri bir-reqqa u juru li l-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi attribwit direttament lilhom.

Irrispettivament minn jekk Stat Membru jiddeċidix li juża EEOS jew inkella jadotta miżuri ta’ politika alternattivi, huwa jrid jiżgura li l-miżuri ta’ politika jkunu eliġibbli sabiex jinkiseb l-iffrankar kumulattiv meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali sal-31 ta’ Diċembru 2030 (jew f’perjodu ta’ ffrankar sussegwenti, skont meta jiġu fformulati l-miżuri).

Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ definizzjonijiet hija rilevanti meta jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ politika (huma ma nbidlux fl-EED emendata):

L-Artikolu 2 tal-EED

“(4)

“effiċjenza fl-enerġija” tfisser il-proporzjon ta’ output tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, mal-input ta’ enerġija;

(5)

“iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta’ enerġija ffrankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;

(6)

“titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser żieda fl-effiċjenza fl-enerġija b’riżultat ta’ bidliet teknoloġiċi, fl-imġiba u/jew ekonomiċi;”

“(14)

“parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija jew kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li hija marbuta bl-iskemi nazzjonali ta’ obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7.

(15)

“parti inkarigata” tfisser entità legali b’setgħa ddelegata minn gvern jew korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta’ finanzjament f’isem il-gvern jew korp pubbliku ieħor;

(16)

“parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenja ruħu li jilħaq ċerti objettivi bħala parti minn ftehim volontarju, jew huwa kopert minn strument regolatorju ta’ politika nazzjonali;

(17)

“awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni” tfisser korp irregolat mil-liġi pubblika li huwa responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ tat-tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u regoli, skemi ta’ tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;

(18)

“miżura ta’ politika” tfisser strument ta’ dispożizzjoni regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew ta’ informazzjoni formalment stabbilit u implimentat fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta’ appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi ta’ enerġija u biex jieħdu miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija;

(19)

“azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista’ jiġi vverifikat, u li jista’ jitkejjel jew jiġi stmat, u li titwettaq b’riżultat ta’ miżura ta’ politika;

(20)

“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil klijenti finali jew lil stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil klijenti finali;

(21)

“operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;

(22)

“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbiegħ l-enerġija lil klijenti finali;

(23)

“klijent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha stess;

(24)

“fornitur ta’ servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f’faċilità jew f’bini ta’ klijent finali;”

Għall-finijiet tal-Artikolu 7(10) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri ta’ politika li għadhom kif ġew adottati fil-perjodu ta’ obbligu 2021-2030. Huma jistgħu jgħoddu wkoll l-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri ta’ politika adottati fil-perjodu ta’ obbligu 2014-2020 (jew qabel), sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 7, 7a jew 7b tal-EED.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar mill-miżuri adottati sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew wara biss jekk dawk il-miżuri jirriżultaw f’azzjonijiet individwali ġodda li jitwettqu wara l-31 ta’ Diċembru 2020 u qabel il-31 ta’ Diċembru 2030.

Eżempji ta’ miżuri, azzjonijiet u ffrankar

Fl-2010 ġie implimentat programm ta’ appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni tal-bini fl-użu tal-enerġija. Sakemm jibqa’ fis-seħħ u jwettaq rinnovazzjonijiet ġodda fil-perjodu rilevanti, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn dawk ir-rinnovazzjonijiet ġodda jista’ jingħadd mal-iffrankar meħtieġ fit-tieni perjodu ta’ obbligu.

Qabel l-2021 ġiet stabbilita taxxa fuq il-karburanti maħsuba sabiex twassal għal iffrankar fl-imġiba u ttejjeb l-effiċjenza fit-trasport. Sakemm tibqa’ fis-seħħ u l-effetti fuq l-imġiba jkunu jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati, meta wieħed iqis l-aħħar elastiċitajiet tal-prezzijiet, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-miżura jista’ jingħadd mal-iffrankar meħtieġ fit-tieni perjodu ta’ obbligu.

4.1.   Skemi ta’ obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija

Il-loġika ewlenija wara l-għażla li tiġi implimentata EEOS sabiex jinkiseb l-iffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED tista’ tkun li l-fornituri tal-enerġija, il-bejjiegħa fil-livell tal-konsum u d-distributuri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jidentifikaw l-iffrankar tal-enerġija mal-klijenti tagħhom u jkunu jistgħu jiksbu l-iffrankar tal-enerġija fil-mudelli tan-negozju għas-servizzi tal-enerġija. F’dan il-każ, l-Istati Membri jridu jinnominaw parti obbligata waħda jew aktar fil-livell nazzjonali (28) li huma meħtieġa sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija fost il-klijenti finali (29). In-nomina ta’ parti obbligata għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji kif previst fl-Artikolu 7a(2) tal-EED.

Meta jinnominaw partijiet obbligati bħala parti minn EEOS, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-561/16. Il-Qorti ddeċidiet li l-Istati Membri jistgħu “jimponu obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija fuq ċerti impriżi determinati biss tas-settur tal-enerġija, sakemm l-indikazzjoni ta’ dawn l-impriżi, bħala partijiet obbligati, tkun effettivament ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji esposti b’mod espliċitu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika” (30).

Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb minn kull (subkategorija ta’) parti obbligata. Imbagħad, dawk l-ammonti jridu jiġu assenjati lil kull parti obbligata, sabiex jiġi verifikat li ssodisfat l-obbligi tagħha.

L-Artikolu 7a(4) jippermetti lill-Istati Membri jesprimu l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f’termini tal-konsum tal-enerġija primarju jew finali (31), bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jippermettu jew jeħtieġu li l-partijiet obbligati jissodisfaw l-obbligu kollu tagħhom, jew parti minnu, skont il-liġi nazzjonali bħala kontribut għall-EENF (32). Huma jistgħu jippermettu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub mill-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija (33) jew minn partijiet terzi oħrajn mal-obbligu tagħhom. L-Artikolu 7a(6)(a) tal-EED jitlobhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija ssegwi proċess ta’ approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-parteċipanti kollha tas-suq, u li jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni (34).

L-Artikolu 7a(3) tal-EED jikkjarifika li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija ma joħolqu ebda ostakolu li jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jaqilbu minn fornitur għal ieħor.

L-Artikolu 7a(5) tal-EED jesiġi li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li fil-qafas tagħhom titwettaq verifika ddokumentata fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija implimentati mill-partijiet obbligati (35).

Skont l-Artikolu 7a(6)(b) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà ta’ “operazzjonijiet bankarji u self”, jiġifieri jippermettu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f’sena partikolari daqs li kieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-4 snin preċedenti jew mit-3 snin ta’ wara. Għandu jiġi nnotat li din il-flessibbiltà:

tapplika biss għall-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-EEOSs implimentati mill-1 ta’ Jannar 2014 u mhux għall-miżuri ta’ politika alternattivi; u

hija ristretta fiż-żmien – l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-partijiet obbligati jidħlu għal “operazzjonijiet bankarji u self” biss fi ħdan perjodu ta’ obbligu.

Fi kliem ieħor, l-iffrankar miksub bejn l-2014 u l-2020 ma għandux ikun “maħżun jew misluf” wara l-31 ta’ Diċembru 2020. Dak miksub bejn l-2021 u l-2030 ma għandux ikun “maħżun jew misluf” qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 jew wara l-31 ta’ Diċembru 2030. L-iffrankar miksub wara l-2010 u qabel l-1 ta’ Jannar 2014 ma jistax ikun “maħżun jew misluf” għall-finijiet tal-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED.

Peress li l-Artikolu 7(8) tal-EED jipprovdi deroga b’mod espliċitu, l-applikazzjoni tiegħu hija restrittiva u limitata għall-finijiet tal-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED.

Eżempji

L-iffrankar tal-enerġija miksub fl-2014 (bħala riżultat ta’ EEOS) jista’ jingħadd daqs li kieku nkiseb fl-2017.

L-iffrankar tal-enerġija miksub fl-2014 (bħala riżultat ta’ EEOS) ma jistax jingħadd għall-2021.

L-iffrankar tal-enerġija miksub fl-2018 (bħala riżultat ta’ EEOS) jista’ jingħadd għall-2014.

It-tieni subparagrafu fl-Artikolu 7a(6) tal-EED jistabbilixxi li l-Istati Membri “għandhom jivvalutaw u, jekk xieraq, jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt tal-ispejjeż diretti u indiretti ta’ skemi ta’ obbligu ta’ effiċjenza fl-enerġija fuq il-kompetittività tal-industriji li jużaw ħafna enerġija esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali”.

B’mod ġenerali, hemm żewġ tipi ta’ kostijiet involuti:

kostijiet tal-investiment; u

kostijiet amministrattivi (inklużi monitoraġġ u rapportar).

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha (36), il-Kummissjoni wriet, abbażi tal-evidenza disponibbli, li l-EEOSs huma kosteffikaċi ħafna. Meta jimplimentaw skemi bħal dawn, il-partijiet obbligati huma obbligati li jiżguraw li jiksbu ffrankar fl-użu finali bl-inqas spiża (ta’ investiment u amministrattiva), b’mod partikolari jekk l-ispejjeż jiġu mgħoddija lill-utenti finali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll jekk il-partijiet obbligati jagħżlu li jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub mill-fornituri tal-enerġija u minn partijiet terzi oħrajn.

L-Artikolu 7a(7) tal-EED jesiġi li “darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta’ parti obbligata, u b’kollox taħt l-iskema”. Huma jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni flimkien ma’ data oħra li għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku. Il-pubblikazzjoni ta’ tali data minn partijiet oħrajn, pereżempju, il-Kummissjoni, ma teħlishomx minn dan l-obbligu.

4.2.   Miżuri ta’ politika alternattivi

L-EED tikkjarifika li l-Istati Membri għandu jkollhom livell għoli ta’ flessibbiltà fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi. Filwaqt li l-EED ma għadhiex telenka t-tipi ta’ miżuri, fid-definizzjoni tiegħu ta’ “miżura ta’ politika” l-Artikolu 2(18) tal-EED jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ tipi possibbli, jiġifieri “strumenti regolatorji, finanzjarji, fiskali jew volontarji jew bħala mezzi ta’ informazzjoni li għandhom ikunu formalment stabbiliti u implimentati fi Stat Membru sabiex jinħoloq qafas, rekwiżit jew inċentiv ta’ appoġġ għall-atturi tas-suq sabiex jipprovdu u jixtru servizzi tal-enerġija u sabiex jieħdu miżuri oħrajn ta’ titjib tal-effiċjenza fl-enerġija”.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet lokali dwar l-enerġija rinnovabbli fil-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi (37).

L-Anness V(3) tal-EED jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil u l-amministrazzjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi:

(a)

il-miżuri ta’ politika u l-azzjonijiet individwali jipproduċu ffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jista’ jiġi vverifikat;

(b)

ir-responsabbiltà ta’ kull parti parteċipanti, parti inkarigata jew awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni, kif rilevanti, tiġi definita b’mod ċar;

(c)

l-iffrankar tal-enerġija li jinkiseb jew li għandu jinkiseb jiġi ddeterminat b’mod trasparenti;

(d)

l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jinkiseb mill-miżura ta’ politika jiġi espress fil-konsum finali jew primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV;

(e)

għandu jiġi pprovdut u magħmul disponibbli għall-pubbliku rapport annwali dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-partijiet inkarigati, mill-partijiet parteċipanti u mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni, kif ukoll data dwar ix-xejra annwali tal-iffrankar tal-enerġija;

(f)

monitoraġġ tar-riżultati u t-teħid ta’ miżuri xierqa jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti;

(g)

l-iffrankar tal-enerġija minn azzjoni individwali ma jiġix iddikjarat minn iktar minn parti waħda;

(h)

għandu jintwera li l-attivitajiet tal-parti parteċipanti, tal-parti inkarigata jew tal-awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni jkunu materjali għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat.

L-Artikolu 7b(2) tal-EED jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li abbażi tagħhom titwettaq verifika ddokumentata fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri alternattivi għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija (minbarra t-tassazzjoni) implimentati mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati.

Għandu jiġi nnotat li:

il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom jitwettqu indipendentement minn dawk il-partijiet (38); u

“proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti” għandu jinftiehem bħala subsett li jirrifletti b’mod preċiż il-popolazzjoni statistika tal-miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u b’hekk jippermetti li jsiru konklużjonijiet raġonevolment affidabbli fir-rigward tal-fiduċja fit-totalità tal-miżuri.

4.2.1.   Skemi u strumenti ta’ finanzjament u inċentivi fiskali

Dawn huma miżuri ta’ politika stabbiliti minn Stat Membru li bħala parti minnhom inċentiv monetarju u fiskali jwassal għall-applikazzjoni ta’ teknoloġiji jew tekniki effiċjenti fl-enerġija u li għandhom l-effett li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fl-użu finali (39).

Għandu jiġi nnotat li:

l-effetti għandhom jiġu mkejla, ikkontrollati u vverifikati b’mod indipendenti mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati (40); u

fil-każ ta’ skemi jew strumenti ta’ finanzjament, il-finanzjament għandu jiġi minn:

sorsi pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej); jew

kombinazzjoni ta’ sorsi pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej) u sorsi privati (pereżempju, banek, fondi ta’ investiment, fondi tal-pensjoni) li jimmiraw espliċitament għall-kisba ta’ azzjonijiet individwali li jwasslu għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali.

4.2.2.   Fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu EENF f’konformità mal-Artikolu 20(6) tal-EED jew bħala miżura ta’ politika alternattiva jew inkella bħala parti minn EEOS, sabiex il-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-iffrankar kollu tagħhom, jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-fond.

Jekk Stat Membru jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kontribuzzjonijiet annwali għal EENF bħala l-metodu prinċipali tal-issodisfar tal-obbligi ta’ effiċjenza fl-enerġija, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu trid tiżgura li:

l-iffrankar tal-enerġija miksub ikun ekwivalenti għal dak taħt l-EEOSs; u

il-miżuri ffinanzjati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7b u 20(6) u l-Anness V(3) tal-EED (41).

L-EENF jista’ jkun kwalunkwe fond stabbilit minn Stat Membru bl-iskop li jappoġġja inizjattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija. Huwa jista’ jinħoloq sabiex jiffinanzja skemi ta’ appoġġ ekonomiku u finanzjarju, assistenza teknika, taħriġ u informazzjoni, jew miżuri oħrajn maħsuba sabiex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija, u b’hekk jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dritt tal-Unjoni (42). B’mod ġenerali, tista’ tiġi stabbilita wkoll kombinazzjoni ta’ fondi pubbliċi (pereżempju, għall-indirizzar tal-fallimenti tas-suq — kategoriji ta’ kostijiet jew miżuri li ġeneralment ma jiġux indirizzati bħala parti minn mekkaniżmi bbażati fuq is-suq) u kapital privat sabiex jiġu pprovduti soluzzjonijiet aktar effettivi.

Sabiex ikun jgħodd għall-finijiet tal-Artikolu 7 tal-EED, il-finanzjament irid jiġi minn:

sorsi pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej); jew

kombinazzjoni ta’ sorsi pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej) u sorsi privati (pereżempju, banek, fondi ta’ investiment, fondi tal-pensjoni, partijiet obbligati) li jimmiraw espliċitament għall-kisba ta’ azzjonijiet individwali li jwasslu għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali.

4.2.3.   Regolamenti u ftehimiet volontarji

Dawn huma miżuri ta’ politika stabbiliti minn Stat Membru li jwasslu għall-applikazzjoni ta’ teknoloġiji jew tekniki effiċjenti fl-enerġija u li għandhom l-effett li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fl-użu finali. Huma jistgħu jkunu:

miżuri legalment vinkolanti li jimponu teknoloġiji jew tekniki speċifiċi; jew

ftehimiet volontarji skont liema d-ditti jew l-awtoritajiet lokali jimpenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni partikolari (43).

Il-“partijiet parteċipanti” jinkludu “intrapriżi jew korpi pubbliċi li jkunu impenjaw ruħhom li jilħqu ċerti objettivi bħala parti minn ftehim volontarju, jew li huma koperti minn strument ta’ politika regolatorja nazzjonali”.

4.2.4.   Standards u normi

Dawn huma miżuri ta’ politika stabbiliti minn Stat Membru li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ (pereżempju) prodotti, servizzi, binjiet u vetturi (44). Il-partijiet taħt dawn l-iskemi huma “awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni”.

4.2.5.   Skemi ta’ tikkettar tal-enerġija

Dawn huma skemi ta’ tikkettar stabbiliti minn Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma obbligatorji skont id-dritt tal-Unjoni (pereżempju, l-iffrankar mill-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-tikkettar tal-enerġija jew ir-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (45) ma jistax jingħadd) (46).

Miżuri ta’ politika oħrajn li qed jiġu implimentati fl-istess ħin jista’ jkollhom ukoll impatt fuq l-iffrankar tal-enerġija, għalhekk, mhux il-bidliet kollha osservati minn mindu ġiet introdotta l-miżura li qed tiġi evalwata jistgħu jiġu attribwiti għal dik il-miżura weħidha. Hija meħtieġa kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-impatt ta’ skema tal-ittikkettar sabiex tiġi stabbilita rabta ma’ azzjoni individwali li twassal għal iffrankar li jista’ jiġi attribwit lilha.

4.2.6.   Taħriġ u edukazzjoni, inklużi programmi ta’ konsulenza dwar l-enerġija

Dawn huma miżuri ta’ politika stabbiliti minn Stat Membru li jwasslu għall-applikazzjoni ta’ teknoloġiji jew tekniki effiċjenti fl--enerġija u li għandhom l-effett li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fl-użu finali permezz ta’ (pereżempju) programmi ta’ taħriġ għall-awdituri tal-enerġija, programmi edukattivi għall-maniġers tal-enerġija jew programmi ta’ konsulenza dwar l-enerġija għall-unitajiet domestiċi.

Għandu jiġi nnotat li:

tali miżuri jridu jiġu ssorveljati minn “awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni”; u

hija meħtieġa kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-impatt tagħhom sabiex jiġu stabbiliti:

rabta bejn l-attività ta’ taħriġ jew edukazzjoni u l-azzjoni individwali attribwibbli għaliha; u

il-perjodu li għalih il-programmi jistgħu jkomplu jkollhom effett (47).

4.2.7.   Miżuri alternattivi oħrajn

Il-lista ta’ miżuri ta’ politika alternattivi mhijiex eżawrjenti u jistgħu jiġu applikati miżuri ta’ politika oħrajn. Madankollu, l-Istati Membri jridu jispjegaw fin-notifika tagħhom lill-Kummissjoni kif jinkiseb livell ekwivalenti ta’ ffrankar, monitoraġġ u verifika (48).

It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini huma miżuri importanti sabiex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, speċjalment fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi tal-UE b’rabta mal-klima u l-enerġija għall-2030 u l-impenn globali tagħha fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Pariġi. B’hekk, miżuri ta’ politika li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini jistgħu jitqiesu wkoll bħala li jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija (49).

Il-miżuri jridu jiġu ġġenerati b’tali mod li jiġġeneraw iffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jkun relattiv għat-teknoloġija li jissostitwixxu. Pereżempju, tali ffrankar jista’ jiġi ddikjarat mill-bidla għal sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ jew teknoloġiji tal-ilma sħun aktar effiċjenti fil-bini, kemm jekk din tinvolvi enerġija rinnovabbli kif ukoll jekk le. Dak l-iffrankar ikun eliġibbli anki jekk il-miżura ta’ politika alternattiva ma tkunx maħsuba primarjament sabiex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija, sakemm dak l-Istat Membru jkun jista’ juri li l-iffrankar huwa addizzjonali, jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat skont il-metodi u l-prinċipji fl-Anness V tal-EED.

4.2.8.   Taxxi fuq l-enerġija jew is-CO2

Il-miżuri fiskali tal-Istati Membri sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-użu finali jistgħu jkunu eliġibbli. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw ukoll il-miżuri fiskali ma’ miżuri oħrajn bħal sussidji (50).

It-tassazzjoni għall-iskop tal-effiċjenza fl-enerġija timmira prinċipalment li tindirizza l-fallimenti tas-suq ikkawżati mill-konsum tal-enerġija billi tintalab taxxa jew imposta fuq ċerti tipi ta’ sors ta’ enerġija jew użu ta’ enerġija. It-taxxi fuq is-CO2 jew il-karbonju jistgħu jkunu wkoll xprunatur għal azzjonijiet individwali maħsuba sabiex jaqilbu għal sorsi ta’ enerġija b’emissjonijiet aktar baxxi ta’ CO2. Madankollu, għandu jiġi nnotat li tali kontroll tas-sors mhux bilfors iwassal għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

L-objettiv tal-miżuri fiskali huwa li l-konsumaturi u l-produtturi jkollhom iħallsu l-ispiża soċjali tal-prodott (inkluż fil-forma ta’ emissjonijiet tal-karbonju u effetti serra).

Fil-prattika, il-miżuri (51) ġeneralment jikkonsistu minn:

miżuri diretti – dawn jinkludu ħlasijiet relatati direttament mal-“esternalità”, jiġifieri l-attività li timponi effett fuq parti terza mhux relatata. Miżura ta’ dan it-tip tassumi impliċitament li l-falliment tas-suq huwa osservabbli u kwantifikabbli. Eżempju huwa t-taxxi fuq l-emissjonijiet tal-karbonju; u

miżuri indiretti – dawn huma taxxi relatati mal-materjal konsumabbli li jiġġenera l-esternalità (pereżempju, il-karburanti li jiġġeneraw l-emissjonijiet tal-karbonju) jew il-materjali konsumabbli relatati magħha (pereżempju, il-karozzi li jużaw tali karburanti).

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri fiskali ġodda għall-iskop tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għall-perjodu l-ġdid (2021-2030) u/jew ikomplu japplikaw il-miżuri eżistenti mill-ewwel perjodu (2014-2020).

Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija li jista’ jiġi ddikjarat bħala addizzjonali (52), l-Anness V(2)(a) jistabbilixxi li “l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta’ politika inkwistjoni billi jqisu mill-inqas il-fatturi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u l-bidliet ikkawżati minn miżuri oħrajn implimentati fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni”.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-Anness V(4) meta jikkalkolaw l-effett tal-miżuri fiskali:

“(a)

għandu jingħata kreditu biss għall-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ tassazzjoni li jaqbżu l-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-karburanti kif meħtieġ fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE jew 2006/112/KE;

(b)

il-flessibbiltà tal-prezz għall-kalkolu tal-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (fuq l-enerġija) għandha tirrappreżenta r-rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet, u għandha tiġi stmata abbażi ta’ sorsi ta’ data uffiċjali reċenti u rappreżentattivi;

(c)

l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta’ politika tat-tassazzjoni li jakkumpanjawhom, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies separatament.”

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jkollhom l-għan li jaqbżu l-livelli minimi skont id-dritt tal-Unjoni, inklużi:

livelli minimi għat-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (53); u

dispożizzjonijiet dwar is-sistema komuni tal-VAT (54) fir-rigward ta’ prodotti u oġġetti li jikkonsmaw l-enerġija.

Meta jikkalkolaw l-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (fuq l-enerġija) tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elastiċitajiet tal-prezzijiet (li jirrappreżentaw il-kapaċità ta’ rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet), billi jistmawhom fuq il-bażi ta’ sorsi ta’ data uffiċjali riċenti u rappreżentattivi (55). Skont il-parti 3.3(f) tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri jridu jipprovdu informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom, inklużi l-elastiċitajiet tal-prezzijiet li jkunu użaw u kif ikunu ġew stabbiliti, f’konformità mal-Anness V(4) tal-EED.

Għall-finijiet tal-Anness V(4)(c) tal-EED, huwa importanti li jiġi vvalutat kif il-miżuri fiskali jinteraġixxu ma’ miżuri ta’ politika oħrajn. Meta jikkalkolaw l-impatti tal-miżuri fiskali użati flimkien ma’ miżuri oħrajn, l-Istati Membri huma rrakkomandati li jużaw:

elastiċitajiet fuq perjodu ta’ żmien qasir biss; jew

elastiċitajiet għal perjodu ta’ żmien qasir u twil, iżda ma jiddikjarawx l-iffrankar tal-enerġija għall-miżuri l-oħrajn (jiġifieri jittrattaw il-miżura fiskali bħala l-miżura ta’ politika ewlenija f’pakkett).

Għall-miżuri fiskali implimentati qabel il-perjodu ta’ obbligu 2021-2030, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED: “L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta’ politika, kemm jekk introdotti sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew wara dik id-data, sakemm dawk il-miżuri jirriżultaw f’azzjonijiet individwali ġodda li jitwettqu wara l-31 ta’ Diċembru 2020”.

Jekk Stat Membru jistabbilixxi kombinazzjoni ta’ miżuri fiskali u ta’ sussidju, huwa jrid iżomm kontijiet separati tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri fiskali u minn miżuri ta’ politika li jakkumpanjawhom (inklużi inċentivi fiskali).

L-użu ta’ estimi tal-elastiċità fuq perjodu ta’ żmien qasir matul il-perjodu fil-mira kollu jagħmilha inqas probabbli li l-iffrankar jingħadd darbtejn.

4.3.   Miżuri ta’ politika maħsuba sabiex itaffu l-faqar enerġetiku

Skont l-Artikolu 7(11) tal-EED, meta jfasslu l-miżuri ta’ politika sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jtaffu l-faqar enerġetiku billi jirrikjedu, sa fejn ikun xieraq, li proporzjon ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija bħala parti mill-EEOS nazzjonali tagħhom, miżuri ta’ politika alternattivi jew programmi/miżuri ffinanzjati bħala parti minn EENF jiġu implimentati bħala prijorità fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali (56).

Għall-iskop tal-NECPs, l-Istati Membri jridu jivvalutaw in-numru ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku f’konformità mal-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament dwar il-Governanza (57).

Filwaqt li jqisu l-prattiki eżistenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għal kif jindirizzaw il-faqar enerġetiku fil-miżuri ta’ politika tagħhom. Mill-miżuri fit-tul maħsuba għar-rinnovazzjoni u t-titjib tar-rendiment tal-istokk tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif meħtieġ skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (“EPBD”) (58), se jibbenefikaw ukoll dawk affettwati mill-faqar enerġetiku. Skont l-Artikolu 2a tal-EPBD, l-Istati Membri għandhom jipproduċu strateġiji fit-tul sabiex jappoġġjaw ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali pubbliċi u privati fi stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050.

Dawn huma maħsuba sabiex:

jiffaċilitaw it-trasformazzjoni kosteffikaċi tal-bini eżistenti f’bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero; u

jikkomprendu deskrizzjoni tal-azzjoni nazzjonali rilevanti maħsuba biex tgħin sabiex jittaffa l-faqar enerġetiku (59).

Mid-dħul fis-seħħ u t-traspożizzjoni jew l-implimentazzjoni tiegħu fil-liġi nazzjonali, dan ir-rekwiżit sabiex titqies il-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku japplika għall-miżuri meħuda bħala parti mill-EEOSs u għall-miżuri ta’ politika alternattivi. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu liema tip ta’ miżuri ta’ politika se jużaw, minħabba li t-tnejn huma fuq l-istess livell. Madankollu, il-miżuri magħżula għandu jkollhom l-għan li jtaffu l-faqar enerġetiku.

L-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE huwa inizjattiva tal-Kummissjoni maħsuba sabiex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-kejl, il-monitoraġġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattika dwar il-faqar enerġetiku. Dan għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika. It-taqsima “Politiki u Miżuri” tas-sit web tal-Osservatorju (60) fiha eżempji ta’ tipi speċifiċi ta’ politiki u miżuri.

4.4.   Għażla ta’ setturi

L-Istati Membri għandhom il-flessibbiltà sabiex jimmiraw settur speċifiku wieħed jew aktar bl-għan li jissodisfaw l-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija, billi jintroduċu miżuri ta’ politika f’konformità mal-Artikolu 7a jew 7b tal-EED (61).. Skont it-taqsimiet 3.1, 3.2 u 3.3 tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza, huma għandhom jipprovdu informazzjoni dwar is-settur(i) (u, fil-każ tat-tassazzjoni, is-segment tal-kontribwent) fil-mira ta’ kull miżura. L-Anness V(2)(d) tal-EED jippermetti miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ prodotti, tagħmir, sistemi tat-trasport, vetturi u karburanti, bini u elementi tal-bini, proċessi jew swieq (62).

Fejn xieraq, tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali stabbiliti skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63). L-Istati Membri jistgħu jimmiraw, pereżempju, għall-bini jew għas-settur tal-industrija.

Skont il-valutazzjonijiet tal-iffrankar tal-enerġija miksub u mistenni nnotifikati mill-Istati Membri fir-rapporti annwali u l-pjanijiet nazzjonali u ta’ azzjoni tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija (“NEEAPs”) skont l-Artikolu 24 tal-EED, huwa mistenni li:

l-akbar proporzjon ta’ ffrankar ġeneralment jiġi ġġenerat minn miżuri mmirati lejn il-bini (appoġġati, pereżempju, minn skemi ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni);

it-tieni u t-tielet l-akbar proporzjonijiet jiġu mill-industrija u mit-trasport; u

l-EEOS (politika transsettorjali) tiġġenera l-ogħla sehem ta’ ffrankar għal kull miżura ta’ politika; hija timmira wkoll għall-bini, permezz ta’ miżuri li jippromwovu s-sostituzzjoni tas-sistemi ta’ tisħin, eċċ (64). Setturi oħrajn b’potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija mhux sfruttat (pereżempju, it-trasport u l-ilma) jistgħu jikkontribwixxu sabiex jinkiseb l-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija fil-perjodu 2021-2030

4.4.1.   Is-settur tat-trasport

Abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha tal-2016 li 6 % tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7 jista’ jiġi assoċjat ma’ miżuri mmirati lejn is-settur tat-trasport (65).

Sa mill-ewwel NEEAPs fl-2014 u, aktar riċenti, fl-NEEAPs tagħhom tal-2017, l-Istati Membri aġġornaw il-listi tagħhom ta’ EEOSs u miżuri ta’ politika alternattivi, u nnotifikaw aktar miżuri tat-trasport. Dawn l-iżviluppi jindikaw li l-proporzjon (potenzjali) ta’ ffrankar tal-enerġija miksub fis-settur tat-trasport fil-perjodu 2014-2020 jista’ jkun saħansitra ogħla milli vvalutat fil-valutazzjoni tal-impatt.

Minħabba li l-konsum finali tal-enerġija fit-trasport huwa inkluż fil-linja bażi tal-kalkolu, dan jista’ jkun settur ovvju li jimmira sabiex jinkiseb l-obbligu ta’ ffrankar matul il-perjodu 2021-2030.

Eżempji

Il-miżuri ta’ politika jistgħu jippromwovu vetturi aktar effiċjenti (li jaqbżu l-livelli minimi stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 (66), (UE) Nru 510/2011 (67) jew (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68)jew fid-Direttiva riveduta dwar Vetturi Nodfa (69)), bidla modali għaċ-ċikliżmu, il-mixi u t-trasport kollettiv, jew il-mobbiltà u l-ippjanar urban li jnaqqas id-domanda għat-trasport.

Jistgħu jkunu eliġibbli wkoll miżuri li jħaffu l-adozzjoni ta’ vetturi ġodda u aktar effiċjenti jew politiki li jrawmu bidla għal karburanti bi prestazzjoni aħjar li jnaqqsu l-użu tal-enerġija għal kull kilometru, soġġett għal materjalità u addizzjonalità (ara l-Anness V(2)).

4.4.2.   Is-settur tal-ilma

L-enerġija u l-ilma jikkorrelataw mill-qrib fil-ħajja ekonomika u f’ħafna livelli (“ir-rabta bejn l-enerġija u l-ilma”). L-ilma huwa meħtieġ għall-finijiet tal-enerġija, pereżempju, għat-tkessiħ, il-ħażna, il-bijokarburanti jew l-enerġija idroelettrika. L-enerġija hija meħtieġa għall-finijiet tal-ilma, pereżempju, għall-ippompjar, it-trattament u d-desalinazzjoni tal-ilma (70).

Is-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija huwa l-akbar konsumatur tal-ilma, li jikkostitwixxi 44 % tal-konsum (71). Is-setturi tal-ilma u tal-ilma mormi jikkostitwixxu 3,5 % tal-użu tal-elettriku fl-UE u dak is-sehem mistenni jikber (72). Fl-istess ħin, it-tnixxijiet jikkostitwixxu 24 % tal-ilma totali kkonsmat fl-UE, li jirrappreżentaw ħela sinifikanti u telf f’termini tar-riżorsi tal-ilma moħli u f’termini tal-enerġija użata għat-trattament ta’ dawk ir-riżorsi.

Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Governanza u tal-EED emendata, beda japplika l-prinċipju “l-effiċjenza fl-enerġija l-ewwel”. Is-settur tal-ilma jista’ jkun fost il-benefiċjarji ta’ dan il-prinċipju.

Il-ġestjoni effettiva u effiċjenti fl-enerġija tal-ilma tista’ tikkontribwixxi ffrankar tal-enerġija sinifikanti. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), 10 % tal-irtirar globali tal-ilma huwa relatat mal-produzzjoni tal-enerġija u din iċ-ċifra mistennija tiżdied b’mod sinifikanti bil-promozzjoni ta’ diversi proċessi b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju iżda b’użu intensiv tal-ilma, inklużi l-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju (73). Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jesploraw il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija permezz tal-użu ta’ teknoloġiji u proċessi intelliġenti.

Billi jesploraw bis-sħiħ il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġiji u proċessi intelliġenti – li l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw mill-EED (74) – l-Istati Membri jistgħu jsibu soluzzjonijiet sabiex ikissru r-rabta bejn il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-ilma.

L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jivvalutaw il-potenzjal tal-kostruzzjoni ta’ sistema fuq żewġ livelli meħtieġa għat-trattament separat tal-ilma tal-maltemp u tal-ilma mormi minn faċilitajiet sanitarji. Dan jista’ jevita l-ħtieġa għal kapaċitajiet addizzjonali għat-trattament tal-ilma li jistgħu jirriżultaw f’żieda fil-konsum tal-enerġija.

L-Istati Membri nnotifikaw għadd limitat ta’ miżuri relatati mal-ilma sabiex jissodisfaw l-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 7. L-aktar komuni hija l-produzzjoni tal-ilma sħun minn kolletturi solari (sostituzzjoni tal--produzzjoni tal-ilma sħun ibbażata fuq sorsi mhux rinnovabbli) jew ħiters tal-ilma tal-gass aktar effiċjenti, iżda tali miżuri huma relatati mal-ġenerazzjoni tas-sħana aktar milli mal-produzzjoni tal-ilma.

Il-miżuri ta’ politika relatati mal-produzzjoni effiċjenti fl-enerġija tal-ilma tax-xorb jistgħu jiġu kkunsidrati matul il-katina tal-provvista kollha (id-distribuzzjoni, l-użu u t-trattament tal-ilma mormi). Sal-lum, l-objettivi nazzjonali ewlenin kienu li tittaffa l-iskarsezza tal-ilma u li tittejjeb il-kwalità tal-ilma. Minbarra l-installazzjoni ta’ pompi aktar effiċjenti, l-azzjoni nnotifikata tirriżulta f’iffrankar tal-enerġija indirettament permezz ta’ domanda mnaqqsa għall-ilma jew l-użu mill-ġdid tal-ilma.

Il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija fis-settur tal-ilma jinsab:

fit-tnaqqis tal-ammont ta’ enerġija użata għall-produzzjoni u t-trattament ta’ tipi differenti ta’ ilma; u

fit-tnaqqis tad-domanda għall-ilma u tat-telf fin-netwerk, li jissarraf f’rekwiżiti aktar baxxi ta’ enerġija għall-ippompjar u t-trattament.

L-iffrankar tal-enerġija fis-settur tal-ilma jista’ jwassal sabiex jitnaqqsu l-baġits tal-muniċipalitajiet. Speċjalment meta l-muniċipalitajiet ikunu sidien tal-utilità tal-ilma, il-konsum tal-elettriku tal-impjanti tal-ilma (mormi) jista’ jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-kont tal-elettriku tagħhom. Minħabba li, pereżempju, l-għarfien, l-esperjenza u l-kapaċitajiet jistgħu jvarjaw ħafna minn muniċipalità għall-oħra, il-programmi reġjonali jew nazzjonali jistgħu jkunu utli sabiex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-esperjenza, filwaqt li l-appoġġ teknoloġiku u l-għajnuniet finanzjarji b’hekk jistgħu jżidu l-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija.

Eżempji indikattivi u mhux eżawrjenti:

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex jiffrankaw l-enerġija fil-produzzjoni, l-użu u r-rimi tal-ilma fil-forom kollha tiegħu tul il-katina tal-provvista kollha:

il-produzzjoni tal-ilma tax-xorb (ippompjar, tindif tal-ilma ta’ taħt l-art jew tal-ilma tas-superfiċje, desalinazzjoni tal-ilma baħar);

it-tnaqqis tat-telf tal-ilma tul in-netwerk tad-distribuzzjoni;

it-tnaqqis tal-użu tal-ilma mill-utenti finali (inkluż l-użu għal proċessi industrijali, irrigazzjoni, unitajiet domestiċi);

it-tnaqqis tal-użu tal-ilma permezz taċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma domestiku;

it-tindif tal-ilma mormi għall-użu mill-ġdid jew l-iskariku (ippompjar, proċessi ta’ trattament tal-ilma mormi, irkupru tas-sħana); u

it-tnaqqis tal-użu tal-enerġija għat-trattament tal-ilma tal-maltempati (it-tnaqqis tal-piż tat-trattament fuq is-sistemi tal-ilma tal-maltempati).

5.   L-IMPATT TAR-REVIŻJONI FUQ L-EWWEL PERJODU TA’ OBBLIGU

L-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija emendat sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-EED, jiġifieri l-25 ta’ Ġunju 2020.

L-Istati Membri jridu jikkonformaw ma’:

il-metodi u l-prinċipji komuni tal-kalkolu tal-impatt tal-EEOSs jew ta’ miżuri ta’ politika oħrajn (l-Anness V tal-EED);

ir-rekwiżit li titqies il-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku meta jitfasslu miżuri ta’ politika (EEOS u miżuri ta’ politika alternattivi), għalkemm jistgħu jittieħdu miżuri differenti li jkunu mmirati għal unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku (l-Artikolu 7(11) tal-EED);

id-dispożizzjoni li l-iffrankar jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat, minbarra l-miżuri ta’ rinnovazzjoni u s-sostituzzjoni bikrija ta’ apparat u vetturi aktar effiċjenti (l-Anness V(2)(b) tal-EED);

ir-rekwiżit li l-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija jrid iqis it-tul ta’ ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien (l-Anness V(2)(g) tal-EED – mid-dħul fis-seħħ); u

ir-rekwiżit li, fl-issodisfar tal-obbligu tal-iffrankar tagħhom, il-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum (bħala parti mill-EEOS) ma jwaqqfux lill-konsumaturi milli jaqilbu minn fornitur wieħed għal ieħor (l-Artikolu 7a(3) tal-EED).

L-Istati Membri jistgħu jittrasponu u jimplimentaw l-EED emendata qabel l-iskadenza. F’każijiet bħal dawn, huma jistgħu, għaż-żmien li jifdal qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ obbligu:

jagħmlu użu mid-deroga skont l-Artikolu 7(8) tal-EED;

jagħmlu użu mid-deroga skont l-Anness V(2)(b) tal-EED; u

jiddeċiedu li l-partijiet obbligati jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, bħala kontribut għall-EENF (l-Artikolu 20(6) tal-EED).

L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-Artikolu 7(4)(a)-(d) tal-EED għall-kalkolu tal-ammont tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-ewwel perjodu ta’ obbligu jridu japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-ewwel perjodu separatament skont l-Artikolu 7(5)(a) tal-EED.

6.   L-GĦADD MAL-OBBLIGU TAL-IFFRANKAR TAL-ENERĠIJA

L-Artikolu 7(1) tal-EED jistabbilixxi li ż-żewġ perjodi ta’ obbligu (2014-2020, kif imsemmi fil-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED, u 2021-2030, kif imsemmi fil-punt (b)) huma żewġ perjodi separati.

Fil-prinċipju, kif diġà previst fir-rigward tal-ewwel perjodu, huwa biss l-iffrankar tal-enerġija miksub fi ħdan perjodu partikolari li jingħadd mal-kisba tal-obbligu għal dak il-perjodu, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fl-EED.

L-Istati Membri ma jistgħux jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija b’mod retrospettiv, jiġifieri skont l-Artikolu 7(7) tal-EED, l-iffrankar miksub wara l-31 ta’ Diċembru 2020 ma jistax jingħadd mal-ammont meħtieġ għall-perjodu 2014-2020.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar li jirriżulta mill-miżuri ta’ politika introdotti qabel jew wara l-31 ta’ Diċembru 2020 mal-ammont meħtieġ għall-perjodu 2021-2030, sakemm il-miżuri jirriżultaw f’azzjonijiet individwali ġodda wara l-31 ta’ Diċembru 2020 (75).

Fil-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub f’sena partikolari għal dik is-sena biss. Madankollu, l-Artikolu 7a(6)(b) tal-EED jippermetti lil dawk li għandhom EEOS sabiex jippermettu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f’sena partikolari għal kwalunkwe waħda mill-4 snin preċedenti jew mit-3 snin ta’ wara, sakemm dan jaqa’ fil-perjodu ta’ obbligu rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tal-EED.

Eżempju indikattiv

L-iffrankar miksub fl-2014 jista’ jingħadd għall-2017 (tliet snin wara), iżda l-iffrankar miksub fl-2024 ma jistax jingħadd għall-2020, għalkemm din hija waħda mill-4 snin preċedenti, minħabba li huwa f’perjodu ta’ obbligu separat.

L-Artikolu 7(8) tal-EED huwa deroga speċifika mill-prinċipju. Jekk EEOS fis-seħħ fi kwalunkwe punt bejn il-31 ta’ Diċembru 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2014 ippermettiet lil parti obbligata tagħmel użu minn “operazzjonijiet bankarji u self” (l-Artikolu 7a(6)(b) tal-EED), l-Istat Membru inkwistjoni jista’ jgħodd l-iffrankar tal-enerġija miksub fi kwalunkwe sena partikolari wara l-2010 u qabel l-1 ta’ Jannar 2014 daqs li kieku kien inkiseb wara l-31 ta’ Diċembru 2013 u qabel l-1 ta’ Jannar 2021, diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 7(8) tal-EED:

“(a)

l- skema ta’ obbligu ta’ effiċjenza fl-enerġija kienet fis-seħħ fi kwalunkwe punt bejn il-31 ta’ Diċembru 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2014 u kienet inkluża fl-ewwel NEEAP tal-Istat Membru sottomess skont l-Artikolu 24(2);

(b)

l-iffrankar kien iġġenerat skont l-EEOS;

(c)

l-iffrankar jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness V; u

(d)

is-snin li għalihom l-iffrankar jingħadd bħala li nkiseb ġew irrapportati fl-NEEAP.”

7.   METODI U PRINĊIPJI KOMUNI SABIEX JIĠI KKALKULAT L-IMPATT TAL-ISKEMI TAL-OBBLIGI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA JEW TA’ MIŻURI TA’ POLITIKA OĦRAJN SKONT L-ARTIKOLI 7, 7A U 7B U 20(6)

L-Artikolu 7(9) tal-EED jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikoli 7a, 7b u 20(6) tal-EED jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness V tal-EED.

7.1.   Metodi ta’ kejl

7.1.1.   Metodi ta’ kejl għall-miżuri ta’ politika minbarra l-miżuri tat-tassazzjoni

Il-parti 1 tal-Anness V tal-EED jistabbilixxi metodi sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija minbarra dak li jirriżulta minn miżuri ta’ tassazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 7, 7a, 7b u 20(6) tal-EED.

Il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati u l-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni jistgħu jużaw il-metodi li ġejjin sabiex jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija:

(a)

iffrankar stmat, b’referenza għar-riżultati ta’ titjib enerġetiku preċedenti mmonitorjat b’mod indipendenti f’installazzjonijiet simili. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ ‘ex-ante’;

(b)

iffrankar imkejjel, fejn l-iffrankar mill-installazzjoni ta’ miżura, jew ta’ pakkett ta’ miżuri, jiġi ddeterminat permezz tar-reġistrazzjoni tat-tnaqqis effettiv fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-addizzjonalità, l-okkupazzjoni tal-bini, il-livelli ta’ produzzjoni u t-temp, li jistgħu jaffettwaw il-konsum. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ ‘ex-post’;

(c)

iffrankar skalat, fejn jintużaw stimi tal-inġinerija tal-iffrankar. Dan l-approċċ jista’ jintuża biss fejn l-istabbiliment ta’ data mkejla robusta għal installazzjoni speċifika jkun diffiċli jew għali b’mod sproporzjonat, pereżempju, s-sostituzzjoni ta’ kompressur jew mutur tal-elettriku b’rata ta’ kWh differenti minn dik li għaliha tkejlet l-informazzjoni indipendenti dwar l-iffrankar, jew fejn dawk l-estimi jsiru fuq il-bażi ta’ metodoloġiji u punti ta’ riferiment nazzjonali stabbiliti minn esperti kkwalifikati jew akkreditati li huma indipendenti mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati involuti;

(d)

iffrankar mistħarreġ, fejn tiġi ddeterminata r-reazzjoni tal-konsumaturi għall-pariri, għall-kampanji ta’ informazzjoni, għall-iskemi ta’ tikkettar jew ta’ ċertifikazzjoni jew kejl intelliġenti tal-konsum. Dan l-approċċ jista’ jintuża biss għal iffrankar li jirriżulta minn tibdil fl-imġiba tal-konsumatur. Ma għandux jintuża għal iffrankar li jirriżulta mill-installazzjoni ta’ miżuri fiżiċi.

7.1.2.   Metodi ta’ kejl għall-miżuri tat-tassazzjoni

Għad-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri ta’ politika relatati mat-taxxa introdotti skont l-Artikolu 7b tal-EED (76), japplikaw il-prinċipji fl-Anness V(4) tal-EED:

(a)

għandu jingħata kreditu biss għall-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri tat-tassazzjoni li jaqbżu l-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-karburanti kif mitlub fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE jew 2006/112/KE,

(b)

il-flessibbiltà tal-prezz għall-kalkolu tal-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (fuq l-enerġija) għandha tirrappreżenta r-rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet, u għandha tiġi stmata abbażi ta’ sorsi ta’ data uffiċjali reċenti u rappreżentattivi;

(c)

l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta’ politika tat-tassazzjoni li jakkumpanjawhom, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies separatament.

7.2.   Il-ħajja tal-miżuri u r-rata ta’ tnaqqis matul il-ħajja

Il-punt (i) tal-Anness V(2) tal-EED jistabbilixxi li “l-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta’ ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien. Dak il-kalkolu għandu jgħodd l-iffrankar li kull azzjoni individwali tikseb matul il-perjodu mid-data tal-implimentazzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sal-31 ta’ Diċembru 2030, kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb mill-inqas l-istess kwantità totali ta’ ffrankar. Jekk jużaw metodu ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta’ ffrankar tal-enerġija kkalkulat bl-użu ta’ dak il-metodu ma jaqbiżx l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li kien ikun ir-riżultat tal-kalkolu tiegħu meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali tikseb matul il-perjodu mid-data tal-implimentazzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sal-31 ta’ Diċembru 2030, kif xieraq”.

Il-kunċett tat-“tul ta’ ħajja” ta’ azzjoni individwali ta’ ffrankar tal-enerġija jirreferi għall-fatt li l-iffrankar jista’ jinkiseb mhux biss fis-sena tal-implimentazzjoni, iżda wkoll fis-snin futuri. Għalhekk, it-“tul ta’ ħajja” huwa l-perjodu li matulu l-azzjoni tkompli twassal iffrankar li jista’ jitkejjel.

Meta jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija matul il-ħajja ta’ azzjoni, l-Istati Membri jistgħu:

jattribwixxu għal kull azzjoni l-iffrankar “reali” li se jinkiseb bejn is-sena tal-implimentazzjoni tagħha u t-tmiem tat-tieni perjodu ta’ obbligu (jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2030) – dan issir referenza għalih bħala l-metodu “sempliċi” (77).

L-attribuzzjoni tal-iffrankar lil hinn mill-2030 mhijiex permessa. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar mill-miżuri ta’ politika introdotti qabel l-2030 għall-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija wara l-2030 biss jekk dawk il-miżuri jirriżultaw f’azzjoni individwali ġdida fil-perjodu ta’ obbligu sussegwenti;

japplikaw “valur ta’ indiċi” li jirrifletti t-tul ta’ ħajja mistenni (78);

“jillimitaw” it-tul ta’ ħajja attribwit lil azzjonijiet individwali (79) -- pereżempju, l-Istat Membru jista’ “jillimita” t-tul ta’ ħajja għal 5 snin. L-Istati Membri li jużaw dan il-metodu jridu jiżguraw li r-riżultat ma jkunx ogħla minn dak mogħti mill-approċċ “sempliċi”; jew

jużaw it-tul sħiħ tal-ħajja, iżda “jnaqqsu” l-iffrankar tas-sena futura (80) -- skont dan il-metodu, l-Istat Membru jista’ jnaqqas l-iffrankar fis-snin sussegwenti b’rata ta’ 10 % fis-sena, jekk ikun raġonevoli. Għal darba oħra, huwa jrid jiżgura li r-riżultat ma jkunx ogħla minn dak mogħti mill-approċċ “sempliċi”.

Meta jgħoddu l-iffrankar mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali minn kwalunkwe miżura ta’ politika, l-Istati Membri jridu jqisu:

(i)

meta tiġi implimentata l-miżura;

(ii)

l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija annwali; u

(iii)

jekk il-miżura hijiex se tibqa’ tirriżulta f’iffrankar tal-enerġija fl-2030 (81).

Rigward miżuri ta’ politika mmirati lejn il-bini, l-istandard tal-UE EN 15459-1:2017 (82) diġà jipprovdi linji gwida għall-valutazzjoni tat-tul tal-ħajja.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari meta jiġi ddikjarat it-tul tal-ħajja għall-miżuri ta’ mġiba li mhumiex assoċjati mal-istallazzjoni ta’ miżuri fiżiċi (83). Il-miżuri ta’ mġiba huma riversibbli ħafna, minħabba li t-tul ta’ żmien li matulu tiġi sostnuta mġiba effiċjenti jista’ jiddependi fuq varjetà ta’ fatturi. Jekk, pereżempju, l-imġiba effiċjenti promossa hija s-sewqan ekoloġiku, skont is-sewwieqa u t-tip ta’ taħriġ fis-sewqan ekoloġiku, l-effetti ta’ taħriġ fis-sewqan ekoloġiku jistgħu jdumu għal ftit jiem biss, iżda wkoll għal bosta snin.

Eżempji dwar kif jista’ jiġi kontabbilizzat it-tul tal-ħajja tal-miżuri:

1.   Metodu “sempliċi”

Azzjoni individwali (pereżempju, is-sostituzzjoni tat-twieqi) tiffranka 1 toe ta’ konsum tal-enerġija fis-sena u tkompli twassal dan l-iffrankar sena wara sena. Jekk l-azzjoni titwettaq fl-2021, hija tiffranka 1 toe fl-2021 u 1 toe f’kull sena sussegwenti sal-2030, jiġifieri total ta’ 10 toe sal-2030. Jekk l-azzjoni titwettaq fl-2022, hija tiffranka 1 toe kull sena mill-2022 sal-2030, jiġifieri total ta’ 9 toe. Jekk titwettaq fl-2030, hija tikkontribwixxi għar-rekwiżit biss dik is-sena, jiġifieri total ta’ 1 toe.

Stat Membru għandu jiffranka 65 Mtoe matul il-perjodu u jistenna li jikseb dan permezz ta’ kampanja ta’ informazzjoni fis-sena li twassal, pereżempju, miljun azzjoni (stħarriġ wera li l-effettività ta’ kull azzjoni hija ta’ 1 toe) u miljun sostituzzjoni tat-twieqi fis-sena (il-valur meqjus ta’ kull waħda huwa stmat li huwa ta’ 1 toe). Kull waħda mill-kampanji ta’ informazzjoni għandha twassal 1 Mtoe fis-sena li fiha titmexxa u l-10 kampanji għandhom iwasslu 10 Mtoe b’kollox matul l-10 snin sal-31 ta’ Diċembru 2030. Se jkun hemm iffrankar ugwali għal 10 Mtoe għall-miljun twieqi sostitwiti għall-ewwel sena, 9 Mtoe għall-miljun sostitwiti għat-tieni sena, 8 Mtoe għat-tielet, 7 Mtoe għar-raba’, 6 Mtoe għall-ħames, 5 Mtoe għas-sitt, 4 Mtoe għas-seba’, 3 Mtoe għat-tmien, 2 Mtoe għad-disa’ u 1 Mtoe għall-għaxar, jiġifieri 55 Mtoe b’kollox sal-31 ta’ Diċembru 2030. B’hekk, l-iffrankar mill-kampanji ta’ informazzjoni u s-sostituzzjonijiet tat-twieqi huwa ta’ 10 Mtoe + 55 Mtoe = 65 Mtoe.

B’kuntrast, azzjoni b’ħajja iqsar (pereżempju, kampanja ta’ informazzjoni) tista’ tiffranka 1 toe fis-sena tal-implimentazzjoni u xejn minn hemm ’il quddiem. Tkun liema tkun is-sena tal-implimentazzjoni bejn l-2021 u l-2030, il-kontribuzzjoni tagħha se tkun ta’ 1 toe.

Jekk Stat Membru jintroduċi azzjonijiet predominantement individwali b’tul ta’ ħajja qasir fil-bidu tal-perjodu ta’ obbligu ta’ 10 snin, huwa jkollu jieħu miżuri addizzjonali sabiex jilħaq l-iffrankar meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1).

Il-metodu “sempliċi” jissodisfa b’mod ċar il-kundizzjoni li l-metodu ta’ kalkolu għandu jwassal għall-kwantità meħtieġa ta’ ffrankar li effettivament jinkiseb. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw metodi alternattivi li jkunu aktar xierqa.

2.   Il-metodu tal-“valur tal-indiċi”

Alternattiva waħda hija li kull azzjoni tingħata “valur tal-indiċi” li jirrifletti l-ħajja mistennija tagħha. Kampanja ta’ informazzjoni tista’ tingħata valur tal-indiċi ta’ 0,25, filwaqt li sostituzzjoni ta’ tieqa tista’ tingħata valur tal-indiċi ta’ 6. Jekk kull waħda minn dawn l-azzjonijiet tiffranka 1 toe fis-sena, l-iffrankar attribwit għal kampanja ta’ informazzjoni jkun (1 × 0,25 toe) = 0,25 toe. L-iffrankar attribwit għal sostituzzjoni ta’ tieqa, tkun liema tkun is-sena tal-implimentazzjoni, għandu jkun ta’ (1 x 6 toe) = 6 toe.

Il-kampanji ta’ informazzjoni mbagħad jingħaddu bħala li jwasslu 0,25 Mtoe fis-sena li fiha jitmexxew jew 2,5 Mtoe b’kollox għal 10 kampanji matul l-10 snin sal-aħħar tal-2030. Jekk jitwettqu 7 miljun sostituzzjoni ta’ twieqi matul il-perjodu, dawn iwasslu għal iffrankar ta’ 7 Mtoe mmultiplikat bil-fattur ta’ 6, li jagħti 42 Mtoe. L-iffrankar mill-kampanji ta’ informazzjoni u s-sostituzzjonijiet tat-twieqi mbagħad jingħadd bħala 2,5 Mtoe + 42 Mtoe = 44,5 Mtoe.

Stat Membru li juża dan il-metodu jrid jiżgura li r-riżultat ma jkunx ogħla minn dak mogħti mill-approċċ “sempliċi”.

3.   Metodu ta’ “limitu massimu”

Alternattiva oħra hija li jiġi “llimitat” it-tul tal-ħajja attribwit lil azzjonijiet individwali. Pereżempju, jista’ jintgħażel “limitu massimu” ta’ 5 snin. L-iffrankar attribwit għal kampanja ta’ informazzjoni għandu jkun ta’ 1,25 Mtoe, pereżempju, 0,25 Mtoe fl-2022, 0,25 Mtoe fl-2023, 0,25 Mtoe fl-2024, 0,25 Mtoe fl-2025 u 0,25 Mtoe fl-2026. L-iffrankar attribwit lil sostituzzjoni ta’ tieqa, tkun liema tkun is-sena tal-implimentazzjoni, għandu jkun (1 × 5) = 5 Mtoe, pereżempju, 1 Mtoe fl-2022, 1 Mtoe fl-2023, 1 Mtoe fl-2024, 1 Mtoe fl-2025 u 1 Mtoe fl-2026.

Għal darba oħra, Stat Membru li juża dan il-metodu jrid jiżgura li r-riżultat ma jkunx ogħla minn dak mogħti mill-approċċ “sempliċi”.

Sabiex ikun rifless il-valur sħiħ ta’ miżura ta’ politika għall-effiċjenza fl-enerġija, l-Anness V(2)(i) tal-EED jesiġi li l-Istati Membri jqisu t-tnaqqis tal-iffrankar tal-enerġija matul il-ħajja ta’ kull miżura (84). L-intenzjoni hija li jiġi żgurat li l-iffrankar jiġi kontabbilizzat b’mod realistiku, minħabba li, pereżempju, prodott ġdid effiċjenti fl-enerġija jista’ ma jiġġenerax l-istess iffrankar tal-enerġija wara xi snin ta’ użu (85). Għalhekk, l-Istati Membri jridu jqisu dan fil-metodoloġiji tagħhom. Ir-rata ta’ tnaqqis tista’ tvarja skont it-tip ta’ miżuri ta’ politika u trid tiġi nnotifikata u spjegata minn kull Stat Membru skont l-Anness V(2)(i) tal-EED (86).

7.3.   Addizzjonalità

Ir-rekwiżit tal-addizzjonalità għandu jitqies meta jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-enerġija għat-tipi kollha ta’ miżura ta’ politika. Il-prinċipji bażiċi huma stabbiliti fl-Anness V(2)(a) u (b) tal-EED:

“(a)

L-iffrankar għandu jintwera li huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar li jista’ jiġi ddikjarat bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta’ politika inkwistjoni billi jqisu mill-inqas il-fatturi li ġejjin: ix-xejriet ta’ konsum tal-enerġija, il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u l-bidliet ikkawżati minn miżuri oħrajn implimentati fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni.

(b)

L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-liġi obbligatorja tal-Unjoni għandu jitqies bħala ffrankar li kien se jseħħ fi kwalunkwe każ u, b’hekk, ma jistax jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1)…”

Dan ifisser li, jekk id-dritt tal-Unjoni jesiġi li l-Istati Membri jiksbu ċertu ammont jew livell ta’ ffrankar, huma jistgħu jiddikjaraw biss l-iffrankar ’il fuq minn dan il-livell — diment li jiġu ssodisfati rekwiżiti oħrajn, pereżempju, jista’ jintwera u jiġi vverifikat li l-iffrankar huwa dovut għall-azzjoni/miżura inkwistjoni.

L-Anness V(2)(a) tal-EED jesiġi wkoll li l-Istati Membri jħarsu lejn l-iżviluppi attwali tas-suq u jistabbilixxu xenarju bażi. Dan huwa partikolarment importanti sabiex jiġi evitat li jingħaddu l-“opportunisti” li huma komuni fil-kuntest tal-obbligi tal-fornituri u l-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju. Pereżempju, jekk skema ta’ appoġġ nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-bini tappoġġja 100 azzjoni individwali f’sena partikolari, uħud minn dawk l-azzjonijiet kienu jseħħu xorta (mingħajr l-iskema) u jridu jitnaqqsu.

Bl-istess mod, meta politika tkun ilha fis-seħħ għal ħafna snin, huwa probabbli ħafna li din ikollha effetti ta’ trasformazzjoni tas-suq. Pereżempju, il-partijiet ikkonċernati privati se jqisu fl-istrateġiji tagħhom li jiżviluppaw prodotti, servizzi, eċċ. Dan ifisser, pereżempju, li x-xejriet attwali fil-medja tas-suq jistgħu jkunu dovuti parzjalment għall-effetti tal-politika minn snin preċedenti. Għalhekk, jekk isir stħarriġ sabiex jiġu vvalutati l-effetti ta’ “opportunisti”, huwa probabbli li wħud minn dawn l-effetti llum ikunu wkoll effetti konsegwenzjali minn snin preċedenti. L-Anness V(2)(b) u (c) tal-EED jipprovdi derogi minn dawn il-prinċipji bażiċi:

“B’deroga minn dak ir-rekwiżit, l-iffrankar relatat mar-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti jista’ jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1), diment li jkun żgurat il-kriterju ta’ materjalità msemmi fil-punt 3(h) tal-Anness V. L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti għal bini ġdid qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE jista’ jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-punt (a) tal-Artikolu 7(1), diment li jkun żgurat il-kriterju ta’ materjalità u dak l-iffrankar ikun ġiet nnotifikat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija f’konformità mal-Artikolu 24(2).

(c)

Jista’ jingħata kreditu biss għall-iffrankar li jaqbeż il-livelli li ġejjin:

(i)

l-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-Unjoni għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda wara l-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(ii)

ir-rekwiżiti tal-Unjoni relatati mat-tneħħija mis-suq ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE.”

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw u jaqbżu l-livelli tal-liġijiet nazzjonali tagħhom stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/631, u l-miri minimi għall-akkwist pubbliku ta’ vetturi nodfa u b’emissjonijiet żero għal ċerti vetturi tat-trasport bit-triq wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar Vetturi Nodfa

7.3.1.   Addizzjonalità fir-rigward tal-miżuri mmirati għar-rinnovazzjoni tal-bini (87)

Bħala prinċipju ġenerali, l-Anness V(2)(b) tal-EED jipprevedi li l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni obbligatorju għandu jitqies bħala ffrankar li kien iseħħ fi kwalunkwe każ u, b’hekk, ma għandux ikun iddikjarat.

B’mod ġenerali, il-kodiċijiet tal-bini assoċjati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jistabbilixxu rekwiżiti obbligatorji skont id-dritt tal-Unjoni (l-EPBD) u huma parti mix-xenarju ta’ “żamma tal-istatus quo”.

Permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar sħiħ mir-rinnovazzjoni tal-bini, diment li jiġi ssodisfat il-kriterju ta’ materjalità msemmi fl-Anness V(3)(h) tal-EED u l-iffrankar tal-enerġija kollu jiġi minn miżuri ta’ politika li jippromwovu r-rinnovazzjoni. Huma jridu juru wkoll li l-iffrankar iddikjarat mill-miżuri jaqbeż l-iffrankar li kien iseħħ fin-nuqqas tal-miżuri. Huma għandhom juru li l-parti obbligata, parteċipanta jew inkarigata kkontribwixxiet sabiex jinkiseb l-iffrankar iddikjarat (88).

Il-punt tat-tluq għall-kalkolu tal-iffrankar huwa li jitkejjel il-konsum tal-bini qabel u wara r-rinnovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jużaw din id-deroga għaż-żewġ perjodi ta’ obbligu, mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja (UE) 2018/2002), jiġifieri mill-24 ta’ Diċembru 2018.

Eżempju:

Kodiċi nazzjonali tal-bini jirrikjedi li l-bini li qed jiġi rinnovat b’mod estensiv jiġi aġġornat għal mill-inqas il-klassi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija B. L-Istat Membru kkonċernat ma jistax jiddikjara l-iffrankar li jirriżulta għall-finijiet tal-Artikolu 7.

Madankollu, huwa jista’ jiddikjara l-iffrankar jekk ikun ħa miżura li tippromwovi r-rinnovazzjoni (pereżempju, jipprovdi lill-unitajiet domestiċi sussidju għal rinnovazzjoni li altrimenti ma jkunux jistgħu jwettqu). F’dak il-każ, jista’ jiġi ddikjarat l-iffrankar kollu li jirriżulta minn dik il-miżura, irrispettivament mill-aġġornament tal-klassi tal-enerġija (jiġifieri l-iffrankar kollu jista’ jiġi ddikjarat għall-aġġornamenti tal-enerġija mill-klassi D għal C jew minn D għal B, jew minn D għal A, eċċ.).

Il-proġetti ta’ rinnovazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-EPBD. Jistgħu jiġu inkoraġġiti miżuri li jistgħu jappoġġjaw livell ogħla ta’ ambizzjoni, jiġifieri rendiment fl-użu tal-enerġija li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

7.3.2.   Addizzjonalità fir-rigward tal-miżuri mmirati għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid

Mid-dħul fis-seħħ tal-EED emendata u, jekk meħtieġ, mit-traspożizzjoni jew l-implimentazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti għal bini ġdid biss mal-iffrankar meħtieġ għall-ewwel perjodu ta’ obbligu (2014-2020), sakemm:

(i)

ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti qabel it-traspożizzjoni tal-EPBD, jiġifieri sad-9 ta’ Lulju 2012 (ara l-Artikolu 28(1) tal-EPBD);

(ii)

ikunu “materjali”; u

(iii)

ikunu ġew innotifikati fl-NEEAP sat-30 ta’ April 2017 (ara l-Artikolu 24(2) tal-EED).

L-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi ddikjarat biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-EED emendata u biss mal-iffrankar kumulattiv fl-użu finali meħtieġ sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri jridu juru li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi nazzjonali wasslet għal iffrankar li jista’ jitkejjel u li altrimenti ma kienx jinkiseb. Jekk tkun meħtieġa kwalunkwe miżura ta’ traspożizzjoni jew implimentazzjoni nazzjonali sabiex tippermetti li jiġi ddikjarat dak l-iffrankar, din trid tiġi adottata u implimentata qabel ma jiġi ddikjarat kwalunkwe ffrankar.

Jekk Stat Membru jagħmel użu mid-deroga, huwa għandu jivvaluta bir-reqqa l-interazzjoni possibbli mal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 7(4)(d) tal-EED (“azzjoni bikrija”) u jiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju.

Il-proġetti ta’ kostruzzjoni tal-bini jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Jistgħu jiġu inkoraġġiti miżuri li jistgħu jappoġġjaw livell ogħla ta’ ambizzjoni, jiġifieri rendiment fl-użu tal-enerġija li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

7.3.3.   Addizzjonalità fir-rigward tal-bini ta’ korpi pubbliċi

Fil-prinċipju, id-deroga mill-prinċipju ta’ addizzjonalità fl-Anness V(2)(b) tal-EED tapplika wkoll għall-iffrankar tal-enerġija relatat mar-rinnovazzjoni tal-bini ta’ korpi pubbliċi, billi tali ffrankar huwa “relatat mar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti” (ara t-tieni sentenza fl-Anness V(2)(b) tal-EED).

L-għan tad-deroga huwa li tippermetti lill-Istati Membri, mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja, jiddikjaraw l-iffrankar tal-enerġija kollu għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) tal-EED li jirriżulta, pereżempju, minn miżuri meħuda sabiex tinkiseb ir-rata ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 % tal-erja tal-art ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ li huwa proprjetà ta’ u okkupat mill-gvern ċentrali (ara l-Artikolu 5).

Madankollu, l-Istati Membri għandhom juru li l-iffrankar kollu ddikjarat jirriżulta mill-miżuri ta’ politika implimentati għar-rinnovazzjoni tal-bini ta’ korpi pubbliċi (89). Huma ma jistgħux jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li kien iseħħ fin-nuqqas tal-miżura ta’ politika. B’hekk, l-Istati Membri għandhom juru materjalità. Jekk tkun meħtieġa kwalunkwe miżura ta’ traspożizzjoni jew implimentazzjoni nazzjonali sabiex tippermetti li jiġi ddikjarat dak l-iffrankar, din trid tiġi implimentata qabel ma jiġi ddikjarat kwalunkwe ffrankar.

L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija ddikjarat mill-miżuri ta’ politika implimentati għar-rinnovazzjoni tal-bini ta’ korpi pubbliċi f’konformità mal-Anness V. L-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li jingħadd mal-iffrankar meħtieġ tal-enerġija fl-użu finali skont l-Artikolu 7(1) tal-EED għandu jiġi espress f’konsum finali tal-enerġija. Jekk l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija jiġi espress f’enerġija primarja, l-Istati Membri għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV tal-EED.

7.3.4.   Addizzjonalità fir-rigward tal-miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (90)

Is-sostituzzjoni ta’ bojlers biss mhijiex meqjusa bħala miżura ta’ rinnovazzjoni, minħabba d-dispożizzjoni speċifika fl-Anness V(2)(c) tal-EED. B’hekk, il-punt tat-tluq dejjem se jkun ir-rekwiżiti minimi skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ekodisinn (91). L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mis-sostituzzjoni ta’ apparat irregolat mil-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn, pereżempju, ħiters tal-post, jista’ jingħadd biss jekk jaqbeż ir-rekwiżiti minimi tal-ekodisinn, għajr fil-każ ta’ sostituzzjoni bikrija (ara l-Anness V(2)(e) tal-EED).

Jekk l-Istati Membri jipprovdu inċentivi jew sussidji għall-prodotti koperti mir-regolamenti tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija, huwa rrakkomandat li dawn jimmiraw għall-klassijiet ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija. Pereżempju, inċentiv jew sussidju maħsub sabiex jinkoraġġixxi l-installazzjoni ta’ bojlers ġodda u aktar effiċjenti fl-enerġija jkun ikopri biss bojlers fl-aktar żewġ klassijiet popolati b’mod sinifikanti tat-tikketta tal-enerġija għall-bojlers, abbażi tad-data tas-suq rilevanti għall-perjodu inkwistjoni.

7.3.5.   Addizzjonalità fir-rigward tal-verifiki tal-enerġija skont l-Artikolu 8

L-Artikolu 8(4) jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-intrapriżi kbar (jiġifieri ditti li mhumiex SMEs) iwettqu verifika tal-enerġija kull 4 snin; minnu nnifsu, dan ma jwassalx għal iffrankar tal-enerġija.

Il-miżuri maħsuba sabiex jinkoraġġixxu jew jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ verifika jmorru lil hinn mill-minimu meħtieġ skont l-Artikolu 8 – it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(7) jistabbilixxi li l-Istati Membri “jistgħu jimplimentaw skema ta’ appoġġ jew inċentiv”. Għalhekk, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri bħal dawn jista’ jingħadd, minħabba li kien iseħħ xorta waħda, diment li jiġi ssodisfat il-kriterju tal-materjalità. L-istess japplika għall-iffrankar li jirriżulta minn miżuri mmirati lejn l-SMEs.

7.4.   Materjalità u eliġibbiltà

Minbarra l-prinċipju tal-addizzjonalità, l-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kriterju ta’ “materjalità”. It-tnedija awtomatika tal-leġiżlazzjoni tal-UE jew it-titjib awtonomu minħabba l-forzi tas-suq jew l-iżviluppi teknoloġiċi (pereżempju) ma jistgħux jitqiesu, billi l-Istati Membri ma jistgħux jgħoddu dawk l-azzjonijiet li kienu jseħħu xorta waħda.

L-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-miżura ta’ politika jridu jkunu “materjali” għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat; fi kliem ieħor:

iridu jkunu kkontribwixxew għall-azzjoni individwali inkwistjoni; u

is-sussidju jew l-involviment tal-parti obbligata, parteċipanta jew inkarigata jrid ikollu b’mod ċar aktar minn effett minimu fuq id-deċiżjoni tal-utent finali li jwettaq l-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija.

Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri juru li l-iffrankar huwa kkawżat minn miżura ta’ politika maħsuba sabiex twassal għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali (92). Il-miżuri meħuda skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (93) jistgħu jitqiesu bħala materjali, iżda l-Istati Membri għandhom juru li dawn jirriżultaw f’titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista’ jiġi vverifikat u mkejjel jew stmat.

Għall-iskemi ta’ finanzjament, pereżempju, indikazzjoni tal-ammont ta’ sussidju mhijiex biżżejjed sabiex turi l-materjalità, minħabba li din weħidha ma tagħtix prova li s-sussidji influwenzaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-utenti finali. Ir-rwol li għandhom l-atturi involuti fl-azzjonijiet jista’, fil-prinċipju, jkun ipprovat mingħajr sussidju bħala punt ta’ riferiment; l-azzjonijiet standardizzati (pereżempju, il-ħolqien ta’ standards tal-installazzjoni għal prodotti, il-pariri dwar l-enerġija u l-verifiki tal-enerġija segwiti mill-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet) jistgħu jkunu indikatur ta’ materjalità importanti.

Sabiex jiżguraw il-konformità, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ġenerali tal-materjalità skont EEOS jew miżuri alternattivi u jivverifikawhom fuq bażi ta’ proġett bi proġett (94). Dawn jistgħu jistabbilixxu li l-partijiet (pereżempju, meta japplikaw għal “ċertifikat abjad” (95)) iridu jiddokumentaw u jagħtu prova ta’ kontribuzzjoni diretta għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Il-partijiet obbligati jistgħu jintalbu jagħtu prova ta’:

jekk il-kontribuzzjoni tkunx ingħatat direttament jew indirettament (jiġifieri minn intermedjarji); u

jekk kinitx deċiża qabel l-installazzjoni tal-azzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu wkoll, pereżempju, li:

jiġi konkluż kuntratt bejn l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni (jiġifieri l-partijiet obbligati) u partijiet terzi;

l-iffrankar tal-enerġija ma jiġix iġġenerat qabel jinħareġ il-kuntratt;

il-partijiet ikunu jistgħu jgħoddu l-iffrankar biss fejn huma kienu involuti direttament fl-implimentazzjoni tal-miżura (pereżempju, billi jipprovdu verifiki tal-enerġija, sussidji, eċċ.); u

jitfasslu ftehimiet li jkopru l-katina kollha mill-atturi obbligati sal-utenti finali tal-enerġija.

7.5.   Miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini għall-użu proprju

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn:

il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(4)(f) tal-EED, li tirreferi għal ammont ta’ enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju li jista’ jiġi eskluż mill-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED; u

il-kjarifika fl-Anness V(2)(e) tal-EED, fejn l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini fil-prinċipju jkun jista’ jingħadd mal-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1).

Dan huwa spjegat ukoll fil-premessa 43 tal-EED.

Skont l-Anness V(2)(e) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini għall-użu proprju mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1) tal-EED, diment li dawk il-miżuri jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija fl-użu finali verifikabbli u li jista’ jitkejjel jew jiġi stmat (tnaqqis fil-konsum) u jiġu kkalkulati f’konformità mal-Anness V tal-EED (96).

Għalhekk, japplikaw ukoll ir-rekwiżiti tal-addizzjonalità u tal-materjalità, u r-regoli ta’ monitoraġġ u verifika stabbiliti tal-Istati Membri.

L-Istati Membri jridu juru li tali miżuri jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija fl-użu finali minħabba l-bidla teknoloġika. Pereżempju, l-iffrankar mill-bidla għal teknoloġiji tat-tisħin u tal-ilma sħun aktar effiċjenti fil-bini, inklużi teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jibqa’ eliġibbli kompletament, sakemm l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li dan huwa addizzjonali, jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat skont il-metodi u l-prinċipji fl-Anness V (97).

Dan huwa ċċarat fl-Anness V(2)(e) tal-EED u huwa mmirat lejn l-objettiv ġenerali tal-Artikolu 7(1) tal-EED, jiġifieri li tiġi ffrankata l-enerġija fl-użu finali, irrispettivament mit-teknoloġija (kemm jekk tkun miżura li tippromwovi teknoloġija li tuża sorsi rinnovabbli jew inkella waħda li tuża enerġija fossili, li tirriżulta fi tnaqqis tal-użu effettiv tal-enerġija fil-bini, fit-trasport jew fl-industrija).

L-Anness V(2)(e) tal-EED jirreferi espliċitament għall-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1), li jesiġi li l-Istati Membri jiksbu ffrankar kumulattiv tal-enerġija fl-użu finali u li jimmira lejn tnaqqis effettiv fl-użu tal-enerġija minn persuna fiżika jew ġuridika (skont l-Anness V(1)(b)). L-Artikolu 2(5) jiddefinixxi l-“iffrankar tal-enerġija” bħala ammont ta’ enerġija ffrankata li jiġi ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta’ miżura għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija. Billi l-Artikolu 7 tal-EED jimmira lejn tnaqqis effettiv tal-użu finali tal-enerġija, jista’ jiġi konkluż li l-Anness V(2)(e) jesiġi li l-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini jintwerew li jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija, jiġifieri tnaqqis effettiv fl-enerġija fl-użu finali.

L-Istati Membri għandhom il-flessibbiltà li jesprimu l-iffrankar tal-enerġija f’termini tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, kif previst fl-Anness V(3)(d) (miżuri ta’ politika alternattivi) u fl-Artikolu 7a(4) (EEOS). Din il-flessibbiltà ma tbiddilx l-obbligu għall-iffrankar kumulattiv tal-enerġija f’termini ta’ bejgħ tal-enerġija (fil-perjodu sal-2020) u l-konsum finali tal-enerġija (2021-2030).

7.6.   Miżuri li jippromwovu l-adozzjoni ta’ prodotti u vetturi aktar effiċjenti

Il-miżuri tal-Istati Membri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-trasport huma eliġibbli sabiex jitqiesu għall-kisba tal-obbligu tagħhom ta’ ffrankar tal-enerġija fl-użu finali (98). Dawn il-miżuri jinkludu:

politiki li jippromwovu vetturi aktar effiċjenti jew bidla modali għaċ-ċikliżmu, il-mixi u t-trasport kollettiv; u

ippjanar urban u tal-mobbiltà li jnaqqas id-domanda għat-trasport.

L-akkwist pubbliku ta’ vetturi nodfa u b’emissjonijiet żero huwa eliġibbli, soġġett għall-addizzjonalità tagħhom għar-rekwiżiti minimi tad-Direttiva riveduta dwar Vetturi Nodfa.

Huma eliġibbli wkoll skemi li jħaffu l-adozzjoni ta’ vetturi ġodda u aktar effiċjenti jew politiki li jrawmu bidla għal karburanti bi prestazzjoni aħjar li jnaqqsu l-użu tal-enerġija għal kull kilometru, soġġett għall-konformità mar-regoli dwar il-materjalità u l-addizzjonalità (99).

L-Anness V(2)(f) jikkjarifika li jista’ jintalab kreditu sħiħ għall-politiki li jħaffu l-adozzjoni ta’ prodotti u vetturi aktar effiċjenti, diment li jintwera li:

tali adozzjoni sseħħ qabel l-iskadenza tal-ħajja medja mistennija tal-prodott jew tal-vettura, jew qabel ma l-prodott jew il-vettura ġeneralment jiġu sostitwiti; u

l-ammont sħiħ ta’ ffrankar jiġi ddikjarat biss għall-perjodu sat-tmiem tal-ħajja medja mistennija tal-prodott jew tal-vettura li għandhom jiġu sostitwiti (100).

Fejn xieraq, tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali tal-Istati Membri stabbiliti skont id-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi.

7.7.   L-iżgurar li jinżammu l-istandards ta’ kwalità

L-Anness V(2)(g) tal-EED jikkjarifika li l-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija ma għandhiex tbaxxi l-istandards ta’ kwalità għall-prodotti, is-servizzi u l-installazzjoni ta’ miżuri. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-istandards tal-kwalità jinżammu, jew inkella jiġu introdotti fejn għadhom ma jeżistux diġà.

7.8.   L-indirizzar tal-varjazzjonijiet klimatiċi

L-Anness V(2)(h) tal-EED jippermetti lill-Istati Membri jaġġustaw l-iffrankar tal-enerġija sabiex jindirizzaw il-varjazzjonijiet klimatiċi bejn ir-reġjuni. Id-dispożizzjoni telenka żewġ għażliet:

(i)

l-aġġustament għal valur standard; jew

(ii)

l-attribuzzjoni ta’ ffrankar tal-enerġija differenti f’konformità mal-varjazzjonijiet fit-temperatura.

7.9.   L-evitar ta’ għadd doppju

L-Artikolu 7(12) tal-EED jesiġi li l-Istati Membri juru li l-iffrankar tal-enerġija ma jingħaddx darbtejn fejn l-impatti tal-miżuri ta’ politika jew ta’ azzjonijiet individwali jirkbu fuq xulxin. Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ strumenti nnotifikati mill-Istati Membri u l-probabbiltà kbira ta’ sovrapożizzjonijiet tal-politika mill-użu tal-EEOSs u miżuri alternattivi flimkien (pereżempju, l-interazzjoni bejn it-tassazzjoni fuq l-enerġija u s-sussidji lill-unitajiet domestiċi sabiex jissostitwixxu t-twieqi jew il-ħiters tal-post), huwa kruċjali li jiġu indirizzati r-riskji tal-għadd doppju.

Bażi ta’ data nazzjonali tista’ tkun għodda effettiva f’dan ir-rigward. Pereżempju, il-bażi ta’ data tirreġistra li sussidju maħsub sabiex jinkoraġġixxi s-sostituzzjoni ta’ bojlers antiki tħallas lil unità domestika partikolari u tavża lill-utent jekk l-istess unità domestika tapplika mill-ġdid.

L-użu ta’ miżuri ta’ politika multipli flimkien jirriżulta f’kumplessità akbar għall-Istati Membri, f’termini ta’:

sforz akbar assoċjat mal-implimentazzjoni, pereżempju, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija; u (aktar importanti)

l-iżgurar ta’:

infurzar, speċjalment fejn l-istrumenti differenti jkunu estensivi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom; u

verifika tal-impatt mingħajr għadd doppju.

L-Artikolu 7(12) tal-EED jipprojbixxi wkoll l-għadd doppju fejn il-politiki jirkbu fuq xulxin, jiġifieri l-Istati Membri jridu jqisu l-fatt li miżuri ta’ politika oħrajn imwettqa fl-istess qafas ta’ żmien jista’ jkollhom impatt fuq l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija, għalhekk, mhux il-bidliet kollha osservati minn mindu ġiet introdotta miżura ta’ politika partikolari jistgħu jiġu attribwiti lil dik il-miżura biss.

8.   IL-KEJL, IL-MONITORAĠĠ, IL-KONTROLL, IL-KWALITÀ U L-VERIFIKA

L-EED tenfasizza l-importanza tar-regoli ta’ monitoraġġ u verifika għall-implimentazzjoni tal-EEOSs u ta’ miżuri ta’ politika alternattivi, inkluż ir-rekwiżit li jiġi vverifikat kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ miżuri.

L-għażla ta’ proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tinvolvi l-istabbiliment ta’ subsett ta’ popolazzjoni statistika ta’ azzjonijiet għall-iffrankar tal-enerġija fi ħdan kull miżura li tirrifletti b’mod preċiż il-popolazzjoni kollha tal-azzjonijiet kollha għall-iffrankar tal-enerġija u, b’hekk, tippermetti li jsiru konklużjonijiet raġonevolment affidabbli fir-rigward tal-fiduċja fit-totalità tal-miżuri (101).

L-Artikolu 7a(5) tal-EED (għall-EEOSs)

“L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li fil-qafas tagħhom issir verifika dokumentata fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet obbligati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom jitwettqu indipendentement mill-partijiet obbligati.”

L-Artikolu 7b(2) tal-EED (għal miżuri ta’ politika alternattivi)

“Għall-miżuri kollha għajr dawk li jirrelataw mat-tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li fil-qafas tagħhom issir verifika dokumentata fuq tal-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom jitwettqu indipendentement mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati.”

Is-sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika għandhom jiżguraw li l-kalkoli tal-iffrankar tal-enerġija jiġu vverifikati fir-rigward ta’ proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu ssodisfati, inter alia, permezz ta’:

kontrolli awtomatizzati tal-kompjuter jew analiżi tad-dokumentazzjoni tad-data u l-kalkoli rrapportati mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati, jew mill-benefiċjarji (fejn il-benefiċjarji jirrapportaw id-data direttament lill-awtorità pubblika);

l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija mkejjel fuq proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti ta’ miżuri jew benefiċjarji;

l-użu ta’ verifiki mwettqa skont regolament, kwalifika, akkreditazzjoni jew skema ta’ ċertifikazzjoni, pereżempju, meta l-iffrankar tal-enerġija rrapportat ikun ibbażat fuq verifiki tal-enerġija jew ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (iffrankar skalat).

Id-dokumentazzjoni għall-miżura ta’ politika għandha tispjega kif ir-rekwiżiti ta’ din l-iskema l-oħra jiżguraw li l-kontrolli jew il-verifiki jitwettqu fuq proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-verifiki tal-enerġija jew valutazzjonijiet oħrajn tal-iffrankar.

Is-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tista’ tiġi organizzata f’passi jew livelli differenti. L-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jkunu parti mill-approċċ, bħala t-tieni stadju tal-verifika fuq is-subkampjuni ta’ azzjonijiet individwali identifikati bħala li huma f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri. Meta dawn ma jkunux teknikament jew ekonomikament fattibbli, dan jista’ jiġi spjegat fid-dokumentazzjoni għall-miżura.

L-Istati Membri jridu jispjegaw kif jużaw il-punti ta’ riferiment sabiex jivverifikaw l-iffrankar meqjus jew skalat (l-Anness V(5)(g) tal-EED).

L-indipendenza tal-kejl, tal-kontroll u tas-sistemi (ara l-Anness V(5)(j) tal-EED) tista’ tiġi ddokumentata fuq il-bażi li l-korp tal-verifika (lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji):

ikun korp pubbliku b’indipendenza statutorja; jew

ma jkollu ebda rabta ma’ (jiġifieri ma jkunx parzjalment jew kompletament proprjetà ta’ jew imħallas minn) il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati; jew

jista’ jiġi kkuntrattat minn partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati, iżda f’dan il-każ ikun soġġett għal kontrolli mill-awtorità pubblika jew minn korp ta’ kwalifika, akkreditazzjoni jew ċertifikazzjoni.

Il-korp tal-verifika jista’ jkun:

direttament inkarigat mill-verifika tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija jew tal-kalkoli tal-iffrankar tal-enerġija; jew

responsabbli mill-kontroll tal-proċessi ta’ verifika u mit-teħid ta’ kampjuni mill-verifiki magħmula minn organizzazzjonijiet oħrajn, inklużi l-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati.

9.   OBBLIGI TA’ IPPJANAR U RAPPORTAR

9.1.   L-ewwel perjodu ta’ obbligu

Għall-perjodu ta’ obbligu 2014-2020, l-Istati Membri jridu jissottomettu rapporti annwali sat-30 ta’ April 2019 u 2020 (l-Artikolu 24(1) u l-Anness XIV, il-parti 2) (102).. Meta jagħmlu dan, huma jirrapportaw inter alia dwar il-progress lejn il-mira tal-iffrankar tal-enerġija u dwar il-miżuri ta’ politika adottati jew ippjanati skont il-parti 2 tal-Anness XIV. Dan se jiġi vvalutat mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 27 tar-Regolament dwar il-Governanza jesiġi li kull Stat Membru jirrapporta lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2022 dwar il-kisba tal-mira nazzjonali tiegħu tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2020 (kif stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tal-EED) billi jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fil-parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament dwar il-Governanza.

9.2.   It-tieni perjodu ta’ obbligu u lil hinn

Għall-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 u lil hinn, japplikaw l-obbligi ta’ ppjanar u rapportar ewlenin li ġejjin (l-Artikoli 7, 7a u 7b u l-Anness V tal-EED):

kemm fl-abbozz ta’ NECP integrat tagħhom kif ukoll f’dak finali (l-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza), l-Istati Membri jridu juru l-kalkolu tagħhom tal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb matul il-perjodu 2021-2030, kif imsemmi fil-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) (ara l-Artikolu 7(6) tal-EED);

billi xi data (pereżempju, il-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja matul il-perjodu 2016-2018 (f’ktoe)) jista’ jkun li ma kinitx disponibbli għal notifika fl-ewwel abbozz tal-NECP (103), ma setax ikun possibbli li jintwera l-kalkolu ta’ hawn fuq. Madankollu, l-Istati Membri jridu juru fl-ewwel NECP finali tagħhom u fl-abbozz ta’ NECP u l-NECP finali sussegwenti kif huma qiesu l-elementi elenkati fl-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza;

minbarra dak li ntqal hawn fuq u fejn rilevanti, l-Istati Membri jridu jispjegaw fl-abbozz tal-NECP u fl-NECP finali tagħhom kif huma stabbilixxew ir-rata ta’ ffrankar annwali u l-linja bażi tal-kalkolu skont l-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED, u kif u sa liema punt applikaw l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 7(4) (ara l-Artikolu 7(6) tal-EED);

jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika waħda jew aktar mill-għażliet fl-Artikolu 7(4) tal-EED, huwa jrid japplika u jikkalkula l-effett għall-perjodu ta’ obbligu (ara l-Artikolu 7(5) tal-EED); u

jekk Stat Membru jagħmel użu mill-għażla msemmija fl-Artikolu 7(4)(c) tal-EED għall-perjodu 2021-2030, huwa jrid jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ politika maħsuba fl-abbozz tal-NECP u fl-NECP finali tiegħu. Huwa jrid jikkalkula l-impatt tal-miżuri f’konformità mal-Anness V tal-EED u jinkludih fl-NECP (ara l-Artikolu 7(4)(c)). Huwa jrid jissottometti din l-informazzjoni għall-ewwel darba fl-ewwel NECP finali (sal-31 ta’ Diċembru 2019).

Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu:

jinkludu informazzjoni dwar l-eżitu tal-miżuri sabiex itaffu l-faqar enerġetiku fil-kuntest tal-EED fir-rapporti ta’ progress nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Governanza (ara l-Artikolu 7(11) tal-EED);

jippubblikaw, fuq bażi annwali, l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull (subkategorija ta’) parti obbligata u b’kollox bħala parti mill-iskema (ara l-Artikolu 7a(7) tal-EED); u

jiddeskrivu fid-dettall fl-NECPs tagħhom il-metodu alternattiv u d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jiżguraw li huma jissodisfaw ir-rekwiżit fl-Anness V(2)(i) tal-EED, jiġifieri li l-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija jqis it-tul tal-ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien.

Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa meqjus li jikseb mill-inqas l-istess ammont totali ta’ ffrankar. F’dan il-każ, huma jridu jiżguraw li l-ammont ikkalkulat bl-użu ta’ dak il-metodu ma jaqbiżx l-ammont minn kalkolu li jgħodd l-iffrankar li kull azzjoni individwali se tikseb matul il-perjodu, mid-data tal-implimentazzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew 2030, kif xieraq.

Bħala konklużjoni, l-obbligi ta’ ppjanar u rapportar li ġejjin skont ir-Regolament dwar il-Governanza japplikaw ukoll għall-implimentazzjoni u l-progress tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikoli 7, 7a u 7b u l-Anness V tal-EED:

Skeda ta’ żmien

fil-31 ta’ Diċembru 2018.

(sussegwentement l-1 ta’ Jannar 2028 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem)

Sottomissjoni tal-abbozz ta’ NECP (l-Artikoli 9(1), 4 u 6, l-Annessi I u III tar-Regolament dwar il-Governanza)

6 xhur qabel l-NECP finali

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li l-kontribuzzjonijiet tagħhom (inkluża l-kontribuzzjoni tal-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija lejn l-Artikolu 3(5) tal-EED) tqis li huma insuffiċjenti (l-Artikolu 31(1) tar-Regolament dwar il-Governanza)

fil-31 ta’ Diċembru 2019.

(sussegwentement l-1 ta’ Jannar 2029 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem)

Sottomissjoni tal-NECP finali (l-Artikoli 3(1), 4 u 6, l-Annessi I u III tar-Regolament dwar il-Governanza)

fl-10 ta’ Marzu 2020.

Sottomissjoni tal-ewwel strateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul (l-Artikolu 2a(8) tal-EPBD)

Sal-31 ta’ Ottubru 2021

(u kull sentejn (2) minn hemm ’il quddiem)

Valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress lejn il-miri tal-UE, b’mod partikolari abbażi tar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima (l-Artikolu 29 tar-Regolament dwar il-Governanza).

Fir-rigward tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, l-Artikoli 29, 21 (rapportar integrat dwar l-effiċjenza fl-enerġija) u 24 (rapportar integrat dwar il-faqar enerġetiku) tar-Regolament dwar il-Governanza huma rilevanti.

Fil-każ ta’ progress insuffiċjenti minn Stat Membru, il-Kummissjoni se toħroġ rakkomandazzjonijiet (l-Artikolu 32(1) tar-Regolament dwar il-Governanza).

Sat-30 ta’ April 2022

Rapport dwar il-kisba tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2020 minn kull Stat Membru (l-Artikolu 27 u l-Anness IX, il-parti 2 tar-Regolament dwar il-Governanza)

Sal-15 ta’ Marzu 2023

(u kull sentejn (2) minn hemm ’il quddiem)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-NECP (“rapport ta’ progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima”) (l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Governanza)

fit-30 ta’ Ġunju 2023.

(sussegwentement l-1 ta’ Jannar 2033 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem)

Sottomissjoni tal-abbozz ta’ aġġornament tal-NECP (l-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar il-Governanza)

fit-30 ta’ Ġunju 2024.

(sussegwentement l-1 ta’ Jannar 2034 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem)

Sottomissjoni tal-aġġornament finali tal-NECPs (l-Artikolu 14(2) tar-Regolament dwar il-Governanza)

9.3.   Notifika tal-EEOSs u ta’ miżuri alternattivi (minbarra t-tassazzjoni)

Skont l-Anness V(5) tal-EED u l-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom għat-tħaddim tal-miżuri ta’ politika tagħhom, kif imsemmi fl-Artikoli 7a, 7b u 20(6) tal-EED. Għajr fil-każ tat-tassazzjoni (ara t-taqsima 9.4), in-notifika trid tinkludi dettalji ta’:

(a)

il-livell ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) jew li mistenni jinkiseb matul il-perjodu kollu bejn l-2021 u l-2030;

(b)

partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni;

(c)

setturi fil-mira;

(d)

il-miżuri ta’ politika u l-azzjonijiet individwali, inkluż l-ammont totali mistenni tal-iffrankar kumulattiv tal-enerġija għal kull miżura;

(e)

it-tul tal-perjodu ta’ obbligu għall-EEOS;

(f)

l-azzjonijiet previsti bħala parti mill-miżuri ta’ politika;

(g)

il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż kif ġew iddeterminati l-addizzjonalità u l-materjalità u l-metodoloġiji u l-punti ta’ riferiment użati għall-iffrankar stmat u skalat;

(h)

it-tul ta’ ħajja tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex huwa bbażat;

(i)

l-approċċ meħud sabiex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru; u

(j)

is-sistemi ta’ monitoraġġ u verifika għall-miżuri skont l-Artikoli 7a u 7b u kif tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati.

Barra minn hekk, il-partijiet 3.1 u 3.2 tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza jesiġu li l-Istati Membri jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja:

“3.1.   Skema ta’ obbligu ta’ effiċjenza fl-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2012/27/UE:

(a)

deskrizzjoni tal-iskema ta’ obbligu ta’ effiċjenza fl-enerġija;

(b)

l-ammonti kumulattivi u annwali mistennija ta’ ffrankar u t-tul tal-perjodu/i ta’ obbligu;

(c)

il-partijiet obbligati u r-responsabbiltajiet tagħhom;

(d)

setturi fil-mira;

(e)

l-azzjonijiet eliġibbli previsti bħala parti mill-miżuri;

(f)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2012/27/UE:

(i)

fejn ikun applikabbli, azzjonijiet speċifiċi u proporzjon tal-iffrankar li għandu jinkiseb fl-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku f’konformità mal-Artikolu 7(11);

(ii)

l-iffrankar miksub mill-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija jew minn partijiet terzi oħrajn (il-punt (a) fl-Artikolu 7a(6)); u

(iii)

“operazzjonijiet bankarji u self” (il-punt (b) fl-Artikolu 7a(6)); u

(g)

meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar negozjar fl-iffrankar tal-enerġija.

3.2.   Miżuri alternattivi, kif imsemmija fl-Artikoli 7b u 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr it-tassazzjoni):

(a)

it-tipi ta’ miżuri ta’ politika;

(b)

deskrizzjoni fil-qosor, inklużi l-karatteristiċi tad-disinn, għal kull miżura nnotifikata;

(c)

l-ammonti kumulattiv u annwali totali mistennija ta’ ffrankar għal kull miżura u/jew l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija fir-rigward ta’ kwalunkwe perjodu intermedjarju;

(d)

l-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni, il-partijiet parteċipanti jew inkarigati u r-responsabbiltajiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-miżura/i;

(e)

setturi fil-mira;

(f)

l-azzjonijiet eliġibbli previsti bħala parti mill-miżuri; u

(g)

meta jkun applikabbli, miżuri ta’ politika pubblika speċifiċi jew azzjonijiet individwali li jkollhom fil-mira l-faqar enerġetiku.”

9.4.   Miżuri ta’ tassazzjoni

L-Anness V(5)(k) tal-EED jeħtieġ li l-Istati Membri (f’konformità mar-Regolament dwar il-Governanza) jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġija tagħhom għat-tħaddim tal-miżuri tat-tassazzjoni. B’mod partikolari, huma jridu jinnotifikaw id-dettalji li ġejjin:

(i)

is-setturi fil-mira u s-segment tal-kontribwenti;

(ii)

l-awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni;

(iii)

l-iffrankar li mistenni jinkiseb;

(iv)

it-tul ta’ żmien tal-miżura tat-tassazzjoni; u

(v)

il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema flessibbiltà tal-prezz qed tintuża u kif din ġiet stabbilita.

Barra minn hekk, il-parti 3.3 tal-Anness III tar-Regolament dwar il-Governanza tesiġi li l-Istati Membri jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-miżuri fiskali:

(a)

deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri;

(b)

it-tul ta’ żmien tal-miżuri;

(c)

l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni;

(d)

l-ammont kumulattiv u annwali mistenni ta’ ffrankar għal kull miżura;

(e)

is-setturi u s-segment tal-kontribwenti fil-mira;

(f)

il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema elastiċitajiet tal-prezzijiet jintużaw u kif ġew stabbiliti, f’konformità mal-Anness V(4) tad-Direttiva 2012/27/UE.

L-Istati Membri għandhom juru kif ikkalkolaw l-elastiċitajiet u liema sorsi ta’ data uffiċjali riċenti u rappreżentattivi użaw (104).

10.   PERJODU TA’ OBBLIGU TAL-IFFRANKAR TAL-ENERĠIJA WARA L-2030

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-EED jitlob lill-Istati Membri jkomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid f’konformità mal-punt (b) fl-ewwel subparagrafu għal perjodi ta’ 10 snin wara l-2030, sakemm ir-rieżamijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem ma jikkonkludux li dan mhuwiex neċessarju sabiex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-UE dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.


(1)  Ara, inter alia, Economidou et al., 2018. Valutazzjoni tat-Tieni Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. EUR 29272 EN, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-87946-3, doi:10.2760/780472, JRC110304 (rapport disponibbli fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/assessment-second-national-energy-efficiency-action-plans-under-energy-efficiency-directive) u Tsemekidi-Tzeiranaki et al., 2019. Analiżi tar-Rapporti Annwali għall-2018 skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. EUR 29667 EN, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2019, ISBN 978-92-79-00173-7, doi:10.2760/22313, JRC 115238 (rapport disponibbli fuq http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC115238/kjna29667enn.pdf).

(1)  L-Artikolu 2(3) tal-EED jiddefinixxi “konsum finali tal-enerġija” bħala “l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi u l-agrikoltura. Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom”. “Użu finali” mhuwiex definit fl-EED u, għalhekk, għandu jiġi interpretat skont ir-raġunament tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija. Il-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) huwa mmirat lejn it-tnaqqis tal-konsum finali tal-enerġija permezz tat-tnaqqis tal-ammont ta’ enerġija għall-użu finali proprju minn persuna fiżika jew ġuridika (sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor). Huma stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar tal-enerġija mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq jew fil-bini (ara l-premessa 43 tal-EED u t-taqsima 7.5 ta’ dan id-dokument).

(2)  Ara t-taqsima 3.

(3)  Medja stabbilita matul il-perjodu 2016-2018 (ara l-punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1)).

(4)  Ara wkoll it-taqsima 2.3.

(5)  B’kuntrast, il-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) jirreferi għall-bejgħ tal-enerġija lill-klijenti finali bħala bażi għall-istabbiliment tal-linja bażi tal-kalkolu għall-perjodu 2014-2020 (ara SWD (2013) 451 final, p. 3).

(6)  = 100 × 0,8 % × 55.

(7)  https://unstats.un.org/unsd/energy/ires/

(8)  https://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6246844/Eurobase-changes-energy.pdf (ara p. 25).

(9)  Il-metodoloġija riveduta tal-Eurostat hija deskritta fuq:

https://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6246844/Eurobase-changes-energy.pdf

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).

(11)  Ara t-taqsimiet 3.2 u 3.4.

(12)  “Konsum totali tal-enerġija għall-użu kollu tal-enerġija”.

(13)  “Konsum finali tal-enerġija”, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

(14)  Ara 2.2.1. Il-metodoloġija ġdida tal-Eurostat hija deskritta fuq:

https://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6246844/Eurobase-changes-energy.pdf

(15)  0,24 % għal Ċipru u Malta.

(16)  Ara l-Appendiċi I u t-taqsimiet 3.2, 3.3 u 3.4.

(17)  Ara l-Appendiċi I.

(18)  Ara l-Anness III(2) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(19)  Fil-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5).

(20)  Ara t-taqsima 9.

(21)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(22)  B’mod alternattiv, sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet tal-enerġija użata fl-industriji mhux tal-ETS, iċ-ċifra tal-użu finali tal-enerġija rrapportata għas-settur industrijali korrispondenti tista’ tiġi mmultiplikata bil-proporzjon tal-ETS/mhux tal-ETS ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kif irrapportat fl-inventarji tal-gassijiet serra.

(23)  Ara t-taqsima 9.

(24)  Ara t-taqsima 7.5 u l-Appendiċi X.

(25)  L-EED ma tipprovdi ebda definizzjoni dwar “enerġija ġġenerata fuq jew f’bini għall-użu proprju”. Madankollu, dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala klijent finali li jopera fuq jew fil-bini tiegħu kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li jiġġenera enerġija rinnovabbli għall-konsum tiegħu stess, u li jista’ jaħżen l-enerġija rinnovabbli ġġenerata minnha nnifisha fil-bini tiegħu li jinsab fi ħdan konfini limitati. Il-kunċett ta’ “enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju” jeskludi l-enerġija ġġenerata minnha nnifisha mibjugħa jew mgħoddija lura lill-grilja. Għal awtokonsumatur mhux domestiku, il-kunċett jeskludi, barra minn hekk, il-ġenerazzjoni tal-enerġija li tikkostitwixxi attività kummerċjali jew professjonali primarja.

(26)  Għalhekk, il-miżuri jridu jkunu ġew innotifikati sat-30 ta’ April 2017, hekk kif l-Artikolu 24(2) tħassar fl-24 ta’ Diċembru 2018 f’konformità mal-Artikoli 59 u 54(3)(b) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(27)  Is-Sentenza tal-Qorti tas-7 ta’ Awwissu 2018 fil-Kawża C-561/16 Saras Energía (ECLI:EU:C:2018:633, il-paragrafu 35) b’referenza, u b’analoġija, għas-sentenza tas-26 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża C-195/12 - IBV & Cie (ECLI:EU:C:2013:598, il-paragrafi 62 u 70).

(28)  L-Artikolu 2(14) jiddefinixxi “parti obbligata” bħala distributur tal-enerġija jew kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum marbuta bl-EEOSs nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija lokali jew tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli meta jfasslu l-EEOSs.

(29)  Ara l-punt v tal-parti 3.2 tal-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza.

(30)  Is-Sentenza fil-Kawża C-561/16 Saras Energía (ECLI:EU:C:2018:633, il-paragrafu 56).

(31)  Skont l-Artikolu 7a(4), il-metodu magħżul sabiex jiġi espress l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ għandu jintuża wkoll sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar iddikjarat mill-partijiet obbligati.

(32)  Ara l-premessa 17 tal-EED u t-taqsima 4.2.2.

(33)  L-Artikolu 2(24) jiddefinixxi “fornitur ta’ servizz tal-enerġija” bħala persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f’faċilità jew bini ta’ klijent finali.

(34)  Ara t-taqsima 8 u l-eżempji fl-Appendiċi XII.

(35)  Ara l-Appendiċi XII.

(36)  SWD(2016) 402 final, pp. 46 u 47.

(37)  Ara l-punt v tal-parti 3.2 tal-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza.

(38)  Ara l-Appendiċi XII.

(39)  Ara l-Appendiċi III.

(40)  “Parti inkarigata” hija entità ġuridika b’setgħa ddelegata minn gvern jew korp pubbliku ieħor sabiex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta’ finanzjament f’isimha.

(41)  Is-Sentenza fil-Kawża C-561/16 Saras Energía (ECLI:EU:C:2018:633, il-paragrafu 37 tal-Artikoli 7 u 20 tal-EED).

(42)  Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-561/16 Saras Energía (ECLI:EU:C:2018:633, il-paragrafi 30-33).

(43)  Appendiċi III.

(44)  Appendiċi III.

(45)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(46)  Appendiċi III.

(47)  Appendiċi III.

(48)  Appendiċi XII.

(49)  Appendiċi X.

(50)  Ara l-Appendiċi IV.

(51)  Ara l-Appendiċi IV.

(52)  Ara l-Appendiċi IV.

(53)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(54)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(55)  Ara l-Appendiċi IV.

(56)  Appendiċi V.

(57)  Fl-NECPs tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku, billi jqisu s-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti standards tal-għajxien bażiċi fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali eżistenti u politiki rilevanti oħrajn, kif ukoll il-gwida indikattiva tal-Kummissjoni dwar l-indikaturi rilevanti, inkluża d-dispersjoni ġeografika, li jkunu bbażati fuq approċċ komuni għall-faqar enerġetiku. Jekk Stat Membru jsib li jkollu għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku, huwa għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali li jitnaqqas il-faqar enerġetiku.

(58)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(59)  Il-premessa 11 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75), li temenda l-EPBD u l-EED, tistabbilixxi li “[i]l-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, f’konformità ma’ kriterji definiti mill-Istati Membri. Filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet nazzjonali li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku fl-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jkollhom id-dritt jistabbilixxu x’iqisu li huma azzjonijiet rilevanti”.

(60)  https://www.energypoverty.eu/policies-measures

(61)  Ara l-Appendiċijiet II u III.

(62)  L-Artikolu 2(9) tal-EPBD jiddefinixxi “element tal-bini” bħala sistema teknika użata fil-bini jew element tal-involukru tal-bini.

(63)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(64)  Ara Economidou et al., 2018. Valutazzjoni tat-Tieni Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. EUR 29272 EN, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-87946-3, doi:10.2760/780472, JRC110304 (rapport disponibbli fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/assessment-second-national-energy-efficiency-action-plans-under-energy-efficiency-directive) u Tsemekidi-Tzeiranaki et al., 2019. Analiżi tar-Rapporti Annwali għall-2019 skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. EUR 29667 EN, Pubblikazzjonijiet.

(65)  Appendiċi VII.

(66)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(67)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(68)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13)

(69)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għadha trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(70)  Għal aktar informazzjoni, ara l-komunikazzjoni tal-JRC “Ir-Rabta bejn l-Enerġija u l-Ilma”, 2019, http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC115853

(71)  Ara l-premessa 22.

(72)  Ara l-premessa 22.

(73)  Għal aktar informazzjoni, ara l-Prospettiva tal-Enerġija Dinjija tal-AIE 2018; https://www.iea.org/weo/water/

(74)  Ara l-premessa 22.

(75)  Ara d-definizzjonijiet ipprovduti fit-taqsima 4.

(76)  Ara l-Appendiċi IV.

(77)  SWD(2013) 451 final, il-premessi 47 u 49–52.

(78)  SWD(2013) 451 final, il-premessa 53.

(79)  SWD(2013) 451 final, il-premessa 54.

(80)  SWD(2013) 451 final, il-premessa 55.

(81)  Lees, E., u Bayer, E. (Frar 2016), Toolkit for energy efficiency obligations (Proġett ta’ Assistenza Regolatorja); http://www.raponline.org/document/download/id/8029

(82)  Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija – Proċedura ta’ evalwazzjoni ekonomika għas-sistemi tal-enerġija fil-bini - il-Parti 1: Il-proċeduri tal-kalkolu; https://www.en-standard.eu/din-en-15459-1-energy-performance-of-buildings-economic-evaluation-procedure-for-energy-systems-in-buildings-part-1-calculation-procedures-module-m1-14/.

(83)  Ara wkoll l-Appendiċi VI u l-Appendiċi VIII.

(84)  Għal aktar spjegazzjonijiet u eżempji, ara l-Appendiċi VIII.

(85)  Għal aktar spjegazzjonijiet u eżempji, ara l-Appendiċi VIII.

(86)  Ara wkoll l-Appendiċi VIII.

(87)  L-Artikolu 7(1) tal-EPBD jistabbilixxi li l-“Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew ta’ parti rinnovata minnu fl-użu tal-enerġija jiġi ammeljorat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4, sa fejn dan ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli”.

L-Artikolu 2(10) tal-EPBD jiddefinixxi “rinnovazzjoni maġġuri” bħala r-rinnovazzjoni ta’ bini, fejn:

(a)

l-ispiża totali tar-rinnovazzjoni relatata mal-involukru tal-bini jew mas-sistemi tekniċi użati fil-bini tkun ogħla minn 25 % tal-valur tal-bini, eskluż il-valur tal-art li fuqha jkun jinsab il-bini; jew

(b)

aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini tgħaddi minn rinnovazzjoni;

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw l-għażla (a) jew l-għażla (b).

(88)  Ara l-premessa 41 tal-EED.

(89)  Ara l-premessa 41 tal-EED.

(90)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(91)  Għar-regolamenti elenkati skont il-kategorija ta’ prodott, ara:

https://ec.europa.eu/info/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/energy-efficient-products_mt

(92)  Għal kriterji sabiex tintwera l-materjalità fl-NEEAPs u notifiki skont l-Artikolu 7, ara l-Appendiċi IX.

(93)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(94)  Ara l-Appendiċi XII.

(95)  Strument legali maħruġ minn korp tal-awtorizzazzjoni li jiggarantixxi li nkiseb ammont speċifikat ta’ ffrankar tal-enerġija. Kull ċertifikat huwa komodità unika u traċċabbli li ġġorr dritt ta’ proprjetà fuq ċertu ammont ta’ ffrankar tal-enerġija addizzjonali u li tiggarantixxi li l-benefiċċju ta’ dak l-iffrankar ma kienx kontabbilizzat xi mkien ieħor.

(96)  Għall-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini, ara l-Appendiċi X.

(97)  Ara l-Appendiċi X.

(98)  Ara l-Appendiċi VII.

(99)  Il-Premessa 15 tal-EED.

(100)  Ara l-Appendiċi VII.

(101)  Ara l-Appendiċi XII.

(102)  Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59 tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Artikolu 24(1) jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2021.

(103)  Dan kien dovut sal-31 ta’ Diċembru 2018 (l-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar il-Governanza).

(104)  Għal aktar proposti dwar l-elastiċitajiet li għandhom jintużaw sabiex tinqabad il-kapaċità ta’ rispons tad-domanda, ara l-Appendiċi IV.

APPENDIĊI I

Eżempji illustrattivi għar-rata ta’ ffrankar annwali jekk jiġu applikati l-għażliet skont l-Artikolu 7(2)-(4)  (1)

 

Mtoe

Rata ta’ ffrankar annwali (%)

Spjegazzjoni

Linja bażi (konsum finali medju tal-enerġija)

100

 

Konsum finali medju tal-enerġija

Awtoġenerazzjoni għall-użu proprju

5

 

 

Konsum finali tal-enerġija fit-trasport

33

 

 

Linja bażi aġġustata

62

 

 

Rata minima ta’ ffrankar (l-Artikolu 7(1)(b))

 

0,8 %

Il-konsum finali medju tal-enerġija (100) jiġi mmultiplikat b’0,8 % u akkumulat fuq 10 snin (li jirriżulta f’44 Mtoe bħala l-iffrankar totali li għandu jinkiseb matul il-perjodu ta’ obbligu)

 

 

 

 

Għażla 1: użu sħiħ tal-eżenzjonijiet (35 %)

 

 

 

Ir-rata tal-iffrankar proprju meħtieġa qabel jiġu applikati l-eżenzjonijiet

 

1,2 %

Ir-rata tal-iffrankar proprju li Stat Membru jkollu bżonn japplika jekk jiddeċiedi li juża l-għażliet imsemmija fil-paragrafu 4 għall-massimu (35 %); dan ifisser li l-eżenzjoni jkollha tiġi applikata għal iffrankar kumulattiv ta’ 68 Mtoe.

 

 

 

 

Għażla 2: esklużjoni tat-trasport u tal-awtokonsum

 

 

 

Iffrankar wara l-esklużjonijiet tal-linja bażi

27,3

 

Dan huwa l-iffrankar kumulattiv li jifdal meta tiġi applikata r-rata ta’ ffrankar ta’ 0,8 % għall-konsum wara l-esklużjonijiet kollha.

Iffrankar addizzjonali meħtieġ

16,7

 

Dan huwa l-iffrankar meħtieġ sabiex jintlaħaq il-minimu meħtieġ (44 Mtoe).

Ir-rata tal-iffrankar proprju meħtieġ użata qabel l-esklużjonijiet tal-linja bażi

 

1,3 %

Ir-rata tal-iffrankar proprju li Stat Membru jkollu bżonn japplika jekk jiddeċiedi li jeskludi l-konsum tal-enerġija fit-trasport u l-awtoġenerazzjoni mil-linja bażi tal-kalkolu.

 

 

 

 

Għażla 3: użu sħiħ tal-eżenzjonijiet u tal-esklużjonijiet tal-linja bażi

 

 

 

Iffrankar wara l-esklużjonijiet tal-linja bażi

27,3

 

Dan huwa l-iffrankar li jifdal meta jiġu applikati l-esklużjonijiet kollha għal-linja bażi.

Iffrankar wara l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet massimi

17,7

 

Dan huwa l-iffrankar li jifdal meta jiġu applikati l-esklużjonijiet u l-għażliet kollha skont l-Artikolu 7(2)-(4).

Iffrankar addizzjonali meħtieġ

26,3

 

Dan huwa l-iffrankar meħtieġ sabiex jintlaħaq il-minimu meħtieġ (44 Mtoe)

Ir-rata tal-iffrankar proprju meħtieġ użata qabel l-esklużjonijiet tal-linja bażi u l-eżenzjonijiet

 

2 %

Ir-rata tal-iffrankar proprju li Stat Membru jkollu bżonn japplika jekk jiddeċiedi li jeskludi t-trasport u l-awtoġenerazzjoni mil-linja bażi tal-kalkolu u juża l-għażliet imsemmija fil-paragrafu 4 għall-massimu (35 %).


(1)  Iċ-ċifri fit-tabella mhumiex relatati ma’ xi Stat Membru partikolari. L-għan ta’ dan l-eżempju huwa li juri l-konsegwenzi possibbli meta jintużaw għażliet differenti skont l-Artikolu 7(2)-(4) u l-effett tagħhom fuq l-iffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb. L-ammont ikkalkulat ta’ ffrankar se jkun differenti għal kull Stat Membru inkwistjoni.

APPENDIĊI II

SKEMI TA’ OBBLIGI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw mill-inqas l-aspetti li ġejjin meta jfasslu u jimplimentaw EEOS (1):

1.   Objettivi ta’ politika

L-Istati Membri għandhom iżommu l-objettivi ta’ politika tal-EEOS sempliċi, ċari u ffokati fuq il-kisba tal-iffrankar tal-enerġija billi jqisu liema settur tal-użu finali għandu l-aktar potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija u fejn l-iskema tista’ tgħin bl-aħjar mod sabiex jingħelbu l-ostakoli għall-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija.

Jekk l-iskema jkollha aktar minn objettiv wieħed, għandu jiġi żgurat li l-kisba ta’ kwalunkwe objettiv mhux relatat mal-enerġija ma tfixkilx l-insegwiment tal-objettiv tal-iffrankar tal-enerġija.

Meta jkunu qed ifasslu l-iskema, l-Istati Membri huma mitluba (l-Artikolu 7(11) tal-EED) li jqisu l-ħtieġa li jtaffu l-faqar enerġetiku (sakemm ma jiġix deċiż li din tiġi indirizzata skont il-miżuri ta’ politika alternattivi). Pereżempju, l-EEOS tista’ tinkludi mira speċifika relatata mal-faqar enerġetiku (pereżempju, is-sehem jew l-ammont minimu ta’ ffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb mill-azzjonijiet għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx) jew fattur bonus għall-azzjonijiet implimentati għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Alternattiva tista’ tkun li l-partijiet obbligati jikkontribwixxu għal fond li jiffinanzja programmi ta’ effiċjenza fl-enerġija għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx (2).

2.   Awtorità legali

Uża kombinazzjoni magħżula bir-reqqa ta’ leġiżlazzjoni, regolament, u proċessi ministerjali u amministrattivi sabiex tistabbilixxi u tħaddem l-EEOS. L-istabbiliment tad-disinn wiesa’ ta’ EEOS skont leġiżlazzjoni abilitanti jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati b’ċertezza fir-rigward tal-istatus legali tal-iskema. L-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ implimentazzjoni dettaljati skont ir-regolament jippermetti li d-dettalji tal-iskema jiġu emendati fid-dawl tal-esperjenza.

Qabel ma EEOS tibda topera b’mod sħiħ, hija tista’ tieħu xi snin (3 sa 4, skont id-disinn tal-iskema u l-kuntest legali fl-Istat Membru) sabiex tistma l-potenzjal, il-pjan u t-tfassil tal-politika, u tittestjaha fis-suq.

3.   Kopertura tal-karburanti

Iddeċiedi l-kopertura tal-karburanti tal-EEOS skont l-objettivi ġenerali tal-politika u l-estimi tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija għad-diversi karburanti. EEOS imwaqqfa sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7 tista’ tkopri firxa wiesgħa ta’ karburanti. Madankollu, għadd ta’ programmi li saru b’suċċess bdew billi jkopru karburant wieħed jew tnejn u mbagħad estendew għal karburanti oħrajn fid-dawl tal-esperjenza.

Il-kopertura tal-karburanti għandha tqis ukoll ir-riskji ta’ distorsjoni tas-suq fejn tipi ta’ enerġija differenti jistgħu jikkompetu sabiex jipprovdu l-istess servizz ta’ enerġija (pereżempju, għal tisħin tal-post).

4.   Kopertura tas-setturi u tal-faċilitajiet

Iddeċiedi l-kopertura tas-setturi u tal-faċilitajiet fl-użu finali tal-EEOS skont l-objettivi ġenerali tal-politika u l-estimi tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija għad-diversi setturi u faċilitajiet. Jekk l-intenzjoni hija li tiġi ristretta sewwa l-kopertura tas-setturi u tal-faċilitajiet, ikkunsidra jekk il-valutazzjoni tal-konformità hijiex se ssir oneruża żżejjed.

F’ġurisdizzjonijiet fejn hemm industriji li jużaw ħafna enerġija u esposti għall-kummerċ (pereżempju, it-tidwib tal-aluminju), il-gvernijiet jistgħu jiddeċiedu li jeskludu (jew “ifasslu”) tali industriji minn EEOS fuq il-bażi li l-kompetittività tagħhom fis-swieq internazzjonali tista’ tiġi affettwata ħażin.

5.   Mira għall-iffrankar tal-enerġija

Stabbilixxi l-livell tal-mira tal-iffrankar tal-enerġija għall-EEOS skont l-objettivi ġenerali tal-politika u mmira li tikseb bilanċ bejn il-progress, l-ispiża għall-konsumaturi sabiex tintlaħaq il-mira u dak li huwa prattikament possibbli abbażi ta’ valutazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija.

Stabbilixxi l-mira f’termini tal-enerġija finali (jiġifieri l-kwantitajiet tal-enerġija mwassla lill-konsumaturi u użata minnhom), sakemm l-iskema ma tkoprix diversi karburanti differenti, f’liema każ l-enerġija primarja tista’ tkun aktar xierqa.

Iddenomina l-mira f’unitajiet ta’ enerġija, sakemm l-iskema ma jkollhiex objettiv ta’ politika relatat ma’ xi objettiv ieħor (pereżempju, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra), f’liema każ għandek tikkunsidra li tuża unitajiet ekwivalenti għas-CO2.

Stabbilixxi qafas ta’ żmien relattivament twil għall-mira, preferibbilment bejn 10 snin u 20 sena. B’sinjal ċar tal-mira li qed tiżdied (jew l-istess livell ta’ mira) maż-żmien, il-partijiet obbligati jistgħu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom, pereżempju, billi jibdew b’miżuri ta’ mġiba fl-ewwel perjodu u jimxu lejn teknoloġiji aktar kumplessi ta’ ffrankar tal-enerġija f’perjodi sussegwenti.

Ikkalkula l-iffrankar tal-enerġija eliġibbli matul il-ħajja stmata għal kull miżura ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Ikkunsidra li tistabbilixxi sub-miri fejn l-iskema għandha objettivi ta’ politika li mhumiex relatati biss mal-kisba tal-iffrankar tal-enerġija.

6.   Partijiet obbligati

Iddetermina l-partijiet obbligati fl-EEOS skont il-kopertura tal-karburanti tal-iskema u t-tip ta’ fornitur tal-enerġija li jkollu l-infrastruttura u l-kapaċità li jiġġestixxi t-twassil u/jew l-akkwist ta’ ffrankar tal-enerġija eliġibbli, filwaqt li żżomm f’moħħok ir-rekwiżit (l-Artikolu 7a(2) tal-EED) li n-nomina tal-partijiet obbligati trid tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Ikkunsidra li tillimita l-obbligu għal fornituri tal-enerġija akbar, li ġeneralment ikunu jistgħu jimplimentaw proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija fil-faċilitajiet tal-klijenti nfushom jew jikkuntrattaw lil partijiet terzi sabiex jagħmlu dan. Fis-swieq tal-enerġija u tal-gass diżaggregati, l-obbligi jistgħu jitpoġġew fuq il-bejjiegħa tal-enerġija fil-livell tal-konsum u/jew l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni. Se jkun meħtieġ li jiġi deċiż liema tip ta’ fornitur tal-enerġija se jkun obbligat. Ir-relazzjonijiet eżistenti tal-bejjiegħa tal-enerġija fil-livell tal-konsum mal-klijenti tal-enerġija fl-użu finali jistgħu jagħmluha aktar faċli li tinbeda l-iskema. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni huma aktar ’il bogħod mill-utent finali, iżda (bħala monopolji rregolati) l-inċentivi tagħhom jistgħu jiġu allinjati b’mod aktar faċli mal-objettivi tal-EEOS.

Alloka miri individwali għall-iffrankar tal-enerġija lil kull parti obbligata fuq il-bażi tas-sehem mis-suq tagħha tal-bejgħ tal-enerġija. Jekk ikun hemm tqassim għal industriji li jużaw ħafna enerġija u esposti għall-kummerċ u/jew gruppi speċifikati oħrajn ta’ utenti finali, il-bejgħ lil dawn l-utenti finali jista’ jiġi eskluż mill-kalkolu tal-ishma tas-suq.

7.   Reġim ta’ konformità

Bħala komponent integrali tal-EEOS, stabbilixxi proċedura sabiex il-partijiet obbligati jirrapportaw l-iffrankar tal-enerġija eliġibbli ddikjarat lil awtorità xierqa u proċess għall-kontroll u l-verifika ta’ dan l-iffrankar.

Stabbilixxi penali li għandu jiġi impost fuq il-partijiet obbligati li jonqsu milli jilħqu l-miri individwali tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Stabbilixxi l-livell tal-penali għoli biżżejjed bl-għan li tagħti inċentiv lill-fornituri tal-enerġija sabiex jilħqu l-miri tagħhom.

Ikkunsidra jekk il-fornituri tal-enerġija għandhomx ikunu meħtieġa jagħmlu tajjeb għal nuqqas fl-iffrankar tal-enerġija minbarra li jħallsu penali (3).

8.   Inċentivi għall-prestazzjoni

Ikkunsidra jekk għandekx tinkludi fl-EEOS inċentivi għall-prestazzjoni li għandhom jingħataw lill-partijiet obbligati li jaqbżu l-miri tagħhom fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija. Meta l-fornituri tal-enerġija bi prestazzjoni superjuri jiġu f’sitwazzjoni li jiksbu dħul sinifikanti minn pagamenti ta’ inċentivi għall-prestazzjoni, huwa importanti li jkollhom fis-seħħ proċeduri robusti ta’ kejl, verifika u rapportar sabiex jiżguraw li l-pagamenti ta’ inċentivi jkunu ġustifikati.

9.   Iffrankar tal-enerġija eliġibbli

Ippermetti lill-fornituri tas-servizzi jimplimentaw proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija sabiex jipproduċu ffrankar tal-enerġija eliġibbli. Il-partijiet obbligati mbagħad ikunu jistgħu:

jinvolvu ditti speċjalizzati, bħal kumpaniji li jipprovdu servizzi tal-enerġija, sabiex jimplimentaw proġetti f’isimhom;

jikkontribwixxu għal EENF li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija; jew

fil-każ ta’ “ċertifikati bojod” (ara t-taqsima dwar in-negozjar hawn taħt), akkwista l-iffrankar tal-enerġija eliġibbli vverifikat miksub minn partijiet mhux obbligati akkreditati.

10.   It-tneħħija tal-ostakoli għall-iffrankar tal-enerġija

Toħloqx u żżommx ostakoli regolatorji jew mhux regolatorji għall-kisba ta’ titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

Ipprovdi inċentivi għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija jew miżuri ta’ politika li jistgħu jiġu implimentati sabiex jipproduċu ffrankar tal-enerġija eliġibbli, filwaqt li tiżgura li l-iffrankar ikun jista’ jiġi vverifikat.

Neħħi l-ostakoli, pereżempju, billi:

tipprovdi inċentivi;

tħassar jew temenda d-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji;

tadotta linji gwida u komunikazzjonijiet interpretattivi; u/jew

tissimplifika l-proċeduri amministrattivi.

Dan jista’ jiġi kkombinat mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni speċifika, kif ukoll assistenza teknika dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

Evalwa l-ostakoli u l-azzjoni meħuda sabiex tneħħi l-ostakoli, ikkondividi s-sejbiet mal-Kummissjoni u kkondividi l-aħjar prattiki nazzjonali f’dan ir-rigward.

11.   Miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija eliġibbli

Ikkunsidra li tistabbilixxi fl-EEOS lista estiża u mhux esklussiva ta’ miżuri approvati ta’ effiċjenza fl-enerġija b’valuri ta’ ffrankar tal-enerġija meqjus (lil kemm jista’ jkun setturi, skont il-mira tal-iskema, sabiex b’hekk ikun jista’ jiġi attivat is-suq tas-servizzi tal-enerġija).

Ippermetti miżuri kwalifikanti mhux elenkati, sabiex tinkoraġġixxi l-innovazzjoni fost il-partijiet obbligati u l-kumpaniji ta’ servizzi tal-enerġija fil-kisba tal-objettivi ta’ politika.

12.   Interazzjoni ma’ miżuri ta’ politika oħrajn

Ikkunsidra modi kif l-EEOS tista’ tinteraġġixxi b’mod pożittiv ma’ miżuri ta’ politika oħrajn, bħal informazzjoni u miżuri ta’ finanzjament, li t-tnejn jistgħu jgħinu lill-konsumaturi jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija. Dan jista’ jnaqqas l-ispejjeż għall-partijiet obbligati sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jippermetti l-iffissar ta’ miri aktar ambizzjużi.

Kun żgur li jiġi evitat l-għadd doppju tal-iffrankar tal-enerġija meta tirrapporta l-impatti.

Evita li timmira għall-adozzjoni tal-istess miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija ma’ miżuri ta’ politika simili oħrajn, bħal irkanti tal-effiċjenza fl-enerġija. Dan iwassal għal kompetizzjoni bejn il-miżuri għall-opportunitajiet disponibbli ta’ effiċjenza fl-enerġija, li żżid l-ispejjeż li jkollhom iġorru l-partijiet obbligati jew il-parteċipanti fl-irkanti.

13.   Evalwazzjoni, kejl, verifika u rapportar

Bħala komponent integrali tal-EEOS, stabbilixxi sistema robusta għall-kejl, il-verifika u r-rapportar tal-iffrankar tal-enerġija u attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-miri tal-iskema.

Stabbilixxi proċeduri sabiex tevalwa jekk l-iffrankar huwiex addizzjonali għal dak li kien iseħħ fin-nuqqas tal-EEOS.

Kun żgur li jiġu implimentati proċessi ta’ monitoraġġ u verifika li jkunu indipendenti mill-partijiet involuti u li jintużaw spezzjonijiet fuq il-post bħala mezz ta’ verifika flimkien ma’ kontrolli mhux fuq il-post (4).

14.   Negozjar tal-iffrankar tal-enerġija

Ikkunsidra li tippermetti n-negozjar tal-iffrankar tal-enerġija fost il-partijiet obbligati u partijiet terzi. L-iskop tan-negozjar huwa li jwessa’ l-ġabra ta’ opportunitajiet sabiex jiġi prodott iffrankar tal-enerġija eliġibbli u sabiex il-forzi tas-suq ikunu jistgħu jidentifikaw l-aktar opportunitajiet kosteffettivi.

L-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi nnegozjat b’mod bilaterali jew permezz ta’ suq stabbilit minn produttur tas-suq (li jista’ jkun, iżda ġeneralment ma jkunx, l-amministratur tal-iskema) jew aktar tipikament parti terza.

Xi EEOSs jeħtieġu d-divulgazzjoni tal-prezzijiet, filwaqt li f’oħrajn dan huwa volontarju.

L-iffrankar tal-enerġija ta’ spiss jiġi nnegozjat permezz tal-ħolqien u l-bejgħ ta’ “ċertifikati bojod”, iżda jista’ jiġi nnegozjat b’mod bilaterali mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikati.

15.   Finanzjament

Stabbilixxi mekkaniżmu xieraq fl-EEOS sabiex tippermetti l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba mill-partijiet obbligati sabiex jilħqu l-miri individwali tagħhom ta’ ffrankar tal-enerġija.

16.   Amministrazzjoni tal-iskema

L-amministrazzjoni ta’ EEOS għandha tinkludi mill-inqas:

l-allokazzjoni tal-mira ta’ ffrankar tal-enerġija bejn il-partijiet obbligati;

l-approvazzjoni tal-miżuri eliġibbli ta’ effiċjenza fl-enerġija u (fejn meħtieġ) l-assenjazzjoni lilhom ta’ valuri ta’ ffrankar tal-enerġija meqjus;

il-monitoraġġ, il-kejl u l-verifika tal-iffrankar tal-enerġija effettiv, inkluż l-awditjar tar-riżultati tal-proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija;

l-infurzar ta’ konformità mal-obbligu, inter alia, permezz tar-rieżami tal-prestazzjoni tal-partijiet obbligati fl-isfond tal-miri tagħhom u l-amministrazzjoni ta’ kwalunkwe penali;

jekk applikabbli, il-partijiet obbligati jintalbu jirrapportaw:

l-informazzjoni statistika aggregata dwar il-klijenti finali tagħhom (fejn jiġu identifikati l-bidliet sinifikanti fl-informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata qabel); u

l-informazzjoni attwali dwar il-konsum tal-klijenti finali, inkluż, fejn applikabbli (filwaqt li jinżammu l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni privata u kummerċjalment sensittiva f’konformità mad-dritt tal-Unjoni):

il-profili tat-tagħbija;

is-segmentazzjoni; u

l-pożizzjoni ġeografika;

ir-reġistrazzjoni tal-ħolqien u tas-sjieda ta’ “ċertifikati bojod” (jekk ikunu meħtieġa); u

il-ħolqien u l-operat ta’ suq tan-negozjar għall-iffrankar tal-enerġija (jekk meħtieġ).

17.   Riżultati tal-iskema

Kwistjoni ewlenija fl-istabbiliment ta’ EEOS hija kif se jiġu rrapportati r-riżultati tal-iskema. Dan jista’ jsir billi jiġu ppubblikati rapporti annwali dwar it-tħaddim tal-iskema, li jinkludu mill-inqas dettalji ta’:

l-iżviluppi fl-iskema matul is-sena;

il-konformità mill-partijiet obbligati;

ir-riżultati fl-isfond tal-mira ġenerali tal-iskema ta’ ffrankar tal-enerġija, inkluż tqassim tal-iffrankar skont it-tipi ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija;

ir-riżultati fl-isfond ta’ kwalunkwe sub-miri tal-iskema u rekwiżiti tal-portafoll;

ir-riżultati relatati ma’ kwalunkwe negozjar ta’ ffrankar tal-enerġija;

il-kostijiet stmati tal-konformità mill-partijiet obbligati; u

il-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-iskema.

18.   Oqsma fejn jista’ jsir titjib

L-EEOSs effettivi jistabbilixxu proċessi għal titjib kontinwu fl-operat u l-amministrazzjoni. Bħala parti minn ċiklu kontinwu ta’ evalwazzjoni u żvilupp tal-politika, dan jinkludi kunsiderazzjoni ta’ kif se jiġu identifikati oqsma għal titjib u kif se tittieħed azzjoni speċifika ta’ titjib.

19.   “Operazzjonijiet bankarji u self”

Skont l-Artikolu 7a(6)(b), l-EEOS tista’ tippermetti lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar minn sena partikolari daqs li kieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-4 snin preċedenti jew mit-3 snin ta’ wara. Skont il-qafas ta’ żmien tal-miri jew tal-perjodi tal-EEOS, din il-flessibbiltà tista’ tintuża sabiex tippermetti lill-partijiet obbligati jaqbżu l-mira tagħhom fil-ġejjieni sabiex jikkumpensaw għal meta ma jilħqux il-mira attwali (self), jew viċi versa.

Pereżempju, jista’ jkun utli li jiġu indirizzati inċertezzi fir-rata ta’ suċċess tal-istrateġiji skjerati mill-partijiet obbligati, li huwa relevanti, inter alia, sabiex jiġu evitati l-penali imposti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 13.

Għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi evitat li jinħolqu ċikli “stop‘n’go” (fil-każ ta’ operazzjonijiet bankarji eċċessivi) jew li jiġi pperikolat li jintlaħqu l-miri futuri (fil-każ ta’ self eċċessiv). Dan jista’ jiġi evitat billi jiġu stabbiliti proporzjonijiet massimi ta’ miri jew iffrankar li jistgħu jiġu mislufa jew maħżuna, u tul ta’ żmien massimu li matulu jista’ jsir dan.


(1)  Adattati minn RAP (2014), Best practices in designing and implementing energy efficiency obligation schemes (https://www.raponline.org/knowledge-center/best-practices-in-designing-and-implementing-energy-efficiency-obligation-schemes/) bl-inklużjoni tal-lezzjonijiet meħuda mill-proġett ENSPOL (http://enspol.eu/); RAP (Lees, E., Bayer, E.), Toolkit for energy efficiency obligations (2016) (https://www.raponline.org/wp-content/uploads/2016/05/rap-leesbayer-eeotoolkit-2016-feb.pdf)

(2)  Ara l-Appendiċi V għal aktar proposti dwar il-miżuri li jtaffu l-faqar enerġetiku.

(3)  Ara wkoll l-Appendiċi IX dwar il-materjalità u l-Appendiċi XII dwar il-monitoraġġ u l-verifika.

(4)  Ara wkoll l-Appendiċi IX dwar il-materjalità u l-Appendiċi XII dwar il-monitoraġġ u l-verifika.

APPENDIĊI III

MIŻURI TA’ POLITIKA ALTERNATTIVI

L-Artikolu 7b tal-EED jippermetti lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom ta’ ffrankar tal-enerġija billi jimplimentaw miżuri ta’ politika alternattivi. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu dan, huma għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) u (5) tal-EED, li l-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) tal-EED jinkiseb fost il-klijenti finali u li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Anness V tal-EED (b’mod partikolari, it-taqsima 3).

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali u l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ politika alternattivi eżistenti u ppjanati nnotifikati mill-Istati Membri, il-lista indikattiva u mhux eżawrjenti li ġejja ta’ karatteristiċi ewlenin tista’ tgħin lill-Istati Membri jifformulaw miżuri alternattivi (għajr fis-settur tat-trasport (1)):

1.   Skemi u strumenti ta’ finanzjament u inċentivi fiskali

1.1.   Sussidji għar-rinnovazzjoni tal-bini

L-Istati Membri jistgħu joffru sussidji fuq ir-rinnovazzjoni tal-bini, pereżempju, għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ bini residenzjali eżistenti u l-aġġornament tas-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ tagħhom.

Il-livell ta’ sussidju jista’ jiddependi fuq:

ir-rendiment fl-użu tal-enerġija li għandu jinkiseb (pereżempju, klassi speċifika ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija);

l-iffrankar tal-enerġija miksub; jew

l-effiċjenza tas-sistema ta’ tisħin/tkessiħ (2).

Is-sussidju jista’ jieħu l-forma ta’ għotja jew self issussidjat.

L-SMEs jistgħu jkunu mira xierqa għal dawn is-sussidji. Fi kwalunkwe każ, is-sussidji għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

1.2.   Għoti ta’ kuntratti

L-Istati Membri jistgħu jippromwovu kuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija – forma ta’ servizz tal-enerġija bbażat fis-suq bl-għan li jimplimenta miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Il-kumpaniji jipprovdu servizzi ta’ effiċjenza fl-enerġija, bħal:

it-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

it-tiġdid tas-sistemi ta’ tisħin jew is-sostituzzjoni ta’ apparat potenzjalment ineffikaċi; jew

teknoloġiji trasversali fl-industrija (muturi elettriċi, eċċ.).

Il-kumpaniji jiggarantixxu l-iffrankar tal-enerġija u/jew l-iffrankar monetarju tal-miżuri u l-kumpens tal-kuntrattur huwa marbut mal-prestazzjoni tal-miżuri implimentati.

1.3.   Tnaqqis tal-VAT għal miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rata ta’ VAT imnaqqsa għal ċerti prodotti, materjali jew servizzi sabiex jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Fl-implimentazzjoni ta’ miżuri bħal dawn, għandha tingħata attenzjoni partikolari, inter alia, lir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/112/KE dwar VAT imnaqqsa għal ċerti prodotti u servizzi.

1.4.   Deprezzament aċċellerat tal-miżuri ta’ effiċjenza

L-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-ħelsien mit-taxxa li jagħti lill-kumpaniji li jħallsu t-taxxi deprezzament aċċellerat għall-investimenti tagħhom fi prodotti effiċjenti fl-enerġija. Miżura ta’ dan it-tip tista’ tkun addattata sabiex jiżdied l-użu ta’ tagħmir għall-effiċjenza fl-enerġija, pereżempju, fis-settur industrijali.

Tista’ tiġi żviluppata lista ta’ prodotti eliġibbli abbażi ta’ kriterji speċifiċi tat-teknoloġija, sabiex jinqabdu biss l-aktar prodotti effiċjenti fl-enerġija li huma disponibbli fis-suq. Din għandha tiġi aġġornata kontinwament sabiex tkun tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u tinkludi l-aħħar teknoloġiji.

2.   Fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu EENFs sabiex jiġbru flimkien diversi tipi ta’ miżuri ta’ politika. L-arranġamenti tal-EENF jistgħu jinvolvu għotjiet u sussidji għall-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija f’diversi setturi (pereżempju, negozji, unitajiet domestiċi u muniċipalitajiet) u kampanji ta’ informazzjoni bħala miżuri ta’ akkumpanjament.

Sabiex jiġu żgurati effetti ta’ ingranaġġ għoli, il-proċess ġenerali tal-għoti jrid ikun iddisinjat sabiex ikun kemm jista’ jkun effiċjenti. Il-kooperazzjoni bejn il-gvern u l-banek tista’ tkun mod effettiv ta’ kif isir dan. Sabiex ikun eliġibbli skont l-Artikolu 7, il-finanzjament ta’ tali EENFs irid jiġi jew minn sorsi pubbliċi jew inkella minn kombinazzjoni ta’ sorsi pubbliċi u sorsi privati (pereżempju, banek).

Fl-implimentazzjoni ta’ EENF, trid tingħata attenzjoni partikolari lill-evitar ta’ sovrapożizzjonijiet possibbli u għadd doppju tal-iffrankar ma’ skemi finanzjarji oħrajn.

Il-partijiet obbligati bħala parti minn EEOS jistgħu jikkontribwixxu għall-EENF sabiex jissodisfaw l-obbligu ta’ ffrankar tagħhom, jew parti minnu.

3.   Regolamenti u ftehimiet volontarji

L-Istati Membri jistgħu jippromwovu ftehimiet volontarji jew irregolati bejn il-gvern u l-atturi f’diversi setturi. L-għan jista’ jkun li tittejjeb l-implimentazzjoni volontarja jew vinkolanti ta’ ċerti miżuri teknoloġiċi jew organizzattivi, bħas-sostituzzjoni ta’ teknoloġiji ineffiċjenti.

4.   Standards minimi ta’ prestazzjoni għall-proċessi industrijali

L-istandards minimi ta’ effiċjenza jistgħu jkunu mezz xieraq sabiex titnaqqas id-domanda għall-enerġija industrijali, minħabba li jindirizzaw l-ostakoli ewlenin għall-adozzjoni ta’ miżuri kosteffettivi ta’ effiċjenza fl-enerġija fl-industrija: averżjoni għar-riskju u inċertezza.

Madankollu, billi l-proċessi industrijali jistgħu jkunu speċifiċi ħafna għas-(sub)settur, l-iffissar tal-istandards jista’ jkun ta’ sfida. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-istrumenti ta’ politika li jindirizzaw l-industriji li jużaw ħafna enerġija, huma għandhom jiġu ddisinjati b’għarfien tal-interazzjonijiet jew tas-sovrapożizzjonijiet possibbli mal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE.

5.   Skemi ta’ tikkettar tal-enerġija

It-tikkettar tal-enerġija jrid ikun addizzjonali għal dak meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, li jippermetti lill-klijenti jagħmlu għażliet infurmati bbażati fuq il-konsum tal-enerġija ta’ prodotti relatati mal-enerġija. Huwa għalhekk li hemm kamp ta’ applikazzjoni limitat għal kwalunkwe ħaġa minbarra t-tikketti meħtieġa għall-apparat skont ir-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jew għall-bini permezz ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs).

Għalhekk, l-enfasi hija fuq l-użi finali mhux koperti mir-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jew għal prodotti antiki relatati mal-enerġija (pereżempju, ara t-taqsima li jmiss), billi r-Regolament ikopri t-tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija fis-suq.

6.   Tikkettar ta’ sistemi ta’ tisħin antiki

Din il-miżura tintroduċi tikketta tal-effiċjenza għal sistemi ta’ tisħin antiki mgħammra b’bojler tat-tisħin ’il fuq minn ċerta età. Il-konsumaturi huma infurmati dwar l-istatus tal-effiċjenza tal-apparat ta’ tisħin tagħhom u jistgħu jfittxu pariri dwar l-enerġija, offerti u sussidji. It-tikkettar huwa maħsub sabiex iżid ir-rata ta’ sostituzzjoni għal ħiters antiki u jagħti inċentiv lill-konsumaturi sabiex jiffrankaw l-enerġija.

Minbarra t-tikkettar ta’ apparat ta’ tisħin ġdid, din il-miżura għandha tħaffef is-sostituzzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin antiki u ineffiċjenti.

7.   Taħriġ u edukazzjoni, inklużi programmi ta’ konsulenza dwar l-enerġija

Dawn il-programmi ġeneralment ikunu miżuri ta’ akkumpanjament, li jipprovdu kundizzjonijiet favorevoli għas-suċċess ta’ miżuri alternattivi oħrajn (pereżempju, skemi ta’ finanzjament). Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, hija prattika komuni li jiġi rrapportat l-iffrankar tal-enerġija biss għall-miżura alternattiva li għaliha huwa possibbli li jsir il-monitoraġġ dirett tal-parteċipanti (pereżempju, permezz tal-proċess ta’ approvazzjoni għall-għajnuniet finanzjarji). Meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi rrapportat direttament għall-programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi ġġustifikata l-materjalità (3).

8.   Programm ta’ verifika tal-enerġija għall-SMEs

Il-verifiki tal-enerġija huma għodda importanti għall-identifikazzjoni tal-miżuri maħsuba sabiex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija u jnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija. Billi jiddeterminaw kemm tiġi kkonsmata enerġija f’liema oqsma ta’ kumpanija, tali verifiki jidentifikaw fejn jista’ jsir iffrankar potenzjali u, għalhekk, jista’ jkollhom benefiċċju ekonomiku sinifikanti.

Għalkemm il-verifiki tal-enerġija jistgħu joffru ffrankar potenzjali kbir, ġeneralment dawn ma jitwettqux fl-SMEs. Jistgħu jittieħdu diversi miżuri (pereżempju, kampanji ta’ informazzjoni, sussidji jew ħelsien mit-taxxa għal dawn is-servizzi) sabiex jagħmluhom aktar attraenti għall-SMEs.

9.   Netwerks ta’ tagħlim dwar l-effiċjenza fl-enerġija

Miżura ta’ dan it-tip tistabbilixxi netwerks speċifiċi għall-fergħat maħsuba sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija fin-negozji u jipproduċu kooperazzjoni dejjiema u skambju ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti. F’ħafna każijiet, il-kooperazzjoni tkompli wara li l-finanzjament ikun intemm u dan iħalli impatt fuq l-iżviluppi ġenerali tal-effiċjenza fl-enerġija fin-negozji.

10.   Miżuri alternattivi oħrajn

10.1.   Irkanti tal-effiċjenza fl-enerġija

Din il-miżura tiddetermina l-allokazzjoni tal-għotjiet għall-proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija abbażi ta’ kriterji tekniċi u ekonomiċi (pereżempju, id-daqs tal-proġett, l-enerġija ffrankata jew il-wattage mnaqqas) f’mekkaniżmu ta’ rkant invers.

L-irkanti jistgħu jkunu miftuħa (jispeċifikaw biss l-ammonti li għandhom jiġu ffrankati) jew magħluqa (jispeċifikaw ċertu tip ta’ teknoloġija). Jista’ jkun neċessarju li l-parteċipanti jintalbu joqogħdu għal verifika tal-enerġija u/jew jissorveljaw l-iffrankar wara l-implimentazzjoni. Rekwiżiti speċjali għall-fornituri jistgħu jgħinu sabiex jiġu indirizzati l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx.

10.2.   ETS nazzjonali għal setturi mhux tal-ETS

Din il-miżura tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) upstream separata għal partijiet mis-setturi (pereżempju, it-trasport u s-sħana fil-bini) jew għas-setturi kollha li mhumiex koperti diġà mill-ETS tal-UE.

B’kuntrast ma’ ETS downstream, bħall-ETS tal-UE, ETS upstream tkopri l-emissjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-katina tal-valur, jiġifieri s-sorsi tal-enerġija primarja bħall-gass naturali, iż-żejt jew id-derivattivi tiegħu, bħall-petrol jew id-diżil.

L-effett jinkiseb bl-istess mekkaniżmi bħal f’sistema downstream: l-iffissar ta’ kwantità massima tal-emissjonijiet u tnaqqis annwali ta’ dan il-limitu massimu joħolqu skarsezza stabbilita politikament minn fejn jiġu fformati l-prezzijiet tas-CO2. Dan jirriżulta f’inċentivi għal miżuri ta’ tnaqqis.

10.3.   Taxxi fuq l-enerġija u s-CO2  (4)

L-informazzjoni dwar tipi oħrajn ta’ miżuri alternattivi tista’ tinstab fil-“faċilità ta’ miżuri ta’ suċċess” tal-proġett ODYSSEE-MURE (5). L-appoġġ għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi robusti jista’ jinstab fil-proġett ENSPOL (6). Il-bażi ta’ data tal-AIE (7) u l-bażi ta’ data tal-EEA (8) jipprovdu ġabriet aktar ġenerali ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija.

Minħabba r-rekwiżit tal-addizzjonalità, huwa essenzjali li tiġi kkunsidrata l-interazzjoni bejn miżuri ta’ ċerti tipi sabiex jiġi evitat l-għadd doppju. Il-“faċilità tal-interazzjoni ta’ politika” ODYSSEE-MURE (9) tipprovdi ħarsa ġenerali lejn tali interazzjoni u l-effett ta’ tnaqqis jew żieda tagħha. Din tista’ tgħin fil-valutazzjoni tal-impatti jekk jiġu kkombinati l-miżuri ta’ politika alternattivi.

L-istudju tal-AIE (10) jipprovdi informazzjoni utli dwar modi possibbli sabiex tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi, inklużi approċċi pubbliċi-privati.


(1)  Ara l-Appendiċi VII għal aktar proposti dwar is-settur tat-trasport.

(2)  L-Artikolu 10(6) tal-EPBD jesiġi li l-Istati Membri jgħaqqdu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-bini mal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub, permezz ta’ metodu wieħed jew aktar bħal:

ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni;

il-valuri standard għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija fil-binjiet;

l-EPCs maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni;

ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija; u

kwalunkwe metodu rilevanti, trasparenti u proporzjonat ieħor.

(3)  Ara wkoll l-Appendiċi IX.

(4)  Ara wkoll l-Appendiċi III għal aktar dettalji dwar dan it-tip ta’ miżura alternattiva.

(5)  Bażi ta’ data ta’ MURE ta’ miżuri ta’ suċċess;

http://www.measures-odyssee-mure.eu/successful-measures-energy-efficiency-policy.asp

(6)  http://enspol.eu/

(7)  https://www.iea.org/policiesandmeasures/energyefficiency/

(8)  https://www.eea.europa.eu/themes/climate/national-policies-and-measures/policies-and-measures

(9)  http://www.odyssee-mure.eu/

(10)  https://www.iea.org/publications/freepublications/publication/finance.pdf

APPENDIĊI IV

MIŻURI TA’ TASSAZZJONI

TAXXI FUQ L-ENERĠIJA JEW IS-CO2, INKLUŻI L-ELASTIĊITAJIET SABIEX TINQABAD IL-KAPAĊITÀ TA’ RISPONS TAD-DOMANDA

Kemm jekk japplikaw il-miżuri fiskali eżistenti (implimentati qabel kwalunkwe perjodu ta’ obbligu) jew inkella miżuri fiskali ġodda (introdotti matul perjodu), l-Istati Membri jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Anness V(2)(a) u (4) tal-EED).

Huma għandhom jikkunsidraw dan li ġej meta jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija mill-miżuri fiskali implimentati bħala miżuri ta’ politika alternattivi skont l-Artikolu 7b tal-EED:

1.   Kalkolu bażiku għal kull sena li għaliha hemm fis-seħħ il-miżura fiskali

Sabiex jikkalkolaw l-impatt fuq il-konsum tal-enerġija ta’ azzjonijiet individwali meħuda matul il-perjodu ta’ obbligu, l-Istati Membri jridu janalizzaw il-konsum mingħajr it-taxxa fuq l-enerġija jew is-CO2 (konsum tal-enerġija kontrofattwali).

Kif stabbilit fl-Anness V(4)(b) tal-EED, l-Istati Membri għandhom japplikaw elastiċitajiet tal-prezzijiet li jirrappreżentaw il-kapaċità ta’ rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet (ara t-taqsima 3 ta’ hawn taħt). Huwa rrakkomandat li l-elastiċitajiet tal-prezzijiet jiġu applikati kull sena abbażi tal-konsum tal-enerġija osservat, sabiex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija kontrofattwali, billi jitqiesu l-bidliet perċentwali attwali fil-prezzijiet tal-utent finali li jirriżultaw mill-miżura ta’ tassazzjoni (ara t-taqsima 2).

Il-konsum tal-enerġija kontrofattwali mbagħad irid jitqabbel mal-konsum tal-enerġija osservat li jirriżulta sabiex tiġi pprovduta stima tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija bħala riżultat tal-miżura fiskali kull sena (ara l-figura ta’ hawn taħt):

Image 1

Nota: Δp = bidla fil-prezz; δe/δp = l-elastiċità tal-prezz tad-domanda

Sors: Europe Economics, 2016

Jekk japplikaw rati ta’ taxxa jew eżenzjonijiet differenti għall-gruppi ta’ konsumaturi finali jew tipi ta’ karburanti differenti, il-konsum tal-enerġija kontrofattwali għandu jiġi kkalkulat separatament għal kull grupp jew tip.

2.   Kalkolu tal-bidliet perċentwali fil-prezzijiet tal-utenti finali

Id-differenza (jew delta) bejn il-livell tat-tassazzjoni ta’ Stat Membru u l-livelli minimi skont id-dritt tal-Unjoni tiddetermina l-livell eliġibbli ta’ taxxa għal kull unità ta’ enerġija sabiex jingħadd l-iffrankar tal-enerġija. Irid isir sforz sabiex jinftiehem u jiġi ġġustifikat sa liema punt it-taxxa tiġi mgħoddija lill-konsumaturi finali u kwalunkwe eżenzjoni jew varjazzjoni fir-rati ta’ taxxa għal gruppi partikolari ta’ konsumaturi finali jew tip ta’ enerġija, filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe sussidju parallel.

Meta r-rati jvarjaw, għandhom jitwettqu analiżijiet separati għal kull grupp u tip ta’ enerġija. L-impatt fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi finali għandu jiġi espress bħala l-bidla perċentwali relattiva għall-prezz tal-enerġija, inkluża t-taxxa.

Jekk ikun hemm allowance għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx (sabiex jittaffa l-impatt ta’ żieda fit-taxxa), għandha tiġi stmata ż-żieda ponderata tat-taxxa li tiġi mgħoddija lill-konsumaturi finali. Pereżempju, jekk iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija minħabba l-impożizzjoni ta’ taxxa tkun daqs EUR 1/kWh u 30 % tal-konsumaturi affettwati jirċievu allowance daqs EUR 0,2/kWh, iż-żieda ponderata tammonta għal:

EUR 1/kWh × 70 % + ((EUR 1/kWh – EUR 0,2/kWh) × 30 %) = EUR 0,94/kWh

Dawn l-estimi jistgħu jsiru permezz ta’ studji nazzjonali dwar il-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija minħabba t-taxxi, is-sussidji, l-eżenzjonijiet mit-taxxa jew l-ispejjeż tal-enerġija primarja (karburant) matul is-sena kollha inkwistjoni.

3.   Kalkolu tal-elastiċitajiet tal-prezzijiet

L-elastiċitajiet tal-prezzijiet rilevanti jiġu stmati bl-applikazzjoni ta’ mmudellar ekonometriku għall-varjabbli li jaffettwaw id-domanda għall-enerġija, sabiex l-impatt tal-bidliet jiġi iżolat fil-prezzijiet tal-enerġija. Serje ta’ żmien twil biżżejjed (mill-inqas 15 sa 20 sena, użata għall-kalkolu tal-elastiċitajiet fit-tul) jew sezzjoni trasversali kbira ta’ Stati Membri hija meħtieġa sabiex tiżgura li l-estimi jkollhom proprjetajiet statistiċi tajbin u li l-varjabbli ta’ spjegazzjoni rilevanti kollha jkunu inklużi fil-qafas tal-immudellar. Għal elastiċitajiet għal żmien qasir li juru bidla fl-imġiba għal żmien qasir, perjodu ta’ osservazzjoni ta’ bejn sentejn (2) u 3 snin huwa adegwat.

Il-varjabbli ta’ spjegazzjoni rilevanti jiddependu fuq is-settur soġġett għall-miżura fiskali. Fis-settur residenzjali, pereżempju, jenħtieġ li l-mudell jikkunsidra:

l-introjtu (fejn xieraq, maqsum fi gruppi reġjonali jew gruppi ta’ introjtu);

il-popolazzjoni;

l-erja tal-art;

l-iżviluppi teknoloġiċi;

ir-rata awtonoma ta’ titjib tal-effiċjenza fl-enerġija; u

il-ħtieġa għal tisħin u tkessiħ (permezz ta’ varjabbli tat-temperatura).

L-inklużjoni ta’ miżuri ta’ politika oħrajn fl-analiżi tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata s-sovrapożizzjoni potenzjali u li ssir distinzjoni mill-kontribuzzjoni separata tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija miksub (ara t-taqsima 4).

L-elastiċitajiet tal-prezzijiet stmati se jvarjaw maż-żmien. Fuq perjodu ta’ żmien qasir, fil-bidu tal-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 jew fil-punt li fih tiġi introdotta miżura ta’ politika ġdida, dawn ikunu iżgħar. Dan jirrifletti l-għażliet limitati (pereżempju, miżuri ta’ mġiba indikattivi jew deċiżjonijiet dwar is-sostituzzjoni ta’ karburant) li jiffaċċjaw il-konsumaturi hekk kif jadattaw għall-bidla fil-prezzijiet. Maż-żmien, l-elastiċitajiet jikbru, hekk kif aktar u aktar konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet dwar investiment ibbażati fuq prezzijiet ogħla, li joffru redditi aħjar fuq l-investimenti fi prodotti u servizzi aktar effiċjenti.

Għall-miżuri fiskali eżistenti, l-impatti tal-azzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija fil-perjodu ta’ obbligu għandhom jiġu iżolati mill-impatti tal-azzjonijiet meħuda f’perjodi preċedenti. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet dwar l-investiment fil-perjodu 2014-2020 li kienu bbażati fuq il-prezzijiet tal-enerġija miżjuda bl-impożizzjoni ta’ taxxa għandhom jitnaqqsu mill-pretensjonijiet ta’ ffrankar tal-enerġija fil-perjodu 2021-2030.

Meta r-rati tat-taxxa jvarjaw bejn it-tipi ta’ karburanti, l-elastiċitajiet bejn il-prezzijiet (li jkejlu l-effetti ta’ prezz fuq id-domanda għal karburant ieħor) għandhom jiġu stmati bħala li jirrappreżentaw is-sostituzzjoni ta’ tipi ta’ karburanti li saru relattivament aktar għaljin (grazzi għat-tassazzjoni) ma’ dawk li ma sarux. Eżempju ta’ elastiċità bejn il-prezzijiet ikejjel il-kapaċità ta’ rispons tal-karburant tad-diżil għall-bidliet fil-prezz tal-petrol.

4.   Sovrapożizzjonijiet ma’ miżuri ta’ politika oħrajn

L-elastiċitajiet jiġu stmati fuq perjodi twal sabiex jintegraw l-effetti tal-miżura fiskali u dawk ta’ miżuri ta’ politika storiċi oħrajn. Barra minn hekk, il-miżuri fiskali u miżuri oħrajn ta’ spiss jikkomplementaw lil xulxin; pereżempju, il-programmi ta’ sussidju jagħmluha aktar faċli għall-konsumaturi finali sabiex jadattaw għal prezzijiet ogħla u l-miżuri fiskali jagħmlu l-programmi ta’ sussidju aktar attraenti għall-konsumaturi finali.

Dan ifisser li l-elastiċitajiet aktar fit-tul se jintegraw l-eżiti tal-miżuri ta’ politika ta’ sostenn implimentati matul il-perjodu ta’ stima, jiġifieri aktar ma jkunu ambizzjużi u effettivi l-miżuri l-oħrajn, aktar ikunu kbar l-elastiċitajiet.

Minħabba l-livell għoli ta’ sovrapożizzjoni bejn il-miżuri fiskali u miżuri ta’ politika oħrajn, huwa rrakkomandat li jintuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

l-impatt tal-miżura ta’ taxxa fuq l-enerġija jew is-CO2 jiġi stmat bl-użu ta’ elastiċitajiet għal perjodu qasir biss matul il-perjodu ta’ obbligu kollu (pereżempju, 2021-2030) u l-impatti ta’ miżuri ta’ politika oħrajn jiġu stmati separatament b’approċċi minn isfel għal fuq; jew

l-impatt tal-miżura ta’ taxxa fuq l-enerġija jew is-CO2 jiġi stmat bl-użu ta’ elastiċitajiet għal perjodu qasir fl-2021 (jew jekk il-miżura tiġi introdotta wara l-2021, mill-punt li fih ġiet introdotta) u eventwalment bl-użu ta’ elastiċitajiet fit-tul sal-2030. F’dan il-każ, l-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika oħrajn li jaffettwaw l-użu finali tal-enerġija li huwa ntaxxat għandu jitnaqqas, minħabba li dan irriżulta minn approċċi minn isfel għal fuq f’konformità mar-rekwiżiti tekniċi tal-EED, inklużi azzjonijiet individwali awtonomi (ara l-figura ta’ hawn taħt):

Image 2

L-istess approċċi jistgħu jintużaw għall-perjodu ta’ obbligu 2014-2020.

5.   Sovrapożizzjonijiet mad-dritt tal-Unjoni

5.1.   Sovrapożizzjonijiet mal-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet għal karozzi tal-passiġġieri ġodda u vetturi kummerċjali ħfief ġodda (ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011)

L-impatti tal-miżuri tat-taxxa fuq l-enerġija jew is-CO2 fuq il-konsum tal-enerġija tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu ta’ analiżi ta’ rigressjoni li tikkorrelata l-prezzijiet tal-enerġija (inkluż l-effett taż-żieda tat-taxxa) mal-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jaqbżu l-istandards minimi tal-UE ta’ rendiment għall-emissjonijiet. Il-valuri nazzjonali jridu jintużaw fl-analiżi tar-rigressjoni. L-istudju nazzjonali jista’ jistma x’perċentwal tal-bejgħ jikkorrispondi għall-effett ta’ tassazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi stmat minn isfel għal fuq billi jitqies il-kriterju tal-addizzjonalità.

5.2.   Sovrapożizzjonijiet mar-rekwiżiti għat-tneħħija mis-suq ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija (miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn)

L-impatti tal-miżuri skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn jistgħu jiġu kkalkulati b’analiżi ta’ rigressjoni li tikkorrelata l-prezzijiet tal-enerġija (inkluż l-effett taż-żieda tat-taxxa) mal-bejgħ ta’ prodotti li jaqbżu l-istandards minimi skont id-Direttiva. B’dan l-approċċ ta’ serje taż-żmien, jistgħu jiġu introdotti varjabbli finta sabiex jaqbdu l-impatti tal-istandards tal-prodotti fuq il-konsum tal-enerġija. Fi kwalunkwe każ, stima minn isfel għal fuq tal-iffrankar tal-enerġija għandha tiżgura li titqies l-addizzjonalità.

6.   Rekwiżiti għar-riżorsi

L-istima tal-elastiċitajiet teħtieġ għarfien espert tal-immudellar. Fin-nuqqas ta’ timijiet ta’ mmudellar interni bil-kapaċità meħtieġa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu studji metodoloġikament rigorużi u trasparenti sabiex jipproduċu estimi abbażi ta’ sorsi ta’ data uffiċjali riċenti u rappreżentattivi. Huma għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom aċċess għad-data kollha meħtieġa, is-suppożizzjonijiet u l-metodoloġiji użati sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-rapportar fl-Anness V(5)(k).

Meta ma tkunx disponibbli data suffiċjenti għall-produzzjoni ta’ estimi robusti tal-elastiċitajiet, jistgħu jintużaw ir-riżultati ta’ eżerċizzji ta’ mmudellar simili mal-gruppi ta’ konsumaturi finali jew tipi ta’ karburanti fil-mira għall-produzzjoni ta’ indikaturi. L-għażla ta’ estimi komparabbli għandha tkun ġustifikata sewwa u tista’ tkun derivata minn inter alia:

ir-riżultati mil-letteratura akkademika, ippubblikata f’ġurnal rikonoxxut sewwa u rivedut mill-pari li jagħmel użu minn data u mudelli riċenti li jirriflettu x-xenarju ta’ politika attwali; u

ir-riżultati ta’ rigressjoni għal settur partikolari fi Stat Membru simili (għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni ċara għall-għażla tal-Istat Membru).

Bħala għażla finali u biss fejn jista’ jkun iddokumentat li l-għażliet ta’ hawn fuq huma impossibbli, ir-riżultati minn settur wieħed jistgħu jiġu applikati għal setturi oħrajn, fejn xieraq. Għal darba oħra, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni ċara.

APPENDIĊI V

IT-TAFFIJA TAL-FAQAR ENERĠETIKU

EŻEMPJI INDIKATTIVI U MHUX ESKLUSSIVI TA’ MIŻURI TA’ POLITIKA LI JTAFFU L-FAQAR ENERĠETIKU

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri implimentaw politiki sabiex itaffu l-faqar enerġetiku. Dawn jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala miżuri ta’ politika li jindirizzaw il-konsum tal-enerġija ta’ grupp speċifiku fil-mira, jiġifieri unitajiet domestiċi vulnerabbli, unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku jew dawk fl-akkomodazzjoni soċjali. Huma jaqgħu f’żewġ gruppi fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għall-Artikoli 7(1) u (11)2 tal-EED:

politiki soċjali li jindirizzaw il-konsum tal-enerġija – dawn huma mmirati lejn it-tnaqqis rapidu tal-effetti tal-faqar enerġetiku, iżda ma jindirizzawx l-effiċjenza fl-enerġija. Xi eżempji huma l-eżenzjonijiet mill-ħlas tal-kontijiet tal-enerġija, il-pagamenti diretti, it-tariffi mnaqqsin u l-pagamenti tas-sigurtà soċjali. Tali politiki mhumiex rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 7(11) tal-EED, li abbażi tiegħu huma eliġibbli biss il-miżuri ta’ politika implimentati sabiex jissodisfaw l-obbligu ta’ ffrankar tal-enerġija (pereżempju, billi jitnaqqas l-użu tal-enerġija); u

il-politiki dwar l-effiċjenza fl-enerġija mmirati speċifikament għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, jew permezz ta’ komponent speċifiku jew inkella billi ssir enfasi biss fuq dan il-grupp – dawn huma rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 7(11) tal-EED, minħabba li huma mmirati biex ineħħu l-ostakoli u jinċentivaw l-investimenti għall-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll biex itaffu l-faqar enerġetiku.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn ċerti tipi ta’ politiki dwar l-effiċjenza fl-enerġija li jindirizzaw lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u li diġà huma implimentati f’bosta Stati Membri; l-eżempji huma indikattivi u mhux eżawrjenti:

Eżempji indikattivi ta’ politiki li jtaffu l-faqar enerġetiku  (1)

Tip ta’ politika

Politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija li tindirizza l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx

Stati Membri kkonċernati (2)

Miżuri meħuda bħala parti mill-EEOSs (l-Artikolu 7a tal-EED)

Strument ibbażat fuq is-suq

Mira speċifika relatata mal-faqar enerġetiku (jew mal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx) jew fattur bonus għall-azzjonijiet implimentati għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx

AT, FR, IE, UK

Miżuri meħuda bħala parti mill-miżuri ta’ politika alternattivi (l-Artikolu 7b tal-EED)

Skemi u strumenti ta’ finanzjament

Inċentivi għal rinnovazzjonijiet ta’ bini effiċjenti fl-enerġija, pereżempju, dawk iffokati fuq unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew abitazzjonijiet bl-agħar klassijiet tal-enerġija (pereżempju, G u F) jew li joffru rati ta’ inċentivi ogħla soġġett għall-introjtu jew għal kriterji soċjali

BE, BG, CY, DE, DK, EL, ES, FR, IE, LT, LV, MT, NL, RO, SI, UK

Skemi u strumenti ta’ finanzjament

Inċentivi għas-sostituzzjonijiet ta’ apparat, pereżempju, dawk iffokati fuq unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew li joffru rati ta’ inċentivi ogħla soġġett għall-introjtu jew għal kriterji soċjali

AT, BE, DE, HU

Inċentivi fiskali

Kreditu/tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu, pereżempju, inċentivi li joffru rati ta’ inċentivi ogħla soġġett għall-introjtu jew għal kriterji soċjali

EL, FR, IT

Taħriġ u edukazzjoni

Kampanji ta’ informazzjoni u ċentri ta’ informazzjoni

AT, DE, FR, IE, HU, MT, SI, UK

Taħriġ u edukazzjoni

Verifiki tal-enerġija (3)

BE, DE, FR, IE, LV, SI

Dawn il-politiki huma implimentati bħala komponent speċifiku fi ħdan EEOS u bħala tipi magħżula ta’ miżura ta’ politika alternattiva (4). L-istrumenti finanzjarji li jikkonsistu f’self u għotjiet għar-rinnovazzjonijiet tal-bini huma l-aktar miżuri stabbiliti sabiex jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Hemm ukoll fis-seħħ politiki dwar is-sostituzzjoni tal-apparat u miżuri informattivi, iżda fi ftit Stati Membri biss. Barra minn hekk, xi Stati Membri introduċew programmi speċifiċi ta’ verifika tal-enerġija mmirati għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx.

Is-sorsi li ġejjin jistgħu jiġu kkonsultati għal aktar eżempji dettaljati ta’ politiki dwar l-effiċjenza fl-enerġija li jindirizzaw l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx:

L-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE:

https://www.energypoverty.eu/policies-measures

Bażi ta’ data ta’ MURE bħala parti mill-proġett ODYSSEE-MURE ta’ Orizzont 2020:

http://www.measures-odyssee-mure.eu/

“Energy efficiency for low-income households” (L-effiċjenza fl-enerġija għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx) (studju għall-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija):

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/595339/IPOL_STU(2016)595339_EN.pdf


(1)  Ugarte, S. et al., Energy efficiency for low-income households (studju għall-Kumitat ITRE, 2016);

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/595339/IPOL_STU(2016)595339_EN.pdf

(2)  L-istatus minn nofs l-2016

(3)  It-tip ta’ politika “Taħriġ u edukazzjoni” huwa t-tip ġenerali ta’ intervent ta’ politika. It-tip ta’ politika ta’ effiċjenza fl-enerġija “verifiki tal-enerġija” huwa sottotip wieħed possibbli għal din il-kategorija. Il-verifiki tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, pereżempju, tabilħaqq għandhom l-għan li jinformawhom dwar is-sorsi ta’ konsum tal-enerġija u jħarrġuhom dwar kif jistgħu jottimizzawhom jew inaqqsuhom b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-programmi jinkludu wkoll it-taħriġ ta’ persuni qiegħda sabiex isiru konsulenti tal-enerġija (pereżempju, il-każ tal-programm Caritas fil-Ġermanja).

(4)  Għalhekk, l-ispjegazzjonijiet ġenerali fl-Appendiċijiet II (EEOSs) u III (miżuri ta’ politika alternattivi) huma wkoll rilevanti hawnhekk.

APPENDIĊI VI

KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAL-ENERĠIJA MINN MIŻURI TA’ MĠIBA

“Miżuri ta’ mġiba” jkopru kwalunkwe tip ta’ miżura ta’ politika jew intervent immirati sabiex jiffrankaw l-enerġija billi jbiddlu l-imġiba tal-utenti finali, jiġifieri l-mod kif jużaw l-enerġija, prodotti li jużaw l-enerġija (pereżempju, apparat, tagħmir tekniku, vetturi) jew sistemi (pereżempju, bini residenzjali u mhux residenzjali). Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu pariri dwar l-enerġija, kampanji ta’ informazzjoni mmirati, wiri jew rispons tal-konsum tal-enerġija f’ħin reali, taħriġ għas-sewqan ekoloġiku, kampanji ta’ ffrankar tal-enerġija fuq il-post tax-xogħol, eċċ.

Il-miżuri ta’ mġiba jirrikjedu evalwazzjoni speċifika, minħabba li l-materjalità ta’ bidla fl-imġiba hija aktar diffiċli biex tiġi pprovata minn, pereżempju, l-installazzjoni ta’ soluzzjoni teknika. Barra minn hekk, il-bidliet fl-imġiba jistgħu jkunu riversibbli ħafna, għalhekk, ikun aktar diffiċli li jiġi ddeterminat it-tul ta’ ħajja tal-miżuri u l-ammont ta’ ffrankar maż-żmien.

1.   Approċċi ta’ evalwazzjoni

1.1.   Provi kliniċi kkontrollati

Sabiex jegħlbu d-diffikultajiet imsemmija hawn fuq, l-Istati Membri huma rrakkomandati li jużaw, fejn xieraq, l-approċċ ta’ provi kliniċi kkontrollati (RCT) (1), li jinvolvi l-ġbir ta’ data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew issorveljat qabel u wara l-intervent(i). Billi jitqabblu l-bidliet (qabel/wara) fil-konsum tal-enerġija bejn it-trattament u l-gruppi ta’ kontroll, huwa possibbli li jiġi vverifikat jekk l-iffrankar tal-enerġija reali huwiex qrib dak li kien mistenni.

Huwa rrakkomandat li l-esperimenti jitwettqu b’dan l-approċċ qabel jiġu skjerati fuq skala sħiħa, sabiex b’hekk jippermettu:

tqabbil bejn il-varjanti;

titjib fid-disinn u fl-effettività; u

evalwazzjoni rigoruża tal-effetti.

1.2.   Approċċ kważi sperimentali

Fejn ma jkunx possibbli li jintuża l-approċċ ta’ RCT, alternattiva hija approċċ kważi sperimentali (2), li bih grupp ta’ trattament jitqabbel ma’ grupp ta’ tqabbil. Id-differenza ewlenija mill-RCT hija li l-individwi ma jiġux assenjati b’mod aleatorju lill-gruppi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu kkontrollati jew minimizzati l-preġudizzji possibbli tat-teħid tal-kampjuni jew tal-għażla, pereżempju, permezz ta’ metodi ta’ tqabbil. Huwa importanti wkoll li jiġu ddokumentati t-testijiet statistiċi użati sabiex jiġu vverifikati l-validità u s-sinifikat tar-riżultati.

1.3.   Il-kejl jew il-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija

Fejn ma jkunx possibbli li jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi msemmija hawn fuq, l-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi evalwat permezz tal-kejl jew il-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija tal-parteċipanti qabel u wara l-intervent. Dan l-approċċ huwa aktar faċli biex jiġi implimentat, iżda huwa soġġett għal inċertezza ferm akbar, minħabba d-diffikultà sabiex jiġu iżolati l-bidliet minħabba l-intervent minn bidliet dovuti għal fatturi oħrajn. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi spjegat kif ġew ikkunsidrati fatturi oħrajn (pereżempju, permezz tan-normalizzazzjoni tal-konsum tal-enerġija għall-kundizzjonijiet tat-temp) u kif jiġu ttrattati l-inċertezzi (pereżempju, permezz tal-użu ta’ suppożizzjonijiet konservattivi).

2.   Metodu ta’ “ffrankar tal-enerġija meqjus” għall-kalkolu tal-impatt

L-evalwazzjonijiet li jużaw wieħed mill-approċċi msemmija hawn fuq jipprovdu riżultati li mbagħad ikunu jistgħu jintużaw bħala punt ta’ riferiment għall-“iffrankar meqjus” (ara l-Anness V(1)(a)), sakemm dan l-iffrankar jintuża għall-istess tip ta’ intervent (l-istess kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni) u gruppi fil-mira simili. Ir-riżultati tal-miżuri ta’ mġiba jistgħu jvarjaw ħafna skont it-tip ta’ intervent (u l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni) u t-tip ta’ grupp fil-mira, għalhekk, ir-riżultati miksuba għal tip ta’ intervent partikolari għal grupp fil-mira partikolari ma jistgħux jiġu estrapolati għal tip ta’ intervent ieħor jew grupp ieħor.

Hawn taħt qed jingħata eżempju ta’ formula ġenerali għall-kalkolu li fiha jintuża l-iffrankar meqjus għall-każ tal-miżuri ta’ mġiba:

Formula

In-numru ta’ parteċipanti jista’ jinkiseb:

direttament permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ (pereżempju, meta l-parteċipanti jirreġistraw għall-programm jew jirrapportaw l-azzjonijiet tagħhom); jew

permezz ta’ stħarriġ tal-popolazzjoni kollha fil-mira, f’liema każ il-metodu tat-teħid tal-kampjuni jrid jispjega kif jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv, sabiex tkun tista’ ssir estrapolazzjoni għall-popolazzjoni kollha.

Il-“konsum finali unitarju tal-enerġija” (jiġifieri għal kull parteċipant) jista’ jinkiseb:

direttament mid-data rrapportata mill-parteċipanti (pereżempju, kontijiet tal-enerġija, awtokejl); jew

billi jiġi stmat il-konsum medju tal-enerġija għal kull parteċipant għall-grupp fil-mira (pereżempju, abbażi ta’ statistika nazzjonali jew studji preċedenti), f’liema każ jeħtieġ li jiġi spjegat kif huwa żgurat li l-konsum medju tal-enerġija huwa rappreżentattiv tal-konsum tal-enerġija fil-grupp fil-mira.

Il-“proporzjon tal-iffrankar meqjus” huwa perċentwal tal-enerġija ffrankata abbażi ta’ evalwazzjonijiet preċedenti (ara l-approċċi ta’ hawn fuq). Jeħtieġ li jiġi spjegat kif huwa żgurat li l-kundizzjonijiet tal-intervent li għalihom jintuża l-proporzjon huma simili għal dawk li għalihom inkiseb il-punt ta’ riferiment.

Il-“fattur tal-għadd doppju” (f’%) japplika meta l-miżura ta’ politika tiġi implimentata ripetutament, bl-istess grupp fil-mira mingħajr monitoraġġ dirett tal-parteċipanti. Huwa jqis il-fatt li proporzjon ta’ dawk affettwati mill-miżura ta’ politika diġà kienu affettwati d-darba/drabi ta’ qabel (sovrapożizzjoni fl-effetti).

Fil-każ ta’ miżura ta’ politika b’approċċ immirat u monitoraġġ dirett tal-parteċipanti (pereżempju, skema ta’ taħriġ), l-għadd doppju tal-parteċipanti jista’ jinstab direttament, għalhekk, jista’ ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġi applikat fattur ta’ għadd doppju.

Bl-istess mod, jekk it-tul tal-ħajja tal-iffrankar tal-enerġija jitqies bħala t-tul bejn żewġ implimentazzjonijiet tal-miżura ta’ politika (pereżempju, żewġ kampanji ta’ komunikazzjoni), ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ għadd doppju (3).


(1)  L-approċċ ta’ RCT, komunement użat fix-xjenzi tas-saħħa, jirreferi għall-assenjazzjoni aleatorja tal-individwi (mill-popolazzjoni kollha fil-mira) fi gruppi ta’ trattament jew grupp ta’ kontroll. Il-gruppi ta’ trattament se jkunu soġġetti għall-intervent (trattament) taħt evalwazzjoni, filwaqt li l-grupp ta’ kontroll mhux se jkun soġġett għalih. L-assenjazzjoni aleatorja tal-individwi hija preżunta bħala li tipprovdi kundizzjonijiet rigorużi għal tqabbil meta l-unika differenza statistikament sinifikanti bejn il-gruppi tkun jekk dawn jirċevux it-trattament jew le. Jistgħu jintużaw gruppi ta’ trattament differenti meta l-objettiv ikun li jitqabblu tipi differenti ta’ intervent.

Għal gwida dettaljata dwar l-approċċ ta’ RCT, ara pereżempju:

Vine, E., Sullivan, M., Lutzenhiser, L., Blumstein, C., & Miller, B. (2014), “Experimentation and the evaluation of energy efficiency programs”, L-effiċjenza fl-enerġija, 7(4), 627-640;

Frederiks, E. R., Stenner, K., Hobman, E. V., & Fischle, M. (2016), “Evaluating energy behavior change programs using randomised controlled trials: Best practice guidelines for policymakers”, Ir-riċerka dwar l-enerġija u x-xjenza soċjali, 22, 147-164.

(2)  Għal aktar informazzjoni dwar l-approċċ kważi sperimentali, ara pereżempju:

Hannigan, E., & Cook, J. (2015), “Matching and VIA: quasi-experimental methods in a world of imperfect data”, Proċedimenti tal-IEPEC 2015 (https://www.iepec.org/wp-content/uploads/2018/02/2015paper_hannigan_cook-1.pdf);

Voswinkel, F., Broc, J.S., Breitschopf, B., & Schlomann, B. (2018), Evaluating net energy savings – a topical case study of the EPATEE project, iffinanzjat mill-programm Orizzont 2020 (https://epatee.eu/sites/default/files/files/epatee_topical_case_study_evaluating_net_energy_savings.pdf).

(3)  Ara l-Appendiċi VIII għal aktar dettalji dwar il-kwistjoni tat-tul ta’ ħajja.

APPENDIĊI VII

POLITIKI TAS-SETTUR TAT-TRASPORT LI JMORRU LIL HINN MID-DRITT TAL-UNJONI

Fis-settur tat-trasport, il-politiki lokali, reġjonali u nazzjonali (minbarra l-miżuri ta’ taxxa fuq l-enerġija/is-CO2) jistgħu jiġġeneraw iffrankar tal-enerġija billi:

inaqqsu l-ħtieġa tal-ivvjaġġar;

ibiddlu l-ivvjaġġar għal modi aktar effiċjenti fl-enerġija; u/jew

itejbu l-effiċjenza tal-modi tat-trasport.

1.   Miżuri li jippromwovu vetturi tat-triq aktar effiċjenti fl-enerġija

1.1.   Żieda tal-effiċjenza medja ta’ flotot ta’ vetturi ġodda

Il-miżuri li jippromwovu x-xiri ta’ vetturi ġodda aktar effiċjenti jinkludu:

inċentivi finanzjarji jew regolamenti għax-xiri ta’ vetturi elettriċi jew vetturi oħrajn effiċjenti fl-enerġija;

inċentivi oħrajn, bħal trattament preferenzjali fit-toroq jew għall-ipparkjar; u

tassazzjoni tal-vetturi bbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew kriterji tal-effiċjenza fl-enerġija.

Madankollu, l-iffrankar tal-enerġija x’aktarx li jkun limitat għal vetturi mhux koperti mill-istandards tal-UE dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet u l-iffrankar tal-enerġija mill-akkwist pubbliku jrid ikun addizzjonali għal dak meħtieġ mid-Direttiva riveduta dwar Vetturi Nodfa.

Id-Direttiva riveduta dwar Vetturi Nodfa tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-akkwist pubbliku ta’ ċerti vetturi tat-trasport bit-triq ikun konformi mal-miri minimi tal-akkwist għal vetturi nodfa u b’emissjonijiet żero, matul iż-żewġ perjodi ta’ referenza (mid-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2025, u mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2030). Meta jikkunsidraw l-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika mmirati biex jippromwovu l-akkwist pubbliku ta’ vetturi aktar effiċjenti, l-Istati Membri se jkollhom bżonn juru l-addizzjonalità ta’ dan l-iffrankar fir-rigward ta’ dak li joħroġ mir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar Vetturi Nodfa; dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, jekk il-miżuri ta’ politika jwasslu għal perċentwal ogħla ta’ vetturi nodfa fl-akkwist pubbliku minn dak mogħti b’mandat mid-Direttiva. Billi l-miri minimi tal-akkwist tad-Direttiva dwar Vetturi Nodfa mhumiex definiti għal snin individwali, iżda matul perjodu pluriennali, l-iffrankar minn din ix-xorta ta’ miżura għandu jkun ikkontabilizzat fl-aħħar sena ta’ kull perjodu, sabiex b’hekk tkun tista’ ssir valutazzjoni sinifikanti tal-addizzjonalità tagħhom u tiġi rrispettata l-flessibbiltà pprovduta lil awtoritajiet pubbliċi individwali skont id-Direttiva dwar Vetturi Nodfa (1).

Billi l-Anness V(2)(b) tal-EED jesiġi li l-iffrankar tal-enerġija jkun addizzjonali għal dak li jirriżulta mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni obbligatorju, kif ukoll fir-rigward tal-istandards eżistenti ta’ rendiment għall-emissjonijiet, l-Istati Membri jridu jivvalutaw bir-reqqa d-dritt tal-Unjoni eżistenti, inklużi r-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u r-Regolament (UE) 2019/631 (standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet għal karozzi tal-passiġġieri ġodda u vetturi kummerċjali ħfief).

Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 jesiġu li l-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, rispettivament, jiżguraw li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-vetturi tagħhom ma jaqbżux il-mira speċifika tal-emissjonijiet tagħhom, kif iddeterminat f’konformità mal-Anness I tar-Regolamenti jew ma’ kwalunkwe deroga li jkunu ngħataw. Ir-Regolament (UE) 2019/631 jesiġi li kull manifattur ta’ karozzi tal-passiġġieri u/jew vetturi kummerċjali ħfief jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 ma jaqbżux il-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tiegħu mill-2025 u mill-2030, iddeterminati f’konformità mal-Anness I għal dak ir-Regolament jew, meta l-manifattur jingħata deroga, f’konformità ma’ dik id-deroga.

It-tliet Regolamenti kollha jippermettu lill-manifatturi jiddeċiedu kif jilħqu l-miri tagħhom u jieħdu medja tal-emissjonijiet fuq il-flotta ta’ vetturi ġodda tagħhom, minflok jirrispettaw il-miri tas-CO2 għal kull vettura. Barra minn hekk, il-manifatturi jistgħu jifformaw ġabra fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Il-miri tal-manifatturi individwali jiġu sostitwiti b’mira konġunta li għandha tintlaħaq b’mod kollettiv mill-membri.

Jekk Stat Membru jintroduċi miżuri ta’ politika nazzjonali, il-manifatturi jkunu mistennija jadattaw l-istrateġiji tal-ipprezzar tagħhom fis-swieq kollha tal-UE sabiex jilħqu l-miri tagħhom fil-livell tal-UE. L-Istati Membri jkollhom bżonn juru li l-iffrankar tal-enerġija attribwit lil dawn il-miżuri ma kienx sostitwit sempliċiment għall-isforzi meħtieġa mill-manifatturi u wassal sabiex, fis-snin fil-mira jew lil hinn, tinqabeż trajettorja raġonevoli għall-emissjonijiet bejn is-snin fil-mira (2021, 2025 u 2030). L-iffrankar tal-enerġija assoċjat mal-vetturi ġodda koperti mill-istandards għar-rendiment tal-emissjonijiet tal-UE jista’ jiġi ġġenerat minn miżuri li jinċentivaw sostituzzjoni bikrija (ara t-taqsimiet 1.2 u 1.3).

Id-dritt tal-Unjoni futur li jkopri t-trakkijiet huwa mistenni li jkollu effett simili fuq il-kapaċità li jiġi ġġenerat iffrankar tal-enerġija eliġibbli permezz tas-sostituzzjoni tal-vetturi (2). Il-leġiżlazzjoni proposta tirrikjedi li kull manifattur ta’ trakkijiet kbar jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 ma jaqbżux il-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu mill-2025. Rieżami propost tad-dritt tal-Unjoni futur li jkopri vetturi heavy-duty x’aktarx li jikkunsidra l-iffissar ta’ miri fl-2030 għal trakkijiet akbar, trakkijiet iżgħar, karozzi tal-linja u kowċis.

Għal vetturi mhux koperti mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE (pereżempju, muturi, trakkijiet iżgħar, karozzi tal-linja, kowċis (u, sal-2025, trakkijiet akbar)), l-iffrankar annwali jista’ jiġi kkalkulat billi l-konsum annwali tal-enerġija tal-vetturi mixtrija bħala riżultat ta’ miżura jitqabbel mal-konsum medju annwali tal-enerġija tal-vettura medja tas-suq fl-istess klassi ta’ vetturi (denominata skont id-daqs u l-potenza).

Eżempju indikattiv (klassi ta’ vetturi mhux koperta mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-Unjoni)

TFES = ∑n_affected × (FEC_average – FEC_affected)

fejn:

TFES

=

iffrankar annwali finali tal-enerġija (gross);

n_affected

=

in-numru ta’ vetturi mixtrija bħala riżultat tal-programm;

FEC_average

=

il-medja tal-konsum finali tal-enerġija (FEC) annwali fis-suq; u

FEC_affected

=

il-medja tal-FEC annwali tal-vetturi mixtrija bħala riżultat tal-programm.

1.2.   Iż-żieda tar-rata li biha vetturi aktar effiċjenti jissostitwixxu vetturi inqas effiċjenti fil-flotot

Il-miżuri ta’ politika li jżidu r-rata tal-adozzjoni ta’ vetturi aktar effiċjenti jinkludu programmi ta’ skrappjar tal-vetturi u miżuri ta’ politika għas-sostituzzjoni tal-flotta. Miżuri oħrajn li jinċentivaw l-adozzjoni ta’ vetturi aktar effiċjenti (ara t-taqsima 1.1) jistgħu jġibu x-xiri ’l quddiem fiż-żmien, pereżempju, meta l-inċentivi finanzjarji jkunu limitati fiż-żmien.

L-Anness V(2)(f) tal-EED jikkjarifika li, għall-miżuri ta’ politika li jħaffu l-adozzjoni ta’ vetturi aktar effiċjenti, jista’ jintalab kreditu sħiħ “sakemm jintwera li din l-adozzjoni sseħħ qabel l-iskadenza tal-ħajja medja mistennija tal-vettura (…), jew qabel ma l-vettura (…) ġeneralment tkun sostitwita”.

Għalhekk, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jinqasam f’żewġ partijiet:

(i)

il-kalkolu tal-iffrankar kollu (għan-numru ta’ snin sal-iskadenza normali tal-ħajja tal-vettura l-antika jew meta l-vettura normalment tkun ġiet sostitwita); u

(ii)

għall-bqija tal-ħajja tal-vettura l-ġdida wara l-iskadenza preżunta jew is-sostituzzjoni tas-soltu tal-vettura l-antika, il-kalkolu tal-iffrankar billi titqies l-addizzjonalità.

Is-sostituzzjoni tal-aktar vetturi ineffiċjenti bl-itwal tul tal-ħajja medju mistenni tkun mistennija li tiġġenera ffrankar tal-enerġija akbar. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-NECPs tagħhom il-metodu użat għall-istima tat-tul tal-ħajja medju u fuqiex kien ibbażat il-metodu, inkluż stħarriġ sabiex tiġi żgurata r-robustezza tal-metodoloġija. F’dan ir-rigward, huma jistgħu jipprovdu evidenza dwar it-tul tal-ħajja medju mistenni tal-vetturi fil-mira ta’ politiki dwar l-adozzjoni mgħaġġla, pereżempju, statistika dwar l-iskrappjar tal-vetturi. Jekk ikunu fil-mira vetturi eqdem mit-tul tal-ħajja medju mistenni, jista’ jkun meħtieġ stħarriġ sabiex jiġi identifikat it-tul tal-ħajja medju mistenni tagħhom.

Eżempju ta’ Kalkolu Indikattiv għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija minn sostituzzjoni bikrija (vettura mhux koperta mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE)

Il-figura ta’ hawn taħt turi kampjun ta’ kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija (unitajiet arbitrarji) fil-każ ta’ sostituzzjoni bikrija ta’ vettura li mhijiex koperta mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE (pereżempju, mutur) fi klassi tas-suq tal-massa b’ħajja preżunta ta’ 15-il sena.

Il-vettura medja ta’ din il-klassi fl-istokk hija preżunta li tikkonsma 100 unità u li tiġi sostitwita fl-aħħar tas-seba’ sena (jiġifieri s-sostituzzjoni tal-vettura titressaq ’il quddiem bi 8 snin). Il-konsum medju ta’ referenza tas-suq tal-medja tas-suq huwa preżunt li huwa ta’ 80 unità u l-konsum tas-soluzzjoni effiċjenti huwa preżunt li huwa ta’ 60 unità. Għalhekk, l-iffrankar tal-enerġija addizzjonali jammonta għal (100-60)*8 + (80-60)*7 = 460 unità.

F’dan l-eżempju, fin-nuqqas ta’ data dwar il-konsum effettiv tal-vetturi sostitwiti, il-konsum medju tal-istokk jintuża bħala r-referenza li fl-isfond tagħha jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-ewwel 8 snin; il-konsum medju ta’ referenza tas-suq tal-medja tas-suq meta jsir l-akkwist tas-sostituzzjoni jitqies bħala l-linja bażi għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għall-bqija tat-tul tal-ħajja preżunt tal-vettura ta’ sostituzzjoni.

Image 3

Għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, kif koperti mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE wara l-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009, (UE) Nru 510/2011 u (UE) 2019/1631, il-konsum tal-enerġija assoċjat mal-emissjonijiet medji tas-CO2 fis-sena tax-xiri għandu jintuża bħala l-valur ta’ referenza għall-vetturi ta’ sostituzzjoni. Dan jirrappreżenta l-effetti ta’ tpaċija fuq l-isforzi li l-manifatturi jkollhom bżonn jagħmlu sabiex jilħqu l-miri vinkolanti tagħhom, kif meħtieġ skont l-Anness V(2)(b), li jiddikjara li l-iffrankar tal-enerġija jrid ikun addizzjonali għal dak li jseħħ mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni obbligatorju.

Id-dritt tal-Unjoni futur li jkopri t-trakkijiet jista’ jkollu effett simili fuq il-kapaċità li jiġi ġġenerat iffrankar tal-enerġija eliġibbli permezz tas-sostituzzjoni tal-vetturi (3).

Eżempju ta’ kalkolu għall-iffrankar tal-enerġija minn sostituzzjoni bikrija (vetturi koperti mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE)

Il-figura ta’ hawn taħt turi kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija (unitajiet arbitrarji) fil-każ tas-sostituzzjoni bikrija ta’ vettura koperta mill-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tal-UE (pereżempju, karozza tal-passiġġieri) fi klassi tas-suq tal-massa b’tul tal-ħajja preżunt ta’ 15-il sena. Il-vettura medja ta’ din il-klassi fl-istokk hija preżunta li tikkonsma 100 unità u li tiġi sostitwita fl-aħħar tas-seba’ sena (jiġifieri s-sostituzzjoni tal-vettura titressaq ’il quddiem bi 8 snin).

Il-konsum medju ta’ referenza tas-suq huwa preżunt li huwa ta’ 80 unità u l-konsum tas-soluzzjoni effiċjenti huwa preżunt li huwa ta’ 60 unità. Madankollu, minħabba l-effett ta’ tpaċija tad-dritt tal-Unjoni, huwa biss l-iffrankar tal-enerġija fil-perjodu ta’ sostituzzjoni bikrija li huwa eliġibbli u dan għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-medja tas-suq, mhux għall-vettura ta’ sostituzzjoni. Għalhekk, l-iffrankar addizzjonali jammonta għal (100 - 80) × 8 = 160 unità.

Image 4

Għall-miżuri ta’ politika kollha dwar l-adozzjoni mgħaġġla, għandha tiġi pprovduta evidenza li turi li l-vetturi sostitwiti ma jerġgħux jidħlu fis-suq tal-vetturi użati, sabiex jiġi żgurat li l-iffrankar tal-enerġija ma jiġix spostat mill-konsum addizzjonali minn vetturi ineffiċjenti.

1.3.   Iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija tal-vetturi eżistenti

Il-miżuri ta’ politika li jiksbu dan li ġej jistgħu jwasslu għal iffrankar tal-enerġija billi jnaqqsu l-konsum tal-enerġija għal kull passiġġier/tunnellata-kilometru:

itejbu l-effiċjenza tal-vetturi eżistenti (pereżempju, billi jinċentivaw l-adozzjoni ta’ tajers aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew lubrikanti li jiffrankaw l-enerġija);

itejbu l-infrastruttura tat-trasport u l-funzjonament tas-sistema tat-trasport (pereżempju, billi jnaqqsu l-konġestjoni);

iżidu t-tagħbijiet medji (pereżempju, billi jinċentivaw l-inizjattiva ta’ ‘car-sharing’ jew il-loġistika tal-merkanzija); u

jaffettwaw l-imġiba tas-sewwieqa (pereżempju, billi jbaxxu l-limiti tal-veloċità jew permezz ta’ kampanji ta’ sewqan ekoloġiku).

Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija minn dawn il-miżuri, għandhom isiru estimi tan-numru ta’ parteċipanti affettwati (pereżempju, il-vetturi, is-sewwieqa, il-passiġġieri jew it-tunnellati tal-merkanzija), flimkien mal-iffrankar mistenni għal kull parteċipant u l-persistenza tal-effetti tal-miżuri maż-żmien.

Eżempju indikattiv għal kampanja ta’ sewqan ekoloġiku

TFES = ∑n_affected × FEC_average × Sawar × (1 – Et) × (1 – Pt)

Fejn:

TFES

=

iffrankar annwali finali tal-enerġija (gross);

n_affected

=

in-numru ta’ parteċipanti mħarrġa bħala riżultat tal-programm;

FEC_average

=

il-medja tal-konsum finali tal-enerġija annwali;

Sawar

=

% tal-iffrankar għal kull parteċipant fil-programm;

Et

=

% ta’ titjib fit-teknoloġiji tal-vetturi ġodda li jagħmlu l-konsum tal-enerġija inqas sensittiv għad-drawwiet tas-sewqan (pereżempju, ibbrejkjar riġenerattiv fuq vetturi elettriċi) u jiżdied maż-żmien; u

Pt

=

% tat-tnaqqis fl-impatt tat-taħriġ għal kull parteċipant wara li t-taħriġ ikun intemm (fattur ta’ deprezzament li jiżdied maż-żmien).

2.   It-tnaqqis tal-ħtieġa tal-ivvjaġġar jew il-bidla tal-ivvjaġġar għal modi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija

Il-miżuri ta’ politika maħsuba sabiex inaqqsu l-ħtieġa tal-ivvjaġġar jew tal-bidla tal-ivvjaġġar għal modi aktar effiċjenti jistgħu jinkludu:

investimenti fl-infrastruttura tat-trasport (pereżempju, ferroviji, karozzi tal-linja, laneċ, karreġġjati għall-karozzi tal-linja, karreġġjati għar-roti, pedonalizzazzjoni) sabiex jiġu pprovduti aktar għażliet, inklużi:

sistemi integrati ta’ tranżitu tal-massa bejn il-modalitajiet;

roti u skuters kondiviżi li jipprovdu għażliet bieb bieb għall-vjaġġaturi;

trasportazzjoni tal-passiġġieri u tal-merkanzija;

inċentivar tat-telexogħol; u

ferroviji b’veloċità għolja li jipprovdu alternattivi għall-avjazzjoni fuq distanza qasira;

strumenti fiskali bħal sussidji għal tranżitu tal-massa;

pedaġġ tat-triq ibbażat fuq il-livell ta’ konġestjoni u/jew l-emissjonijiet ta’ CO2;

ir-riforma tar-regolamenti eżistenti jew tal-miżuri tat-tassazzjoni, pereżempju, permezz tal-ippjanar integrat tal-użu tal-art li jiffavorixxi l-iżvilupp qrib infrastruttura tat-trasport pubbliku; u

l-emendar tar-regolamenti dwar il-karozzi tal-kumpaniji jew it-tassazzjoni sabiex jiġu offruti alternattivi għat-tranżitu tal-massa jew għall-ispejjeż taċ-ċikliżmu lill-impjegati.

Eżempju indikattiv għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ tariffi fuq il-konġestjoni

Jekk belt tintroduċi tariffa fuq il-konġestjoni, l-iffrankar tal-enerġija jista’ jiġi kkalkulat billi l-konsum tal-enerġija mistenni skont il-volum tat-traffiku fin-nuqqas tat-tariffa jitqabbel mal-konsum tal-enerġija skont il-volum tat-traffiku bil-miżura fis-seħħ. Id-data dwar il-volumi tat-traffiku tista’ tinġabar bl-użu ta’ infrastruttura tan-nollijiet.

L-Istati Membri jkollhom bżonn iqisu l-impatti tat-tpaċija, pereżempju, minn żidiet fl-użu tat-trasport pubbliku, bidliet fl-attività tat-trasport barra ż-żona tal-konġestjoni u bidliet fil-konsum tal-enerġija li jirriżultaw minn bidliet fil-fluss tat-traffiku.


(1)  Ara http://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document.html?reference=EPRS_BRI(2018)614690; u https://ec.europa.eu/transport/themes/sustainable/consultations/2016-clean-vehicles_en.

(2)  Ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-19-1071_en.htm

(3)  Ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-19-1071_en.htm

APPENDIĊI VIII

IT-TUL TAL-ĦAJJA TAL-MIŻURI U R-RATA LI BIHA L-IFFRANKAR JONQOS MAŻ-ŻMIEN

L-Istati Membri għandhom l-ewwel jagħmlu distinzjoni bejn ir-rekwiżiti sabiex iqisu:

it-tul tal-ħajja ta’ miżura; u

ir-rata li biha l-iffrankar tal-enerġija jonqos matul il-perjodu ta’ obbligu rilevanti.

1.   It-tul tal-ħajja tal-miżuri

Għall-finijiet tal-Anness V(2)(i), l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri indikattivi tat-tul tal-ħajja għal kull tip ta’ miżura ta’ politika, kif stabbilit fil-lista mhux eżawrjenti fit-tabella ta’ hawn taħt (1). Huma jistgħu jużaw ukoll valuri oħrajn, iżda fi kwalunkwe każ iridu jiddeskrivu fl-NECP integrat tagħhom it-tul tal-ħajja applikat għal kull tip ta’ miżura u kif dan jiġi kkalkulat jew fuqiex huwa bbażat (2).

It-tul tal-ħajja indikattiv tal-iffrankar tal-enerġija għal kull tip ta’ miżura

Tip ta’ azzjoni (skont is-settur fil-mira)

It-tul tal-ħajja indikattiv (snin)

BINJIET

 

Kostruzzjoni effiċjenti fl-enerġija

> 25

Iżolament tal-involukru tal-bini (ħajt tal-kavità, ħajt solidu, loft, saqaf, art)

> 25

Twieqi/ħġieġ

> 25

Iżolament tal-pajpijiet tal-ilma sħun

20

Tisħin distrettwali ġdid/aġġornat

20

Pannelli tar-radjatur li jirriflettu s-sħana (materjal ta’ iżolament installat bejn ir-radjaturi u l-ħajt sabiex jirrifletti s-sħana lura fil-kamra)

18

Bojlers bl-effiċjenza għolja (< 30 kW)

20

Sistemi għall-irkupru tas-sħana

17

Pompa tas-sħana

10 (mill-arja għall-arja);

15 (mill-arja għall-ilma);

25 (ġeotermali)

Pompa taċ-ċirkolazzjoni (distribuzzjoni tas-sħana)

10

Bozza effiċjenti (LED)

15

Lampa b’sistemi ta’ saborra (unitajiet tad-dawl b’fittings tal-bozoz effiċjenti ddedikati)

15

Apparat li jkessaħ effiċjenti

15

Apparat li juża l-ilma effiċjenti

12

Viti li jiffrankaw l-ilma sħun b’restritturi tal-fluss

15

Tank tal-ilma sħun b’iżolament

15

Apparat li jkessaħ effiċjenti jew apparat tal-arja kundizzjonata għall-kamra

10

Bilanċjar idrawliku tad-distribuzzjoni tat-tisħin (għal sistemi ta’ tisħin ċentrali)

10

Kontroll tat-tisħin

5

‘Draughtproofing’ (materjal sabiex jimla l-vojt madwar il-bibien, it-twieqi, eċċ. sabiex tiżdied il-kapaċità tal-bini li jżomm l-arja)

5

Oġġetti elettroniċi għall-konsumaturi

3

SERVIZZI

 

Kostruzzjoni effiċjenti fl-enerġija

> 25

Iżolament tal-involukru tal-bini (ħajt tal-kavità, ħajt solidu, loft, saqaf, art)

> 25

Twieqi/ħġieġ

> 25

Bojlers (> 30 kW)

25

Pompi tas-sħana

10 (mill-arja għall-arja);

15 (mill-arja għall-ilma);

25 (ġeotermali)

Sistemi għall-irkupru tas-sħana

17

Apparat tal-arja kundizzjonata ċentrali u apparat li jkessaħ effiċjenti

17

Sistemi ta’ ventilazzjoni effiċjenti

15

Sistemi tad-dwal pubbliċi/tat-toroq

13

Dawl tal-uffiċċju ġdid/rinnovat

12

Refriġerazzjoni kummerċjali

8

Kontrolli tad-dawl għad-detezzjoni tal-moviment

10

Apparat tal-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija

3

Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (cf. ISO 50001)

2

IT-TRASPORT

 

Vetturi effiċjenti

(100 000 km) (*1)

Tajers b’reżistenza baxxa għall-karozzi

(50 000 km) (*1)

Tajers b’reżistenza baxxa għat-trakkijiet

(100 000 km) (*1)

‘Side-boards’ fuq it-trakkijiet (żidiet ajrudinamiċi għal vetturi li jittrasportaw merkanzija tqila)

(50 000 km) (*1)

Kontroll tal-pressjoni tat-tajers fuq it-trakkijiet (tagħmir awtomatiku għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

(50 000 km) (*1)

Addittivi tal-karburanti

2

Bidla modali

2


Tip ta’ azzjoni

It-tul tal-ħajja indikattiv tal-iffrankar tal-enerġija (snin)

L-INDUSTRIJA

 

Koġenerazzjoni ta’ sħana u enerġija (CHP)

10

Irkupru tas-sħana mitlufa

10

Sistemi tal-arja kkompressata effiċjenti

10

Muturi elettriċi effiċjenti/trażmissjonijiet bil-veloċità varjabbli

8

Sistemi ta’ ppompjar effiċjenti

10

Sistema ta’ ventilazzjoni effiċjenti

10

Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (cf. ISO 50001)

2

Jekk applikabbli, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tat-tipi ta’ azzjonijiet individwali elenkati hawn fuq għandu jaqbeż il-minimu meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni obbligatorju, pereżempju, l-Anness V(2)(c) tal-EED.

“Ħajja indikattiva tal-iffrankar tal-enerġija” hija l-perjodu li għalih l-azzjoni tkun fis-seħħ u qed topera. Din tista’ tkun iqsar mill-ħajja teknika (kif iddikjarata mill-manifattur) minħabba l-effetti ta’ nuqqas ta’ żamma (pereżempju, it-tneħħija jew il-ħruġ mill-użu tal-prodott), li jistgħu japplikaw b’mod partikolari:

għal azzjonijiet ta’ mġiba individwali;

meta jkun hemm kwistjonijiet relatati mal-kwalità jew il-manutenzjoni tal-prodott installat jew l-azzjoni individwali; u

f’setturi ta’ attività b’ċikli ta’ negozju inċerti (pereżempju, ħwienet li jagħlqu ftit snin wara li jiftħu).

Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija akkumulat għall-Artikolu 7 tal-EED għandu jqis ukoll il-perjodu eliġibbli tal-iffrankar tal-enerġija. Dan ifisser li jista’ jingħadd biss dak l-iffrankar miksub matul il-perjodu ta’ obbligu rilevanti (mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-azzjoni individwali sat-tmiem tal-perjodu ta’ obbligu).

Fir-rigward tal-miżuri ta’ mġiba, l-Istati Membri jistgħu jassumu b’mod awtomatiku li t-tul ta’ ħajja applikat ikun daqs it-tul tal-intervent li jippromwovi l-imġibiet effiċjenti fl-enerġija. Huma jistgħu jiddikjaraw valur ieħor, iżda fi kwalunkwe każ iridu jiddeskrivu fl-NECP integrat tagħhom it-tul ta’ ħajja applikat u kif dan jiġi kkalkulat jew fuqiex huwa bbażat (3).

Image 5

2.   Ir-rata li biha l-iffrankar tal-enerġija jonqos matul il-perjodu ta’ obbligu rilevanti

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Minbarra t-tul ta’ ħajja ta’ kull miżura, l-Anness V(2)(i) tal-EED jitlob lill-Istati Membri jqisu r-rata li biha l-iffrankar tal-enerġija jonqos maż-żmien. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jikkunsidraw:

in-numru ta’ snin li għalihom l-azzjonijiet individwali għandhom impatt (jiġifieri jqisu t-tul tal-ħajja);

il-punt fiż-żmien meta l-azzjoni individwali kienet għadha kif ġiet implimentata jew se tiġi implimentata;

it-tul tal-perjodu ta’ obbligu; u

jekk applikabbli, l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-għażliet fl-Artikolu 7(4) u/jew (8) tal-EED.

B’mod ġenerali, il-valutazzjoni ta’ rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien għandha tirrispetta t-tul tal-perjodi ta’ obbligi. Jekk ma jkun hemm ebda intenzjoni li jintużaw l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 7(4)(d), (e) jew (g) u/jew (8) tal-EED, it-tul massimu huwa:

7 snin għall-ewwel perjodu ta’ obbligu (2014-2020); u

10 snin għat-tieni perjodu ta’ obbligu (2021-2030) u għal dawk sussegwenti.

Jekk l-Istati Membri jipprevedu li jużaw dawk l-għażliet, it-tul massimu jista’ jkun ta’ sa 22 sena (ara t-tabella ta’ hawn taħt):

Eżempju

Il-perjodu li fih l-azzjonijiet għadhom kif ġew implimentati

Iffrankar miksub fi:

Perjodu ta’ obbligu li għalih japplika l-iffrankar

Kundizzjonijiet

1

mill-1.1.2014 sal-31.12.2020

2014-2020

2014-2020

Ebda kundizzjoni partikolari

2

mill-1.1.2021 sal-31.12.2030

2021-2030

2021-2030

Ebda kundizzjoni partikolari

3

wara l-31.12.2008 sal-31.12.2013

2011-2013

2014-2020

Ara l-Artikolu 7(8)

4

wara l-31.12.2008 sal-31.12.2013

2014-2020

2014-2020

Ara l-Artikolu 7(4)(d) + il-limiti fl-Artikolu 7(5)

5

wara l-31.12.2008 sal-31.12.2013

2021-2030

2021-2030

Ara l-Artikolu 7(4)(d) + il-limiti fl-Artikolu 7(5)

6

mill-1.1.2014 sal-31.12.2020

2014-2020

2021-2030

Ara l-Artikolu 7(4)(g) + il-limiti fl-Artikolu 7(5)

7

mill-1.1.2018 sal-31.12.2020

2021-2030

2021-2030

Ara l-Artikolu 7(4)(e) + il-limiti fl-Artikolu 7(5)

Huma biss l-eżempji 4, 5 u 7 ta’ hawn fuq li jistgħu jinvolvu tul ta’ ħajja ta’ aktar minn 10 snin. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-Artikolu 7(5) jillimita l-użu ta’ dawn l-għażliet għal massimu ta’:

25 % tal-iffrankar li jingħadd għall-perjodu ta’ obbligu 2014-2020 (eżempju 4); jew

30 % tal-iffrankar ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tal-EED għall-perjodu ta’ obbligu 2021-2030 (eżempji 5 u 7).

Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jridu jiddeskrivu fl-NECP integrat tagħhom it-tul tal-ħajja applikat tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex huwa bbażat (4).

2.2.   Persistenza tal-iffrankar tal-enerġija

Barra minn hekk, l-iffrankar tal-enerġija jinbidel maż-żmien – prinċipalment minħabba żewġ tipi ta’ fatturi:

id-degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-azzjoni individwali (li għandha titqabbel mad-degradazzjoni possibbli li kienet isseħħ fix-xenarju bażi); u

l-bidliet fil-kundizzjoni tal-użu (pereżempju, il-volum tal-produzzjoni).

Il-bażi tal-evidenza għar-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien hija limitata. Madankollu, id-degradazzjoni tal-prestazzjoni tista’ tiġi aggravata minn kwalità u manutenzjoni ħażina jew fqira, jew minn imġibiet ineffiċjenti. Għalhekk, hija tista’ tkun rilevanti jekk jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet dwar il-kwalità u l-manutenzjoni, pereżempju, l-Anness V(2)(g) tal-EED jew l-Artikoli 14 u 15 tal-EPBD (spezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata). Bl-istess mod, is-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jippermettu l-iskoperta u l-korrezzjoni rapida ta’ konsum żejjed u mhux mistenni ta’ enerġija jew ħsarat oħrajn, sabiex b’hekk jittaffa r-riskju ta’ tnaqqis fl-iffrankar tal-enerġija maż-żmien.

Approċċ simplifikat jista’ jkun li tiġi stabbilita rata inadempjenti ta’ tnaqqis (ekwivalenti għal fattur ta’ skont tekniku). Meta l-infurzar ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kwalità u l-manutenzjoni jista’ jkun ġustifikat, ir-rata tista’ tiġi stabbilita bħala baxxa, jew saħansitra bħala żero jekk tista’ tkun ġustifikata, u ma jista’ jintwera l-ebda tnaqqis rilevanti fl-iffrankar tal-enerġija matul il-perjodu ta’ obbligu rilevanti.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil tipi ta’ azzjonijiet individwali b’tul ta’ ħajja ta’ inqas minn 10 snin – speċjalment azzjonijiet bi spiża baxxa, li huma aktar probabbli li jkunu soġġetti għal tnaqqis fl-iffrankar tal-enerġija matul il-perjodu ta’ obbligu.

Bħal fil-kuntest tal-ħajja kollha ta’ miżura, il-miżuri ta’ mġiba jirrappreżentaw każ speċifiku, minħabba li l-punt safejn jiġu applikati l-imġibiet effiċjenti fl-enerġija jista’ jvarja faċilment maż-żmien. Għalhekk, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jinvestigaw l-effetti effettivi tal-miżuri ta’ mġiba (5).

3.   Metodi għall-investigazzjoni tal-persistenza tat-tul ta’ ħajja u tal-iffrankar

Fid-dawl tal-obbligu ta’ notifika skont l-Anness V(5)(h) tal-EED, l-Istati Membri huma mħeġġa, fejn possibbli, idaħħlu fis-seħħ arranġamenti ta’ kejl sabiex iżidu l-għarfien dwar kif l-iffrankar tal-enerġija jevolvi maż-żmien.

Eżempji ta’ metodi għall-investigazzjoni tat-tul tal-ħajja, taż-żamma u tad-degradazzjoni tal-prestazzjoni huma ppreżentati fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt:

Tip ta’ metodu

Kwistjonijiet koperti

Rimarki

Verifika tal-installazzjoni fuq il-post

Tul ta’ ħajja/żamma

Kwistjonijiet relatati mat-teħid ta’ kampjuni (id-daqs + it-telf jew il-konsistenza tal-kampjun maż-żmien): il-kisba ta’ riżultati statistikament sinifikanti (sakemm il-monitoraġġ ma jsirx għal aktar minn skop wieħed) tista’ tiswa ħafna flus

Kwistjonijiet legali (aċċess għas-siti diversi snin wara)

Kejl u ttestjar fuq il-post

Degradazzjoni tal-prestazzjoni

Kwistjonijiet relatati mat-teħid ta’ kampjuni (iżda jistgħu jintużaw għal verifiki fil-mira); jiswew ħafna flus (sakemm ma jkunux saru diġà għal skopijiet oħrajn, pereżempju, ġestjoni tal-kwalità jew sorveljanza tas-suq)

Mhux dejjem teknikament possibbli

Ittestjar fil-laboratorju

Degradazzjoni tal-prestazzjoni

Jiswa ħafna flus (iżda jista’ jkun hemm sinerġiji, pereżempju, bejn il-pajjiżi, ma’ sorveljanza tas-suq, eċċ.)

Diffiċli li jirrifletti l-kundizzjonijiet effettivi tal-użu (jew jissimula t-tixjiħ)

Stħarriġ/intervisti

Tul ta’ ħajja/żamma

Degradazzjoni tal-prestazzjoni

Jiswew inqas flus

Xierqa skont it-tip ta’ azzjoni

Kwistjoni ta’ affidabbiltà għal data dikjarattiva (ħtieġa li l-kwestjonarju jitfassal bir-reqqa)

Analiżi tal-kontijiet

Żamma

Degradazzjoni tal-prestazzjoni

Diffiċli sabiex issib grupp ta’ kontroll rilevanti (jekk meħtieġ)

Diffiċli sabiex tikseb serje taż-żmien twila biżżejjed

Ħtieġa li tiġbor data komplimentari sabiex tanalizza l-bidliet fil-konsum tal-enerġija

Tiswa ħafna flus (sakemm il-parteċipanti ma jirrapportawx id-data bħala parti mill-miżura)

Benchmarking u rieżami tal-letteratura sekondarja

Tul ta’ ħajja/żamma

Degradazzjoni tal-prestazzjoni

Jistrieħu fuq id-data disponibbli

Jistgħu jgħinu sabiex jinbena kunsens

Jistgħu jgħinu sabiex jidentifikaw fejn hija meħtieġa aktar investigazzjoni

Immudellar tal-istokk

Tul ta’ ħajja/żamma

Id-data tal-bejgħ (meħtieġa sabiex tiġi stmata r-rata ta’ tiġdid) sikwit tkun għalja

Is-sorsi ta’ data alternattivi jistgħu jkunu korpi tal-ġbir jew tar-riċiklaġġ tal-iskart (mhux applikabbli għat-tipi kollha ta’ azzjoni)


(1)  Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti dawn il-valuri indikattivi:

CWA 15693:2007, Saving lifetimes of energy efficiency improvement measures in bottom-up calculations, Ftehim tal-Workshop tas-CEN, April 2007;

Il-Kummissjoni Ewropea, 2010, Preliminary draft excerpt — Recommendations on measurement and verification methods in the framework of Directive 2006/32/KE on energy end-use efficiency and energy services (“Abbozz preliminari ta’ silta — Rakkomandazzjonijiet dwar il-metodi ta’ kejl u verifika fil-qafas tad-Direttiva 2006/32/KE dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi tal-enerġija”) (mhux ippubblikat).

(2)  Ara l-Anness V(5)(h) tal-EED.

(*1)  hija meħtieġa data dwar id-distanzi medji vvjaġġati

(3)  Ara l-Anness V(5)(h).

(4)  Ara l-Anness V(5)(h).

(5)  Ara wkoll l-Appendiċi VI għal aktar proposti dwar miżuri ta’ mġiba.

APPENDIĊI IX

KRITERJI SABIEX TINTWERA L-MATERJALITÀ

Skont l-Anness V(5)(g) tal-EED u l-Anness III(4)(d) tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri huma meħtieġa jinnotifikaw il-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom, inkluż:

kif iddeterminaw l-addizzjonalità u l-materjalità; u

x’metodoloġiji u punti ta’ riferiment użaw għall-iffrankar meqjus u skalat.

Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ politika eżistenti jew ippjanati, il-lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji li ġejja tista’ tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu metodoloġija għad-dokumentazzjoni tal-materjalità. Huma għandhom jivvalutaw għal kull miżura jekk wieħed mill-kriterji, jew inkella kombinazzjoni tagħhom, humiex eliġibbli.

1.   Eżempji ta’ kriterji għad-dokumentazzjoni tal-materjalità (EEOS)

Il-kriterji użati sabiex tiġi approvata jew miċħuda l-eliġibbiltà tal-kontribuzzjonijiet irrapportati mill-partijiet obbligati (jew minn partijiet oħrajn li jitħallew jiddikjaraw l-iffrankar) u kif dan jiġi vverifikat

Eżempju indikattiv

Tipi definiti minn qabel ta’ kontribuzzjoni eliġibbli (pereżempju, għajnuna finanzjarja, pariri mmirati dwar l-enerġija, appoġġ tekniku għat-tfassil jew l-implimentazzjoni tal-azzjoni) u r-rekwiżiti korrispondenti (pereżempju, ir-rata minima ta’ inċentiv, il-limitu għall-perjodu ta’ rkupru, il-kontenut minimu ta’ pariri dwar l-enerġija); kuntratt iffirmat mal-klijent għall-implimentazzjoni tal-proġetti, il-fatturi mħallsin u d-dokumentazzjoni tal-proġetti.

Il-kriterji użati sabiex tiġi approvata jew miċħuda l-validità tal-kontribuzzjonijiet għall-azzjonijiet irrapportati, abbażi tal-kundizzjonijiet li fihom ingħataw, u kif dan jiġi vverifikat

Eżempju indikattiv

Rekwiżit li l-kontribuzzjoni ġiet deċiża mal-benefiċjarju qabel l-installazzjoni tal-azzjoni (u t-tipi ta’ prova korrispondenti, pereżempju, formola ta’ dikjarazzjoni standardizzata mimlija u ffirmata mill-benefiċjarju).

Meta l-intermedjarji jagħmlu l-kuntatt mal-benefiċjarji finali, jenħtieġ li l-kuntratti jew il-ftehimiet li jkopru l-katina kollha mill-partijiet obbligati (jew minn partijiet oħrajn li jitħallew jiddikjaraw l-iffrankar) lill-benefiċjarji finali jkunu fis-seħħ qabel l-installazzjoni tal-azzjoni (u tipi korrispondenti ta’ prova).

Il-kriterji użati sabiex jiġi evitat għadd doppju tal-azzjonijiet irrapportati u l-iffrankar tal-enerġija relatat, u kif dan jiġi vverifikat

Eżempju indikattiv

Rekwiżit li l-benefiċjarji finali jkunu qablu li l-iffrankar tal-enerġija jiġi ddikjarat f’isimhom darba biss għal azzjoni partikolari (u tip korrispondenti ta’ prova).

Rekwiżit li d-dettalji ta’ kull azzjoni jiddaħħlu f’bażi ta’ data onlajn li tippermetti li jsiru kontrolli awtomatizzati ta’ duplikazzjoni, pereżempju, formola ta’ dikjarazzjoni standard mimlija u ffirmata mill-benefiċjarju.

2.   Eżempji ta’ kriterji għad-dokumentazzjoni tal-materjalità (miżuri ta’ politika alternattivi)

Il-materjalità ta’ miżura alternattiva għandha mill-inqas tiġi ddokumentata billi tiġi spjegata l-katina kawżali mistennija mit-tnedija tal-miżura sal-installazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mill-grupp(i) fil-mira. Fil-figura ta’ hawn taħt hija ppreżentata deskrizzjoni ġenerali bażika tar-raġunament u l-loġika ta’ intervent tal-politiki ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest tal-Artikolu 7 tal-EED:

Image 6

Il-katina kawżali mhijiex neċessarjament lineari u tista’ tinkludi diversi mogħdijiet kawżali jew relazzjonijiet bejn il-kawża u l-impatt.

L-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar (1) jipprovdu deskrizzjoni tal-loġika tal-intervent. Meta Stat Membru jidentifika ostakoli, huwa għandu jispjega kif il-miżura ta’ politika titfassal sabiex dawn jingħelbu fil-prattika (2). Aktar linji gwida dwar it-tfassil ta’ miżuri u l-analiżi tal-ostakoli jistgħu jinstabu fir-rapport finali tal-proġett Enerġija Intelliġenti-Ewropa AID-EE (3).

Għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ mistoqsijiet sabiex juru l-materjalità. Pereżempju, jekk jintużaw inċentivi finanzjarji, l-ispjegazzjoni tal-loġika tal-intervent tista’ tkopri liema analiżi preliminari tkun saret sabiex tfassal l-inċentivi finanzjarji, sabiex tispjega l-għażla tat-tip (għotjiet, self b’garanzija, garanziji finanzjarji, eċċ.) u l-livell ta’ inċentiv (rata tal-għotja, rata tal-imgħax għal self, eċċ.).

Lista indikattiva u mhux eżawrjenti

x’inhu l-motiv għall-miżura ta’ politika? B’mod partikolari, x’ostakoli (għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija) hija mistennija li tegħleb?

x’inhuma l-interazzjonijiet possibbli ma’ miżuri ta’ politika oħrajn?

x’inhuma l-objettivi operattivi tal-miżura?

x’bidliet (kwalitattivi jew kwantitattivi) huma mistennija mill-implimentazzjoni tal-miżura?

il-miżura kif se tikseb dawn il-bidliet (b’mod kwalitattiv, il-miżura kif inhi mistennija twassal għal bidliet fir-rigward tal-ostakoli mmirati)?

x’mezzi impenjat l-awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni (u l-parti inkarigata tagħha, fejn rilevanti) għall-miżura (baġit, persunal, tagħmir, eċċ.)?

min hu mistenni li jkun involut fl-implimentazzjoni tal-politika u kif (pereżempju, sħubiji, intermedjarji/atturi intermedji, gruppi fil-mira)?

x’attivitajiet hija mistennija li tipproduċi/twassal il-miżura (pereżempju, għajnuniet finanzjarji, pariri dwar l-enerġija, taħriġ)? x’riżultati huma mistennija (pereżempju, installazzjonijiet ta’ azzjonijiet, persuni mħarrġa)?

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jevalwaw il-miżura ta’ politika ex post u jiġbru data sabiex jivvalutaw is-suppożizzjonijiet magħmula fil-loġika tal-intervent fir-rigward tal-effetti tagħha.

Fir-rigward tal-kwistjoni partikolari tas-separazzjoni tal-effetti ta’ miżura minn dawk ta’ miżuri ta’ politika oħrajn immirati għall-istess gruppi jew tipi ta’ azzjoni, hemm żewġ każijiet ġenerali:

l-Istat Membru jiddeċiedi li jirrapporta biss miżura ta’ politika waħda għal kull (sub-)settur – f’dan il-każ, id-dokumentazzjoni tal-loġika tal-intervent għal din il-miżura u l-analiżi tal-effetti tagħha jistgħu jkunu biżżejjed; jew

l-Istat Membru jiddeċiedi li jirrapporta diversi miżuri ta’ politika li jistgħu jirkbu fuq xulxin – f’dan il-każ, huwa jrid jispjega kif jiġi evitat l-għadd doppju.

3.   Eżempji ta’ kriterji għad-dokumentazzjoni tal-materjalità tal-attivitajiet tal-parti parteċipanta, tal-parti inkarigata jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni

Ftehimiet volontarji

Għalkemm l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet volontarji tista’ fil-prinċipju titqies bħala suffiċjenti sabiex tiġi pprovata l-materjalità, jistgħu jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi sabiex ikun żgurat li l-ftehimiet fil-fatt jinvolvu involviment materjali mill-partijiet parteċipanti.

Dawn il-kriterji jistgħu jkunu relatati, pereżempju, ma’:

lista ta’ azzjonijiet eliġibbli, jew kriterji tal-eliġibbiltà għall-azzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati mill-partijiet parteċipanti;

ħtieġa għall-partijiet parteċipanti li jkollhom sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija fis-seħħ;

l-implimentazzjoni ta’ proċeduri xierqa ta’ monitoraġġ u verifika; u

sanzjonijiet jew esklużjonijiet fil-każ ta’ ksur, eċċ (4).

Informazzjoni u pariri dwar l-enerġija

L-għoti ta’ pariri fuq skala kbira minn fornitur ta’ servizzi tal-enerġija lill-utenti finali tal-enerġija ġeneralment ma jistax jitqies bħala suffiċjenti sabiex jiġi pprovat involviment materjali. Tali miżuri ta’ spiss ikunu jikkonsistu biss f’xi tip ta’ rispons (pereżempju, permezz ta’ siti web) dwar kif l-utenti finali jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ azzjonijiet individwali li ġeneralment jistgħu jiġu mmirati permezz ta’ miżuri uniċi, il-livell għoli ta’ inċertezza li taffettwa l-estimi tal-iffrankar tal-enerġija assoċjat u l-iskala limitata tal-iffrankar (5), l-attivitajiet fuq il-post jew xi tip ta’ inċentiv ekonomiku huma ġeneralment meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ numru sinifikanti ta’ azzjonijiet u involviment materjali attwali mill-partijiet parteċipanti, mill-partijiet inkarigati jew mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simili fil-kuntest tal-kampanji ta’ informazzjoni.

Il-lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji tista’ tiġi kkunsidrata meta jiġi stabbilit metodu sabiex tintwera l-materjalità għal dawn it-tipi ta’ miżuri:

tweġibiet/rispons għal stħarriġ tematiku (in-numru effettiv ta’ rispondenti);

il-parteċipazzjoni ta’ udjenza mmirata f’workshops/seminars tematiċi, utenti/segwaċi ta’ pjattaforma/applikazzjoni tal-web; jew

konsumaturi li jingħataw pariri f’punt uniku ta’ servizz iddedikat (dwar ir-rinnovazzjonijiet, eċċ.), kif irreġistrati f’bażi ta’ data (li jindikaw il-mistoqsija indirizzata, pereżempju, minn fejn jista’ jinkiseb self, kif titħejja l-applikazzjoni għall-għotja, informazzjoni dwar il-kumpaniji tal-kostruzzjoni ċċertifikati, eċċ.) (6).


(1)  Strumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni Ewropea;

2 https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-toolbox-46_mt

(2)  Għal aktar dettalji dwar il-loġika tal-intervent u kif titfassal u tiġi analizzata, ara l-għodda #46, it-taqsima 3.3 fl-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar.

(3)  “Implimentazzjoni attiva tad-Direttiva Ewropea dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija”;

4 https://ec.europa.eu/energy/intelligent/projects/sites/iee-projects/files/projects/documents/aid-ee_guidelines_en.pdf

(4)  Fil-kuntest ta’ ftehimiet volontarji fost il-manifatturi industrijali (pereżempju, ta’ refriġeraturi), għandhom jiġu stabbiliti protokolli xierqa, pereżempju, dwar il-verifika perjodika tar-rendimenti tal-prodotti fl-użu tal-enerġija minn partijiet terzi u jistgħu jiġu previsti penali meta r-rendimenti vverifikati jkunu taħt ir-rendimenti ddikjarati, eċċ.

(5)  Għall-unitajiet domestiċi, il-letteratura tindika li l-iffrankar tal-enerġija li jista’ jkun mistenni minn miżura ta’ dan it-tip jista’ jilħaq 2-3 % tal-konsum totali kif stmat ex ante (Gaffney, K., 2015, Calculating energy savings from measures related to information and advice on energy efficiency (“Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri relatati ma’ informazzjoni u pariri dwar l-effiċjenza fl-enerġija”)), preżentazzjoni għal workshop dwar metodi u prinċipji komuni għall-kalkolu tal-impatt tal-EEOSs jew ta’ miżuri ta’ politika oħrajn skont l-Artikolu 7; http://iet.jrc.ec.europa.eu/energyefficiency/node/9080

(6)  Ara wkoll l-Appendiċi VI.

APPENDIĊI X

Kalkolu tal-iffrankar minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira u teknoloġiji ta’ tisħin oħrajn fuq jew fil-bini

1.   Iffrankar minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira

Kif ġie spjegat fit-taqsima 7.5, il-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew fil-bini jistgħu jkunu eliġibbli sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1) tal-EED, diment li jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija verifikabbli u li jista’ jitkejjel jew jiġi stmat.

L-eżempji ta’ hawn taħt juru kif l-iffrankar jista’ jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness V(2)(e) tal-EED. Iċ-ċifri huma indikattivi u ma jirrappreżentawx il-valuri fil-ħajja reali. Huma jintgħażlu sabiex juru l-loġika tal-kalkolu.

1.1.   Sostituzzjoni ta’ bojler taż-żejt antik b’bojler taż-żejt ġdid

 

Domanda għas-sħana

Effiċjenza tal-konverżjoni

Domanda finali għall-enerġija (1)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-bojler l-antik (2)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-effiċjenza minima (3)

Status quo ante

Bojler li jaħdem biż-żejt

10 000 kWh

0,77

12 987 kWh

 

 

Bojler li jaħdem bil-karburanti fossili b’effiċjenza minima (4)

10 000 kWh

0,86

11 628 kWh

 

 

Għażliet ta’ effiċjenza fl-enerġija

 

 

 

 

 

(1)

Bojler ta’ kondensazzjoni li jaħdem bil-gass

10 000 kWh

0,975

10 526 kWh

2 731 kWh

1 371 kWh

(2)

Pakkett ta’ bojler solari-termali/tal-gass

10 000 kWh

 

10 474 kWh

2 731 kWh

1 371 kWh

Installazzjoni solari-termali

1 000 kWh

1

1 000 kWh

 

 

Bojler ta’ kondensazzjoni li jaħdem bil-gass

9 000 kWh

0,95

9 474 kWh

 

 

1.2.   Sostituzzjoni ta’ bojler taż-żejt antik b’bojler tal-bijomassa ġdid

 

Domanda għas-sħana

Effiċjenza tal-konverżjoni

Domanda finali għall-enerġija (5)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-bojler l-antik (6)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-effiċjenza minima (7)

Status quo ante

Bojler li jaħdem biż-żejt

10 000 kWh

0,77

12 987 kWh

 

 

Standard minimu

 

 

 

 

 

Bojler li jaħdem bil-bijomassa b’effiċjenza minima (8)

10 000 kWh

0,75

13 333 kWh

 

 

Għażliet ta’ effiċjenza fl-enerġija

 

 

 

 

 

(1)

Bojler li jaħdem bil-bijomassa (l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq, stmata minn katalogi ta’ prodotti/skemi ta’ ċertifikazzjoni)

10 000 kWh

0,92

10 870 kWh

2 117 kWh

2 464 kWh

1.3.   Is-sostituzzjoni ta’ ħiter tal-elettriku b’pompa tas-sħana

 

Domanda għas-sħana

Effiċjenza tal-konverżjoni

Domanda finali għall-enerġija (9)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-bojler l-antik (10)

Iffrankar finali tal-enerġija relattiv għall-effiċjenza minima (11)

Status quo ante

Bojler li jaħdem biż-żejt

10 000 kWh

0,77

12 987 kWh

 

 

Standard minimu

 

 

 

 

 

Pompa tas-sħana standard minima (12)

10 000 kWh

3,1

3 225 kWh

9 762 kWh

0

Għażliet ta’ effiċjenza fl-enerġija

 

 

 

 

 

(1)

Pompa tas-sħana

10 000 kWh

3,5

2 857 kWh

10 130 kWh

368 kWh

1.4.   Installazzjoni fotovoltajka

 

 

 

Domanda finali għall-enerġija (13)

Iffrankar finali tal-enerġija (14)

Status quo ante

 

 

 

 

Elettriku mill-grilja

3 500 kWh

 

3 500 kWh

 

Għażla ta’ effiċjenza fl-enerġija

 

 

 

 

Installazzjoni fotovoltajka

3 500 kWh

 

3 500 kWh

0 kWh

L-eżempju juri li l-elettriku minn installazzjoni fotovoltajka jiġi kontabbilizzat bħala l-enerġija finali mwassla fil-bini sabiex tissodisfa d-domanda finali għall-enerġija tal-bini.

2.   Iffrankar minn miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ mikro-CHP

L-unitajiet ta’ sħana u enerġija kkombinati (CHP) installati fuq il-post jistgħu jkunu rilevanti għall-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 7(1) tal-EED jekk jużaw inqas enerġija mill-installazzjoni li jissostitwixxu. L-effiċjenza totali tas-sistema tal-outputs ikkombinati tas-CHP (jiġifieri l-elettriku u l-output termali utli) ibbażata fuq il-karburant ikkonsmat ikollha tkun akbar minn dik tal-installazzjoni tat-tisħin li tiġi sostitwita.

Filwaqt li s-CHP jistgħu jiġġeneraw iffrankar sostanzjali tal-enerġija primarja (skont it-taħlita tal-elettriku), il-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-konsum finali tal-enerġija huwa aktar baxx. F’termini tal-enerġija finali, l-elettriku għandu l-istess valur bħal karburanti fossili jew sorsi rinnovabbli.

Huwa biss l-iffrankar finali li jirriżulta mit-titjib fl-effiċjenza tas-sistema fuq il-post li jista’ jingħadd skont l-Artikolu 7(1) tal-EED, kif muri hawn taħt:

Eżempju

Assumi li:

il-każ ta’ referenza huwa bojler taż-żejt b’effiċjenza termali (eta, termali) ta’ 0,77 (effiċjenza relattiva għall-valur kalorifiku nett);

billi s-CHP jiġġeneraw ukoll l-elettriku, fil-każ bażi, se jkun irid jitwassal ammont ugwali ta’ elettriku fil-bini;

il-każ ta’ CHP huwa impjant tal-gass tas-CHP b’effiċjenza ta’ eta, termali = 0,70 u eta, elettriku = 0,30;

is-sħana mwassla hija ta’ 10 000 kWh, termali

Sabiex nikkalkolaw l-iffrankar totali, l-ewwel għandna nikkalkolaw l-ammont ta’ elettriku ġġenerat mill-impjant tas-CHP. Fl-ewwel pass, aħna nikkalkolaw l-ammont ta’ karburanti fossili użati mill-impjant billi niddividu s-sħana bl-effiċjenza termali tal-impjant. Minn dan, nistgħu nsiru nafu kemm jiġi prodott elettriku.

Il-każ tas-CHP:

10 000 kWh, termali/eta, termali = 14 285 kWh, gass

14 285 kWh, gass × eta, elettriku = 4 285 kWh, elettriku

Total ta’ 14 285 kWh ta’ enerġija finali (il-gass naturali kollu) titwassal fil-bini.

Għall-każ bażi, il-kalkolu huwa differenti. Aħna nieħdu l-ammont ta’ gass mill-effiċjenza termali u s-sħana tal-bojler imwassla:

Każ bażi:

10 000 kWh, termali/eta, termali = 12 987 kWh, gass

Barra minn hekk, 4 285 kWh tal-elettriku għandu jitwassal mill-grilja sal-bini.

Total ta’ 17 273 kWh ta’ enerġija finali (gass naturali u elettriku) titwassal fil-bini.

F’dan l-eżempju, l-installazzjoni ta’ CHP twassal għall-iffrankar ta’ 2 988 kWh ta’ enerġija finali.


(1)  Id-domanda għas-sħana diviża bl-effiċjenza tal-konverżjoni preżunta.

(2)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-istatus quo ante u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar. Għall-kalkolu tal-iffrankar finali tal-enerġija, ara wkoll l-ispjegazzjonijiet dwar il-prinċipju ta’ addizzjonalità.

(3)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-bojler b’effiċjenza minima u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar. Għall-kalkolu tal-iffrankar finali tal-enerġija, ara wkoll l-ispjegazzjonijiet dwar il-prinċipju ta’ addizzjonalità.

(4)  Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).

(5)  Id-domanda għas-sħana diviża bl-effiċjenza tal-konverżjoni preżunta.

(6)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-istatus quo ante u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar.

(7)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-bojler b’effiċjenza minima u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar.

(8)  Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).

(9)  Id-domanda għas-sħana diviża bl-effiċjenza tal-konverżjoni preżunta.

(10)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-istatus quo ante u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar.

(11)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-bojler b’effiċjenza minima u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar.

(12)  Skont ir-Regolament (UE) 2015/1189.

(13)  Id-domanda għall-elettriku diviża bl-effiċjenza tal-konverżjoni preżunta.

(14)  Id-differenza bejn id-domanda finali għall-enerġija tal-istatus quo ante u d-domanda finali għall-enerġija tal-għażla tal-iffrankar.

APPENDIĊI XI

ADDIZZJONALITÀ

L-Anness V(2)(a) tal-EED

L-iffrankar għandu jintwera li huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar li jista’ jiġi ddikjarat bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta’ politika inkwistjoni billi jqisu mill-inqas il-fatturi li ġejjin: ix-xejriet ta’ konsum tal-enerġija, il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u l-bidliet ikkawżati minn miżuri oħrajn implimentati fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni.

Sabiex jiġi ddeterminat kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għall-enerġija jevolvu fin-nuqqas ta’ miżura ta’ politika, huwa importanti li jiġi vvalutat il-prodott li kellu jkun installat, pereżempju billi:

jittieħed il-konsum medju tal-enerġija fis-suq tal-prodotti bħala l-linja bażi;

jiġu analizzati x-xejriet tal-konsum tal-enerġija; u

jitwettaq stħarriġ billi jitqabblu t-tweġibiet tal-parteċipanti u tal-gruppi ta’ kontroll).

Dan jipproduċi linja bażi kif muri hawn taħt:

Rappreżentazzjoni ġenerali ta’ linja bażi sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar addizzjonali tal-enerġija

Image 7

L-Anness V(2)(b) jikkjarifika li “l-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-liġi obbligatorja tal-Unjoni għandu jitqies bħala ffrankar li kien se jseħħ fi kwalunkwe każ”. L-Anness V(2)(c) jispeċifika inter alia li r-rekwiżiti minimi fir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija għandhom jiġu kkunsidrati fil-linja bażi għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija.

Pereżempju, il-linja bażi għall-iffrankar tal-enerġija mill-installazzjoni ta’ prodotti relatati mal-enerġija koperti mid-Direttiva dwar l-Ekodisinn (pereżempju, sistemi ta’ tisħin) għandha tkun mill-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fid-Direttiva rilevanti fis-seħħ fiż-żmien li tiġi installata l-azzjoni individwali. Jekk ir-rekwiżiti minimi rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni jiġu emendati, riveduti jew aġġornati, dan irid jitqies meta tiġi riveduta l-linja bażi.

Il-figura ta’ hawn taħt turi linja bażi ta’ dan it-tip, definita bħala l-konsum tal-enerġija ta’ prodott b’rendiment fl-użu tal-enerġija ekwivalenti għar-rekwiżiti minimi tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn:

Linja bażi definita abbażi tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn

Image 8

Fil-prattika, ir-rekwiżiti jistgħu japplikaw għall-konsum annwali tal-enerġija tal-prodott jew għal indikaturi oħrajn tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (pereżempju, l-effiċjenza tal-bojler). Il-linja bażi tista’ tiġi stabbilita kif xieraq, pereżempju, billi jitqiesu r-rekwiżiti dwar l-effiċjenza tal-bojler, flimkien ma’ data oħra sabiex tiġi kkalkulata d-domanda għat-tisħin li se jkollu bżonn jissodisfa l-bojler.

Din id-data tista’ tkun:

speċifika għall-bini fejn jiġi installat il-bojler il-ġdid (pereżempju, bl-użu ta’ data minn EPCs jew verifiki tal-enerġija); jew

valuri medji rappreżentattivi tal-istokk tal-bini fil-mira tal-miżura ta’ politika (meta jintuża ffrankar meqjus).

L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-informazzjoni dwar kull kategorija ta’ prodotti, kif ipprovduta fuq is-sit web tal-Kummissjoni (1).

L-Anness V(2)(a) jirreferi għal fatturi addizzjonali li għandhom jiġu inklużi fil-linja bażi, bħal:

bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi matul iż-żmien;

il-progress teknoloġiku; u

effetti ta’ miżuri ta’ politika nazzjonali oħrajn li diġà ġew implimentati u li jkomplu jkollhom effett fuq l-użu tal-enerġija, inkluż kwalunkwe trikkib possibbli minn politiki oħrajn innotifikati skont l-Artikolu 7 tal-EED.

Sabiex jiġi evitat għadd doppju, l-Artikolu 7(12) tal-EED jistipula li “L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta’ miżuri ta’ politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta’ ffrankar tal-enerġija”.

B’mod aktar ġenerali, il-linja bażi għandha tqis, fejn possibbli, is-suppożizzjonijiet (rata ta’ rinnovazzjoni mingħajr miżura ta’ politika, bidla fl-età medja tal-flotta tal-karozzi, it-tul ta’ ħajja tal-bojlers eżistenti, eċċ.) konsistenti mal-istrateġija nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija jew qafas ta’ politika simili. Bl-istess mod, meta jirrapportaw diversi miżuri ta’ politika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza tas-suppożizzjonijiet użati sabiex jiddefinixxu l-linji bażi.

L-Anness V(2)(f) tal-EED jikkjarifika l-każ speċifiku tal-miżuri ta’ politika li “jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ prodotti u vetturi aktar effiċjenti”. F’dak il-kuntest, fejn tista’ tintwera s-sostituzzjoni bikrija ta’ prodott jew vettura, il-linja bażi tista’ tkun il-konsum tal-enerġija tal-prodott sostitwit jew tal-vettura sostitwita (ara l-figura ta’ hawn taħt):

Linja bażi għal każ speċjali ta’ sostituzzjoni bikrija

Image 9

Dan il-każ speċifiku japplika biss għall-“perjodu ta’ sostituzzjoni bikrija”, jiġifieri bejn l-installazzjoni tat-tagħmir il-ġdid u t-tmiem tal-ħajja medja mistennija tat-tagħmir sostitwit.

Trid tintuża linja bażi sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija addizzjonali għall-bqija tat-tul ta’ ħajja tat-tagħmir ġdid. Din twassal għal linja bażi ta’ turġien, kif muri hawn taħt:

Linja bażi ta’ turġien għal każ speċjali ta’ sostituzzjoni bikrija

Image 10

F’dan l-eżempju, it-tagħmir eżistenti ġie sostitwit 3 snin qabel it-tmiem tal-ħajja mistennija tiegħu. Dawn it-3 snin jikkorrispondu għall-perjodu ta’ sostituzzjoni bikrija. It-tagħmir il-ġdid għandu ħajja mistennija ta’ 8 snin. Għalhekk, għall-5 snin li fadal, il-linja bażi għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija addizzjonali hija stabbilita kif spjegat hawn fuq.

Alternattiva għal-linja bażi ta’ turġien tista’ tkun li jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija ponderat applikat għat-tul tal-ħajja kollu tal-azzjoni. Din ma għandhiex twassal għar-rapportar tal-iffrankar tal-enerġija li jaqbeż il-linja bażi ta’ turġien. Barra minn hekk, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija ponderat għandu jiġi spjegat.

F’każijiet ta’ deroga mir-rekwiżit ta’ addizzjonalità għall-bini eżistenti (l-Anness V(2)(b) tal-EED), il-linja bażi tista’ titqies bħala s-sitwazzjoni qabel ir-rinnovazzjoni tal-bini. L-Istati Membri jistgħu jużaw:

data speċifika għall-bini (pereżempju, minn kontijiet tal-enerġija, EPC jew verifika tal-enerġija); jew

valuri medji rappreżentattivi tal-istokk tal-bini fil-mira tal-miżura ta’ politika (meta jintuża ffrankar meqjus).

L-addizzjonalità tista’ mbagħad tiġi evalwata, billi jitqiesu x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni li kienu jseħħu xorta waħda. Pereżempju, skont il-kuntest nazzjonali, l-inċentivi finanzjarji għat-tibdil tat-twieqi jista’ jkollhom effetti ta’ opportunisti sinifikanti, pereżempju, il-parteċipanti li jibbenefikaw mill-inċentivi finanzjarji meta jkunu ppjanaw li jbiddlu t-twieqi tagħhom xorta waħda (għal raġunijiet oħrajn minbarra l-effiċjenza fl-enerġija, pereżempju, protezzjoni kontra l-istorbju, raġunijiet estetiċi).

F’xi sitwazzjonijiet, il-proċess tal-istabbiliment ta’ linja bażi huwa aktar kumpless. Dawn huma elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, bi proposti dwar kif għandhom jiġu indirizzati:

Sitwazzjoni

Kwistjonijiet

Gwida

Politiki diġà implimentati għal ħafna snin

Diffiċli li tiddetermina s-sitwazzjoni fin-nuqqas tal-politika.

Ix-xejriet attwali (pereżempju, fil-medja tas-suq) jistgħu jkunu parzjalment dovuti għall-effetti tat-trasformazzjoni tas-suq tal-politika fis-snin preċedenti.

Iddefinixxi l-linja bażi abbażi tal-livelli minimi fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Inkella, uża l-istess suppożizzjonijiet bħal fix-xenarju nazzjonali uffiċjali ta’ “żamma tal-istatus quo” użat bħala bażi għall-istrateġija nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija jew qafas ta’ politika simili.

Politiki tat-trasport lokali li jippromwovu bidliet modali, il-ġestjoni tal-mobbiltà, eċċ. (dan jista’ japplika wkoll għal politiki oħrajn li jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija f’żona waħda iżda jżiduh f’oħra)

Diffiċli li tissorvelja bidliet individwali.

Diffiċli li tqis l-effetti sekondarji (pereżempju, trasport pubbliku ġdid fuq rotta waħda jista’ joħloq konġestjoni fuq oħra).

Uża mmudellar tat-trasport lokali sabiex tqabbel ix-xenarji mingħajr/mal-politiki (b’mudelli kkalibrati fuq il-bażi tal-istħarriġ tat-trasport).

Proċessi industrijali kumplessi mingħajr suq definit b’mod ċar

Il-medji tas-suq huma diffiċli biex jiġu stabbiliti għal proċessi sistemiċi kumplessi ddisinjati individwalment għal impjant industrijali partikolari (l-ebda suq reali).

Investiment ta’ referenza jista’ jinbena bħala l-linja bażi. L-approċċ għandu jkun ibbażat fuq is-sistema teknoloġika bl-inqas spiża ta’ investiment u output li jkun komparabbli ma’ dak tal-għażla effiċjenti.

B’mod aktar ġenerali, il-metodi li ġejjin (2) jistgħu jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat l-iffrankar nett jew addizzjonali:

provi kliniċi kkontrollati (RCTs) u għażliet għal approċċi aleatorji (3);

disinji kważi sperimentali, inkluż tqabbil (4);

approċċi bbażati fuq stħarriġ;

analiżi tad-data dwar il-bejgħ fis-suq;

approċċi strutturati ta’ ġudizzju espert;

proporzjonijiet “nett għal gross” meqjusa jew stipulati;

metodu ta’ traċċar storiku (jew studju ta’ każ);

approċċi ta’ linja bażi tal-prattika komuni;

evalwazzjonijiet minn fuq għal isfel (jew mudelli makroekonomiċi).


(1)  https://ec.europa.eu/info/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/energy-efficient-products_mt

(2)  Għal aktar dettalji, ara pereżempju: Voswinkel, F., Broc, J.S., Breitschopf, B., & Schlomann, B. (2018), Evaluating net energy savings – topical case study of the EPATEE project, iffinanzjat mill-programm Orizzont 2020;

https://epatee.eu/sites/default/files/files/epatee_topical_case_study_evaluating_net_energy_savings.pdf

(3)  Ara wkoll l-Appendiċi VI.

(4)  Ara wkoll l-Appendiċi VI.

APPENDIĊI XII

MONITORAĠĠ U VERIFIKA

1.   Verifika tal-azzjonijiet u l-iffrankar tal-enerġija

Meta tiġi implimentata sistema ta’ monitoraġġ u verifika, jista’ jkun utli li ssir distinzjoni bejn il-verifika tal-azzjonijiet minn naħa waħda, u l-iffrankar tal-enerġija mill-oħra. Dan ma jfissirx li t-tnejn għandhom jiġu vverifikati minn entitajiet differenti. Id-distinzjoni ssir sabiex tiżgura li l-kwistjonijiet speċifiċi għal kull tip ta’ verifika jiġu indirizzati.

L-azzjonijiet jiġu vverifikati sabiex jiġi żgurat li jkunu ġew installati jew implimentati f’konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità, tal-prestazzjoni jew ma’ rekwiżiti oħrajn skont il-miżura ta’ politika.

L-iffrankar tal-enerġija rrapportat jiġi vverifikat sabiex ikun żgurat li huwa konformi mar-regoli tal-kalkolu jew mal-metodoloġija tal-miżura ta’ politika.

Skont il-kuntest nazzjonali u t-tip ta’ miżura ta’ politika, il-proċessi ta’ monitoraġġ u verifika jistgħu jinvolvu partijiet differenti, b’perspettivi differenti. It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi r-rwoli ta’ kull tip ta’ parti, billi tqis il-pekuljarità ta’ kull miżura:

 

Awtoritajiet pubbliċi tal-implimentazzjoni

Partijiet parteċipanti jew inkarigati/kuntratturi/partijiet obbligati

Azzjonijiet jew proġetti li jridu jiġu approvati/irrifjutati

Għan: l-iżgurar tal-kwalità tal-azzjonijiet u tal-proġetti (konformità mar-rekwiżiti definiti minn qabel)

+ il-forniment ta’ data ewlenija għall-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-politika

Għan: l-iżgurar li l-azzjonijiet/proġetti jikkwalifikaw għall-iskema (pereżempju, għall-iżgurar ta’ inċentiv finanzjarju jew krediti ta’ ffrankar tal-enerġija)

+ l-iżgurar tas-sodisfazzjon tal-klijenti (għall-kuntratturi jew il-partijiet obbligati) jew l-iffrankar tal-enerġija (għall-utenti finali)

Rwoli:

(1)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti u regoli ta’ rapportar/dokumentazzjoni;

(2)

l-approvazzjoni/iċ-ċaħda ta’ azzjonijiet jew proġetti sottomessi;

(3)

it-twettiq jew il-kummissjonar ta’ verifiki ex post (dokumentazzjoni u/jew fuq il-post) u l-impożizzjoni ta’ penali/sanzjonijiet

Rwoli:

(1)

is-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet pubbliċi;

(2)

il-ħażna tad-dokumentazzjoni meħtieġa għal verifika ex post;

(3)

l-implimentazzjoni ta’ proċessi tal-kwalità

Iffrankar tal-enerġija li għandu jiġi kontabbilizzat (jew ikkreditat)/ikkanċellat

Għan: l-iżgurar tal-kwalità tal-evalwazzjoni u r-rapportar tal-iffrankar tal-enerġija (konformità mar-regoli tal-kalkolu definiti minn qabel u/jew mar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni), sabiex b’hekk l-iffrankar tal-enerġija ssorveljat ikun jirrifletti l-impatti skont l-objettivi tal-politika u r-rekwiżiti tal-EED

+ il-forniment ta’ data ewlenija għall-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-politika

Għan: l-iżgurar li l-iffrankar tal-enerġija jikkwalifika għall-iskema (pereżempju, għall-iżgurar ta’ krediti ta’ ffrankar tal-enerġija)

+ l-iżgurar tas-sodisfazzjon tal-klijenti (għall-kuntratturi jew il-partijiet obbligati) jew l-iffrankar tal-enerġija (għall-utenti finali)

Rwoli:

(1)

l-istabbiliment ta’ regoli ta’ kalkolu u/jew rekwiżiti tal-evalwazzjoni;

(2)

l-approvazzjoni/iċ-ċaħda tal-iffrankar tal-enerġija rrapportat (jew il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija, skont it-tip ta’ miżuri ta’ politika u r-regoli tagħha);

(3)

it-twettiq ta’ verifiki ex post (dokumentazzjoni u/jew fuq il-post) u l-impożizzjoni ta’ penali/sanzjonijiet

Rwoli:

(1)

is-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet pubbliċi;

(2)

il-ħażna tad-dokumentazzjoni meħtieġa għal verifika ex post;

(3)

il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija;

(4)

l-implimentazzjoni ta’ proċessi tal-kwalità

2.   Proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti

L-Artikoli 7a(5) tal-EED (għall-EEOSs) u 7b(2) tal-EED (għal miżuri alternattivi) jesiġu li “l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li fil-qafas tagħhom issir verifika dokumentata fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet obbligati”.

L-għan ta’ dan ir-rekwiżit huwa li jiġi vverifikat li l-iffrankar tal-enerġija fil-fatt jinkiseb kif irrapportat. Għalhekk, huwa kruċjali li jintgħażel kampjun statistikament rappreżentattiv li jirrappreżenta l-karatteristiċi tal-popolazzjoni kollha (jiġifieri miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija) bi preċiżjoni suffiċjenti.

X’inhu “statistikament rappreżentattiv” jiddependi ħafna fuq in-numru ta’ miżuri kkunsidrati u kundizzjonijiet ta’ qafas oħrajn tal-miżuri individwali li huma implimentati. Għalhekk, mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta definizzjoni ġeneralment valida, pereżempju, perċentwali jew numri ta’ każijiet. Is-suppożizzjonijiet li ġejjin huma indikattivi biss u ma jistgħux jissostitwixxu l-analiżi speċifika għall-każ tal-proprjetajiet statistiċi tal-miżura:

Image 11

L-Istati Membri jistgħu jsibu l-lista indikattiva u mhux eżawrjenti li ġejja ta’ għajnuna meta jikkunsidraw x’jista’ jikkostitwixxi proporzjon statistiku sinifikanti u kampjun rappreżentattiv:

stħarriġ sħiħ għal numru żgħir ta’ każijiet (n< 20);

b’numru medju ta’ każijiet, kampjun ta’ 10 % tal-popolazzjoni, iżda mill-inqas n = 20 jista’ jkun xieraq;

għal kampjuni kbar, kampjun ta’ ~100 jista’ jitqies bħala suffiċjenti għal probabbiltà ta’ żball ta’ 1 % għal proporzjon ta’ 5 % ta’ rapporti foloz (jiġifieri 5 % tar-rapporti ta’ azzjoni huma preżumibbilment foloz). Għal kampjuni bi proporzjon ogħla ta’ rapporti foloz, kampjun iżgħar huwa suffiċjenti (ara t-tabella):

 

Probabbiltà ta’ żball

Proporzjon ta’ rapporti foloz

10 %

5 %

1 %

5 %

31

51

103

10 %

15

24

49

20 %

7

11

22

50 %

2

3

5

Nota: Il-firxa ta’ 1-10 % ta’ probabbiltà ta’ żball hija illustrattiva. Il-probabbiltà ta’ żball tista’ tkun ogħla, skont it-tip ta’ miżura ta’ politika, azzjonijiet individwali u jekk il-proċessi ta’ kwalità u l-penali jew is-sanzjonijiet humiex infurzati.

Għandhom jiġu kkunsidrati aspetti oħrajn meta jiġi ddeterminat il-kampjun rappreżentattiv. Pereżempju, jista’ jkun neċessarju li jittieħed kampjun stratifikat jekk l-istess tip ta’ azzjoni individwali (kif definit fl-Artikolu 2(19)) ikun jista’ jiġi implimentat fuq firxa ta’ tipi ta’ bini. Dan l-approċċ jiżgura li n-numru ta’ binjiet li jittieħdu kampjuni minnhom f’kull kategorija ikun proporzjonali għan-numru f’dik il-kategorija (fil-popolazzjoni ta’ azzjonijiet irrapportati għall-miżura taħt evalwazzjoni). Jekk ikun hemm raġuni sabiex wieħed jassumi li azzjoni tista’ tirriżulta f’firxa wiesgħa ta’ ffrankar tal-enerġija f’tipi differenti ta’ bini, jista’ jkun xieraq li kull kategorija tkun soġġetta għal teħid ta’ kampjuni separatament.

Id-daqs tal-kampjun jirreferi għall-verifika, mhux għall-kejl. Jistgħu jiġu implimentati azzjonijiet individwali differenti (kif definiti fl-Artikolu 2(19)) skont l-istess miżura ta’ politika, iżda kejl sinifikanti jeħtieġ omoġeneità. Għalhekk, l-ewwel pass fil-proċess tat-teħid ta’ kampjuni għandu jkun li jiġi stabbilit x’fatturi jew kriterji għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġu identifikati gruppi omoġenji (ta’ azzjonijiet jew parteċipanti) li għalihom huwa possibbli li jiġu estrapolati riżultati minn kejl fuq kampjun rappreżentattiv (għal kull grupp).

Skont it-tip ta’ miżura ta’ politika, f’dan l-istadju jistgħu jkunu meħtieġa kriterji oħrajn. Pereżempju, għall-EEOSs, il-partijiet obbligati jew il-partijiet terzi li jistgħu jippromwovu azzjonijiet individwali għall-utenti finali jistgħu jużaw strateġiji differenti ħafna u jiġbru data u jikkalkolaw l-iffrankar b’modi differenti. Għalhekk, għandhom jittieħdu kampjuni għal kull parti.

3.   Illustrazzjonijiet ta’ kif titwaqqaf sistema ta’ monitoraġġ u verifika

L-eżempji indikattivi ta’ hawn taħt jinkludu informazzjoni bażika dwar kif jiġi żgurat li:

il-kontroll u l-verifika jitwettqu indipendentement mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati; u

il-verifika titwettaq fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

3.1.   EEOS (iffrankar meqjus)

L-aspetti tal-verifika tal-azzjonijiet skont l-EEOSs jinkludu dawn li ġejjin:

il-partijiet obbligati jistgħu jintalbu jikkummissjonaw partijiet terzi indipendenti sabiex jivverifikaw kampjuni ta’ azzjonijiet. Tali verifika tista’ sseħħ matul żjarat fuq il-post sabiex jiġi vverifikat li l-azzjonijiet huma konformi mar-rekwiżiti tal-EEOS u li l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet tagħhom ta’ installazzjoni/implimentazzjoni (inkluż tqabbil tas-sitwazzjoni qabel u wara l-installazzjoni/implimentazzjoni, jekk meħtieġ) huma konsistenti mad-data rrapportata mill-partijiet obbligati għall-kalkoli tal-iffrankar tal-enerġija;

il-partijiet terzi indipendenti jistgħu jintalbu li jkunu rreġistrati mal-awtorità pubblika u jħallsu l-miżati tar-reġistrazzjoni. Huma jistgħu jintalbu jirrapportaw ir-riżultati tal-verifika tagħhom kemm lill-awtorità pubblika kif ukoll lill-parti obbligata;

l-awtorità pubblika tista’ tistabbilixxi protokolli ta’ verifika (pereżempju, lista ta’ kontroll għal kull tip ta’ azzjoni) sabiex tarmonizza l-prattiki ta’ verifika fost il-partijiet terzi;

l-awtorità pubblika, flimkien mal-korpi ta’ akkreditazzjoni, jistgħu jistabbilixxu kriterji li l-partijiet terzi jridu jissodisfaw sabiex jiġu rreġistrati mill-awtorità pubblika; u

il-korpi ta’ akkreditazzjoni jistgħu jwettqu kontrolli regolari tal-partijiet terzi (sabiex jiżguraw li jaġixxu b’mod indipendenti u f’konformità mal-protokolli ta’ verifika). Dawn jistgħu jiġu ffinanzjati mill-miżati tar-reġistrazzjoni ta’ partijiet terzi. Il-korpi ta’ akkreditazzjoni mbagħad jirrapportaw ir-riżultati tagħhom lill-awtorità pubblika.

Sabiex jiġi żgurat li l-verifiki jitwettqu b’mod indipendenti, il-partijiet terzi għandhom ikunu organizzazzjonijiet li mhumiex parzjalment jew kompletament proprjetà ta’ parti obbligata jew ta’ azjenda tagħha. Dan għandu jiġi vverifikat minn korp ta’ akkreditazzjoni.

Dawn l-arranġamenti huma maħsuba sabiex jimminimizzaw l-ispejjeż u l-piż amministrattiv għall-awtorità pubblika; b’mod partikolari:

il-verifiki jistgħu jiġu organizzati u jitħallsu mill-partijiet obbligati; u

il-kontrolli jistgħu jiġu organizzati mill-korpi ta’ akkreditazzjoni u jitħallsu mill-partijiet terzi.

B’hekk, ir-rwol tal-awtorità pubblika għandu jiffoka fuq:

l-istabbiliment ta’ regoli dwar it-teħid ta’ kampjuni, kriterji għall-partijiet terzi, protokolli ta’ verifika, eċċ.;

ir-rieżami tas-sejbiet tar-rapporti mill-korpi ta’ akkreditazzjoni; u

abbażi tar-rieżami tagħha:

titlob lill-partijiet obbligati jieħdu azzjoni sabiex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità;

tikkanċella, parzjalment jew kompletament, l-iffrankar tal-enerġija rrapportat għall-każijiet investigati; u

tinforza sanzjonijiet jew penali.

It-teħid ta’ kampjuni tal-verifiki tal-azzjonijiet jista’ jkun ibbażat fuq kriterji ta’ statistika (għar-rappreżentattività) jew fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, billi l-verifiki jintużaw ukoll sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u jiġġieldu l-frodi.

L-awtorità pubblika għandha tivverifika l-iffrankar tal-enerġija skont l-EEOSs b’mod indipendenti mill-partijiet obbligati. F’dan il-kuntest, l-awtorità pubblika:

għandha tistabbilixxi:

regoli għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija;

ir-rekwiżiti tad-data; u

(possibbilment) pjattaforma tad-data online sabiex tiffaċilita l-ġbir tad-data.

Il-partijiet obbligati jistgħu jintalbu jużaw il-pjattaforma sabiex jirrapportaw sett minimu ta’ informazzjoni relatata mal-kalkoli u sabiex jaħżnu l-provi (inkluż għal informazzjoni komplimentari). Il-pjattaforma tippermetti li jsiru kontrolli ta’ plawsibbiltà sistematiċi u awtomatizzati tal-valuri rrapportati. Meta jinstabu anomaliji, l-awtorità pubblika tivverifika d-data u l-kalkoli korrispondenti;

tista’ tivverifika d-data u l-kalkoli fuq proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti (1) tal-azzjonijiet irrapportati permezz ta’ verifiki tad-dokumentazzjoni, li għalihom titlob lill-partijiet obbligati jipprovdu l-evidenza rilevanti;

abbażi tar-riżultati tal-passi msemmija hawn fuq, tista’ mbagħad twettaq kontrolli fuq il-post għal aktar verifika.

Il-pjattaforma tad-data onlajn tirrappreżenta spiża bil-quddiem għall-EEOS, iżda mbagħad hija tiffaċilita l-ġbir u l-ipproċessar tad-data, u x’aktarx timminimizza l-piż amministrattiv kemm għall-partijiet obbligati kif ukoll għall-awtorità pubblika.

Abbażi tar-riżultati mid-diversi passi tal-verifika, l-awtorità pubblika tista’:

teħtieġ li l-partijiet obbligati jipprovdu aktar spjegazzjonijiet jew ġustifikazzjonijiet;

tikkanċella, parzjalment jew kompletament, l-iffrankar tal-enerġija rrapportat għall-każijiet investigati; u

tinforza sanzjonijiet jew penali.

3.2.   Ftehim volontarju (iffrankar skalat)

Meta jidħlu fi ftehim volontarju, il-partijiet parteċipanti għandhom jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni u mira ta’ ffrankar tal-enerġija bbażata fuq metodoloġija tajba, pereżempju, verifika tal-enerġija. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati f’perjodu raġonevoli (skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull ftehim) u jiġi rivedut regolarment fi żmien raġonevoli.

Billi l-partijiet parteċipanti jibbenefikaw direttament mill-azzjonijiet li jintrabtu li jimplimentaw (minħabba li huma wkoll l-utenti finali), huma jistgħu jivverifikaw il-kwalità tal-azzjonijiet huma stess. Madankollu, l-awtorità pubblika għandha tipprovdi gwida ċara għall-kontroll tal-kwalità tal-aktar tipi ta’ azzjoni komuni. F’dan il-każ, l-enfasi hija fuq il-kontroll tal-azzjonijiet li ġew implimentati. Madankollu, sabiex tkun żgurata konformità sħiħa, korp ta’ monitoraġġ għandu jivverifika l-azzjonijiet u l-iffrankar tal-enerġija, indipendentement mill-kofirmatarji tal-ftehim (l-awtorità pubblika u l-partijiet parteċipanti).

It-teħid ta’ kampjuni tal-verifiki tal-iffrankar għandu jkun ibbażat fuq approċċ ta’ statistika tajjeb sabiex tkun żgurata r-rappreżentattività, sabiex b’hekk ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu estrapolati għall-iskema kollha.

Dawn li ġejjin huma aspetti indikattivi tal-verifika tal-azzjonijiet u l-iffrankar tal-enerġija bħala parti minn ftehimiet volontarji:

l-awtorità pubblika (il-ministeru li jiffirma l-ftehim b’mod konġunt) tista’ taħtar korp ta’ monitoraġġ indipendenti (pereżempju, l-aġenzija nazzjonali tal-enerġija) li miegħu tista’ tistabbilixxi:

ir-rekwiżiti tad-data (jiġifieri d-data minima li għandha tiġi rrapportata u d-dokumentazzjoni minima li għandha tinħażen mill-partijiet parteċipanti); u

linji gwida għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija;

il-korp ta’ monitoraġġ jista’ jistabbilixxi pjattaforma tad-data onlajn li tippermetti li jsiru kontrolli tal-plawsibbiltà sistematiċi u awtomatizzati tad-data rrapportata. Meta jinstabu anomaliji, il-korp ta’ monitoraġġ għandu jivverifika d-data u l-kalkoli korrispondenti;

il-partijiet parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jirrapportaw regolarment id-data dwar l-azzjonijiet li jimplimentaw permezz tal-pjattaforma onlajn u jaħżnu evidenza xierqa (pereżempju, fatturi);

il-korp ta’ monitoraġġ għandu jivverifika proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-azzjonijiet irrapportati, pereżempju, permezz ta’ verifiki tad-dokumentazzjoni tad-data u l-kalkoli rrapportati. Huwa għandu jeħtieġ li l-partijiet parteċipanti jipprovdu l-evidenza korrispondenti;

abbażi tar-riżultati tal-passi msemmija hawn fuq, il-korp ta’ monitoraġġ jista’ mbagħad iwettaq kontrolli fuq il-post għal aktar verifika;

abbażi tar-riżultati tal-verifiki tiegħu, il-korp ta’ monitoraġġ għandu jeħtieġ li l-partijiet parteċipanti jieħdu azzjoni bl-għan li jirrimedjaw kwalunkwe problema identifikata jew jikkanċellaw l-iffrankar tal-enerġija rrapportat. Jekk ikun xieraq, l-awtorità pubblika tista’ timponi sanzjonijiet (pereżempju, esklużjoni mill-ftehim) jew multi; u

il-korp ta’ monitoraġġ għandu jħejji rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-ftehim u l-verifika u l-kontrolli mwettqa. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati.

3.3.   Skema ta’ sussidju (iffrankar imkejjel)

Skema ta’ sussidju tista’ tkun relatata mar-rinnovazzjoni ta’ djar sa ċertu livell ta’ prestazzjoni. L-azzjonijiet u l-iffrankar tal-enerġija għandhom jiġu vverifikati indipendentement mill-parti inkarigata, jiġifieri minn kuntrattur ieħor.

It-teħid tal-kampjuni għall-verifiki tal-kwalità tal-azzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq:

approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe frodi possibbli; u

approċċ ta’ statistika sabiex tkun żgurata r-rappreżentattività, sabiex b’hekk ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu estrapolati għall-iskema kollha.

Dawn li ġejjin huma aspetti indikattivi tal-verifika tal-iffrankar tal-enerġija u l-azzjonijiet fi skemi ta’ sussidju:

il-professjonisti tal-bini li jwettqu x-xogħlijiet għandu jkollhom kwalifika speċifikata u jkunu rreġistrati mill-awtorità pubblika;

meta japplikaw għas-sussidju, l-unitajiet domestiċi għandhom jintalbu (soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-konsumatur u l-protezzjoni tad-data) jagħtu aċċess għall-kontijiet tal-enerġija tagħhom u jwieġbu għal stħarriġ fuq talba (jekk ikunu inklużi fil-kampjun tal-verifika); u

il-livell ta’ prestazzjoni miksub wara rinnovazzjoni għandu jiġi kkonfermat minn EPC maħruġ minn assessur iċċertifikat.

L-iskema tista’ tiġi amministrata minn parti inkarigata.

Il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ rinnovazzjoni u tal-livell ta’ prestazzjoni jew iffrankar tal-enerġija tista’ tiġi ġestita kif ġej:

il-korp inkarigat jista’ jżomm bażi ta’ data bid-dettalji tal-proġetti ta’ rinnovazzjoni approvati, li tagħmilha possibbli li jinħolqu proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti ta’ proġetti ta’ rinnovazzjoni;

l-awtorità pubblika tista’ tikkummissjona kuntrattur tal-monitoraġġ li għandu jkollu aċċess għal dik il-bażi ta’ data jew għal kwalunkwe data jew bażi ta’ data oħra meħtieġa (pereżempju, il-bażi ta’ data tal-EPC). Abbażi tal-ewwel pass ta’ verifika, il-kuntrattur għandu jagħżel subkampjun għall-ispezzjoni fuq il-post; u

il-verifika tal-iffrankar tal-enerġija jew tal-livell ta’ prestazzjoni miksub għandha tkun ikkonfermata b’mod trasparenti minn EPC maħruġ minn assessur iċċertifikat jew kwalunkwe metodu trasparenti u rilevanti ieħor (ara l-Appendiċi III, it-taqsima 1.1).

Il-kuntrattur tal-monitoraġġ għandu jiġbor id-data kollha meħtieġa, skont il-metodoloġija applikata għal kampjun statistikament affidabbli (EPCs, kontijiet tal-enerġija, eċċ.), u jwettaq analiżi ulterjuri sabiex jiddetermina:

l-iffrankar stmat jew imkejjel; jew

it-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija.

4.   Gwida u eżempji ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u verifika

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw sorsi ulterjuri, pereżempju:

il-proġett multEE (Orizzont 2020) 2; (2)

preżentazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-EEOS (3); u

l-istudju tal-każ EPATEE, li jinkludi eżempji ta’ sistemi ta’ monitoraġġ użati għall-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija (4).


(1)  It-teħid ta’ kampjuni tal-verifiki tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq approċċ ta’ statistika sabiex tkun żgurata r-rappreżentattività, sabiex b’hekk ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu estrapolati għall-iskema kollha.

(2)  https://multee.eu/

(3)  http://atee.fr/sites/default/files/part_3-_monitoring_verification_and_evaluation.zip

(4)  https://epatee.eu/sites/default/files/files/epatee_topical_case_study_linkage_between_monitoring_and_evaluation.pdf


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/94


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1659

tal-25 ta’ Settembru 2019

dwar il-kontenut tal-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal tisħin u tkessiħ effiċjenti skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. L-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tistabbilixxi objettivi ambizzjużi tal-Unjoni. B’mod partikolari għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, li żżid il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli għal mill-inqas 32 %, u li twassal għal frankar ambizzjuż tal-enerġija, biex b’hekk ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, — EED), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tistabbilixxi objettiv tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ mill-inqas 32,5 % f’iffrankar fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

(2)

Is-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ huwa l-iktar settur sinifikanti tal-użu finali tal-enerġija, u jirrappreżenta madwar 50 % tad-domanda totali għall-enerġija fl-UE. Il-bini jirrappreżenta 80 % ta’ dan il-konsum. Sabiex tiġi żgurata “tranżizzjoni tal-enerġija” f’kull livell amministrattiv fl-UE, huwa essenzjali li jiġi identifikat il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika biex jinkiseb iffrankar fl-Istati Membri kollha, u biex il-politika tiġi allinjata.

(3)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija) jeħtieġ li kull Stat Membru jwettaq valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal tisħin u tkessiħ effiċjenti u jinnotifika lill-Kummissjoni dwarha bil-ħsieb li jippromwoviha. Il-valutazzjoni komprensiva għandha tinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Anness VIII tal-EED.

(4)

L-Istati Membri kellhom iwettqu l-ewwel valutazzjoni komprensiva sal-31 ta’ Diċembru 2015, u jinnotifikawha lill-Kummissjoni. Dik il-valutazzjoni trid tiġi aġġornata u notifikata lill-Kummissjoni kull ħames snin wara talba mill-Kummissjoni.

(5)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni analizza l-ewwel sett ta’ valutazzjonijiet komprensivi u sab li jistgħu jibbenefikaw mill-ġbir ta’ data ġdida, minn deskrizzjonijiet ta’ potenzjal ġdid għat-tisħin u t-tkessiħ, u minn interazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali.

(6)

Permezz tal-ittra tat-8 ta’ April 2019, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jissottomettu valutazzjonijiet komprensivi aġġornati skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(7)

Il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar ċari għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data u li l-Istati Membri jitħallew jiffukaw l-analiżi tagħhom fuq modi rilevanti lokalment biex it-tisħin u t-tkessiħ isiru b’mod teknoloġikament newtrali.

(8)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/826 (3) jissimplifika r-rekwiżiti għall-valutazzjonijiet u jallinjahom mal-leġislazzjoni aġġornata dwar l-unjoni tal-enerġija, b’mod partikolari d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (4), id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (5), id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli) u r-Regolament (UE) 2018/1999 tal Parlament Ewropew u tal Kunsill (7) (Regolament ta’ Governanza).

(9)

B’mod partikolari, it-tħejjija tal-analiżi għandha tkun marbuta mill-qrib mal-ippjanar u r-rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999 u tibni fuq valutazzjonijiet preċedenti kull meta jkun possibbli. Jista’ jintuża mudell ta’ rappurtar ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet komprensivi.

(10)

Dan id-dokument se jissostitwixxi l-gwida tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessiħ (8).

(11)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx l-effetti legali tal-EED u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-EED kif ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal tisħin u tkessiħ effiċjenti u tikkonċerna l-Artikolu 14 u l-Anness VIII tal-EED.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Waqt it-twettiq tal-valutazzjonijiet komprensivi skont l-Artikolu 14 u l-Anness VIII tad-Direttiva 2012/27/UE, l-Istati Membri għandhom isegwu l-linji gwida fl-annessi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(3)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/826 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jemenda l-Annessi VIII u IX tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet komprensivi tal-potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti (ĠU L 137, 23.5.2019, p. 3)..

(4)  Kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).

(5)  Kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002.

(6)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(8)  Nota ta’ gwida dwar id-Direttiva 2012/27/UE;

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=CELEX:52013SC0449


ANNESS I

IL-KONTENUT TAL-VALUTAZZJONIJIET KOMPRENSIVI TAL-POTENZJAL GĦAL TISĦIN U GĦAL TKESSIĦ EFFIĊJENTI

1.   RAKKOMANDAZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ANNESS VIII TAL-EED

L-Artikolu 14(1) u (3) tad-Direttiva 2012/27/UE (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija – EED) jirrikjedu li kull Stat Membru jwettaq u jippreżenta lill-Kummissjoni valutazzjoni komprensiva dwar il-potenzjal għal effiċjenza fl-enerġija fit-tisħin u fit-tkessiħ. Il-valutazzjoni għandha tinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Anness VIII tal-EED.

L-Istati Membri kellhom jippreżentaw l-ewwel valutazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata kull ħames snin wara li ssir talba mill-Kummissjoni. It-tħejjija tal-analiżi għandha tkun marbuta mill-qrib mal-arranġamenti tal-ippjanar u r-rapportar fir-Regolament (UE) 2018/1999 (ir-Regolament dwar il-Governanza) u tibni fuq valutazzjonijiet preċedenti fejn ikun possibbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw mudell ta’ rapportar ipprovdut mill-Kummissjoni.

Sabiex tissimplifika l-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni użat il-possibbiltajiet fl-Artikoli 22 u 23 tal-EED biex tipproponi Regolament Delegat (UE) 2019/826 li jemenda l-Anness VIII u l-Parti 1 tal-Anness IX tal-EED.

L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jispjega r-rekwiżiti ġodda u li jiffaċilita l-applikazzjoni effettiva u koerenti tad-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII tal-EED dwar l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet komprensivi. Dan id-dokument jissostitwixxi l-gwida eżistenti dwar il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessiħ ippubblikata mill-Kummissjoni (1).

Sabiex tingħata ħarsa ġenerali nazzjonali lejn it-tisħin u t-tkessiħ, il-passi li jwasslu għal valutazzjoni komprensiva sħiħa għandhom jinkludu:

valutazzjoni tal-ammont tal-enerġija utli (UE) (2) u kwantifikazzjoni tal-konsum finali tal-enerġija (FEC) (3) skont is-settur (GWh għal kull sena);

it-tisħin u t-tkessiħ attwali stmati u identifikati fornuti lis-setturi tal-konsum finali (GWh fis-sena), bi tqassim skont it-teknoloġiji u fir-rigward ta’ jekk l-enerġija oriġinatx minn sorsi fossili u rinnovabbli;

l-identifikazzjoni ta’ provvista potenzjali minn installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa residwa (GWh fis-sena);

ishma rrapportati ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa residwa fl-FEC tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali matul l-aħħar 5 snin;

xejriet ta’ tbassir fid-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ għat-30 sena li jmiss (GWh); u

mappa tat-territorju nazzjonali li turi ż-żoni li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija, il-punti tal-provvista tas-sħana u tal-kesħa identifikati fil-punt 2(b) u l-installazzjonijiet tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk ippjanati.

Sabiex tingħata ħarsa ġenerali tal-politika dwar it-tisħin u t-tkessiħ, il-valutazzjoni għandha tinkludi:

deskrizzjoni tar-rwol ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fit-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gass serra (GHG); u

ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti dwar it-tisħin u t-tkessiħ, kif irrapportat skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

Sabiex jiġi analizzat il-potenzjal ekonomiku għal effiċjenza fit-tisħin u t-tkessiħ, il-passi li jwasslu għal valutazzjoni sħiħa għandhom jinkludu:

l-identifikazzjoni ta’ teknoloġiji xierqa biex jiġu fornuti sħana u kesħa b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u effiċjenti fl-enerġija fit-territorju nazzjonali permezz ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji (CBA);

xenarji bażi u alternattivi għal żona ġeografika ddefinita sew;

analiżijiet finanzjarji u ekonomiċi (dawn tal-aħħar iqisu l-kostijiet esterni);

analiżi tas-sensittività; u

preżentazzjoni tal-metodu li ntuża u s-suppożizzjonijiet li saru.

Fl-aħħar, għandhom jiġu ppreżentati proposti għal miżuri ta’ politika addizzjonali u futuri biex titlesta l-valutazzjoni komprensiva.

2.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   ĦARSA ĠENERALI LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

2.1.1.    Il-valutazzjoni tad-domanda annwali għat-tisħin u t-tkessiħ f’termini ta’ enerġija utli u konsum finali tal-enerġija kkwantifikat skont is-settur

Fil-punt 1 tal-Anness VIII tal-EED, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-aktar data FEC ikkwantifikata reċenti għat-tisħin u t-tkessiħ fis-setturi residenzjali, tas-servizzi u industrijali u kwalunkwe settur ieħor li jammonta individwalment għal aktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għal tisħin u tkessiħ utli. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jirrapportaw ukoll l-UE meħtieġa għat-tisħin u t-tkessiħ f’dawn is-setturi. L-FEC u l-UE għal kull settur għandhom ikunu espressi f’GWh.

Il-konsum finali tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni reali, imkejla u vverifikata, u tqassim settorjali kif ipprovdut bħala standard fl-istatisika Ewropea dwar l-enerġija u l-bilanċi nazzjonali tal-enerġija (4).

Sabiex jiġi osservat il-punt 3 fl-Anness VIII tal-EED, huwa utli li jiġi ppreżentat tqassim ġeografiku tad-data dwar il-provvista u l-konsum, sabiex id-domanda futura għall-enerġija tkun relatata mas-sorsi tal-provvista. Dan jirrikjedi li jkun magħruf il-post tal-utenti ewlenin tat-tisħin u t-tkessiħ. Flimkien mal-informazzjoni dwar fornituri potenzjali għall-punt 2 tal-Anness VIII tal-EED, dan jippermetti li tinħoloq mappa tal-postijiet għall-punt 3 tiegħu u li jittejjeb il-fehim dwar il-kundizzjonijiet li jvarjaw fi ħdan pajjiż. Approċċ wieħed għat-tqassim ġeografiku jista’ jkun li tintuża sistema stabbilita sew ta’ diviżjoni territorjali, bħal żoni bil-kodiċi postali, unitajiet amministrattivi lokali (LAUs), muniċipalitajiet, parks industrijali u l-madwar tagħhom, eċċ.

Tqassim settorjali tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ f’subelementi rilevanti jista’ jiġi prodott fejn ikun possibbli u utli, eż. biex jiġi ddeterminat l-ammont jew il-grad tat-temperatura tal-enerġija li tipikament ikun meħtieġ (5) (eż. fi sħana ta’ grad għoli, sħana ta’ grad medju, sħana ta’ grad medju/baxx, sħana ta’ grad baxx, tkessiħ u refriġerazzjoni). Dan jagħmel l-analiżi aktar preċiża u utli, eż. biex tiġi stabbilita l-vijabbiltà teknika u ekonomika bħala parti mis-CBA ta’ soluzzjonijiet speċifiċi tal-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi f’subsetturi differenti.

Tqassim xieraq tad-domanda jirrikjedi ġbir u pproċessar sodi tad-data. Dan ta’ spiss jinvolvi li jiġu kkombinati settijiet ta’ data differenti, li tiġi pproċessata data minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, u li jintużaw ipoteżijiet u suppożizzjonijiet. Jekk l-ebda data diretta dwar il-konsum tal-enerġija ma tkun disponibbli, għandha tintuża data derivata b’mod indirett. Elementi possibbli jistgħu jinkludu l-popolazzjoni f’unità territorjali, il-konsum tal-enerġija per capita u żona msaħħna ta’ binjiet per capita. Subsetturi differenti probabbilment se jirrikjedu approċċi differenti.

Is-settur residenzjali u l-parti l-kbira tas-settur tas-servizzi huma magħmula minn għadd kbir ta’ konsumaturi żgħar u ta’ daqs medju, mifruxa madwar it-territorju ta’ muniċipalità jew unità territorjali oħra. Id-domanda għall-enerġija tagħhom hija primarjament għat-tisħin/it-tkessiħ tal-ispazju u b’hekk iddeterminata miż-żona tal-bini li tirrikjedi tisħin u/jew tkessiħ. Jista’ jkun utli li jiġu applikati kriterji li jispjegaw id-domanda f’termini ġeografiċi (6), eż. biex tali konsumaturi jiġu raggruppati fi gruppi b’densità ta’ domanda għolja u baxxa għat-tisħin. Filwaqt li s-segmenti tal-bini huma differenzjati, eż. biex jiġu ssodisfati l-istandards ta’ “bini bi kważi enerġija żero”, l-istess segmentazzjoni tista’ tintuża wkoll.

Is-settur industrijali normalment huwa magħmul minn għadd żgħir ta’ konsumaturi kbar tas-sħana, li d-domanda tagħhom hija regolata minn proċessi industrijali. F’dan il-każ, il-konsumaturi jistgħu jiġu raggruppati permezz tad-domanda għall-enerġija (Mwh/a) u l-livelli limitu tat-temperatura.

2.1.2.    L-identifikazzjoni/l-istima tal-provvista attwali għat-tisħin u t-tkessiħ skont it-teknoloġija

L-għan ta’ dan il-pass huwa li jiġu identifikati s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jintużaw biex jiġu fornuti t-tisħin u t-tkessiħ (il-punt 1 fl-Anness VIII tal-EED). L-analiżi u l-valuri rrapportati għandhom isegwu l-istess struttura bħad-deskrizzjoni tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ. Skont il-punt 2(a) fl-Anness VIII tal-EED, l-aktar data reċenti disponibbli għandha tiġi rrapportata f’GWh fis-sena. Għandhom isiru distinzjonijiet bejn sorsi fil-post u barra mill-post u bejn is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u fossili.

Il-punt 2(a) jelenka t-teknoloġiji li għalihom għandha tiġi pprovduta data dwar il-provvista:

“—

fil-każ ta' provvista fornuta fil-post:

bojlers tas-sħana biss;

ġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;

pompi tas-sħana;

teknoloġiji u sorsi oħra fil-post; u

fil-każ ta' provvista mhux fil-post:

ġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;

sħana residwa;

teknoloġiji u sorsi oħra mhux fil-post;”

Għal kull teknoloġija, għandha ssir distinzjoni bejn is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u dawk fossili. Id-data li ma tistax tinġabar b’mod dirett għandha tiġi derivata b’mod indirett. Il-lista t’hawn fuq mhijiex eżawrjenti u tirrappreżenta l-minimu li għandu jiġi inkluż. Sorsi tal-enerġija addizzjonali għandhom jiġu inklużi jekk ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-kompletezza u l-preċiżjoni.

Il-livell tad-dettall tad-data dwar is-sorsi tal-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ għandu jirrifletti r-rekwiżiti tal-metodu li jintgħażel għall-valutazzjoni komprensiva. Dan jista’ jinkludi data dwar il-post, it-teknoloġija, il-fjuwil li jintuża, il-kwantità u l-kwalità (7) tal-enerġija fornuta (MWh/a), id-disponibbiltà tas-sħana (kuljum jew fis-sena), l-età u t-tul ta’ ħajja mistenni tal-installazzjoni, eċċ.

2.2.   L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONIJIET LI JIĠĠENERAW SĦANA JEW KESĦA RESIDWA U L-PROVVISTA POTENZJALI TAT-TISĦIN JEW TAT-TKESSIĦ TAGĦHOM

L-għan ta’ dan il-pass huwa li jiġu identifikati, deskritti u kkwantifikati sorsi ta’ sħana jew kesħa residwa li għadhom ma ntużawx sal-potenzjal tekniku kollu tagħhom. Dan jista’ jservi bħala indikatur biex tiġi koperta d-domanda eżistenti jew futura għat-tisħin u għat-tkessiħ. Il-punt 2(b) fl-Anness VIII tal-EED jelenka l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li għandhom jiġu analizzati:

“—

l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija termali li jistgħu jipprovdu jew li jistgħu jiġu mmodifikati retroattivament biex jipprovdu s-sħana residwa b'input termali totali li jaqbeż l-50 MW;

l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness I b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW;

l-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart;

l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW, ħlief l-installazzjonijiet speċifikati fil-punt 2(b)(i) u (ii) li jiġġeneraw it-tisħin jew it-tkessiħ bl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

l-installazzjonijiet industrijali b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW u li jistgħu jipprovdu sħana residwa.”

L-Istati Membri jistgħu jmorru lil hinn mis-sorsi tas-sħana u tal-kesħa residwi elenkati, b’mod partikolari mis-settur terzjarju u jirrapportawhom b’mod separat. Għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni u rekords ta’ permessi tal-Artikolu 14(7) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jivvalutaw il-potenzjal tal-ġenerazzjoni ta’ sħana residwa tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija termali b’input termali totali ta’ bejn l-20 u l-50 MW.

Jista’ jkun utli wkoll li tiġi deskritta l-kwalità tal-enerġija prodotta, eż. it-temperatura (il-fwar jew l-ilma sħun) disponibbli għal kull applikazzjoni li għaliha normalment tista’ tintuża (8). Jekk il-kwantità jew il-kwalità tas-sħana jew tal-kesħa residwa ma jkunux magħrufa, dawn jistgħu jiġu stmati permezz ta’ metodoloġija xierqa bbażata fuq suppożizzjonijiet dokumentati sew. Pereżempju, is-sħana residwa mill-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku tista’ tiġi rkuprata billi jintużaw diversi metodi u teknoloġiji (9).

L-Istati Membri għandhom juru fuq mappa l-post tas-sorsi potenzjali tas-sħana u l-kesħa residwi li jistgħu jissodisfaw id-domanda fil-futur.

2.3.   MAPEP DWAR IL-PROVVISTA U D-DOMANDA GĦAS-SĦANA U L-KESĦA

L-Anness VIII tal-EED jirrikjedi li l-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal nazzjonali għal tisħin u tkessiħ effiċjenti tinkludi mappa tat-territorju nazzjonali sħiħ li turi s-sorsi u l-infrastruttura tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż (il-punt 3 fl-Anness VIII):

“—

iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li jintużaw kriterji konsistenti biex issir enfasi fuq iż-żoni b'densità tal-enerġija fil-muniċipalitajiet u fil-konurbazzjonijiet;

il-punti tal-provvista eżistenti ta' tisħin u ta' tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;

il-punti tal-provvista ppjanati ta' tisħin u ta' tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali”.

Din il-lista tinkludi biss l-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-mappa. Jistgħu jiġu inklużi elementi oħra, eż. id-distribuzzjoni ta’ riżorsi tal-enerġija rinnovabbli.

It-tfassil tal-mappa tas-sħana u l-kesħa m’għandux jitqies bħala kompitu separat, iżda pjuttost bħala parti integrali mill-proċess li jiġu vvalutati t-titjib potenzjali fl-effiċjenza tat-tisħin u t-tkessiħ u s-sinerġiji bejn il-konsumaturi u l-fornituri potenzjali tagħhom. Fid-dawl tar-rekwiżit biex titfassal il-mappa, id-data kollha li tinġabar dwar il-provvista u d-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkollha dimensjoni spazjali, sabiex l-opportunitajiet għal sinerġiji jkunu jistgħu jiġu identifikati.

Ir-riżoluzzjoni tal-elementi tal-mappa meħtieġa skont il-punt 3(a) fl-Anness VIII tal-EED għandha tkun biżżejjed biex jiġu identifikati żoni partikolari tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ. Għall-elementi skont il-punt 3(b) u (c), ir-rappreżentazzjoni virtwali tista’ tkun aktar ġenerali (soġġetta għall-metodu li jintgħażel tal-analiżi u l-informazzjoni disponibbli), iżda għandha tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat il-post ta’ element partikolari bi preċiżjoni suffiċjenti għall-fini tas-CBA.

Meta l-pjanijiet għal punti u installazzjonijiet futuri tal-provvista jkunu ġew innotifikati lill-amministrazzjoni nazzjonali jew ikunu ġew imsemmija f’dokumenti ta’ politika nazzjonali, dan jista’ jfisser li dawn huma maturi biżżejjed biex jiġu inklużi f’din il-kategorija. Dan mhux se jippreġudika d-deċiżjonijiet futuri dwar l-ippjanar jew l-investiment u mhux se jkun vinkolanti fuq l-ebda parti.

Jistgħu jintużaw diversi metodi biex jitfasslu s-saffi tal-mappa (10). Xi wħud jipprovdu aktar dettall u jistgħu jirrikjedu settijiet akbar ta’ informazzjoni ddettaljata (eż. mapep ibbażati fuq l-isopleth). Oħrajn jistgħu jirrikjedu inqas sforz, iżda huma inqas utli biex jiġu identifikati s-sinerġiji bejn il-konsumaturi u l-fornituri tas-sħana u l-kesħa (eż. mapep choropleth). L-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu l-mapep billi jużaw l-aktar informazzjoni dettaljata disponibbli, filwaqt li jipproteġu informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Huwa rrakkomandat li l-mappa tas-sħana ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet. Din diġà hija l-prattika f’xi Stati Membri u l-mappa tista’ tkun għodda utli għal investituri potenzjali u għall-pubbliku.

2.4.   IT-TBASSIR TAD-DOMANDA GĦAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

Il-punt 4 fl-Anness VIII tal-EED jirrikjedi li tiġi mbassra d-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ għat-30 sena li jmiss, b’informazzjoni aktar preċiża għall-10 snin li jmiss. It-tbassir għandu jqis l-impatt tal-politiki u l-istrateġiji relatati mal-effiċjenza fl-enerġija u d-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ (eż. strateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (11), il-pjanijiet integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament dwar il-Governanza) u għandu jirrifletti l-ħtiġijiet tad-diversi setturi tal-industrija.

Meta jħejju t-tbassir, l-Istati Membri għandhom jużaw is-segmentazzjoni stabbilita skont il-punti 1 u 2 fl-Anness VIII tal-EED biex jiddeterminaw il-provvista u d-domanda attwali (jiġifieri residenzjali, tas-servizzi, industrijali u oħrajn, u s-subsegmenti possibbli tagħhom).

Jistgħu jintużaw rapporti internazzjonali, nazzjonali u xjentifiċi rilevanti, dment li dawn ikunu bbażati fuq metodoloġija dokumentata sew u jipprovdu informazzjoni ddettaljata biżżejjed. Inkella, it-tbassir jista’ jkun ibbażat fuq mudellar tad-domanda għall-enerġija. Il-metodi u s-suppożizzjonijiet għandhom jiġu deskritti u spjegati.

2.5.   IS-SEHEM TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI U MINN SĦANA JEW KESĦA RESIDWA FIL-KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA TAS-SETTUR TAT-TISĦIN U TAT-TKESSIĦ DISTRETTWALI

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana u l-kesħa residwi skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) (12). Id-data tista’ tiġi rrapportata għal kull tip ta’ sors rinnovabbli mhux fossili msemmi fl-Artikolu 2(1) RED, u anke għas-sħana residwa.

Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija għall-kontabbiltà tat-tkessiħ rinnovabbli skont l-Artikolu 35 tal-RED, l-Istati Membri għandhom jużaw metodoloġija nazzjonali xierqa.

3.   OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA

3.1.   L-IRWOL TA’ TISĦIN U TKESSIĦ EFFIĊJENTI FIT-TNAQQIS FIT-TUL TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASS SERRA U ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-POLITIKI EŻISTENTI

Ħarsa ġenerali lejn il-politiki eżistenti rilevanti għal tisħin u tkessiħ effiċjenti għandha tiġi ppreżentata fil-qosor, billi tiffoka fuq kwalunkwe bidla meta mqabbla ma’ dawk irrapportati fir-Regolament dwar il-Governanza u tevita kwalunkwe duplikazzjoni.

Il-politiki speċifiċi għat-tisħin u t-tkessiħ għandhom ikunu konsistenti mal-politiki li jikkontribwixxu għall-ħames dimensjonijiet tal-unjoni tal-enerġija, b’mod partikolari l-effiċjenza fl-enerġija (l-Artikolu 4, il-punt b(1) sa (4) u l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament dwar il-Governanza); dawn id-dimensjonijiet huma:

id-dekarbonizzazzjoni, inklużi t-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gass serra u l-kontribut għat-trajettorji tas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fl-FEC;

l-effiċjenza fl-enerġija, inkluż il-kontribut biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2030 tal-UE u l-għanijiet indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050;

is-sigurtà tal-enerġija, inkluża d-diversifikazzjoni tal-provvista, iż-żieda fir-reżiljenza u l-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet;

is-swieq interni tal-enerġija, inklużi t-titjib tal-interkonnettività, l-infrastruttura tat-trażmissjoni, politika tal-konsumatur bi prezzijiet kompetittivi u orjentata lejn l-involviment u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku; u

r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività, inkluż il-kontribut għar-riċerka u l-innovazzjoni privati, u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji nodfa.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif l-effiċjenza fl-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra fit-tisħin u t-tkessiħ jirrelataw ma’ dawn il-ħames dimensjonijiet u jikkwantifikaw dan fejn ikun iġġustifikat u possibbli.

3.1.1.    Eżempju: Id-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni

Pereżempju, għad-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni, l-impatt tal-politiki dwar l-effiċjenza fl-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ fuq l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gass serra emessi u fuq l-użu tal-art għandu jiġi kkwantifikat. L-użu tat-teknoloġiji fil-futur għandu jiġi ddikjarat, billi jiġi indikat l-użu ta’ sorsi rinnovabbli mhux fossili, inklużi applikazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli għas-sħana jew il-kesħa (PV tar-riħ, solari) u l-ġenerazzjoni diretta ta’ sħana minn portaturi tal-enerġija rinnovabbli (it-tisħin u t-tkessiħ termali solari, il-bijomassa, il-bijogass, l-idroġenu, il-gassijiet sintetiċi), jew oħrajn. Is-CBA sussegwenti (ara t-taqsima 4) tagħmilha possibbli li jiġu identifikati politiki u miżuri ġodda (it-taqsima 5) sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni relatati mat-tisħin u t-tkessiħ.

3.1.2.    Eżempju: Id-dimensjoni tal-Effiċjenza fl-Enerġija

Fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija ġenerali, l-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont li l-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ hija mistennija li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-2030, l-2040 u l-2050. Dan għandu jiġi kkwantifikat f’termini tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità tal-enerġija, f’konformità mal-approċċ li ntgħażel fil-kuntest tar-Regolament dwar il-Governanza.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu wkoll l-impatt rilevanti tal-politiki tagħhom fuq is-sigurtà, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-enerġija.

4.   L-ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU GĦAL EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

4.1.   ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU

4.1.1.    Deskrizzjoni

L-Istati Membri għandhom firxa ta’ għażliet biex janalizzaw il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji tat-tisħin u t-tkessiħ, iżda l-metodu għandu (il-punti 7 u 8 fl-Anness VIII tal-EED):

ikopri t-territorju nazzjonali kollu – dan ma jeskludix subanaliżijiet possibbli, eż. billi tintuża d-diżaggregazzjoni reġjonali;

ikun ibbażat fuq CBA (l-Artikolu 14(3) tal-EED) u juża valur preżenti nett (NPV) bħala l-kriterju tal-valutazzjoni;

jidentifika xenarji alternattivi għal aktar teknoloġiji tat-tisħin u t-tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli – dan jinvolvi t-tfassil ta’ xenarji bażi u alternattivi għas-sistemi nazzjonali tat-tisħin u t-tkessiħ (13);

iqis għadd ta’ teknoloġiji – sħana u kesħa residwi industrijali, inċinerazzjoni tal-iskart, koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, sorsi tal-enerġija rinnovabbli oħra, pompi tas-sħana u t-tnaqqis tat-telfien tas-sħana f’netwerks distrettwali eżistenti; u

jqis fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali (14).

Il-parti tas-CBA ddedikata għall-valutazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-RED għandha tinkludi analiżi spazjali ta’ żoni xierqa għal-implimentazzjoni “b’riskji ekoloġiċi baxxi” ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa residwi fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, u valutazzjoni tal-potenzjal għal proġetti fuq skala żgħira tal-unitajiet domestiċi.

Skont id-disponibbiltà tagħhom u dik tal-informazzjoni rikjesta, għodod oħra ta’ mudellar ta’ sistema tal-enerġija avvanzata jistgħu jintużaw biex jiġu evalwati relazzjonijiet aktar kumplessi bejn id-domanda għas-sħana u l-komponenti tal-provvista tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b’mod partikolari l-aspetti aktar dinamiċi.

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni għandu jistabbilixxi liema suppożizzjonijiet saru, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet ta’ fatturi ewlenin tal-input u l-output u r-rata ta’ skont.

4.1.2.    Konfini ġeografiċi u tas-sistema

L-istabbiliment ta’ konfini ġeografiċi u tas-sistema għall-valutazzjoni komprensiva huwa pass kritiku fl-analiżi. Dawn jiddeterminaw il-grupp ta’ entitajiet u l-aspetti tal-interazzjoni tagħhom li l-analiżi se tkopri.

Il-punt 8(d) fl-Anness VIII tal-EED jistabbilixxi żewġ rekwiżiti ġenerali f’dan il-kuntest:

il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika adegwata li tkun definita tajjeb; u

s-CBA għandha tqis ir-riżorsi kollha rilevanti ċentralizzati jew deċentralizzati tal-provvista disponibbli fis-sistema u l-konfini ġeografiċi.

Iż-żona magħluqa bil-konfini ġeografiku kollu għandha tkun identika għat-territorju kopert mill-valutazzjoni, jiġifieri t-territorju amministrattiv tal-Istat Membru inkwistjoni. Madankollu, b’mod partikolari l-Istati Membri kbar huma rrakkomandati li jaqsmu t-territorju tagħhom ulterjorment f’reġjuni (eż. NUTS-1), sabiex jagħmlu l-immappjar tal-enerġija u l-eżerċizzju tal-ippjanar aktar ġestibbli, u jippermettu li jitqiesu żoni klimatiċi differenti. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw opportunitajiet għal sinerġiji bejn id-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ u s-sorsi tas-sħana u l-kesħa residwi u rinnovabbli fi ħdan il-konfini ġeografiku.

Min-naħa l-oħra, il-konfini tas-sistema huma kunċett ferm aktar lokali. Dawn għandhom jinkludu unità jew grupp ta’ konsumaturi u fornituri tat-tisħin u t-tkessiħ li bejniethom l-iskambju tal-enerġija huwa jew jista’ jkun sinifikanti. Is-sistemi li jirriżultaw se jiġu analizzati fi ħdan il-konfini tagħhom (billi tiġi applikata s-CBA) sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex ekonomikament utli li tiġi implimentata għażla ta’ provvista tat-tisħin u t-tkessiħ partikolari.

Eżempji ta’ tali sistemi jistgħu jkunu (15):

grupp ta’ binjiet ta’ appartamenti (konsumaturi tat-tisħin) u sistema maħsuba għat-tisħin distrettwali (fornitur potenzjali tat-tisħin);

distrett ta’ belt li tinsab qrib sors tas-sħana xieraq;

installazzjonijiet iżgħar tat-tisħin u t-tkessiħ bħal żoni tax-xiri (konsumatur tas-sħana u l-kesħa) u pompi tas-sħana (teknoloġija possibbli biex tiġi koperta d-domanda għas-sħana u l-kesħa); u

mpjant industrijali li jikkonsma s-sħana u mpjant ieħor li jista’ jforni sħana residwa.

4.1.3.    L-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi xierqa

Firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet tat-tisħin u t-tkessiħ b’effiċjenza għolja jistgħu jissodisfaw id-domanda identifikata fil-passi preċedenti. L-aktar soluzzjoni kosteffiċjenti u ta’ benefiċċju għat-tisħin u t-tkessiħ tista’ tiġi ddefinita bħala waħda jew aktar mill-elementi li ġejjin:

riżorsa li tintuża bħala sors tal-enerġija, eż. is-sħana residwa, il-bijomassa jew l-elettriku;

teknoloġija li tintuża biex it-trasportatur tal-enerġija jiġi kkonvertit f’forma utli ta’ enerġija għall-konsumaturi, eż. irkupru tas-sħana jew pompi tas-sħana; u

sistema ta’ distribuzzjoni li tippermetti li tiġi fornuta enerġija utli lill-konsumaturi (ċentralizzata jew deċentralizzata).

Soluzzjonijiet tekniċi possibbli għandhom jiġu vvalutati wkoll abbażi tal-applikabbiltà tagħhom fi:

sistemi deċentralizzati (jew individwali), fejn diversi produtturi (jew kull konsumatur) jipproduċu s-sħana jew l-kesħa tagħhom stess fil-post; u

sistemi ċentralizzati, li jużaw sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali biex iqassmu l-enerġija termali lill-konsumaturi minn sorsi tas-sħana barra mill-post – dawn jistgħu jintużaw biex ifornu t-tisħin u t-tkessiħ fil-konfini tas-sistema li jkunu ġew ikkaratterizzati bħala densità b’domanda għolja u lil konsumaturi fuq skala kbira, eż. impjant industrijali.

L-għażla ta’ soluzzjonijiet xierqa fil-konfini ta’ sistema partikolari ta’ provvista u ta’ domanda tal-enerġija (16) se tiddependi fuq diversi fatturi, fosthom:

id-disponibbiltà tar-riżorsa (eż. id-disponibbiltà tal-bijomassa tista’ tiddetermina l-prattiċità tal-bojlers tal-bijomassa);

il-proprjetajiet tad-domanda għas-sħana (eż. it-tisħin distrettwali huwa partikolarment xieraq għal żoni urbani b’densità ta’ domanda għolja għas-sħana); u

l-proprjetajiet ta’ provvista tas-sħana possibbli (is-sħana residwa b’temperatura baxxa tista’ ma tkunx xierqa biex tintuża fi proċessi industrijali, iżda tista’ tkun xierqa bħala input f’sistema tat-tisħin distrettwali).

4.1.4.    Xenarju bażi

Kif deskritt fil-punt 8(a)(ii) fl-Anness VIII tal-EED, ix-xenarju bażi se jservi bħala punt ta’ referenza, b’kunsiderazzjoni tal-politiki fil-mument li titfassal il-valutazzjoni komprensiva. Il-karatteristiċi tal-elementi li ġejjin tas-sistema nazzjonali tat-tisħin u t-tkessiħ għandhom jipprovdu l-punt tat-tluq:

ħarsa ġenerali lejn il-konsumaturi tas-sħana u l-konsum tal-enerġija attwali tagħhom;

is-sorsi attwali tal-provvista tas-sħana u l-kesħa; u

sorsi potenzjali tal-provvista tas-sħana u l-kesħa (jekk tali żviluppi jistgħu jkunu raġonevolment mistennija fid-dawl tal-politiki u l-miżuri attwali skont il-Parti I tal-Anness VIII tal-EED).

Ix-xenarju bażi juri l-aktar żvilupp probabbli tad-domanda għall-enerġija, il-provvista u t-trasformazzjoni abbażi tal-għarfien attwali, l-iżvilupp teknoloġiku u l-miżuri ta’ politika. Għalhekk dan huwa x-xenarju ta’ żamma tal-istatus quo (BAU) jew ta’ referenza. Dan għandu jirrifletti l-miżuri ta’ politika eżistenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE u jista’ jkun ibbażat fuq ix-xenarji tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli “bil-miżuri eżistenti” (WEM) żviluppati għar-Regolament dwar il-Governanza.

Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar kif id-domanda hija ssodisfata attwalment, u suppożizzjonijiet dwar kif se tiġi ssodisfata fil-futur. It-teknoloġiji futuri m’għandhomx ikunu limitati għall-għażliet li jintużaw attwalment. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja jew tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti (DHC), jekk tali żviluppi jistgħu jkunu raġonevolment mistennija.

4.1.4.1.   It-taħlita attwali tat-teknoloġiji għall-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ

Ix-xenarju bażi għandu jinkludi deskrizzjoni tat-taħlita attwali tat-teknoloġiji għall-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ għal kull segment tad-domanda għas-sħana u f’kull konfini tas-sistema tal-enerġija. Għandha tingħata prijorità lil approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq informazzjoni ddettaljata (eż. data li tinġabar qrib is-sors, ir-riżultati ta’ inkjesti, eċċ.).

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni ddettaljata, dan l-input jista’ jiġi derivat permezz ta’ approċċ minn fuq għal isfel ibbażat fuq:

informazzjoni dwar it-taħlita attwali tal-konsum tal-fjuwil; u

suppożizzjonijiet dwar is-soluzzjonijiet teknoloġiċi ewlenin applikati fil-kuntest nazzjonali.

Peress li t-taħlita tat-teknoloġiji għall-provvista tas-sħana hija relatata mas-sors tad-domanda għas-sħana, l-informazzjoni dwar dan tal-aħħar tista’ tintuża biex jiġu kkalibrati l-istimi għal dik tal-ewwel. Pereżempju, id-data dwar l-għadd ta’ djar jew appartamenti f’konfini ta’ sistema tal-enerġija tista’ tintuża biex jiġu stmati l-għadd u d-daqs totali tal-unitajiet tat-tisħin individwali installati (billi titqies installazzjoni waħda għal kull dar). Bl-istess mod, id-data dwar l-għadd u d-daqs ta’ installazzjonijiet industrijali tista’ tintuża biex jiġi approssimat l-għadd tal-unitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana (u d-daqsijiet tagħhom) fis-settur industrijali.

4.1.4.2.   It-taħlita futura tat-teknoloġiji għall-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ u r-rata ta’ sostituzzjoni tagħhom

It-taħlita futura tat-teknoloġiji għall-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ tista’ tiġi stmata billi tittieħed it-taħlita tal-fjuwil fis-sena finali u mbagħad tiġi ddeterminata t-taħlita tat-teknoloġiji għal dik is-sena u s-snin kollha ta’ bejniethom, billi jitqiesu trajettorji ta’ evoluzzjoni differenti skont it-teknoloġiji involuti. Jekk din l-informazzjoni tiġi kkombinata mat-tbassir tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ, ikun possibbli li jsir tbassir dwar it-taħlita tat-teknoloġiji għall-perjodu kollu.

Is-suppożizzjonijiet dwar it-taħlita futura tat-teknoloġiji għall-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu formulati wkoll abbażi tar-rata tas-sostituzzjoni tat-teknoloġiji. Jekk jitqies li t-tagħmir attwali tal-ġenerazzjoni tas-sħana se jkollu jiġi sostitwit fl-aħħar tal-ħajja ekonomika tiegħu, jistgħu jsiru suppożizzjonijiet fir-rigward:

tal-użu ta’ xi teknoloġiji matul il-perjodu taż-żmien tal-analiżi; u

s-sostituzzjoni ta’ oħrajn.

F’dawn il-każijiet, ir-rata ta’ sostituzzjoni tirrappreżenta l-limitu għall-penetrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda għad-domanda eżistenti. Ir-rati ta’ sostituzzjoni għal setturi speċifiċi jistgħu jkunu:

iddeterminati minn studji dwar is-suq jew sorsi oħra rilevanti, li jqisu wkoll l-influwenza potenzjali tal-miżuri ta’ politika; jew

stmati abbażi tal-ħajja medja tat-teknoloġija – billi titqies ħajja ta’ 20 sena u saturazzjoni tas-suq, 1/20 tal-istokk ta’ din it-teknoloġija jiġi sostitwit kull sena.

4.1.5.    It-tfassil ta’ xenarji alternattivi

Skont il-punt 8(c) fl-Anness VIII tal-EED, għandhom jitqiesu x-xenarji kollha li jistgħu jaffettwaw il-linja bażi, inkluż ir-rwol ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti u individwali. B’konsegwenza ta’ dan, f’kull sistema tal-enerġija li tiġi analizzata, l-għadd ta’ xenarji alternattivi għandu jikkorrispondi għall-għadd ta’ soluzzjonijiet teknikament vijabbli, ippreżentati skont il-punt 7.

Ix-xenarji li mhumiex fattibbli (għal raġunijiet tekniċi jew finanzjarji jew minħabba r-regolamentazzjoni nazzjonali) jistgħu jiġu esklużi fi stadju bikri tas-CBA, iżda għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet dokumentati tajjeb għal kull esklużjoni.

Fil-parti l-kbira tagħhom, il-proċeduri biex jitfasslu xenarji alternattivi jixbhu lil dawk li jintużaw għax-xenarju bażi. L-ishma ta’ teknoloġiji differenti jistgħu jiġu ddeterminati għal kull sena u d-daqs u l-għadd tal-installazzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati. Ix-xenarji alternattivi għandhom iqisu l-objettivi relatati mal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli għall-Unjoni Ewropea fir-Regolament dwar il-Governanza u għandhom jesploraw modi biex jingħata kontribut nazzjonali aktar ambizzjuż, billi jqisu li l-evoluzzjoni tad-domanda għall-enerġija hija l-istess bħal fil-linja bażi.

Il-livell tad-dettall fix-xenarji alternattivi se jvarja, kif ġej:

għal soluzzjonijiet fil-post, is-sehem tat-teknoloġija fi ħdan “segment” tad-domanda (17) għandu jiġi ddeterminat; filwaqt li

għal soluzzjonijiet barra mill-post, id-deċiżjoni li tiġi implimentata s-soluzzjoni se taffettwa lis-segmenti kollha bħala blokka; għalhekk, il-kapaċità meħtieġa għandha tiġi vvalutata abbażi tad-domanda totali u t-tendenzi tat-tagħbija staġjonali, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn is-segmenti tad-domanda (eż. jekk netwerk ta’ DHC iforni t-tisħin f’unitajiet domestiċi u s-settur tas-servizzi, jeħtieġ li tiġi stmata biss il-kapaċità kkombinata taż-żewġ segmenti).

Kull xenarju alternattiv għandu jikkwantifika dan li ġej (meta mqabbel max-xenarju bażi):

il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji eżaminati, permezz tal-NPV bħala l-kriterju;

it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra;

l-iffrankar tal-enerġija primarja (GWh fis-sena); u

l-impatt fuq is-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali.

4.2.   ANALIŻI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

Għandha titwettaq CBA biex tiġi vvalutata l-bidla fil-benessri attribwibbli għal deċiżjoni ta’ investiment relatata ma’ teknoloġija effiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ. Skont il-punt 8(a)(i) fl-Anness VIII tal-EED, NPV għandu jintuża bħala l-kriterju tal-evalwazzjoni.

Ir-rata ta’ skont soċjali (SDR) jeħtieġ li tiġi ddeterminata. Dan huwa parametru li jirrifletti l-perspettiva tas-soċjetà dwar kif il-benefiċċji u l-kostijiet futuri għandhom jiġu stmati meta mqabbla ma’ dawk preżenti (18). Jekk il-kostijiet u l-benefiċċji futuri jingħataw valur attwali, ikun possibbli li jitqabblu maż-żmien.

Is-CBA għandha tinkludi analiżi ekonomika u analiżi finanzjarja minn perspettiva ta’ investitur, inkluż billi tiġi applikata rata ta’ skont finanzjarju. Dan jagħmilha possibbli biex jiġu identifikati oqsma potenzjali għal influwenza ta’ politika bbażata fuq id-differenza bejn il-kostijiet finanzjarji u dawk ekonomiċi ta’ soluzzjoni teknika.

Sabiex jiġu vvalutati l-impatt u l-benefiċċji possibbli tat-tisħin u t-tkessiħ fir-rigward tas-sistema tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw liema tipi ta’ soluzzjonijiet tekniċi jistgħu jkunu l-aktar xierqa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet. Il-benefiċċji jistgħu jinkludu:

l-iċċattjar tal-kurva tad-domanda għall-enerġija;

it-tpaċija tad-domanda f’każijiet ta’ konġestjoni fil-grilja jew perjodi ta’ prezzijiet massimi tal-enerġija;

it-titjib tar-reżiljenza tas-sistemi u s-sigurtà tal-provvista; u

l-offerta ta’ tagħbija fi żminijiet ta’ provvista għolja jew l-offerta ta’ inerzja fis-sistema tal-enerġija – is-CBA għandha tqis il-valur ta’ din il-flessibbiltà.

4.3.   ANALIŻI TAS-SENSITTIVITÀ

Is-CBA għandha tinkludi analiżi tas-sensittività biex tivvaluta l-impatt tal-bidlet f’fatturi ewlenin. Dan jinvolvi li jiġi vvalutat l-effett tal-bidliet u l-inċertezzi fuq l-NPV (f’termini assoluti) u jagħmilha possibbli li jiġu identifikati parametri b’riskju ogħla assoċjat. Parametri tipiċi li għandhom jiġu esplorati huma:

il-bidliet fil-kostijiet tal-investiment u dawk operattivi;

il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-elettriku;

il-kwoti tas-CO2; u

l-effetti fuq l-ambjent.

5.   STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA ĠODDA POTENZJALI

5.1.   IL-PREŻENTAZZJONI TA’ MIŻURI TA’ POLITIKA FUTURI LEĠIŻLATTIVI U MHUX LEĠIŻLATTIVI

L-Istati Membri għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ politika li huma addizzjonali għal dawk eżistenti deskritti fil-punt 6 fl-Anness VIII tal-EED. Għandu jkun hemm rabta loġika bejn:

id-data dwar it-tisħin u t-tkessiħ li tinġabar għall-punti 1 u 2;

il-miżuri ta’ politika futuri; u

l-impatt ivvalutat tagħhom.

Skont il-punt 9, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu kkwantifikati għal kull miżura ta’ politika:

“—

[it]-tnaqqis previst tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

[…]l-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena;

[…]l-impatt previst fuq l-ammont ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

[…]l-impatt previst fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ;

[ir]-rabtiet previsti mal-ipprogrammar finanzjarju nazzjonali u mal-iffrankar previst tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq;

[…]l-istima tal-miżuri previsti ta' sostenn pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u bl-identifikazzjoni tal-element ta' għajnuna potenzjali.”

Miżuri ta’ politika maħsuba biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tisħin u t-tkessiħ għandhom jiġu inklużi fil-pjan integrat nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri jistgħu jinkludu elementi ġodda u jistabbilixxu rabta mal-valutazzjoni komprensiva meta jaġġornaw il-pjanijiet sat-30 ta’ Ġunju 2024.


(1)  Nota ta’ gwida dwar id-Direttiva 2012/27/UE;

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=CELEX:52013SC0449

(2)  “Enerġija utli” tfisser l-enerġija kollha meħtieġa mill-utenti aħħarin fil-forma ta’ sħana u kesħa wara li jkunu ttieħdu l-passi kollha tal-enerġija tat-trasformazzjoni fit-tagħmir tat-tisħin u tat-tkessiħ.

(3)  L-enerġija kollha fornuta lill-industrija, it-trasport, l-unitajiet domestiċi, is-servizzi u l-agrikoltura. L-FEC jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom. Kwalunkwe differenza mill-istatistika u l-bilanċi disponibbli permezz tal-Eurostat għandha tiġi spjegata.

(4)  Nota ta’ gwida dwar id-Direttiva 2012/27/UE;

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=CELEX:52013SC0449

(5)  Għal aktar informazzjoni dwar tqassim tipiku tas-sħana u l-kesħa abbażi tal-applikazzjoni tagħhom, ara l-Anness IV.

(6)  Eżempji ta’ tali kriterji huma:

id-densità tad-domanda għas-sħana (MWh/km2) – il-konsum annwali tat-tisħin u t-tkessiħ minn binjiet li jinsabu f’unità territorjali partikolari, eż. skont ir-rapport tal-proġett STRATEGO (https://heatroadmap.eu/wp-content/uploads/2018/09/STRATEGO-WP2-Background-Report-6-Mapping-Potenital-for-DHC.pdf), żoni b’domanda għolja huma dawk li jikkunsmaw aktar minn 85 GWh/km2 ta’ tisħin kull sena; u

il-proporzjon tar-roqgħa art (m2/m2) – l-erja tal-art imsaħħna jew imkessħa ta’ binjiet f’unità territorjali partikolari diviża bl-erja ta’ dik l-unità. Għal aktar dettalji, ara l-punt 2.1.1 tar-Rapport ġenerali li jipprovdi gwida dwar għodod u metodi għat-tħejjija ta’ mapep tas-sħana pubbliċi;

http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC98823

(7)  Għal aktar informazzjoni dwar tqassim tipiku tas-sħana u l-kesħa abbażi tal-applikazzjoni tagħhom, ara l-Anness IV.

(8)  Għal aktar informazzjoni dwar tqassim tipiku tas-sħana u l-kesħa abbażi tal-applikazzjoni tagħhom, ara l-Anness V.

(9)  Linji Gwida dwar l-aħjar prattiki u gwida informali dwar kif għandha tiġi implimentata l-valutazzjoni komprensiva fil-livell tal-Istati Membri; http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC98819

(10)  Għal aktar dettalji dwar il-metodi biex tiġi stmata s-sħana residwa, ara l-punti 3 u 4 tar-Rapport Ġenerali li jipprovdi gwida dwar għodod u metodi għat-tħejjija ta’ mapep tas-sħana pubbliċi;

http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC98823

(11)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(13)  Inkluża valutazzjoni tal-potenzjal tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu ta’ sħana u kesħa residwi fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, kif imsemmi fl-Artikolu 15(7) tal-RED.

(14)  Għal aktar spjegazzjonijiet, ara l-Anness V.

(15)  Din il-lista mhux eżawrjenti hija ppreżentata hawnhekk għal finijiet ta’ illustrazzjoni biss.

(16)  Dan ifisser żona li fiha s-sistemi tal-provvista u d-domanda huma interkonnessi u japplikaw karatteristiċi tas-sistema simili.

(17)  jiġifieri użu aħħari speċifiku (it-tisħin, it-tkessiħ tal-post, ilma sħun jew il-fwar) jew (sub)settur (eż. settur residenzjali jew wieħed mis-subsetturi tiegħu).

(18)  L-SDR irrakkomandata mill-Kummissjoni (Gwida għall-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ investiment) hija ta’ 5 % fil-pajjiżi ta’ koeżjoni u ta’ 3 % għal Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punt ta’ riferiment differenti, dment li:

jiġġustifikawh abbażi ta’ tbassir tat-tkabbir ekonomiku u parametri oħra; u

japplikawh b’mod konsistenti fi proġetti simili fl-istess pajjiż, reġjun jew settur.


ANNESS II

SORSI ADDIZZJONALI TA’ LETTERATURA

1.   Letteratura ġenerali

L-aħjar prattiki u gwida informali dwar kif għandha tiġi implimentata l-Valutazzjoni Komprensiva fil-livell tal-Istati Membri. Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea, 2016. ISBN 979-92-79-54016-5.

http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC98819

2.   Letteratura dwar l-istima tas-sħana u l-kesħa residwi

Sħana residwa mill-industrija għat-tisħin distrettwali. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, 1982.

https://publications.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/2fcd5481-ac79-4e8f-9aaa-ed88a38444db

3.   Letteratura dwar it-tħejjija ta’ mapep dwar il-provvista u d-domanda għas-sħana u l-kesħa

Rapport ġenerali li jipprovdi gwida dwar l-għodod u l-metodi għat-tħejjija ta’ mapep tas-sħana pubbliċi. Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea, 2016. ISBN 978-92-79-54014-1.

http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC98823

4.   Letteratura dwar l-eżekuzzjoni ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji inklużi l-kostijiet esterni

Manwal dwar il-kostijiet esterni tat-trasport. Rapport tas-CE Delft għall-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, 2019.

https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/studies/internalisation-handbook-isbn-978-92-79-96917-1.pdf

Metodoloġiji għall-Valutazzjoni ta’ Emissjonijiet ta’ Gass Serra u Varjazzjonijiet fl-Emissjonijiet tal-Proġett. Il-Bank Ewropew tal-Investiment, fl-2018.

https://www.eib.org/attachments/strategies/eib_project_carbon_footprint_methodologies_en.pdf

Il-Valutazzjoni Ekonomika tal-Proġetti ta’ Investiment fil-BEI. Il-Bank Ewropew tal-Investiment, 2013.

https://www.eib.org/attachments/thematic/economic_appraisal_of_investment_projects_en.pdf

Gwida għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji tal-Proġetti ta’ Investiment. Għodda ta’ valutazzjoni ekonomika għall-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020. Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, 2014. ISBN 978-92-79-34796-2.

https://ec.europa.eu/inea/sites/inea/files/cba_guide_cohesion_policy.pdf


ANNESS III

IL-PROĊESS GĦAL VALUTAZZJONIJIET KOMPRENSIVI (L-ANNESS VIII TAL-EED)

Image 12

ANNESS IV

IL-KONTABBILTÀ TAS-SĦANA RESIDWA

1.   Deskrizzjoni

Is-sħana residwa hija l-enerġija termali żejda li jifdal wara proċess industrijali u l-estrazzjoni tas-sħana. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar tas-sħana residwa għall-punti 2(b) ivarja minn dak tal-punt (c) fl-Anness VIII tal-EED. Il-punt 2(b) jikkonċerna provvista tas-sħana residwa potenzjali f’GWh (il-potenzjal tekniku) fis-sena li tista’ tiġi fornuta barra mill-installazzjonijiet elenkati. Min-naħa l-oħra, il-punt 2(c) jirrikjedi li jiġi rrappurtat is-“sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mis-sħana jew il-kesħa residwa fil-konsum finali tal-enerġija tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali matul l-aħħar 5 snin” (share of energy from renewable sources and from waste heat or cold in the final energy consumption of the district heating and cooling (1) sector over the past 5 years).

2.   Il-kontabbiltà tal-proġetti tas-sħana u l-kesħa residwi

Huwa diffiċli li jingħata rendikont tas-sħana u l-kesħa residwi mill-proċessi, minħabba li mill-mument li l-eċċess jintuża fil-post, dan ma jibqax “residwu” u jikkontribwixxi għaż-żieda fl-effiċjenza jew għat-tnaqqis fil-kost operattiv għall-installazzjoni.

Fil-prinċipju, is-sħana hija meqjusa bħala sħana residwa biss meta tkun prodott sekondarju ta’ proċess ieħor li tiġi emessa fl-ambjent, sakemm tiġi fornuta għal użu barra mill-post. Fi kliem ieħor, is-sħana residwa industrijali hija ekwivalenti għat-tagħbija tal-enerġija li mhijiex estratta b’mod ieħor u tirrikjedi tkessiħ estern.

Il-kategoriji li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala sħana residwa:

sħana li kienet iġġenerata bl-iskop ewlieni li tintuża b’mod dirett fil-post jew barra mill-post u li mhijiex prodott sekondarju ta’ proċess ieħor, irrispettivament mill-input tal-enerġija;

sħana koġenerata minn impjanti ta’ sħana u enerġija kkombinati (CHP), minħabba li s-CHP hija miżura ta’ effiċjenza fl-enerġija mid-disinn. Din tnaqqas is-sħana residwa, peress li tuża l-enerġija tal-fjuwil tal-input b’mod aktar effiċjenti; u

sħana li tiġi rkuprata jew li tista’ tiġi rkuprata internament fl-istess post.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala eżempji ta’ sħana residwa:

ċentri tad-data jew żoni tax-xiri li jeħtieġ li jiġu mkessħa, fejn is-sħana li tirriżulta mill-operazzjonijiet tista’ tiġi fornuta barra mill-post minflok ma tiġi mxerrda fl-ambjent; u

l-użu dirett ta’ fluss ta’ tkessiħ fil-kondensatur minn impjanti tal-enerġija (eż. is-sħana tista’ tiġi fornuta għat-tisħin ta’ serer).

Jekk is-sħana ġġenerata minn fjuwils rinnovabbli tkun prodott sekondarju ta’ proċess ewlieni, din tista’ titqies bħala sħana residwa (eż. l-inċinerazzjoni tal-iskart bijodegradabbli u l-bijomassa) għall-finijiet tar-rapportar skont il-punt 2(b) u (c).

Sabiex juru l-proġetti tas-sħana u l-kesħa residwi fuq il-mapep (il-punt 3), l-Istati Membri huma rrakkomandati li jiġbru l-informazzjoni li ġejja:

l-isem u l-post tal-impjant;

il-kwantità (Gwh/a) u l-kwalità (it-temperatura u l-medium normali) tas-sħana u l-kesħa residwi attwali u potenzjali disponibbli; u

d-disponibbiltà ta’ sħana u kesħa residwi (sigħat fis-sena).

3.   Il-kontabbiltà tas-sħana residwa għall-koġenerazzjoni

Is-sħana li titqies għall-koġenerazzjoni għandha titnaqqas u ma tistax tingħadd mas-sħana residwa għall-finijiet li jiġu ppreżentati r-riżultati għall-analiżi ta’ provvista potenzjali tat-tisħin u t-tkessiħ (il-punt 2(b) u (c)) u jeħtieġ li tliet tipi ta’ enerġija jitqiesu b’mod separat:

l-enerġija elettrika;

l-enerġija termali minn sħana koġenerata; u

sħana residwa li ma tintużax u li tista’ tiġi rkuprata mill-kondensatur ta’ impjant tal-enerġija jew mill-gassijiet tal-egżost. Il-punt 2(b) jirrikjedi li jiġu rrapportati tali tipi kollha tas-sħana. Għall-punt 2(c), jista’ jiġi rrapportat biss il-porzjon ta’ tali sħana preżenti fil-konsum finali tal-enerġija tas-sistema tat-tisħin distrettwali.

4.   Il-kontabbiltà tas-sħana u l-kesħa residwi għall-punt 2(b) tal-Anness VIII tal-EED

M’hemm l-ebda limitazzjoni fuq ir-rapportar dwar is-sħana u l-kesħa residwi b'rabta ma’ sistema distrettwali għall-punt 2(b). Għalhekk, għandhom jiġu rrapportati s-sħana u l-kesħa residwi totali attwali u potenzjali li jistgħu jintużaw b’mod dirett għal proċess ieħor (jekk il-livell fornut tat-temperatura jippermetti dan) jew jiġu mtejba għal livell xieraq permezz ta’ pompi tas-sħana li għandhom jiġu pprovduti barra mill-post.

Ir-rapportar dwar il-potenzjal tas-sħana residwa għall-finijiet tal-punt 2(b) jista’ jkun ibbażat ukoll fuq stħarriġ ta’ siti industrijali. L-istħarriġ jista’ jistaqsi lir-rispondenti biex jikkwantifikaw:

l-input tal-enerġija totali;

il-kapaċità tas-sħana;

l-ammont tas-sħana ġġenerata li ntużat diġà; u

l-ammont tas-sħana li hija mkessħa (jew l-ammont tal-kesħa li hija msaħħna) jew emessa fl-ambjent.

Possibbiltà oħra biex tiġi vvalutata l-provvista potenzjali tas-sħana u l-kesħa residwi hija li jintużaw stimi indiretti bbażati fuq is-suppożizzjoni ta’ profili b’temperatura tas-sħana simili fost impjanti li:

huma fl-istess settur;

għandhom età simili;

għandhom l-istess grad ta’ integrazzjoni tal-enerġija (2); u

huma soġġetti għal miżuri simili biex jitnaqqas it-telf tal-enerġija.

B’konsegwenza ta’ dan, ammont simili ta’ sħana jew kesħa residwa jista’ jiġi stmat li huwa disponibbli għal kull tunnellata ta’ prodott prodott jew ittrattat (eż. l-impjanti kollha ta’ età u teknoloġija partikolari jista’ jkollhom profili tas-sħana residwa simili).

Il-potenzjal stmat jista’ jiġi peżat b’fattur tad-disponibbiltà li jqis:

it-teknoloġija li tintuża fit-tagħmir ta’ rkupru;

l-età tal-impjant;

il-grad tal-integrazzjoni tal-enerġija; u

livelli reċenti ta’ investiment fit-tagħmir ta’ rkupru.

Huwa rrakkomandat ħafna li l-Istati Membri jirrapportaw il-grad tat-temperatura u l-medium (ilma likwidu, fwar, melħ imdewweb jew oħrajn) tas-sħana u l-kesħa residwi; dawn il-fatturi jiddeterminaw applikazzjonijiet u distanzi tat-trażmissjoni possibbli, u b’hekk jinfluwenzaw l-analiżi tax-xenarji. L-aktar mezzi komuni li jintużaw għall-irkupru tas-sħana residwa jinkludu:

egżosts tal-kombustjoni minn fran li jdewbu l-ħġieġ, fran tas-siment, inċineraturi tad-dħaħen, fran u bojlers reverbatorji tal-aluminju;

effluwenti gassużi tal-proċessi minn fran tal-ark elettriċi tal-azzar, fran reverbatorji tal-aluminju, u fran tat-tnixxif u tal-ħami; u

ilma tat-tberrid minn fran, kumpressuri tal-arja u magni b’kombustjoni interna.

Il-fwar rari jidher bħala sħana residwa, minħabba li normalment jiġi ġġenerat fuq talba u joħroġ bħala egżost jew jiġi kkondensat matul il-proċess.

It-tabella t’hawn taħt tagħti kategorizzazzjoni indikattiva tas-sħana u l-kesħa abbażi tal-livell tat-temperatura u telenka applikazzjonijiet komuni tas-sħana. Dan japplika kemm għas-sħana residwa kif ukoll għal dik utli, irrispettivament mill-fjuwil li jintuża biex tiġi prodotta.

Kategorija

Medju

Intervall tat-temperatura ( °C)

Applikazzjonijiet komuni

sħana ta’ grad għoli

tisħin dirett permezz ta’ konvezzjoni (ibbażat fuq il-fjammi), ark elettrika, ibbażat fuq iż-żejt, eċċ

>500

azzar, siment, ħġieġ

sħana ta’ grad medju

fwar bi pressjoni għolja

150-500

proċessi tal-fwar fl-industrija tal-kimika

sħana ta’ grad medju/baxx

fwar bi pressjoni medja

100-149

proċessi tal-fwar fl-industrija tal-karti, tal-ikel, tal-kimika, eċċ.

sħana ta’ grad baxx

ilma sħun

40-99

tisħin tal-post, proċessi fl-industrija tal-ikel, eċċ.

tkessiħ

ilma

0 — ambjent

tkessiħ tal-post, proċessi fl-industrija tal-ikel, eċċ.

refriġerazzjoni

refriġerant

<0

refriġerazzjoni fl-industrija tal-ikel, tal-kimika

5.   Ir-rapportar dwar is-sħana residwa għall-punt 2(c) tal-Anness VIII tal-EED

L-RED (3) tagħmel rabta mill-qrib bejn l-effiċjenza u l-enerġija rinnovabbli, u tqis li t-tnejn li huma jistgħu jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-mira indikattiva ta’ sehem akbar annwali ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ.

L-RED (4) tiddefinixxi s-sħana residwa bħala “sħana jew kesħa inevitabbli ġġenerata bħala prodott sekondarju f'installazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew f'settur terzjarju, li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, fejn ikun intuża jew ser jintuża l-proċess ta' koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli”.

Għall-finijiet tar-rapportar tas-sehem storiku tal-enerġija mis-sħana jew il-kesħa residwa (5) matul l-aħħar 5 snin (il-punt 2(c), is-sħana jew il-kesħa residwa fil-konsum finali tal-enerġija tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali biss tista’ tiġi kkunsidrata.


(1)  It-“tkessiħ rinnovabbli” għandu jiġi identifikat skont il-metodoloġija komuni biex tiġi kkalkolata l-kwantità tal-enerġija rinnovabbli li tintuża għat-tkessiħ u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 35 tar-RED), ladarba tkun stabbilita. Sa dak iż-żmien, għandha tintuża metodoloġija nazzjonali xierqa.

(2)  Sħana residwa mill-industrija għat-tisħin distrettwali (Gwida tal-Kummissjoni)

https://publications.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/2fcd5481-ac79-4e8f-9aaa-ed88a38444db

(3)  L-Artikolu 23 tal-RED (l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ) jistabbilixxi miri indikattivi u jirregola l-kontabbiltà tal-enerġija rinnovabbli u s-sħana jew il-kesħa residwa.

(4)  L-Artikolu 2(9) tal-RED.

(5)  F’dan l-Anness, “sħana u kesħa residwi” u “sħana u kesħa żejda” huma ttrattati bħala sinonimi. Fil-parti l-kbira tagħha, is-sħana residwa hija s-sħana li jifdal minn ċiklu termodinamiku li tkun emessa fl-ambjent sakemm ma tinqabadx u tiġi fornuta għal użu barra mill-post. Parti minnha tista’ tintuża barra mill-post jekk jinstab dissipatur tas-sħana xieraq. Din tista’ tiġi fornuta f’netwerk tas-sħana jew f’sit industrijali ieħor. Il-parti tas-sħana jew tal-kesħa residwa li tiġi distribwita permezz ta’ sistema distrettwali tista’ tiġi rrapportata għall-finijiet tal-punt 2(c) fl-Anness VIII tal-EED.


ANNESS V

ANALIŻI FINANZJARJA U EKONOMIKA TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

1.   Deskrizzjoni

CBA hija approċċ analitiku essenzjali biex tiġi vvalutata l-bidla fil-benessri attribwibbli għal deċiżjoni ta’ investiment. Din tinvolvi li jiġu vvalutati l-bidliet fil-kostijiet u l-benefiċċji bejn xenarju bażi u xenarju alternattiv. Imbagħad, ir-riżultati għandhom jiġu integrati f’qafas komuni biex jitqabblu maż-żmien u jitnisslu konklużjonijiet dwar il-profitabbiltà tagħhom.

Skont l-Anness VIII tal-EED, is-CBA għandha tinkludi:

analiżi ekonomika – din tqis fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali u tkopri l-bidliet fil-benessri tas-soċjetà kollha kemm hi (jiġifieri l-livell ta’ prosperità u l-istandard tal-għajxien), li jistgħu jiġu marbuta mal-benessri. B’mod ġenerali, analiżi ekonomika ntużat biex tappoġġa t-tfassil tal-politika; u

analiżi finanzjarja – din tieħu perspettiva ta’ investitur privat, billi tuża l-approċċ tal-fluss tal-flus konvenzjonali u skontat biex tivvaluta r-redditi netti.

Il-fatt li titwettaq analiżi miż-żewġ perspettivi jagħmilha possibbli biex jiġu identifikati l-oqsma li fihom il-politika tista’ telimina d-distakki bejn il-ħtieġa tas-soċjetà u l-vijabbiltà/l-adegwatezza finanzjarja ta’ inizjattiva. Imbagħad, dawk li jfasslu l-politika jadottaw miżuri biex jappoġġjaw jew jippromwovu (eż. permezz ta’ obbligi, inċentivi ekonomiċi, eċċ.) inizjattiva u jeliminaw mekkaniżmi ta’ appoġġ meta l-evalwazzjoni turi li mhumiex iġġustifikati f’termini soċjali.

Is-CBA hija bbażata fuq analiżi dwar il-fluss tal-flus skontat, fejn l-analista:

jiddetermina x-xenarju bażi u alternattiv għal kull konfini tas-sistema tal-enerġija;

jikkwantifika u jwettaq monetizzazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji rispettivi tagħhom (billi jqis ukoll id-distribuzzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji matul il-perjodu taż-żmien tal-analiżi); u

jivvaluta l-bidliet bejn il-linja bażi u kull xenarju alternattiv.

Ladarba tinġabar informazzjoni dwar il-kostijiet totali u l-benefiċċji totali, il-kriterji tal-evalwazzjoni (f’dan il-każ, l-NPV) jintużaw biex jiġi vvalutat ir-redditu fuq id-diversi xenarji alternattivi.

2.   Analiżi finanzjarja

L-analiżi finanzjarja għandha tqis:

il-flussi tal-flus eżoġeni u endoġeni biss; l-entrati kontabilistiċi li ma jikkorrispondux għall-flussi attwali (jiġifieri deprezzament, riżervi, eċċ.) jiġu injorati;

prezzijiet (reali) kostanti ffissati f’sena bażi jew prezzijiet (nominali) kurrenti, sabiex jitnaqqsu l-inċertezza u l-kumplessità;

indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (CPI) ta’ tbassir;

VAT fuq il-kostijiet u d-dħul (sakemm din tista’ tiġi rkuprata mill-promotur tal-proġett); u

taxxi diretti fuq il-prezzijiet tal-inputs (jiġifieri l-elettriku, il-manodopera, eċċ.).

Il-benefiċċji li għandhom jiġu inklużi huma:

id-dħul mill-bejgħ tal-enerġija;

id-sussidji; u

l-valuri residwi.

Il-kostijiet għandhom jinkludu:

il-kostijiet kapitali tat-teknoloġija tat-tisħin u t-tkessiħ;

il-kostijiet tal-operat u tal-manutenzjoni tagħha; u

l-kostijiet tas-CO2.

Rata ta’ skont finanzjarju (FDR) tintuża biex jiġi rifless il-kost tal-għażla tal-kapital, jiġifieri r-redditu potenzjali li jirriżulta meta jiġi investit l-istess kapital fi proġett alternattiv. Bħala indikatur tal-perċezzjoni tar-riskju, dan jista’ jvarja skont il-perspettiva ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u bejn it-teknoloġiji (ara t-taqsima 4).

3.   Analiżi ekonomika

L-analiżi ekonomika għandha tinkludi mill-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji tal-punt 8(b) tal-Anness VIII tal-EED, fosthom

il-valur tal-output lill-konsumatur;

il-kostijiet tal-kapital tal-impjanti;

it-tagħmir u n-netwerks tal-enerġija assoċjati;

il-kostijiet varjabbli u fissi tat-tħaddim; u

l-kostijiet tal-enerġija.

Il-potenzjal ekonomiku huwa subsett ta’ potenzjal tekniku li huwa ekonomikament kosteffikaċi meta mqabbel ma’ riżorsi tal-enerġija konvenzjonali tan-naħa tal-provvista. Ix-xenarji alternattivi huma mibnija biex jittestjaw l-effetti li jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ diversi soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi koperta d-domanda għas-sħana. Dawk il-partijiet tal-potenzjal li jipprovdu NPV pożittiv meta mqabbla max-xenarju bażi jindikaw kosteffettività u għalhekk jikkostitwixxu l-potenzjal ekonomiku ta’ dik it-teknoloġija.

Għal xenarji alternattivi b’riżultati simili, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, iffrankar tal-enerġija primarja jew indikaturi ewlenin oħra jistgħu jintużaw bħala kriterji addizzjonali biex jiġi appoġġat it-teħid tad-deċiżjonijiet. Ladarba l-aktar soluzzjonijiet kosteffiċjenti jiġu identifikati fil-livell tal-konfini tas-sistema, dawn jistgħu jiġu aggregati biex jiġi ddeterminat l-aktar potenzjal kosteffettiv fil-livell nazzjonali.

Ir-rata ta’ skont soċjali (SDR) li tintuża għall-analiżi ekonomika tirrifletti l-perspettiva tas-soċjetà fir-rigward ta’ kif il-benefiċċji u l-kostijiet futuri għandhom jiġu stmati meta mqabbla ma’ dawk preżenti (ara t-taqsima 4).

Għalkemm l-analiżi ekonomika ssegwi l-istess rotta bħall-analiżi finanzjarja, hemm għadd ta’ differenzi importanti ħafna; b’mod partikolari, f’analiżi ekonomika:

għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet fiskali, peress li qed nittrattaw primarjament trasferimenti bejn l-aġenti fi ħdan l-ekonomija li ma jirriflettux l-impatti reali fuq il-benessri ekonomiku;

il-prezzijiet tal-inputs (inkluża l-manodopera) ma jinkludux taxxi diretti;

is-sussidji mhumiex inklużi, minħabba li dawn huma trasferimenti bejn l-aġenti u ma jaffettwawx il-benessri ekonomiku tas-soċjetà kollha kemm hi;

it-trasferimenti tal-ġid mill-kontribwenti lill-kumpaniji u l-impatti relatati fuq is-soċjetà u l-benessri huma ta’ piż għas-soċjetà u għandhom jiġu kkunsidrati; u

l-esternalitajiet u l-impatti fuq il-benessri tas-soċjetà għandhom jiġu stmati (1); l-esternalitajiet ewlenin li għandhom jitqiesu huma:

o l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-kombustjoni tal-fjuwils; u

o l-impatt makroekonomiku tal-investiment fis-sistema tal-enerġija.

4.   Rati ta’ skont finanzjarju u soċjali

L-istima tal-NPV tirrikjedi li tintuża “rata ta’ skont”, parametru li jirrifletti l-valur għas-soċjetà ta’ kostijiet u benefiċċji futuri, meta mqabbla ma’ dawk preżenti. Ir-rati ta’ skont jintużaw biex il-kostijiet u l-benefiċċji futuri jiġu kkonvertiti fil-valur preżenti tagħhom, filwaqt li jippermettu li jsir tqabbil tul iż-żmien.

Jintużaw żewġ rati ta’ skont:

rata ta’ skont finanzjarju (FDR) – din tintuża f’analiżi finanzjarja biex jiġi rifless il-kost tal-għażla tal-kapital, jiġifieri r-redditu potenzjali li seta’ jinkiseb kieku ġie investit l-istess kapital fi proġett alternattiv. Din tista’ tvarja skont:

il-perspettiva ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet – partijiet ikkonċernati differenti (eż. industriji, intrapriżi tas-servizzi u sidien tad-djar) jista’ jkollhom aspettattivi u kostijiet tal-għażla differenti fir-rigward tal-kapital disponibbli tagħhom; u

t-teknoloġija, minħabba li hija indikatur tal-perċezzjoni tar-riskju; u

rata ta’ skont soċjali (SDR) – din tintuża fl-analiżi ekonomika biex tirrifletti l-perspettiva tas-soċjetà fir-rigward ta’ kif il-benefiċċji u l-kostijiet futuri għandhom jiġu stmati meta mqabbla ma’ dawk preżenti.

Għall-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni (2) tissuġġerixxi li jintużaw żewġ SDRs ta’ punti ta’ riferiment: 5 % għall-pajjiżi ta’ koeżjoni u 3 % għall-oħrajn. Din tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri jipprovdu l-punti ta’ riferiment tagħhom stess għall-SDR. Dawk l-Istati Membri li għandhom il-valuri tagħhom stess jistgħu jużawhom għas-CBA; dawk li m’għandhomx jistgħu jużaw il-valuri ta’ referenza. Peress li dawn huma previsti għall-2014-2020, l-impatt ta’ bidla potenzjali fl-SDR ta’ wara l-2020 jista’ jiġi analizzat fl-analiżi tas-sensittività.


(1)  Dawn ma jiġux ikkunsidrati fl-analiżi finanzjarja, peress li ma jiġġenerawx fluss tal-flus reali għall-investituri.

(2)  Gwida għall-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ investiment;

https://ec.europa.eu/inea/sites/inea/files/cba_guide_cohesion_policy.pdf


ANNESS VI

L-ISPEJJEŻ ESTERNI TAL-ANALIŻI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

1.   Deskrizzjoni

Il-produzzjoni tal-enerġija għandha firxa ta’ impatti ambjentali relatati mat-tniġġis, l-użu tal-art u l-konsum tar-riżorsi (eż. il-fjuwil, l-ilma); dawn jaffettwaw il-benessri tas-soċjetà. Hemm diversi metodi biex jiġi stmat il-valur monetarju tal-impatti ambjentali sabiex jiġu kkunsidrati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (1) (2).

2.   Il-valutazzjoni tal-valur ambjentali

Il-valutazzjoni tal-valur ambjentali tagħmel użu intensiv minn data u riżorsi. Din tista’ tiġi ffaċilitata mill-użu ta’ bażijiet tad-data li jipprovdu “fatturi ta’ ħsara ambjentali” li jinkludu informazzjoni dwar il-ħsara ambjentali kkawżata, pereżempju, minn kull unità addizzjonali ta’ enerġija prodotta permezz ta’ ċerta teknoloġija.

Dawn il-fatturi jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat l-impatt fuq is-saħħa u l-ambjent f’kull xenarju. Meta dawn ikunu espressi għal kull unità addizzjonali ta’ enerġija prodotta, il-ħsara ambjentali tax-xenarju tirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn teknoloġija partikolari b’fattur ta’ ħsara għal kull unità ta’ enerġija prodotta minn dik it-teknoloġija, kif ġej:

Formula

fejn:

[ENVy,t ] Scen. hija l-ħsara ambjentali assoċjata mal-enerġija prodotta mit-teknoloġija y, fis-sena t, f’xenarju speċifiku [EUR];

[Ey,t ] Scen. hija l-enerġija prodotta mit-teknoloġija y, fis-sena t, f’xenarju wieħed [MWh]; u

DFy hija l-ħsara ambjentali għal kull unità ta’ enerġija prodotta mit-teknoloġija y [EUR/MWh].

Il-ħsara ambjentali f’xenarju fi kwalunkwe sena partikolari se tkun is-somma ta’ dak iġġenerat mill-produzzjoni mit-teknoloġiji kollha li jintużaw f’dak ix-xenarju f’dik is-sena:

Formula

Aktar informazzjoni tista’ tinstab f’rapporti li jipprovdu fatturi ta’ ħsara ambjentali għall-kategoriji tal-impatt ambjentali li ġejjin: it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fl-ożonu, l-aċidifikazzjoni terrestri, l-ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu, it-tossiċità fil-konfront tal-bniedem, formazzjoni ta’ materja partikolata, l-okkupazzjoni ta’ art agrikola, l-okkupazzjoni ta’ art urbana, it-tnaqqis tar-riżorsi tal-enerġija, eċċ.

Dawn il-valuri jistgħu jvarjaw maż-żmien minħabba tibdil f’parametri differenti (eż. id-densità tal-popolazzjoni, it-tagħbija tat-tniġġis ġenerali tal-atmosfera). L-impatt ta’ tali tibdil jista’ għalhekk jiġi vvalutat bħala parti mill-analiżi tas-sensittività.

Il-modifiki fid-disinn tat-teknoloġiji u l-fatturi speċifiċi għall-pajjiżi bħat-taħlita tal-enerġija se jkollhom ukoll impatt fuq il-kostijiet ambjentali esterni (3) (4).

L-analiżi finanzjarja tqis il-kostijiet tal-emissjonijiet tas-CO2 minn installazzjonijiet koperti mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS), peress li dawn ġew internalizzati fil-prezzijiet tas-suq għas-CO2. Il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima jista’ jkun ibbażat fuq approċċ tal-kost tal-ħsara li jipprovdi valuri ogħla għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet.

Irrispettivament mill-approċċ li jintuża, meta ssir l-analiżi ekonomika minflok dik finanzjarja, il-kostijiet tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jitneħħew biex jiġi evitat l-għadd doppju.

2.1   Eżempji

Meta jiġi vvalutat l-impatt ambjentali tal-kapaċità CHP addizzjonali fix-xenarju alternattiv, għandu jitqies l-effett ambjentali tal-bidliet fil-produzzjoni tal-elettriku:

il-kostruzzjoni ta’ impjanti CHP ġodda – l-impatt taż-żewġ prodotti tal-enerġija li jinkisbu bħala output (is-sħana u l-elettriku) għandu jiġi kkunsidrat (billi jintużaw il-fatturi ta’ ħsara). Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-kostijiet tal-ħsara ambjentali evitata li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-istess ammont ta’ elettriku u sħana permezz ta’ teknoloġija oħra;

il-konverżjoni tal-impjanti tal-enerġija eżistenti f’CHP – jista’ jiġi preżunt li l-konsum tal-fjuwil tal-impjanti u l-impatt ambjentali tagħhom fir-rigward tax-xenarju bażi se jibqa’ kostanti, u għalhekk mhuwiex meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni. Għandu jiġi vvalutat biss l-impatt ambjentali tal-elettriku addizzjonali li għandu jiġi fornut permezz ta’ teknoloġija oħra.

3.   Esternalitajiet fuq il-benessri tas-soċjetà

Huwa meħtieġ li jiġu stmati l-esternalitajiet u l-impatti pożittivi u negattivi fuq il-benessri tas-soċjetà. Dawn ma jitqisux fl-analiżi finanzjarja peress li ma jiġġenerawx fluss tal-flus reali għall-investituri. L-esternalitajiet ewlenin f’termini kemm tal-kostijiet kif ukoll tal-benefiċċji jinkludu:

il-kwalità tal-arja u l-impatti fuq is-saħħa;

is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-konfront tal-konsumaturi, jekk ma tiġix internalizzata permezz ta’ mekkaniżmi tas-suq (eż. il-valur tal-flessibbiltà, it-tariffi tal-grilja);

l-investimenti u/jew l-iffrankar fl-infrastruttura tal-enerġija;

l-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza fir-riżorsi;

impatti ambjentali usa’;

il-kompetittività industrijali permezz ta’ effiċjenza fl-enerġija akbar fit-tisħin u t-tkessiħ; u

it-tkabbir u l-impjiegi.


(1)  Gwida għall-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ investiment;

https://ec.europa.eu/inea/sites/inea/files/cba_guide_cohesion_policy.pdf

(2)  Zvingilaite, E., Esternalitajiet tas-saħħa u ffrankar tas-sħana fl-immudellar tas-sistema tal-enerġija (Kgs. Lyngby, DTU, 2013).

(3)  Proġett ExternE-Pol tal-Kummissjoni Ewropea

(4)  Is-sussidji u l-kostijiet tal-enerġija tal-UE – rapport finali (Ecofys, 2014).


ANNESS VII

MUDELL TA’ RAPPORTAR VOLONTARJU GĦALL-VALUTAZZJONIJIET KOMPRENSIVI TAL-POTENZJAL TAL-EFFIĊJENZA GĦAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

Il-formoli li ġejjin huma disponibbli fuq is-sit web Europa tad-DĠ ENER (https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-efficiency/heating-and-cooling) u fuq talba lil ENER-EED-REPORTING@ec.europa.eu.

Image 13 Image 14 Image 15 Image 16 Image 17 Image 18 Image 19 Image 20

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/121


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1660

tal-25 ta’ Settembru 2019

dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. L-unjoni tal-enerġija tistabbilixxi objettivi ambizzjużi għall-Unjoni. B’mod partikolari din għandha l-għan li: (i) tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990, (ii) iżżid il-proporzjon ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli sa mill-inqas 32 %, u (iii) tiffranka l-enerġija, biex b’hekk ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“EED”), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tistabbilixxi mira ewlenija tal-effiċjenza fl-enerġija b’iffrankar ta’ mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

(2)

It-tisħin u t-tkessiħ huma l-aktar sors sinifikanti tal-konsum finali tal-enerġija u jirrappreżentaw madwar 50 % tad-domanda totali tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea. 80 % ta’ dan jintuża fil-bini. Għalhekk, il-kisba tal-Unjoni tal-miri tal-enerġija u tal-klima tagħha hija influwenzata bil-kbir mill-isforzi tagħha biex tirrinnova l-istokkijiet tal-bini u biex tippromwovi tħaddim u użu aktar ottimali tal-bini.

(3)

L-informazzjoni ċara u fil-ħin u l-kontijiet tal-enerġija bbażati fuq il-konsum reali jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi biex jieħdu sehem attiv fit-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ. Aktar minn 40 % tal-abitazzjonijiet fl-Unjoni jinsabu f’binjiet b’ħafna familji jew fi djar li jmissu ma’ bini fuq naħa waħda biss, u bosta minnhom għandhom sistemi kollettivi għall-provvista tat-tisħin tal-ispazju jew għall-preparazzjoni tal-ilma sħun domestiku. Għalhekk huwa importanti li l-okkupanti ta’ abitazzjonijiet bħal dawn ikollhom informazzjoni preċiża, affidabbli, ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija, irrispettivament minn jekk għandhomx relazzjoni kuntrattwali diretta jew individwali ma’ fornitur tal-enerġija.

(4)

L-EED hija l-leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni li tindirizza l-kejl u l-kontijiet tal-provvisti tal-enerġija termali. Fl-2018, l-EED ġiet emendata. Wieħed mill-għanijiet tal-emenda kien li jiġu ċċarati u msaħħa r-regoli applikabbli dwar il-kejl u l-kontijiet.

(5)

Il-kjarifiki jinkludu l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “utenti finali” flimkien mal-kunċett ta’ “klijent finali” li diġà intużaw fl-EED biex jiġi ċċarat li d-drittijiet għall-informazzjoni dwar il-kontijiet u il-konsum japplikaw ukoll għall-konsumaturi mingħajr kuntratti individwali jew diretti mal-fornitur tal-enerġija li tintuża għas-sistemi kollettivi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku f’binjiet b’ħafna okkupanti.

(6)

Il-bidliet jespliċitaw ukoll ir-rekwiżit li l-Istati Membri jippubblikaw kriterji, metodoloġiji u proċeduri użati biex jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżit ġenerali għall-kejl separat fil-binjiet b’ħafna okkupanti, u li jiċċaraw ir-rekwiżit mingħajr kundizzjonijiet biex l-ilma sħun domestiku jitkejjel individwalment fil-partijiet residenzjali tal-binjiet il-ġodda b’ħafna okkupanti.

(7)

Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ regoli trasparenti u disponibbli pubblikament dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għall-binjiet b’ħafna appartamenti u għall-binjiet b’diversi użi minħabba li dawn huma importanti biex ikun hemm eżiti ġusti u biex jiġu stabbiliti inċentivi adegwati fost l-okkupanti ta’ binjiet bħal dawn.

(8)

Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-kejl u tal-kontijiet f’termini tal-bidla fl-imġiba li jistgħu jikkawżaw, u l-iffrankar enerġetiku konsegwenti, l-EED riveduta fiha wkoll rekwiżiti aktar ċari għal informazzjoni aktar utli u kompluta dwar il-kontijiet ibbażata fuq data dwar il-konsum bil-korrezzjonijiet tal-klima. Din tinkludi tqabbil rilevanti u elementi ġodda bħal pereżempju informazzjoni dwar it-taħlita enerġetika relatata u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, u dwar il-proċeduri ta’ lmenti jew il-mekkaniżmi disponibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim.

(9)

Fl-istess ħin, rekwiżiti aktar stretti għal informazzjoni frekwenti dwar il-kontijiet u l-konsum kull fejn l-apparati li jinqraw mill-bogħod huma kkombinati ma’ regoli li jiżguraw it-tranżizzjoni gradwali għal arloġġi li jinqraw mill-bogħod u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandhom l-għan li jiżguraw li eventwalment ikun hemm informazzjoni aktar fil-ħin u frekwenti disponibbli għall-utenti finali kollha.

(10)

L-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-dispożizzjonijiet relatati mal-kejl u mal-kontijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2002 sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru 2020.

(11)

L-EED tagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni tas-sett rivedut ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-kejl u tal-kontijiet, billi tippermettilhom jagħmlu dan b’mod li jaqbel l-aħjar maċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom, inkluż il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-mudelli tas-sjieda tal-proprjetà u tal-kera u l-istokkijiet tal-bini. Din ir-Rakkomandazzjoni tispjega r-rekwiżiti emendati u turi kif jistgħu jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva. B’mod partikolari għandha l-għan tiżgura fehim uniformi tal-EED fl-Istati Membri kollha hekk kif iħejju l-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom.

(12)

Il-gwida pprovduta b’din ir-Rakkomandazzjoni tikkomplementa u tieħu post parzjalment il-gwida li nħarġet qabel mill-Kummissjoni b’rabta mal-Artikoli 9-11 tal-EED (3).

(13)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx l-effetti legali tal-EED u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-EED kif ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet relatati mal-kejl u mal-kontijiet u tikkonċerna l-Artikoli 9a, 9b, 9c, 10a, 11a tal-EED u l-Anness VIIa tagħha.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Jenħtieġ li l-Istati Membri jsegwu l-linji gwida pprovduti fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni meta jittrasponu r-rekwiżiti introdotti mid-Direttiva (UE) 2018/2002 u stabbiliti fl-Artikoli 9a, 9b, 9c, 10a, 11a tal-EED u l-Anness VIIa tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(3)  COM(2013) 762 final u SWD(2013) 448 final, Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Kuntest legali u politiku

L-Artikoli 9, 10 u 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (“l-EED”) ikopru l-kejl tal-konsum u l-kontijiet tal-konsum tal-enerġija individwali. Il-bidliet relatati mal-kejl tal-konsum u l-kontijiet introdotti bir-reviżjoni tal-EED permezz ta’ Direttiva emendatorja (1) essenzjalment jinkludu:

iż-żieda ta’ dispożizzjonijiet legali ġodda speċifikament applikabbli għall-enerġija termali, jiġifieri l-Artikoli 9a, 9b, 9c, 10a, 11a u l-Anness VIIa, u

it-tneħħija tal-enerġija termali mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet oriġinali tal-EED (l-Artikoli 9, 10, 11 u l-Anness VII).

Fir-rigward tal-kejl tal-konsum u l-kontijiet tal-elettriku, il-korp eżistenti tad-dritt tal-UE ġie konsolidat f’riformulazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Elettriku li ġiet adottata wkoll bħala parti mill-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha.

Għall-gass, il-leġiżlatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) inkluda bħala parti mir-reviżjoni tal-EED, klawsola ta’ rieżami fl-Artikolu 24(14) sabiex jiġi żgurat li l-każ għal bidliet simili jitqies abbażi ta’ valutazzjoni jew proposta mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.

Fil-qosor, l-EED riveduta sostanzjalment timmodifika d-dispożizzjonijiet dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-enerġija termali. Għall-elettriku, dawn id-dispożizzjonijiet jibqgħu l-istess sakemm id-dispożizzjonijiet ġodda fir-Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Elettriku jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021 (2); għall-gass dawn jibqgħu l-istess kemm-il darba u sakemm il-leġiżlatur ma jadottax aktar bidliet.

1.2.   Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskop ta’ dan id-dokument

L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiffaċilita l-applikazzjoni effettiva u koerenti tad-dispożizzjonijiet tal-EED dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet tal-enerġija termali. Din parzjalment tissupplimenta u parzjalment tissostitwixxi l-gwida li diġà ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.

In-nota ta’ gwida tal-2013 tal-Kummissjoni dwar l-Artikoli 9-11 (3) tibqa’ rilevanti għall-elettriku u għall-gass, peress li għalissa d-dispożizzjonijiet oriġinali tal-EED dwar l-elettriku u l-gass jibqgħu fis-seħħ. Madankollu, għall-enerġija termali, inbidlu jew ġew ikkjarifikati bosta affarijiet, u għalhekk in-nota tal-2013 se tkun biss parzjalment rilevanti ladarba tkun għaddiet l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet riveduti (25 ta’ Ottubru 2020) (4).

Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll gwida speċifika għall-kejl separat tal-konsum tal-enerġija termali f’binjiet b’aktar minn unità waħda (5). L-approċċ ġenerali ta’ din il-gwida jibqa’ validu, kif jibqgħu l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

1.3.   Ħarsa ġenerali lejn il-bidliet relatati mal-kejl tal-konsum u l-kontijiet tal-enerġija termali

Id-differenzi ewlenin introdotti fl-EED riveduta għar-rekwiżiti tal-kejl tal-konsum u l-kontijiet għall-provvisti tal-enerġija termali huma kif ġej:

L-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “utenti aħħarin” flimkien mal-kunċett eżistenti ta’ “klijent aħħari”. B’mod partikolari, din għandha l-għan li tikkjarifika li d-drittijiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum (l-Artikolu 10a) japplikaw ukoll għall-konsumaturi mingħajr kuntratti individwali jew diretti mal-fornitur tal-enerġija li jintużaw f’sistemi kollettivi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-produzzjoni tal-ilma sħun f’binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed.

Distinzjoni aktar ċara bejn il-kejl tal-konsum u l-kejl separat tal-konsum (l-Artikoli 9a u 9b rispettivament).

Rekwiżit espliċitu għall-Istati Membri biex jippubblikaw il-kriterji, il-metodoloġiji u l-proċeduri li jintużaw biex jingħataw eżenzjonijietmir-rekwiżit ġenerali għall-kejl separat tal-konsum f’binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed (l-Artikolu 9b(1)).

Rekwiżit ikkjarifikat u inkondizzjonat biex l-ilma sħun domestiku jitkejjel b’mod separat fil-partijiet residenzjali ta’ binjiet ġodda b’aktar minn appartament jew użu wieħed (l-Artikolu 9b(2)).

Rekwiżit obbligatorju ġdid għall-Istati Membri biex ikollhom fis-seħħ regoli trasparenti u disponibbli għall-pubbliku dwar l-allokazzjoni tal-ispiża (l-Artikolu 9b(3)).

L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għall-qari mill-bogħod fir-rigward tal-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin (l-Artikolu 9c).

Rekwiżiti msaħħa għal informazzjoni frekwenti dwar il-kontijiet u l-konsum kull fejn ikunu disponibbli apparati li jinqraw mill-bogħod (darbtejn jew erba’ darbiet fis-sena mill-25 ta’ Ottubru 2020 u kull xahar mill-1 ta’ Jannar 2022) (l-Artikolu 10a u l-Anness VIIa).

Introduzzjoni ta’ informazzjoni aktar utli u kompluta dwar il-kontijiet abbażi ta’ data dwar il-konsum korretta għall-klima u inkluż tqabbil rilevanti u elementi ġodda bħal informazzjoni dwar it-taħlita tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra relatati, u dwar il-proċeduri tal-ilmenti jew il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim disponibbli (l-Anness VIIa).

2.   OBBLIGU GĦALL-KEJL TAL-KONSUM (L-ARTIKOLU 9a)

L-Artikolu 9a l-ġdid huwa magħmul minn żewġ paragrafi, li kull wieħed minnhom jiżviluppa rekwiżit simili fl-EED oriġinali, jiġifieri l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 9(1) u 9(3). Flimkien dawn jikkostitwixxu l-obbligu ġenerali biex titkejjel il-provvista tal-enerġija termali.

L-Artikolu 9a(1) jinkludi r-rekwiżit ġenerali biex jiġi żgurat li l-klijenti aħħarin (6) jingħataw arloġġi (7) li jirriflettu b’mod preċiż il-konsum tal-enerġija reali tagħhom. Għall-kuntrarju tal-Artikolu 9(1) tal-EED oriġinali, dan ir-rekwiżit mhuwa soġġett għall-ebda kundizzjoni. Id-dispożizzjoni ma tinkludix rekwiżit biex l-arloġġ jipprovdi informazzjoni dwar il-ħin tal-użu reali.

L-Artikolu 9a(2) jinkludi rekwiżit aktar speċifiku biex arloġġ jiġi installat fl-iskambjatur tas-sħana jew fil-punt tal-konsenja meta l-enerġija termali tiġi fornuta f’bini minn sors ċentrali li jforni diversi binjiet jew minn sistema tat-tisħin distrettwali jew tat-tkessiħ distrettwali.

Din id-dispożizzjoni diġà ġiet inkluża fl-Artikolu 9(3) tal-EED oriġinali.

F’bosta sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti taż-żewġ dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq jikkoinċidu u jwasslu għall-istess eżitu: dan huwa l-każ meta klijent aħħari jiġi fornut b’enerġija termali esklussivament għal finijiet relatati ma’ bini wieħed (tipikament għat-tisħin tal-post u l-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku). Dan il-każ japplika wkoll meta bini jinqasam f’diversi unitajiet li kull waħda minnhom ikollha skambjatur/substazzjon tas-sħana tagħha stess u meta l-okkupant ta’ kull unità jkun klijent aħħari bil-kuntratt proprju u dirett tiegħu/tagħha man-netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali (8). F’dawn iż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a jimplikaw il-ħtieġa biex jiġi installat arloġġ fil-punt tal-konsenja/tal-iskambjatur tas-sħana għall-bini ta’ kull klijent aħħari individwali.

Madankollu, ir-rekwiżiti huma wkoll komplementari. Fil-prinċipju, il-konsum jista’ jseħħ barra mill-bini, pereżempju għal finijiet ta’ sħana tul il-proċessi f’sit industrijali. Skont l-Artikolu 9a(1), provvista bħal din għandha titkejjel ukoll. Bl-istess mod, xi klijenti aħħarin jistgħu jirċievu provvisti għal diversi binjiet. Pereżempju, klijent aħħari jista’ jirċievi provvisti f’diversi binjiet mill-istess netwerk tat-tisħin distrettwali. Jekk dawn kollha jkunu konnessi man-netwerk permezz ta’ punt uniku, l-Artikolu 9a(1) minnu nnifsu jkun jirrikjedi biss arloġġ wieħed. Madankollu, f’tali każijiet, l-Artikolu 9a(2) huwa maħsub biex jiżgura li jiġi ddeterminat ukoll il-konsum individwali ta’ kull bini (9). Eżempju ieħor jista’ jkun sit kbir, pereżempju bażi militari, bl-impjant tiegħu stess iforni t-tisħin, it-tkessiħ, jew l-ilma sħun domestiku lil diversi binjiet fuq is-sit. F’dan il-każ, l-Artikolu 9a(2) (iżda mhux l-Artikolu 9a(1) ikun rilevanti.

Is-sitwazzjonijiet li jinvolvu sistemi ta’ ħażna termali jistgħu jqajmu mistoqsijiet partikolari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 9a. Sitwazzjoni fejn aktar minn klijent aħħari wieħed, utent aħħari jew bini konness ma’ sistema ta’ ħażna tal-enerġija termali tal-akwifer (ATES) jiġi fornut bis-sħana minn sors taħt l-art ġeotermali fil-baxx u kollettiv tista’ sservi bħala eżempju. F’tali każ, is-sistema m’għandhiex neċessarjament titqies bħala tisħin distrettwali skont l-Artikolu 9a(1) (10) u lanqas bħala sors ċentrali ta’ tisħin jew ilma sħun domestiku skont l-Artikolu 9a(2) dment li:

is-sħana tiġi fornuta b’temperatura li teħtieġ li tiġi aġġornata permezz ta’ pompi tas-sħana individwali biex tkun utli għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku, u

l-enerġija meħtieġa biex jitħaddmu l-pompi tas-sħana ma tagħmilx parti mis-servizz iżda titħallas b’mod individwali minn kull klijent aħħari jew utent aħħari (11).

F’dan il-każ, il-kejl tal-konsum tas-sħana b’temperatura baxxa mhuwiex meħtieġ skont l-Artikolu 9a.

Bl-istess mod, meta tali sistema tkun reversibbli u tipprovdi wkoll tkessiħ, il-kejl tal-konsum tal-kesħa rkuprata mill-ħażna taħt l-art mhuwiex meħtieġ skont l-Artikolu 9a, jekk tali operazzjoni tkun meħtieġa għal riġenerazzjoni staġjonali tas-sors tas-sħana u jekk is-sors tal-kesħa jiġi riġenerat esklussivament minn operazzjonijiet tat-tisħin/tat-tkessiħ alternanti (staġjonalment) (12).

Fl-aħħar, kunsiderazzjonijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa f’sitwazzjonijiet fejn l-enerġija termali fil-forma ta’ ilma sħun domestiku diġà mħejji jiġi fornut minn sistema ta’ tisħin distrettwali jew sors estern simili f’bini b’aktar minn appartament jew użu wieħed fejn l-okkupanti jkunu klijenti aħħarin individwalment tal-fornitur. F’dan il-każ, u minħabba li l-EED ma tispeċifikax jekk arloġġ tas-sħana jew tal-ilma huwiex meħtieġ għall-ilma sħun domestiku, l-arloġġi tal-ilma fl-appartamenti individwali jistgħu fil-prinċipju jkunu suffiċjenti jekk il-punti ta’ konsenja jitqiesu li huma l-viti jew il-bokok f’kull appartament/unità. Madankollu, dan jippresupponi li l-fornitur tal-enerġija għandu r-responsabbiltà unika għal kwalunkwe telf termali li jseħħ sa dawk il-punti ta’ konsenja fil-bini. Jekk dan tal-aħħar ma jkunx il-każ, u minħabba li t-telf tal-enerġija termali fin-netwerks tat-tisħin distrettwali jista’ jkun konsiderevoli, ikun meħtieġ li jitwaħħal ukoll arloġġ tas-sħana fil-punt fejn tintemm ir-responsabbiltà tal-fornitur. Altrimenti jkun impossibbli għall-utenti aħħarin biex jistabbilixxu jekk il-kontijiet jikkorrispondux għall-konsum reali f’termini tal-enerġija: il-fornitur jista’ jsostni li t-telf sar fil-bini, lil hinn mir-responsabbiltà tiegħu, u mingħajr arloġġ tas-sħana mhu se jkun hemm l-ebda mezz biex jiġi vverifikat sa liema punt dan huwa minnu.

3.   OBBLIGU GĦALL-KEJL SEPARAT TAL-KONSUM (L-ARTIKOLU 9b(1))

Kif ġie spjegat fil-premessa 31 tad-Direttiva emendatorja, id-drittijiet relatati mal-kontijiet, u mal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum għandhom japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma’ fornitur tal-enerġija. Sabiex jiġi kkjarifikat dan l-aspett tal-leġiżlazzjoni, ġie introdott it-terminu “kejl separat tal-konsum” u jirreferi għall-kejl tal-konsum f’unitajiet individwali ta’ binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed meta tali unitajiet jiġu fornuti minn sors ċentrali u meta l-okkupanti (13) ma jkollhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija (14).

Il-kejl separat tal-konsum huwa meħtieġ bħala regola ġenerali, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet skont l-Artikolu 9b. Dan diġà ġie inkluż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tal-EED oriġinali, skont liema l-iskadenza biex jiġi introdott il-kejl separat tal-konsum kienet il-31 ta’ Diċembru 2016. L-iskadenza ma ġietx inkluża fit-test rivedut sempliċement għaliex din diġà għaddiet.

Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9b il-ġdid huwa essenzjalment identiku għar-rekwiżit inkluż fl-EED oriġinali. Madankollu, saru xi ftit kjarifiki; dawn huma spjegati hawn taħt.

L-ewwel, il-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu issa tindika b’mod aktar ċar in-natura tal-kundizzjonijiet li bihom il-kejl separat tal-konsum huwa obbligatorju, jiġifieri “fejn [dan ikun] teknikament fattibbli u kosteffettiv, jiġifieri jkun proporzjonati fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija potenzjali.” Dan huwa rifless ukoll fil-premessa 30 li tiddikjara li “…jekk il-kejl separat huwiex kosteffiċjenti jew le jiddependi minn jekk l-ispejjeż relatati humiex proporzjonati mal-iffrankar potenzjali ta’ enerġija”, u li l-“…valutazzjoni jekk il-kejl separat huwiex kosteffiċjenti jew le tista’ tqis l-effett ta’ miżuri konkreti oħra ppjanati f’bini partikolari, bħal pereżempju kwalunkwe rinnovazzjoni li tkun ser issir.” Din il-kjarifika tikkonferma l-approċċ meħud fil-gwida speċifika li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti (15) meta jimplimentaw l-EED oriġinali.

It-tieni, id-dispożizzjoni issa tispeċifika l-obbligu għall-Istati Membri biex jistabbilixxu b’mod ċar u jippubblikaw il-“kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri” li jintużaw biex jiġi ddeterminat in-nuqqas tal-fattibbiltà teknika jew tal-kosteffettività. Għal darb’oħra, dan huwa konsistenti mal-approċċ li ttieħed fil-gwida speċifika msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni qieset b’mod konsistenti li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex ikunu espliċiti dwar kif il-kundizzjonijiet jitħaddmu u kif dawn jiġu applikati fil-prattika (16).

4.   OBBLIGU SPEĊIFIKU GĦALL-KEJL SEPARAT TAL-KONSUM TAL-ILMA SĦUN DOMESTIKU FIL-PARTIJIET RESIDENZJALI TAL-BINJIET ĠODDA (L-ARTIKOLU 9b(2))

Bħala regola ġenerali, il-kejl separat tal-konsum tal-ilma sħun domestiku huwa meħtieġ, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-fattibbiltà teknika u l-kosteffettività skont l-Artikolu 9b(1). Madankollu, skont l-Artikolu 9b(2), japplika rekwiżit aktar strett, inkondizzjonat fil-każ speċjali ta’ binjiet ġodda b’aktar minn appartament wieħed u l-partijiet residenzjali ta’ binjiet ġodda b’aktar minn użu wieħed li huma mgħammra b’sors tat-tisħin ċentrali għall-ilma sħun domestiku jew li huma fornuti b’ilma sħun domestiku minn sistemi tat-tisħin distrettwali.

Ir-raġunament wara dan ir-rekwiżit aktar strett huwa li, f’tali sitwazzjonijiet, il-kejl separat tal-konsum tal-ilma sħun domestiku jista’ ġeneralment jiġi preżunt li huwa kemm teknikament fattibbli kif ukoll kosteffettiv. F’binjiet ġodda b’aktar minn appartament wieħed u fil-partijiet residenzjali ta’ binjiet ġodda b’aktar minn użu wieħed, l-ispejjeż addizzjonali tal-kejl tal-konsum tal-ilma sħun domestiku ta’ abitazzjonijiet individwali jistgħu jiġu preżunti li huma limitat, peress li konsenji xierqa jistgħu jsiru diġà fil-fażi tal-kostruzzjoni. Fl-istess ħin, m’hemm l-ebda raġuni partikolari biex wieħed jistenna li d-domanda għall-ilma sħun domestiku se tonqos sistematikament jew konsiderevolment maż-żmien u għalhekk il-benefiċċji li jirriżultaw mill-inkoraġġiment ta’ mġiba effiċjenti permezz ta’ kontijiet u feedback ibbażati fuq il-konsum (f’termini tal-iffrankar potenzjali li jirriżulta) jistgħu jkunu mistennija li jibqgħu sinifikanti.

L-EED riveduta ma tispeċifikax x’jikkostitwixxi bini “ġdid” għall-finijiet tal-Artikolu 9b(2). Minn naħa waħda, l-okkupanti ta’ binjiet li jkunu għadhom kif inbnew u li jsiru disponibbli biex jiġu okkupati għall-ewwel darba wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni (jiġifieri l-25 ta’ Ottubru 2020) jistgħu jistennew li l-bini se jkun mgħammar b’apparati għall-kejl tal-konsum. Min-naħa l-oħra, il-kejl tal-konsum jaf ma jkunx ġie previst jekk l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-kostruzzjoni kienu sottomessi qabel ma saret it-traspożizzjoni nazzjonali. Għalhekk, meta jittrasponu din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jaf ikunu jixtiequ li jivvalutaw il-punt sa fejn huwa possibbli jew raġonevoli li jiġu ssodisfati l-aspettattivi. Fi kwalunkwe każ, il-binjiet ġodda li għalihom l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-kostruzzjoni kienu sottomessi wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit fl-Artikolu 9b(2) u għandhom ikunu mgħammra b’arloġġi.

Ir-rekwiżit huwa għal arloġġ, iżda ma jispeċifikax jekk dan għandux ikun arloġġ tal-ilma jew arloġġ tas-sħana. Meta unitajiet individwali jkollhom is-substazzjon tagħhom stess li jforni kemm it-tisħin tal-post kif ukoll l-enerġija għat-tħejjija tal-ilma sħun domestiku li ssir fl-unità, u meta jitkejjel il-konsum tal-enerġija totali ta’ kull substazzjon, ir-rekwiżit fl-Artikolu 9b(2) ikun ġie ssodisfat. Fi kliem ieħor, meta t-tħejjija tal-ilma sħun domestiku ssir f’kull unità permezz ta’ enerġija termali fornuta minn sors ċentrali jew substazzjon tat-tisħin distrettwali, il-konsum tal-enerġija relatat jista’ jitkejjel flimkien mal-konsum relatata mat-tisħin tal-post.

5.   REGOLI DWAR L-ALLOKAZZJONI TAL-ISPIŻA GĦAT-TISĦIN (L-ARTIKOLU 9b(3))

Meta tiġi implimentata sistema ta’ kejl separat tal-konsum, il-valuri jew l-indiċijiet tal-kejl miksuba mill-qari tal-apparati individwali (kemm jekk huma arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin) jintużaw biex tiġi allokata l-ispiża totali fil-bini individwali kopert mis-sistema. Dan jista’ jsir b’diversi modi u x’aktarx m’hemm l-ebda mod uniku jew l-aħjar mod (17), tal-inqas mhux għat-tisħin jew għat-tkessiħ tal-post fil-każ tipiku ta’ binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed fejn l-unitajiet individwali jkunu indipendenti minn xulxin termalment, jiġifieri meta l-flussi tas-sħana fil-ħitan interni ma jkunux negliġibbli meta mqabbla mal-fluss fl-involukru tal-bini (ħitan esterni, saqaf eċċ.).

Madankollu, l-użu tal-metodi tal-allokazzjoni tal-ispiża li huma pperċepiti bħala ġusti u bbażati fuq prinċipji sodi, jiffaċilitaw bil-bosta l-aċċettazzjoni fost l-utenti. Għalhekk, u kif rikonoxxut fil-premessa 32 tad-Direttiva emendatorja, it-trasparenza tar-responsabbiltà għall-konsum individwali tal-enerġija termali tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-kejl separat tal-konsum. Fl-EED oriġinali, l-implimentazzjoni ta’ tali regoli nazzjonali kienet fakultattiva, u madwar żewġ terzi biss tal-Istati Membri daħlu fis-seħħ tali regoli. L-EED riveduta issa tirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ regoli trasparenti u disponibbli għall-pubbliku dwar l-allokazzjoni tal-ispiża (18).

B’mod aktar preċiż, l-Artikolu 9b(3) jiddikjara li “[f]ejn binjiet b’aktar minn appartament wieħed jew b’diversi użi jiġu moqdija minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew fejn li jkollhom is-sistemi komuni tagħhom ta’ tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkun prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u pubblikament disponibbli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-ilma sħun domestiku f’tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontabilità tal-konsum individwali”. Peress li l-bini li fih mill-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet jistgħu jinstabu fil-maġġoranza tal-Istati Membri, jekk mhux f’kollha kemm huma, sal-25 ta’ Ottubru 2020 il-maġġoranza tal-Istati Membri, jekk mhux kollha kemm huma, se jkollhom jimplimentaw tali regoli, jew jagħmlu r-regoli eżistenti disponibbli għall-pubbliku.

Ta’ min jenfasizza li r-regoli nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ispiża mhux neċessarjament jeħtieġu li jiddefinixxu kull dettall dwar kif jiġu allokati l-ispejjeż. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu biss qafas li jistipula l-prinċipji jew il-parametri ewlenin, u li jħallu lill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew saħansitra lill-partijiet ikkonċernati ta’ binjiet individwali, xi flessibbiltà biex jispeċifikaw jew jaqblu dwar dettalji ulterjuri.

Madankollu, irrispettivament mil-livell tad-dettall, ir-regoli għandhom jitfasslu b’tali mod li jiżgura li l-ilħuq ta’ ċerti objettivi relatati mal-EED ma jiddgħajjifx. B’mod partikolari, ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għandhom jiżguraw li l-prinċipju tal-kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali ma jiddgħajjifx fil-prattika minn rabta dgħajfa wisq bejn il-qari tal-apparat ta’ utent aħħari partikolari u l-kont finali tiegħu/tagħha. Jekk ftit li xejn tingħata importanza lill-qari individwali fil-kalkolu tas-sehem tal-ispejjeż totali tal-okkupanti individwali, l-inċentiv maħsub biex l-enerġija tintuża b’mod effiċjenti se jiddgħajjef. Min-naħa l-oħra, huwa ugwalment importanti li din ir-rabta ma tkunx b’saħħitha wisq f’sitwazzjonijiet fejn il-konsum ta’ kull utent ma jkunx indipendenti għalkollox mill-konsum tal-oħrajn, u meta l-eżitu jista’ jkun li d-distribuzzjoni tal-ispejjeż bejn l-unitajiet tal-bini individwali tista’ tkun varjata ħafna. Distribuzzjoni varjata tal-ispejjeż tista’ toħloq jew iżżid inċentivi opposti fost l-okkupanti fir-rigward tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-bini kollu (bħal titjib fl-involukru tal-bini). Meta r-regoli nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tal-Istati Membri jkunu mfassla b’tali mod li ma jtaffux dan ir-riskju, il-Kummissjoni temmen li dan potenzjalment jista’ jmur kontra l-Artikolu 19 tal-EED li jobbliga lill-Istati Membri jevalwaw u jieħdu miżuri xierqa biex jiġu indirizzati l-inċentivi opposti fost is-sidien u/jew il-kerrejja tal-bini. Kif diġà ġie ddikjarat, m’hemm l-ebda mod uniku korrett biex jiġu allokati l-ispejjeż, iżda regoli mfassla tajjeb jiggarantixxu bilanċ bejn l-inċentivi li jirriżultaw għall-okkupanti bħala individwi u bħala komunità. Ir-regoli dwar l-allokazzjoni li ma jsibux tali bilanċ u li jippermettu eżiti estremi joħolqu r-riskju li jiġi pperikolat l-ilħuq tal-għanijiet segwiti mill-Artikoli 9b u 19, rispettivament. Għodod possibbli li jintużaw minn xi Stati Membri biex jilħqu tali eżiti jinkludu firxiet permissibbli għall-frazzjoni tal-ispejjeż imqassma skont il-qari individwali, limiti massimi għad-devjazzjonijiet tal-kontijiet individwali mill-medja jew mis-sistemi ta’ fatturi tal-korrezzjoni tal-bini li jirriflettu pożizzjonijiet mhux favorevoli ta’ appartamenti aktar kiesħa/aktar esposti naturalment f’bini.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-obbligu skont l-Artikolu 10a li l-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin m’għandux jinftiehem li jimplika li l-kontijiet għandhom ikunu esklussivament ibbażati fuq qari minn tali apparati. F’binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed hemm tabilħaqq raġunijiet tajba u oġġettivi biex l-ispejjeż ma jiġux allokati esklussivament abbażi ta’ tali qari jew fi proporzjon miegħu, mill-anqas sa fejn huma kkonċernati t-tisħin u t-tkessiħ tal-post (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 16). Fit-tmiem tal-2017, tressqu żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar mistoqsijiet ta’ rilevanza potenzjali għal din il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (19). Il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali f’dawn iż-żewġ kawżi magħquda, li ġew ippreżentati fit-30 ta’ April 2019, jirriflettu arranġamenti simili dwar din il-kwistjoni (20).

6.   QARI MILL-BOGĦOD (L-ARTIKOLU 9c)

6.1.   It-tranżizzjoni lejn apparati li jinqraw mill-bogħod

Kif propost mill-Kummissjoni, objettiv speċifiku tar-reviżjoni tal-EED kien li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tal-enerġija termali permezz ta’ feedback aħjar u frekwenti biżżejjed dwar il-konsum tagħhom fosthom billi jittieħed vantaġġ mill-progress fit-teknoloġija (21).

Għal dan il-għan, l-EED riveduta tinkludi rekwiżiti ġodda biex jiġi promoss l-użu ta’ apparati li jinqraw mill-bogħod bħala strumenti essenzjali biex jingħata feedback frekwenti lill-utenti aħħarin dwar il-konsum tagħhom.

Id-Direttiva emendatorja ma tiddefinixxix f’termini tekniċi x’jikkostitwixxi apparat li jinqara mill-bogħod. Il-premessa 33 tad-Direttiva (UE) 2018/2002, tiddikjara li “[a]pparati li jinqraw mill-bogħod ma jeħtiġux aċċess għal appartamenti jew unitajiet individwali biex jinqraw”. Madankollu, dan għandu jiġi interpretat bħala fattur minimu komuni ta’ apparati li jinqraw mill-bogħod, iżda mhux neċessarjament bħala l-unika karatteristika. Il-premessa 33 tiddikjara wkoll li “L-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu jekk teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom għandhomx jitqiesu li jinqraw mill-bogħod jew le.” Din hija deċiżjoni importanti li għandhom jieħdu l-Istati Membri, minħabba li l-għażla tagħhom għandha implikazzjonijiet diretti fir-rigward ta’ kif dawn għandhom jittrasponu u jinfurzaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9c u fl-Anness VIIa. Pereżempju, meta Stat Membru jiddeċiedi li jqis l-hekk imsejħa teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom bħala li jinqraw mill-bogħod, dan jista’ jqis li tali teknoloġiji huma suffiċjenti biex jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-introduzzjoni tal-qari mill-bogħod inklużi fl-Artikolu 9c. Madankollu, dan ifisser ukoll li l-kundizzjoni li twassal għall-obbligu biex tiġi pprovduta informazzjoni frekwenti kif previst fil-punt 2 tal-Anness VIIa tkun issodisfata f’binjiet mgħammra b’tali sistemi. Fi kliem ieħor, jekk apparat jitqies bħala li jinqara mill-bogħod għall-finijiet tal-Artikolu 9c, dan għandu jitqies ukoll bħala tali għall-finijiet tal-punt 2 tal-Anness VIIa.

Min-naħa l-oħra, jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jqisx it-teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom bħala li jinqraw mill-bogħod, dan ikollu jipprevedi rekwiżit biex jiġu installati apparati jew sistemi oħra, aktar avvanzati jew addizzjonali biex jiġi osservat l-Artikolu 9c (22). F’din is-sitwazzjoni, il-kundizzjoni li twassal għall-obbligi biex tiġi pprovduta informazzjoni frekwenti skont il-punt 2 tal-Anness VIIa tkun issodisfata biss meta u fejn ikunu ġew introdotti s-sistemi msemmija l-aħħar.

Meta jiddeċiedu jekk iqisux it-teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom bħala li jinqraw mill-bogħod jew le, l-Istati Membri jistgħu jvarjaw din id-deċiżjoni skont parametri oġġettivi bħat-tip tas-servizz jew l-apparati tal-enerġija kkonċernati, it-tip jew il-post tal-binjiet ikkonċernati, u jekk l-apparat jintużax għall-kejl tal-konsum jew għall-kejl separat tal-konsum. Pereżempju, l-apparati li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom jistgħu jitqiesu bħala li jinqraw mill-bogħod biex jitkejlu provvisti minn netwerk tat-tkessiħ distrettwali iżda mhux biex jitkejlu provvisti minn netwerk tat-tisħin distrettwali. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu distinzjoni abbażi ta’ tali parametri, dawn għandhom jiżguraw li r-regoli applikabbli jkunu ċari u faċli biex jiġu kkomunikati u biex jinftiehmu.

Huwa importanti għall-atturi fis-suq li l-Istati Membri jieħdu u jikkomunikaw id-deċiżjonijiet nazzjonali tagħhom dwar jekk it-teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom jitqisux bħala qari mill-bogħod malajr kemm jista’ jkun matul il-proċess tat-traspożizzjoni u fi kwalunkwe każ qabel il-25 ta’ Ottubru 2020. Altrimenti, is-sidien tal-bini u l-fornituri tas-servizz li jkunu qed iħejju għal installazzjonijiet ġodda wara dik id-data mhux se jkollhom ċarezza dwar liema rekwiżiti funzjonali se japplikaw preċiżament. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjonijiet u sabiex ikunu ċerti, dawn jistgħu naturalment jagħżlu li jadottaw soluzzjonijiet li jinqraw mill-bogħod li ma jiddependux fuq teknoloġija li tinqara waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejha.

La d-dispożizzjonijiet legali u lanqas il-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq m’għandhom l-għan li jintroduċu relazzjoni ġerarkika bejn it-teknoloġiji bbażati fuq li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom u teknoloġiji bbażati fuq infrastrutturi oħra ta’ komunikazzjoni. Billi deċiżjoni biex dawk preċedenti jitqiesu bħala li jinqraw mill-bogħod tkabbar il-firxa ta’ apparati li jistgħu jintużaw għall-konformità mal-Artikolu 9c fl-Istat Membru kkonċernat, u f’dak is-sens tista’ titqies bħala l-anqas għażla impenjattiva, din ikollha wkoll implikazzjonijiet għall-konformità mal-Anness VIIa(2) li x’aktarx tkun aktar impenjattiva. Madankollu, l-Istati Membri jaf ikunu jixtiequ li jqisu li t-teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom tipikament se jillimitaw il-frekwenza li biha d-data tista’ tinġabar realistikament u kosteffettivament, li min-naħa l-oħra tillimita s-servizzi addizzjonali potenzjali u l-kobenefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-apparati. Pereżempju, f’netwerk tat-tisħin distrettwali fejn id-data dwar il-kejl tiġi trażmessa/tinġabar awtomatikament fuq bażi ta’ kull siegħa jew kuljum, tali data se tirrappreżenta valur ogħla b’mod sinifikanti f’termini tal-użu potenzjali tagħha biex jiġu ottimizzati t-tħaddim tas-sistema, l-identifikazzjoni ta’ ħsarat, servizzi ta’ twissija eċċ., mid-data dwar il-kejl tal-konsum li tinġabar fuq bażi ta’ kull xahar b’teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom.

6.2.   Apparati installati wara l-25 ta’ Ottubru 2020

Skont l-EED riveduta, l-Artikolu 9c jirrikjedi l-introduzzjoni gradwali ta’ arloġġi li jinqraw mill-bogħod u allokaturi tal-ispiża għat-tisħin “għall-finijiet tal-Artikoli 9a u 9b”, jiġifieri irrispettivament minn jekk l-apparati jintużawx għall-kejl tal-konsum jew għall-kejl separat tal-konsum.

It-tranżizzjoni lejn apparati li jinqraw mill-bogħod hija promossa b’żewġ modi differenti. L-ewwel wieħed huwa stabbilit fl-Artikolu 9c(1), li jiddikjara li l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin installati wara l-25 ta’ Ottubru 2020 għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod. Dan ir-rekwiżit ifisser, pereżempju, li l-arloġġi installati wara din id-data fi kwalunkwe punt ta’ konnessjoni ġdid jew eżistenti f’netwerk tat-tisħin distrettwali għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod. Dan ifisser ukoll li l-arloġġi tas-sħana, l-arloġġi tal-ilma sħun domestiku jew l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin installati wara din id-data bħala parti minn sistema ta’ kejl separat tal-konsum għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod (ara, madankollu, ir-rimarki fit-taqsima 6.3 t’hawn taħt).

L-Artikolu 9c(1) jiddikjara li “il-kundizzjonijiet ta’ fattibilità teknika u kosteffettività stipulati fl-Artikolu 9b(1) għandhom jibqgħu japplikaw”. Dan m’għandux jiġi interpretat li jimplika li l-obbligu nnifsu tal-qari mill-bogħod, kif previst fl-Artikolu 9c(1), jiddependi fuq tali kriterji jew huwa soġġett għalihom. Pjuttost, id-dikjarazzjoni tikkjarifika li fil-kuntest tal-installazzjoni ta’ sistema għall-kejl separat tal-konsum f’bini (li huwa s-suġġett tal-Artikolu 9b(1), li jirreferi għalih l-Artikolu 9c(1)) wara l-25 ta’ Ottubru 2020, il-fattibbiltà teknika u l-kosteffettività jibqgħu jkunu raġunijiet validi biex isiru eżenzjonijiet mir-rekwiżit ġenerali tal-kejl separat tal-konsum, speċjalment minħabba li r-rekwiżit tal-qari mill-bogħod applikabbli wara dik id-data jista’ f’xi każijiet jaffettwa l-punt sa fejn jiġi ssodisfat kriterju wieħed jew ieħor. Sitwazzjoni fejn dan jista’ jkun rilevanti tkun sitwazzjoni fejn is-sistema eżistenti tal-kejl separat tal-konsum f’bini partikolari tkun laħqet il-perjodu tal-utilità teknika tagħha u tkun teħtieġ li tiġi ssostitwita, jew meta sistema tkun se tiġi installata għall-ewwel darba. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ikun iġġustifikat li ssir valutazzjoni tal-kriterji previsti fl-Artikolu 9b(1) biex jiġi ddeterminat jekk il-kejl separat tal-konsum kollu kemm hu jkunx teknikament fattibbli u kosteffettiv, filwaqt li jitqies ir-rekwiżit tal-qari mill-bogħod. Fi kliem ieħor, ir-referenza fl-Artikolu 9c(1) għall-“kundizzjonijiet …stipulati fl-Artikolu 9b(1)” m’għandhiex tiġi interpretata bħala kundizzjonalità separata relatata mal-karatteristiċi ta’ apparat, iżda bħala parti mill-valutazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 9b(1).

6.3.   Sostituzzjonijiet jew żidiet ta’ apparati individwali ta’ kejl separat tal-konsum f’installazzjonijiet eżistenti

Tista’ titqajjem mistoqsija speċifika dwar is-sitwazzjonijiet fejn apparat eżistenti, installat diġà jkun jeħtieġ li jiġi ssostitwit qabel iż-żmien minħabba li jkun miksur, ikun sparixxa jew ma jkunx għadu qed jaħdem b’mod korrett. Fil-prinċipju, l-Artikolu 9c(1) japplika wkoll f’tali każijiet. Madankollu, jekk apparat li għandu jiżdied jew jiġi ssostitwit ikun wieħed mid-diversi apparati li flimkien jikkostitwixxu sistema ta’ kejl separat tal-konsum għal bini, f’ċerti ċirkostanzi speċifiċi jista’ ma jkunx possibbli jew siewi li l-apparati li ma jiffunzjonawx tajjeb jew nieqsa jiġu ssostitwiti b’apparati li jinqraw mill-bogħod:

Għall-installazzjonijiet tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, l-apparati kollha f’installazzjoni partikolari ta’ kejl separat tal-konsum għandhom ikunu tal-istess manifattur u t-tip għandu jikkonforma mal-istandards Ewropej (23). Fil-każ ta’ allokaturi tal-ispiża għat-tisħin b’evaporazzjoni, l-alternattivi li jinqraw mill-bogħod sempliċement mhumiex disponibbli bħala għażla teknika.

Fil-każ ta’ allokaturi elettroniċi tal-ispiża għat-tisħin, verżjoni li tinqara mill-bogħod tal-mudell li jintuża f’post differenti fil-bini mhux dejjem tista’ tkun disponibbli, iżda anke kieku tkun disponibbli, il-kapaċità tkun ta’ użu limitat jew tal-ebda użu peress li d-data mill-apparati tal-kejl separat tal-konsum li jifdal meħtieġa biex jitfasslu l-kontijiet tal-allokazzjoni tal-ispiża tkun f’kull każ disponibbli biss f’intervalli inqas frekwenti wara l-qari manwali.

L-istess sitwazzjoni tirriżulta jekk jiżdiedu radjaturi f’appartament f’bini mgħammar b’allokaturi tal-ispiża għat-tisħin li ma jinqrawx mill-bogħod.

Tista’ titqajjem ukoll problema simili f’każ li arloġġ tas-sħana jew tal-ilma sħun individwali jiġi ssostitwit jew jiżdied f’bini b’kejl separat tal-konsum fejn l-arloġġi l-oħra ma jinqrawx mill-bogħod.

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi t’hawn fuq, l-Artikolu 9c(1) m’għandux jiġi interpretat bħala li jipprevjeni s-sostituzzjoni ta’ apparati individwali b’apparati li ma jinqrawx mill-bogħod meta dawn ikunu jiffurmaw parti minn sistema ta’ kejl separat tal-konsum ibbażata fuq apparati li ma jinqrawx mill-bogħod, anke jekk l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 9c(1) tkun għaddiet.

Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit biex l-apparati u l-installazzjonijiet kollha jsiru jinqraw mill-bogħod sal-1 ta’ Jannar 2027, stabbilit fl-Artikolu 9c(2) (ara t-taqsima t’hawn taħt), jeħtieġ li jitqies ukoll meta jkun hemm il-ħtieġa għal sostituzzjonijiet iżolati f’bini mgħammar b’apparati li ma jinqrawx mill-bogħod; jekk is-sostituzzjonijiet ma jkunux jinqraw mill-bogħod, ir-riskju li dawn jirrappreżentaw spejjeż mitlufa se jiżdied hekk kif l-iskadenza tal-2027 qiegħda toqrob.

6.4.   Installazzjonijiet eżistenti

L-Artikolu 9c(2) jiddikjara li “[l]-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin li ma jinqrawx mill-bogħod iżda li diġà ġew installati għandhom isiru jinqraw mill-bogħod jew jiġu ssostitwiti b’apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta’ Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti”.

Dan ir-rekwiżit għandu l-għan li jiżgura li l-utenti aħħarin kollha ta’ bini b’kejl tal-konsum jew b’kejl separat tal-konsum eventwalment se jiksbu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-apparati li jinqraw mill-bogħod, b’mod partikolari l-provvista ta’ informazzjoni kull xahar (ara t-taqsima 9), in-nuqqas ta’ ħtieġa rikorrenti li wieħed għandu jkun id-dar biex jagħti aċċess lill-qarrejja tal-arloġġi u, fejn applikabbli, kwalunkwe servizz addizzjonali attivat permezz ta’ tali apparati (eż. twissijiet ta’ tnixxija għall-ilma sħun).

Fid-dawl ta’ dan, il-possibbiltà li wieħed jitbiegħed mir-rekwiżit għandha tiġi interpretata b’mod ristrettiv ħafna u kwalunkwe devjazzjoni għandha tkun speċifika u ġġustifikata u ddokumentata kif xieraq.

L-iskadenza tal-2027 — aktar minn 10 snin fil-ġejjieni miż-żmien li fih ġiet ippubblikata l-proposta tal-Kummissjoni — kienet maħsuba biex tnaqqas ir-riskju ta’ spejjeż mitlufa li jirriżulta mill-fatt li l-apparati għandhom jiġu ssostitwiti ferm qabel ma dawn jiġu deprezzati. Fi kwalunkwe każ, bosta apparati jiġu ssostitwiti f’tali perjodu ta’ żmien minħabba raġunijiet tekniċi. Il-maġġoranza vasta tal-allokaturi ġodda tal-ispiża għat-tisħin li jiġu installati llum il-ġurnata huma elettroniċi u tipikament jeħtieġu li jiġu ssostitwiti fi żmien 10 snin minħabba limitazzjonijiet fil-batterija. Fir-rigward tal-arloġġi, il-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ rekwiżiti ta’ kalibrazzjoni li fil-prattika tipikament iwasslu biex l-arloġġi jiġu ssostitwiti f’intervalli ta’ 10 snin jew inqas. Meta l-apparati jkunu ilhom li ġew manifatturati għal aktar minn 10 snin, fi kwalunkwe każ dawn tipikament ikunu laħqu l-ħajja ekonomika tagħhom/ikunu diġà ġew deprezzati.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ispejjeż mitlufa relatati mal-apparati eżistenti ma jistgħux jitqiesu ġusitifkazzjoni xierqa biex ikun hemm devjazzjoni mir-rekwiżit ta’ qari mill-bogħod. Ikun jeħtieġ li jkunu preżenti ċirkostanzi aktar speċifiċi. Eżempju wieħed fejn il-konformità tista’ konċepibbilment tiġi ppruvata li mhijiex kosteffettivà huwa meta bini jinbena b’materjali li jipprevjenu t-teknoloġiji bla fili disponibbli fl-2026 milli jiffunzjonaw kif xieraq u meta l-alternattivi bil-fili jkunu għaljin b’mod sproporzjonat biex jiġu implimentati (pereżempju jekk ikun hemm ammonti kbar ta’ ħadid fil-ħitan u s-separazzjonijiet tal-art).

6.5.   Kunsiderazzjonijiet dwar il-verifika u l-infurzar

Skont l-Artikolu 13 tal-EED, l-Istati Membri huma obbligati li “…jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 7 sa 11 …” u “… jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.” Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

B’riżultat tal-emenda tal-EED, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu issa jkopri kemm xi dispożizzjonijiet eżistenti kif ukoll xi dispożizzjonijiet ġodda, fosthom ir-rekwiżiti ġodda tal-qari mill-bogħod fl-Artikolu 9c (24).

Bħala parti mir-responsabbiltà u mill-isforzi usa’ tagħhom biex jiżguraw implimentazzjoni u infurzar effettivi tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom għalhekk iqisu wkoll kif se jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ġodda għall-qari mill-bogħod. Meta jagħmlu dan, dawn jaf ikunu jixtiequ li jqisu jekk kwalunkwe proċess eżistenti relatat mal-EPBD (25) jew nazzjonali jistax jiġi adattat biex iservi wkoll dan l-għan. Madankollu, ir-rekwiżiti tal-qari mill-bogħod ma japplikawx biss għal binjiet ġodda (li għalihom normalment huma meħtieġa permessi għall-kostruzzjoni) jew għal binjiet eżistenti li jinbiegħu jew jinkrew lil kerrej ġdid (li għalihom huma meħtieġa ċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija skont l-EPBD), u dawn japplikaw irrispettivament mid-daqs tal-bini u mill-kapaċità tal-installazzjoni tat-tisħin. Dan ifisser li l-proċessi eżistenti relatati mal-permessi tal-bini, l-ispezzjonijiet HVAC jew it-tikketti tal-enerġija/EPCs jistgħu ma jkunux neċessarjament biżżejjed biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ġodda.

Fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn qari mill-bogħod għall-arloġġi li jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 9a(1), possibbiltà waħda tista’ tkun li l-Istati Membri jobbligaw lill-operaturi tas-sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali u lill-operaturi ta’ kwalunkwe installazzjoni ġdida li tforni diversi binjiet b’enerġija termali biex jiddokumentaw il-konformità u/jew jirrapportaw regolarment dwar is-sehem tal-punti ta’ konnessjoni fin-netwerk tagħhom li jitkejjel b’arloġġi li jinqraw mill-bogħod. Peress li fil-prinċipju (26) dan is-sehem għandu jilħaq 100 % sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri jistgħu jimmonitorjaw iċ-ċifri biex jivverifikaw li qed isir biżżejjed progress lejn il-konformità qabel ma tintlaħaq l-iskadenza.

Għall-kejl separat, jistgħu jiġu previsti obbligi simili għall-partijiet responsabbli, iżda billi l-identità tagħhom tvarja bejn l-Istati Membri u tista’ tiddependi fuq it-tip tal-kera jew tas-sjieda, taħlita ta’ approċċi tista’ tkun rilevanti. Meta l-Istati Membri jkollhom sistemi biex jidentifikaw jew jirreġistraw il-fornituri ta’ servizzi ta’ kejl separat tal-konsum, tali sistemi jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati l-operaturi li mingħandhom tista’ tinġabar b’mod kosteffettiv informazzjoni dwar it-tip ta’ tagħmir preżenti f’kull bini taħt il-ġestjoni tagħhom.

7.   INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET U L-KONSUM (L-ARTIKOLU 10a)

7.1.   It-termini “utenti aħħarin” u “klijenti aħħarin”

Waħda mill-kjarifiki ewlenin fl-EED riveduta tirriżulta mill-introduzzjoni tat-terminu “utenti aħħarin” fl-Artikolu 10a, li jikkomplementa t-terminu eżistenti ta’ “klijenti aħħarin”.

L-EED oriġinali tiddefinixxi “klijent aħħari” bħala “persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess” (27). Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni kien is-suġġett ta’ interpretazzjonijiet differenti. Fin-Nota ta’ Gwida tal-2013 tagħha, il-Kummissjoni sostniet li utenti aħħarin/familji individwali f’binjiet b’aktar minn appartament b’sistemi u kuntratti kollettivi għall-provvista tal-enerġija għandhom jitqiesu wkoll bħala klijenti aħħarin (28). Madankollu, kif ġie nnotat fil-premessa 31 tar-reviżjoni tal-EED, “id-definizzjoni tat-terminu “klijent aħħari” tista’ tinftiehem bħala li tirreferi biss għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru l-enerġija abbażi ta’ kuntratt dirett u individwali ma’ fornitur tal-enerġija. Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti, it-terminu “utent aħħari” għalhekk jenħtieġ li jiġi introdott biex jirreferi għal grupp ikbar ta’ konsumaturi u, flimkien mal-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku għall-użu aħħari tagħhom stess, ikopri wkoll l-okkupanti ta’ bini individwali jew ta’ unitajiet individwali ta’ binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed fejn dawn l-unitajiet jiġu fornuti minn sors ċentrali u fejn l-okkupanti m’għandhom ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.’

Għal dan il-għan, ir-rekwiżit operattiv fl-Artikolu 10a(1) jirreferi għal “utenti aħħarin” u jikkjarifika li dawn huma:

a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku għall-użu aħħari tagħhom stess (tali utenti aħħarin huma wkoll klijenti aħħarin kif definit fl-Artikolu 2(23)), jew

b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f’bini b’aktar minn appartament jew użu wieħed fornut minn sors ċentrali li m’għandhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

Ta’ min jenfasizza li l-kunċett ta’ utenti aħħarin jinkludi l-klijenti aħħarin. Għalhekk, meta d-dispożizzjonijiet jirreferu għal utenti aħħarin, dawn m’għandhomx jiġu interpretati bħala li jeskludu l-klijenti aħħarin.

Din il-kjarifika tfisser li, minn issa ’l quddiem, skont l-EED riveduta, m’hemm l-ebda l-dubju li l-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum huma intitolati wkoll għal kontijiet ibbażati fuq il-konsum (29) u informazzjoni dwar il-konsum.

Għall-finijiet tal-Artikoli 9a, 9c, 10a u 11a, fil-kuntest ta’ bini b’aktar minn appartament jew użu wieħed, fornut minn sistema tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali jew minn sors ċentrali simili, abbażi ta’ kuntratt uniku ma’ fornitur tal-enerġija, l-identità attwali tal-“klijent aħħari” tista’ tvarja skont is-sitwazzjoni. Meta l-bini jkollu sid wieħed, is-sid, tipikament iżda mhux neċessarjment, se jkun il-parti kuntrattwali tal-kuntratt tal-provvista mal-fornitur tal-enerġija. Bl-istess mod, meta jkun hemm diversi sidien, assoċjazzjoni jew komunità ta’ sidien konġunti, tipikament iżda mhux dejjem, dawn se jkunu il-parti kuntrattwali fil-konfront tal-fornitur tal-enerġija. F’xi sitwazzjonijiet, is-sidien jiddelegaw ċerti kompiti lil partijiet terzi jew lil rappreżentant, bħal kumpanija maniġerjali (f’xi pajjiżi magħrufa bħala “syndic”), u dawn il-partijiet jistgħu jkunu wkoll il-parti kuntrattwali fil-konfront tal-fornitur tal-enerġija. Meta s-sidien ikunu krew unitajiet, il-kerrejja jista’ jkollhom jew jista’ ma jkollhomx relazzjonijiet kuntrattwali mal-fornitur tal-enerġija.

Meta jittrasponu d-Direttiva riveduta, l-Istati Membri għandhom iqisu d-diversità tas-sitwazzjonijiet li huma rilevanti fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Madankollu, irrispettivament minn liema entità jew korp jixtru l-enerġija kollettivament f’isem l-okkupant tal-bini, huwa importanti li l-implimentazzjoni tiġi organizzata b’tali mod li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness VIIa tiġi effettivament ipprovduta u tkun tista’ tintuża wkoll bħala l-bażi biex jiġu infurmati l-okkupanti ta’ kull appartament/unità. Il-fatt li d-definizzjoni ta’ “klijent aħħari” tirreferi għal persuna li tixtri l-enerġija “għall-użu aħħari tagħha stess” m’għandux pereżempju jiġi interpretat li jimplika li m’hemm l-ebda klijent aħħari f’sitwazzjonijiet fejn kumpanija maniġerjali delegata jew “syndic” tkun il-parti kuntrattwali attwali għall-fornitur tal-enerġija tal-bini.

7.2.   Min hu responsabbli għall-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum?

L-EED ma tispeċifikax min hu responsabbli biex jipprovdi lill-utenti aħħarin informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum imsemmija fl-Artikolu 10a. Għall-utenti aħħarin li huma wkoll klijenti aħħarin (u li jixtru l-enerġija mill-fornitur tal-enerġija kkonċernat), jidher li jkun l-aktar loġiku jekk il-fornitur tal-enerġija jingħata r-responsabbiltà biex jipprovdi l-informazzjoni. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-fornitur tal-enerġija jista’ ma jkunx fl-aħjar pożizzjoni biex ikollu r-responsabbiltà li jinforma lill-utenti aħħarin li miegħu dawn ma jkollhom l-ebda relazzjoni kuntrattwali diretta jew individwali. Għalhekk, l-Artikolu 10a(3) tal-EED riveduta jiddikjara b’mod espliċitu li “L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-utenti aħħarin mingħajr kuntratt dirett jew individwali ma’ fornitur tal-enerġija.” Liema entitajiet jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jinfurmaw lill-utenti aħħarin se jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi nazzjonali u s-sitwazzjonijiet speċifiċi tal-kera. Kandidati potenzjali jistgħu jkunu s-sidien tal-bini, il-maniġers tal-bini, kumpaniji maniġerjali delegati jew fornituri tas-servizzi, assoċjazzjonijiet tas-sidien eċċ. Meta jittrasponu d-Direttiva riveduta, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-responsabbiltà biex jiġu infurmati l-utenti aħħarin tiġi ddefiniti b’mod ċar għas-sitwazzjonijiet rilevanti kollha.

7.3.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali

L-Artikolu 10a jirrikjedi lill-Istati Membri biex jiżguraw “[li] l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin…”.

Din il-formulazzjoni hija simili iżda mhux identika għar-rekwiżit tal-EED oriġinali biex jiġi żgurat “li l-informazzjoni dwar il-kontijiet ikunu preċiżi u bbażati fuq il-konsum reali”.

L-inklużjoni ta’ “informazzjoni dwar il-konsum” hija sinifikanti u tirrifletti l-flessibbiltà tal-EED, peress li issa r-rekwiżit speċifikat fil-punt 2 tal-Anness VIIa jista’ jiġi ssodisfat billi tiġi pprovduta informazzjoni frekwenti dwar il-kontijiet jew il-konsum. Huwa aktar sempliċi li tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-konsum minħabba li hija relatata biss mal-kwantitajiet ikkunsmati, u mhux mal-ispejjeż involuti jew ma’ kwalunkwe element ieħor tal-informazzjoni dwar il-kontijiet.

Il-leġiżlatur iqis li huwa xieraq li jiżdiedu l-kliem “jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin” biex jiġi eliminat kwalunkwe dubju li tali qari jista’ jintuża bħala bażi għall-kontijiet. Ġew espressi tali dubji minħabba li l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin huma apparati li jippermettu li s-sħana fornuta f’appartament individwali titkejjel b’mod inqas dirett, u li f’ċerti ċirkostanzi speċifiċi jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni inqas b’saħħitha tal-ammont tal-enerġija li jkun ġie rilaxxat attwalment mill-installazzjoni tat-tisħin fl-appartament individwali kkonċernat.

Madankollu, lil hinn mid-differenzi bejn l-arloġġi tas-sħana u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, ta’ min jenfasizza li r-rekwiżit biex l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum tkun ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin m’għandux jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li l-ispejjeż għat-tisħin jew għat-tkessiħ tal-post jiġu allokati esklussivament abbażi tal-qari minn arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin individwali. F’kuntest ta’ kejl separat tal-konsum, dan iwassal għar-riskju li jinħolqu eżiti negattivi f’termini ta’ korrettezza u inċentivi opposti (ara wkoll it-taqsima 5 t’hawn fuq). Minn perspettiva teknika, l-appartamenti individwali f’binjiet b’aktar minn appartament wieħed normalment ma jistgħux jitqiesu bħala termalment indipendenti mill-bqija tal-bini. Kull meta jkun hemm differenzi fit-temperaturi fil-ħitan interni jew fis-separazzjonijiet orizzontali, is-sħana se tiċċirkola b’mod naturali bejn tali separazzjonijiet peress li dawn rarament ikunu insulati termalment f’livell għoli ħafna meta mqabbla mal-ħitan esterni tal-binjiet. Għalhekk, l-unitajiet individwali tipikament ma jiġux imsaħħna biss mis-sħana emessa mir-radjaturi fl-unità nnifisha iżda anke, tal-anqas parzjalment, mis-sħana emessa f’partijiet oħra tal-bini. Kif diġà ġie diskuss fit-taqsima 5, regoli mfassla tajjeb dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għandhom iqisu dan il-fatt.

Irrispettivament minn jekk l-emissjoni tas-sħana reali f’kull unità titkejjilx jew tiġix stmata permezz ta’ arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin individwali, il-fatt li s-sħana tista’ tiċċirkola bejn is-separazzjonijiet interni jikkostitwixxi raġuni tajba biex l-ispejjeż totali tat-tisħin tal-bini ma jiġux allokati esklussivament abbażi tal-qari li jinkiseb minn tali apparati. Hija prattika komuni (u tajba) li ċertu proporzjon tal-ispejjeż biss huwa bbażat fuq kejl individwali u li l-ispejjeż li jifdal huma allokati lill-okkupanti abbażi ta’ fatturi oħra (bħas-sehem tal-erja tal-art totali tal-appartamenti jew il-volum imsaħħan tal-bini). Dan huwa l-każ anke meta l-unitajiet individwali jkunu mgħammra b’arloġġi tas-sħana u mhux b’allokaturi tal-ispiża għat-tisħin. Hija wkoll prattika normali li l-ispiża tat-tisħin tal-erjas komuni tal-bini (it-turġien, il-kurituri eċċ.) tiġi kondiviża bejn l-okkupanti tal-unitajiet individwali. L-ispejjeż dovuti għat-telf mill-installazzjonijiet fil-livell tal-bini jew għat-tisħin tal-erjas komuni normalment ma jkunux ikkontrollati direttament mill-imġiba ta’ utent individwali, u l-Istati Membri tipikament jinkluduhom fl-ispejjeż fissi fir-regoli dwar l-allokazzjoni rispettivi tagħhom. Il-parti tal-ispiża fissa tal-ispejjeż totali tat-tisħin normalment tista’ tiġi rkuprata billi l-okkupanti jintalbu ħlas fi proporzjon mad-daqs rispettiv tal-proprjetà li jokkupaw (eż. l-erja tal-art jew il-volum).

Meta l-informazzjoni pprovduta tkun ibbażata fuq il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, dan għandu jsir b’mod li jkun ċar u utli għall-utent aħħari. L-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin tista’ pereżempju tinvolvi l-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti tekniċi relatati mat-tipi tar-radjaturi u/jew il-fatturi ta’ korrezzjoni għall-post ta’ appartament fil-bini. Tali parametri għandhom jitqiesu fl-informazzjoni pprovduta lill-utenti aħħarin.

7.4.   Qari proprju

L-EED oriġinali tobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun preċiża u bbażata fuq il-konsum reali, “skont il-punt (1.1) tal-Anness VII”, li jispeċifika ċerti frekwenzi minimi li bihom jeħtieġ li jiġu pprovduti l-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet. L-Artikolu 10 jipprevedi li “dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat minn sistema ta’ qari tal-konsum proprju mill-klijenti aħħarin li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija”. Pereżempju, dan jagħmilha possibbli li kont ta’ saldu annwali jkun ibbażat fuq qari kkomunikat mill-klijent lill-fornitur tal-enerġija mingħajr il-ħtieġa li dan tal-aħħar iżur il-bini biex jaqra l-arloġġ.

Fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn apparati li jinqraw mill-bogħod, maż-żmien il-qari proprju se jsir inqas rilevanti. Madankollu, l-EED riveduta tippermetti li jsir qari proprju għall-enerġija termali, iżda f’ċerti ċirkostanzi biss (30). B’mod partikolari, il-qari proprju mhuwiex permess fil-każ li t-tisħin tal-post jitkejjel b’mod separat abbażi ta’ allokaturi tal-ispiża għat-tisħin. Dan jirrikjedi li kull utent jikkomunika l-qari għal kull radjatur, u l-leġiżlatur qies li dan la huwa realistiku u lanqas mixtieq.

Għall-kejl tal-konsum jew sitwazzjonijiet oħra ta’ kejl separat tal-konsum, pereżempju t-tisħin jew it-tkessiħ tal-post ta’ bini mgħammar b’arloġġi tas-sħana, jew tal-konsum tal-ilma sħun domestiku, fil-prinċipju l-qari proprju jista’ jkun permess jekk l-Istat Membru inkwistjoni “jipprevedi dan”. Fi kliem ieħor, il-kumpaniji tat-tisħin distrettwali, il-maniġers tal-bini u entitajiet oħra li jkunu responsabbli biex jipprovdu lill-utenti aħħarin l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 10a, jistgħu ma jiddependux fuq il-qari proprju biex jissodisfaw dawn l-obbligi sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx ippreveda b’mod espliċitu dik il-possibbiltà fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali.

7.5.   Disponibbiltà tad-data u l-privatezza

Il-punt (a) tal-Artikolu 10a(2) jiddikjara li “…jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta’ servizz tal-enerġija magħżul mill-utent aħħari”. Dispożizzjoni simili hija inkluża fl-EED oriġinali, iżda d-dispożizzjoni ġdida tneħħi kwalunkwe dubju dwar id-dritt ta’ aċċess għad-data dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin li japplikaw għal sitwazzjonijiet fejn jintuża l-kejl separat. B’hekk, l-entità responsabbli għall-kejl separat — kemm jekk hija maniġer tal-bini, fornitur tas-servizz tal-kejl separat jew kwalunkwe entità oħra — għandha tipprovdi fuq talba lil kwalunkwe utent aħħari uniku aċċess għal tali data f’format xieraq u utli. Fil-kuntest tal-kejl separat tal-konsum, dan għandu b’mod partikolari jiġi interpretat bħala li jinkludi kemm il-qari tal-apparat tal-apparat(i) proprju(i) tal-utent kif ukoll is-somma tal-qari tal-installazzjoni kollha peress li dan tal-ewwel huwa utli biss flimkien ma’ din tal-aħħar. Fuq talba, tali informazzjoni għandha tinkludi wkoll parametri tekniċi ewlenin bħal fatturi ta’ klassifikazzjoni applikati għar-radjaturi sabiex ikunu jistgħu jsiru verifika jew kontrolli tal-plawsibbiltà indipendenti tal-kalkoli tal-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin.

Fl-istess ħin, il-punt (a) tal-Artikolu 10a(2) jiggarantixxi li l-informazzjoni dwar il-kontijiet relatata ma’ arloġġ ewlieni li jkejjel il-provvisti minn netwerk ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali f’bini b’aktar minn appartament jew użu wieħed b’kejl separat tal-konsum tista’ ssir disponibbli direttament lill-fornituri tas-servizz (31) tal-enerġija responsabbli għall-kejl separat tal-konsum u l-allokazzjoni tal-ispiża fil-bini. Dan huwa importanti peress li allokazzjoni preċiża tal-ispiża tirrikjedi aċċess f’waqtu għall-valuri tal-konsum aggregati. Aċċess dirett u f’waqtu għall-informazzjoni dwar il-kontijiet, inklużjoni l-valuri tal-kejl tal-konsum, huwa partikolarment importanti meta l-bini jitkejjel b’mod separat b’apparati li jinqraw mill-bogħod u meta jkun hemm għalhekk il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni subannwali. F’tali każijiet, il-klijent tan-netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali jista’ jitlob li l-informazzjoni relatata mal-arloġġ ewlieni ssir disponibbli lill-fornitur ta’ servizz tal-enerġija tal-għażla tiegħu, li tista’ tkun il-kumpanija li tipprovdi s-servizzi tal-kejl separat tal-konsum.

Il-punt (c) tal-Artikolu 10a(2) jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li “informazzjoni ċara u li tinftiehem tingħata mal-kont lill-utenti aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa”. L-implikazzjoni ta’ dan huma diskussi f’aktar dettall fit-taqsima 9.3 t’hawn taħt. Għall-utenti aħħarin mingħajr kuntratt dirett/individwali mal-fornitur tal-enerġija, “il-kont” għandu jiġi interpretat ukoll bħala li jirreferi għall-kontijiet tal-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin jew kwalunkwe talba oħra rikorrenti għall-ħlas tas-servizzi tat-tisħin/tat-tkessiħ/tal-ilma sħun domestiku f’isem il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tipprovdi tali servizzi (32).

Fl-aħħar, dispożizzjoni ġdida (il-punt (d) tal-Artikolu 10a(2)) tenfasizza li l-Istati Membri għandhom “jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti aħħarin f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.” Filwaqt li din id-dispożizzjoni ma żżid l-ebda obbligu speċifiku lill hinn minn dawk applikabbli diġà skont id-dritt tal-Unjoni (bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (33)), din tenfasizza li ċ-ċibersigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data huma rilevanti wkoll fil-kuntest tal-kejl tal-konsum, tal-kejl separat tal-konsum, tal-qari mill-bogħod u tal-kontijiet tal-enerġija termali.

7.6.   Aċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi

Kif inhu l-każ fl-EED oriġinali, l-EED riveduta tobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi (il-punt (b) tal-Artikolu 10a(2). Għandu jiġi nnotat li r-referenza hija biss għall-klijenti aħħarin, u mhux għall-utenti aħħarin, li jfisser li l-EED riveduta ma tagħtix dritt lill-konsumaturi individwali b’kejl separat tal-konsum biex jagħżlu konsenja elettronika. Il-leġiżlatur tal-UE għamel din l-għażla apposta biex jevita li jirrestrinġi l-libertà tal-partijiet ikkonċernati involuti f’bini partikolari jew għall-awtoritajiet nazzjonali biex jiddeċiedu kif għandhom jorganizzaw il-konsenja tal-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-kontijiet lill-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum.

8.   L-ISPEJJEŻ TAL-AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IL-KEJL TAL-KONSUM, IL-KONTIJIET U L-KONSUM (L-ARTIKOLU 11a)

L-Artikolu 11a ġdid tal-EED riveduta huwa kważi identiku għall-Artikolu 11 fl-EED oriġinali. Madankollu, għandhom jiġu nnotati xi ftit differenzi.

L-ewwel, id-dispożizzjoni l-ġdida tirrifletti l-pożizzjoni kkjarifikata tal-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum u għalhekk tagħmel referenza għall-utenti aħħarin pjuttost milli għall-klijenti aħħarin biss (ta’ min ifakkar li dawn tal-aħħar huma subsett ta’ dawk tal-ewwel, grupp usa’).

It-tieni, l-Artikolu l-ġdid jikkjarifika li l-paragrafu 2 japplika kemm għal binjiet b’aktar minn appartament wieħed kif ukoll għal dawk b’aktar minn użu wieħed.

It-tielet, jiżdied paragrafu 3 ġdid biex jiġi kkjarifikat li “[s]abiex jiġu żgurati spejjeż raġonevoli għas-servizzi ta’ kejl separat tal-konsum kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistimulaw il-kompetizzjoni f’dak is-settur ta’ servizzi billi jieħdu miżuri xierqa, bħal pereżempju billi jirrakkomandaw jew jippromwovu b’xi mod ieħor l-użu ta’ sejħiet għal offerti jew l-użu ta’ apparati interoperabbli u sistemi li jiffaċilitaw il-bdil bejn fornituri ta’ servizzi”. Filwaqt li l-azzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni huma fakultattivi b’mod ċar u mhux obbligatorji li jitwettqu mill-Istati Membri, il-leġiżlatur iqis li d-dispożizzjoni hija utli peress li tagħti eżempji ta’ miżuri speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jistimulaw il-kompetizzjoni fil-provvista ta’ servizzi ta’ kejl separat tal-konsum bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżizzjoni lejn apparati u sistemi li jinqraw mill-bogħod.

Fl-aħħar, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 oriġinali jitħassar minħabba li l-EED riveduta tnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-elettriku u l-gass, u peress li l-Artikolu 11(2) oriġinali kien jikkonċerna biss il-kejl separat tal-konsum tal-enerġija termali u issa ġie ssostitwit bl-Artikolu 11a(2) il-ġdid.

Minbarra l-abbozzar tad-differenzi diskussi hawn fuq, ta’ min jinnota żvilupp ieħor relatat ma’ dan is-suġġett. F’April 2018, tressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (34) minn Qorti Finlandiża. Fil-qosor, il-mistoqsija li saret kienet jekk l-obbligu li jiġu pprovduti kontijiet mingħajr ħlas għandux jiġi interpretat bħala li jipprevjeni lill-konsumaturi li jirċievu l-kontijiet elettronikament milli jingħataw tnaqqis. Fin-Nota ta’ Gwida tal-2013 (35) il-Kummissjoni sostniet li r-rekwiżit li jiġu pprovduti kontijiet mingħajr ħlas ma jipprevjenix lill-klijenti li jagħżlu metodi partikolari ta’ konsenja tal-kontijiet milli jkunu offruti skonti. Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet pożizzjoni simili. Din ikkonkludiet li l-Artikolu 11(1) għandu jiġi interpretat bħala li ma jipprekludix, f’ċirkostanzi bħal dawk inkwistjoni fil-proċedimenti ewlenin, skont fuq l-imposti tan-netwerk tal-elettriku mogħti minn kumpanija tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku lill-klijenti aħħarin li jkunu għażlu kontijiet elettroniċi.

9.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET U L-KONSUM

9.1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali

L-Anness VIIa ġdid jirrikjedi li “[s]abiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin tal-inqas darba fis-sena”. Fl-Anness VII tal-EED oriġinali, jeżisti rekwiżit simili ħafna, iżda l-formulazzjoni fl-Anness VIIa tagħmel referenza għall-utenti aħħarin (u b’hekk tapplika għall-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum). Barra minn hekk, il-kelma “jenħtieġ li” inkluża fl-Anness VII ġiet issostitwita b’“għandhom” fl-Anness VIIa biex tiġi riflessa n-natura vinkolanti tar-rekwiżit. Kif issemma fit-taqsima 7.2, ta’ min jenfasizza li, f’kuntesti ta’ kejl separat tal-konsum, ir-rekwiżit li l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għandha tkun ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin m’għandux jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li l-ispejjeż għat-tisħin jew għat-tkessiħ tal-post jiġu allokati esklussivament abbażi tal-qari minn arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin individwali.

Essenzjalment, ir-rekwiżit jiżgura li l-utenti aħħarin tal-enerġija termali jkunu infurmati dwar il-konsum reali tagħhom mill-inqas darba fis-sena u li l-ħlas tagħhom għall-konsum tagħhom ikun ikkalkolat jew aġġustat kif xieraq, pereżempju bil-ħlas ta’ kwalunkwe differenza bejn l-ammont attwali dovut u s-somom imħallsa abbażi ta’ ħlasijiet regolari b’rata fissa li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin.

9.2.   Informazzjoni frekwenti dwar il-kontijiet jew il-konsum

9.2.1.   Sitwazzjonijiet fejn huwa meħtieġ il-provvista ta’ informazzjoni subannwali

Il-frekwenza li biha l-utenti aħħarin jiġu infurmati dwar il-konsum reali tagħhom tal-enerġija termali kienet objettiv ewlieni tal-proposta biex tiġi riveduta l-EED u hija riflessa fil-punt 2 tal-Anness VIIa ġdid.

Fl-EED oriġinali, il-provvista ta’ informazzjoni subannwali huwa obbligatorju fejn “dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat”. Fl-EED riveduta, din il-kondizzjonalità ġiet issimplifikata biex ir-rekwiżiti japplikaw “fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin”.

Jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfata jew le għandu jiġi evalwat fid-dawl tad-deċiżjoni ta’ kull Stat Membri fir-rigward ta’ liema tipi ta’ apparati jitqiesu li jinqraw mill-bogħod (ara t-taqsima 6.1).

Huwa possibbli li bini jkun fih kemm apparati li jinqraw mill-bogħod kif ukoll apparati li ma jinqrawx mill-bogħod. Tali sitwazzjonijiet jeħtieġ li jitqiesu fuq bażi ta’ każ b’każ.

Pereżempju: f’bini b’aktar minn appartament wieħed fornut minn tisħin distrettwali, fejn l-apparati installati f’kull unità tal-bini huma allokaturi tal-ispiża għat-tisħin jew arloġġi li jinqraw mill-bogħod, l-arloġġ ewlieni tal-bini li jkejjel is-sħana totali fornuta jew ikkunsmata jaf ma jkunx jinqara mill-bogħod. F’dan il-każ, il-kalkolu sħiħ tal-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin jista’ jsir biss fil-prinċipju kull meta l-qari jkun disponibbli wkoll mill-arloġġ ewlieni. Tista’ sseħħ sitwazzjoni simili għal bini b’bojler komuni li jopera, pereżempju, bil-gass jew biż-żejt: barra minn hekk, f’dan il-każ, valur preċiż għall-konsum aggregat għal kull perjodu subannwali jista’ ma jkunx disponibbli jekk l-arloġġ tal-gass ewlieni ma jkunx jinqara mill-bogħod, jew jekk it-tank jew il-berner taż-żejt ma jkunx mgħammar b’gejġ li jippermetti li l-konsum jinqara mill-bogħod. F’tali każijiet, xorta jkun għadu possibbli li jsir kalkolu approssimattiv tal-allokazzjoni tat-tisħin billi jintuża l-qari mill-apparati individwali u jiġi estrapolat valur stmat għall-konsum totali. Imbagħad, tista’ titqajjem il-mistoqsija dwar kif għandu jiġi rikonċiljat ir-rekwiżit inkluż fl-Artikolu 10a(1) li “…l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, f’konformità mal-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha” mal-fatt li fin-nuqqas ta’ valuri subannwali għall-konsum aggregat (billi jiġi installat arloġġ tal-gass li jinqara mill-bogħod, billi jinqara manwalment l-arloġġ tal-gass ewlieni b’mod aktar frekwenti, billi jiġi installat ġejġ taż-żejt konness eċċ.), kwalunkwe kalkolu tal-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin li jsir jista’ jkun biss approssimattiv. Il-Kummissjoni temmen li n-nuqqas ta’ qari subannwali tal-arloġġ ewlieni ma jiġġustifikax il-fatt li l-utenti b’kejl separat tal-konsum ma jiġux ipprovduti informazzjoni subannwali dwar il-konsum dment li ċ-ċirkostanzi jagħmluha possibbli li ssir stima/approssimazzjoni raġonevolment ġusta tal-kalkolu tal-allokazzjoni tal-ispiża. F’tali każijiet għandu sempliċement jiġi ċċarat li l-valuri subannwali huma stmati/estrapolati parzjalment. Huwa probabbli ħafna li l-valur tal-informazzjoni subannwali għall-konsumaturi se jissupera l-preċiżjoni mnaqqsa bi ftit li tirriżulta min-nuqqas ta’ valur tal-konsum aggregat.

Min-naħa l-oħra, jekk bini b’kejl separat tal-konsum ikun mgħammar b’arloġġ ewlieni li jinqara mill-bogħod lejn netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali, iżda l-apparati li jintużaw għall-kejl separat fil-bini ma jkunux jinqraw mill-bogħod, il-kundizzjoni fl-Anness VIIa(2) ma tkunx issodisfata sa fejn ikunu kkonċernati l-utenti aħħarin b’kejl separat tal-konsum. Għall-kuntrarju ta’ dan, din tkun issodisfata għan-netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ u l-klijent/il-bini tiegħu b’mod ġenerali. F’dan il-każ, l-informazzjoni fil-livell tal-bini għandha tiġi pprovduta lill-klijent aħħari skont l-Anness VIIa(2).

Eżempju ieħor jista’ jkun bini b’kejl separat tal-konsum fejn l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin jinqraw mill-bogħod, għall-kuntrarju tal-arloġġi tal-ilma sħun domestiku. F’dan il-każ, kull servizz jista’ jiġi indirizzat separatament, u l-informazzjoni subannwali tista’ tiġi pprovduta għat-tisħin tal-post iżda mhux għall-ilma sħun domestiku.

9.2.2.   Frekwenza minima meħtieġa

L-implikazzjoni tal-kondizzjonalità ssimplifikata spjegata hawn fuq hija li, kull fejn ikunu installati apparati li jinqraw mill-bogħod, l-utenti aħħarin għandhom jiġu pprovduti informazzjoni frekwenti, li tista’ tkun jew informazzjoni dwar il-kontijiet jew sempliċement informazzjoni dwar il-konsum. Minn 22 xahar wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ id-Direttiva emendatorja, jiġifieri mill-25 ta’ Ottubru 2020, il-frekwenza minima meħtieġa se tkun simili għal dik prevista fl-EED oriġinali, jiġifieri “tal-inqas kull tliet xhur, fuq talba jew fejn il-konsumaturi (36) jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku jew inkella darbtejn fis-sena”. Mill-1 ta’ Jannar 2022, il-frekwenza minima se tkun kull xahar.

9.2.3.   Eżenzjonijiet barra l-istaġuni tat-tisħin/tat-tkessiħ

It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li tiġi pprovduta informazzjoni kull xahar barra mill-istaġuni tat-tisħin/tat-tkessiħ. X’jikkostitwixxi l-istaġuni tat-tisħin jew tat-tkessiħ jista’ jvarja skont il-post u l-ġurisdizzjoni, jew skont il-bini. Il-possibbiltà li jsiru eċċezzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit ta’ kull xahar tista’ tiġi interpretata bħala possibbiltà biex tiġi sospiża l-provvista ta’ informazzjoni matul il-perjodu li fih it-tisħin jew it-tkessiħ tal-post ma jiġix ipprovdut permezz ta’ installazzjoni kollettiva tal-bini.

9.2.4.   Distinzjoni bejn il-provvista u d-disponibbiltà tal-informazzjoni

Ir-rekwiżit li, fejn ikunu ġew installati arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin li jinqraw mill-bogħod, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin f’intervalli subannwali, jista’ jqajjem mistoqsijiet dwar x’jikkostitwixxi l-konformità. Il-Kummissjoni tinnota li l-leġiżlatur ħalla apposta l-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni miftuħ, filwaqt li għamel ukoll distinzjoni ċara bejn il-provvista u d-disponibbiltà tal-informazzjoni.

Ir-rekwiżit essenzjali huwa li tiġi pprovduta informazzjoni lill-utent. Dan jista’ jsir f’forma stampata jew permezz ta’ mezzi elettroniċi bħal posta elettronika. L-informazzjoni tista’ ssir disponibbli wkoll permezz tal-internet (u interfaċċji bħal portal tal-web jew applikazzjoni tal-ismartphone), iżda f’tali każijiet l-utent aħħari għandu jiġi nnotifikat b’xi mod fl-intervalli regolari indikati, altrimenti l-informazzjoni ma tistax titqies bħala li ġiet ipprovduta lill-utent aħħari b’dik il-frekwenza, iżda li sempliċement saret disponibbli. Il-fatt li l-informazzjoni ssir biss disponibbli iżda jitħalla f’idejn l-utent aħħari biex isibha ma jkunx allinjat mal-objettiv ġenerali ta’ din il-parti tal-EED riveduta, jiġifieri li titqajjem is-sensibilizzazzjoni tal-utenti aħħarin fir-rigward tal-konsum tagħhom.

Huwa importanti li tiġi enfasizzata din id-distinzjoni sottili iżda importanti anke minħabba l-fatt li l-leġiżlatur inkluda l-għażla li l-informazzjoni ssir disponibbli b’mod fakultattiv u addizzjonali permezz tal-internet wara r-rekwiżit essenzjali li tiġi pprovduta informazzjoni f’intervalli regolari: ‘“Din tista’ wkoll issir disponibbli permezz tal-Internet u tiġi aġġornata sikwit kemm permess mill-apparat u s-sistemi ta’ kejl użati.”. It-terminu “ukoll” ma ntużax fis-sens ta’ “minflok” iżda biex jindika possibbiltà addizzjonali. Kwalunkwe interpretazzjoni oħra tħalli wisq lok biex jitfasslu u jintużaw sistemi li ma jagħmlux feedback frekwenti possibbli, u b’hekk tevita r-rekwiżit essenzjali u ddgħajjef l-ilħuq ta’ għan essenzjali tal-EED riveduta. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-użu tal-formulazzjoni “jistgħu jsiru” fil-punt 3 tal-Anness VIIa, fejn il-leġiżlatur fisser b’mod ċar li d-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu alternattivi. Fil-qosor, “id-disponibbiltà” kontinwa tal-informazzjoni permezz tal-internet mhijiex mezz alternattiv jew suffiċjenti ta’ konformità mar-rekwiżiti skont il-punt 2 tal-Anness VIIa biex tiġi pprovduta informazzjoni subannwali sakemm din ma tiġix ikkombinata ma’ xi tip ta’ notifika attiva tal-utent aħħari fl-intervalli meħtieġa.

9.2.5.   Il-kontenut ta’ informazzjoni subannwali dwar il-kontijiet jew il-konsum

Kif issemma fit-taqsima 7.3, l-EED riveduta tipprovdi flessibbiltà fir-rigward tan-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli subannwali skont il-punt 2 tal-Anness VIIa.

Bħala minimu, għandha tiġi inkluża informazzjoni bażika dwar kif żviluppa l-konsum reali (jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin). Pereżempju, din tista’ tiġi kkombinata ma’ stimi ta’ kif ix-xejra osservata tista’ taffettwa l-konsum futur tal-utent aħħari u xi jkun il-livell tal-kont tagħhom jekk il-konsum jibqa’jsir bl-istess mod.

Jekk il-ħruġ tal-kontijiet isir fl-istess ħin mal-provvista tal-informazzjoni skont il-punt 2 tal-Anness VIIa, id-dispożizzjonijiet fil-punt 3 ta’ dan l-Anness se jiddeterminaw ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontijiet.

9.3.   Informazzjoni minima inkluża fil-kont

Il-punt 3 tal-Anness VIIa jispeċifika ċerti elementi minimi ta’ informazzjoni li għandhom ikunu disponibbli għall-utenti aħħarin fil-kontijiet jew mehmuża magħhom, b’rekwiżiti differenti skont jekk il-kont ikunx ibbażat fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin. Ta’ min jinnota li l-utenti aħħarin li jokkupaw partijiet minn bini mhux mgħammar b’arloġġi jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin individwali, jew dawk li jikru l-bini tagħhom fuq bażi ta’ “kera li tinkludi kollox”, jistgħu ma jirċievu qatt kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin. Tabilħaqq, fil-każ ta’ “kera li tinkludi kollox” dawn saħansitra jaf lanqas jirċievu kont wieħed tal-enerġija, u b’hekk l-ebda rekwiżit fl-Artikolu 10a jew fl-Anness VIIa ma jkun japplika.

Meta mqabbel mal-Anness VII tal-EED oriġinali, l-Anness VIIa ġdid huwa fformulat b’mod li jirrifletti b’mod aktar ċar in-natura vinkolanti tar-rekwiżiti li jinkludi, pereżempju billi jħalli barra kwalifiki bħal “fejn xieraq” jew “preferibbilment” (37).

L-Anness VIIa jinkludi wkoll xi elementi kompletament ġodda, inkluż obbligu biex il-kontijiet jinkludu “l-informazzjoni dwar proċeduri ta’ lmenti rilevanti, servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, kif applikabbli fl-Istati Membri”. Meta jittrasponu dan ir-rekwiżit, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw pubblikament liema, jekk applikabbli, servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim (38) huma legalment kompetenti biex jindirizzaw l-ilmenti u t-tilwim relatati mal-kejl tal-konsum, il-kejl separat tal-konsum, il-kontijiet u l-allokazzjoni tal-ispiża, sabiex il-fornituri tal-enerġija u partijiet oħra li joħorġu l-kontijiet ikunu jistgħu jinkludu din l-informazzjoni fil-kontijiet tagħhom.

9.3.1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali/il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin

L-elementi individwali tal-informazzjoni li għandhom isiru disponibbli fil-kontijiet jew mehmuża magħhom ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-apparati huma parzjalment ibbażati fuq l-Anness VII eżistenti u parzjalment ġodda.

Filwaqt li mhux kollha jeħtieġu spjegazzjoni, ta’ min jenfasizza xi ftit aspetti.

Bħal fl-EED oriġinali, il-punt 3(a) tal-Anness VIIa jirreferi għal “prezzijiet reali”. Għall-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, dan tipikament se jimplika speċifikazzjoni tal-prezz totali li għandu jitħallas kif ukoll id-diversi komponenti tiegħu, bħal tariffi/prezzijiet relatati mal-konsum, relatati mal-kapaċità u dawk fissi. Għall-kejl separat tal-konsum, dan għandu jinkludi mill-anqas is-sehem tal-ispiża għat-tisħin li l-individwu għandu jħallas, flimkien mal-qari tal-apparat u t-totali għall-bini li jorġina minnu.

Fir-rigward tat-tqabbil mal-konsum fl-istess perjodu fis-snin preċedenti (punt 3(c)), għandu jiġi nnotat l-obbligu biex dan isir disponibbli f’forma grafika u korretta għall-klima. Fid-dawl tar-rekwiżiti tal-protezzjoni u tal-privatezza tad-data (ara wkoll it-taqsima 7.5) dan ir-rekwiżit għandu jiġi interpretat bħala li japplika biss għall-informazzjoni dwar l-enerġija kkunsmata mill-okkupant attwali, jiġifieri l-istess utent aħħari li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli.

Għall-fini tal-korrezzjoni tal-klima, jista’ jkun meħtieġ li jsiru suppożizzjonijiet dwar is-sehem tal-enerġija li ntużat għall-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku meta dik l-enerġija ma titkejjilx b’mod separat mill-ħtiġijiet tat-tisħin tal-post. Barra minn hekk, hija meħtieġa data dwar it-temperatura ta’ barra speċifika għall-post jew rappreżentattiva biex jiġu kkalokati l-jiem tal-grad ta’ tisħin (HDDs) jew il-jiem tal-grad ta’ tkessiħ (CDDs) li jintużaw biex titwettaq il-korrezzjoni tal-klima. Sabiex tintuża għall-finijiet tal-informazzjoni dwar il-kontijiet, jeħtieġ li tali data tkun disponobbli mingħajr dewmien sinifikanti. L-Istati Membri u l-partijiet responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kontijiet jeħtieġ li jidentifikaw sorsi disponibbli ta’ tali data, li possibbilment jistgħu jkunu jew nazzjonali, reġjonali, lokali jew speċifiċi għall-bini (jekk pereżempju bini jkun mgħammar b’sensur ta’ barra li minnu jista’ jiġi rkuprat il-kejl). Dawn għandhom ikunu wkoll trasparenti dwar il-metodoloġija li tintuża biex titwettaq il-korrezzjoni tal-klima (39).

Fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taħlita ta’ fjuwils li tintuża, dan se jkun relattivament dirett fil-maġġoranza tal-binjiet b’aktar minn appartament/użu wieħed mgħammra bil-bojler kollettiv tagħhom stess, b’mod partikolari meta dawn jiġu dejjem operati billi jintuża l-istess tip ta’ fjuwil. Meta l-bojlers ikunu jistgħu jiġu operati billi jintużaw diversi fjuwils jew, pereżempju, meta dawn jużaw fjuwils pilota meta jibdew joperaw, valuri medji annwali jkunu biżżejjed għall-finijiet ta’ konformità. Meta l-binjiet jiġu fornuti minn netwerks tat-tisħin distrettwali jew tat-tkessiħ distrettwali, permezz tal-istess dispożizzjoni l-persuna ġuridika jew fiżika li tkun il-klijent aħħari se tkun intitolata li tirċievi informazzjoni dwar it-taħlita ta’ fjuwils li tintuża biex jiġi pprovdut is-servizz tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali. F’binjiet b’aktar minn appartament/użu wieħed, min-naħa l-oħra dik l-informazzjoni tista’ tintuża (40) biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar it-taħlita tal-enerġija lill-utenti aħħarin li jokkupaw kull unità.

Il-mezzi li jintużaw biex tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar it-taħlita ta’ fjuwils jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli li tintuża fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali, u b’hekk jiġi ssodisfat parzjalment l-obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) (41), li jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ tagħhom tiġi pprovduta lill-konsumaturi aħħarin b’mod faċilment aċċessibbli, bħal fuq is-siti web tal-fornituri, fuq il-kontijiet annwali jew fuq talba. L-RED II ma tiddefinixxix it-terminu “klijenti aħħarin” iżda, fil-fehma tal-Kummissjoni, it-terminu “utent aħħari”, kif jintuża fl-EED riveduta, ikopri għalkollox it-terminu “konsumaturi aħħarin” kif jintuża fl-Artikolu 24(1) tal-RED II. B’mod partikolari, iż-żewġ termini jinkludu okkupanti ta’ unitajiet individwali f’binjiet b’aktar minn appartament/użu wieħed fornuti minn tisħin/tkessiħ distrettwali anke jekk ma jkollhom l-ebda kuntratt individwali jew dirett mal-fornitur (42). Għalhekk, id-dispożizzjoni relatata mal-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum li ġiet implimentata fl-EED tista’ tintuża biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli li tintuża fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali skont l-RED II. Dan jista’ jkun mod kosteffikaċi biex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet rilevanti kemm tal-EED kif ukoll tal-RED II, peress li l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-enerġija għandha tinkludi s-sehem tal-enerġija rinnovabbli meta tali enerġija tkun parti mit-taħlita tal-fjuwil.

Dan il-mod li bih jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-provvista tal-informazzjoni dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jkun inekwivoku u b’hekk jevita sfidi legali possibbli, jekk l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwil tinkludi l-kategorija tal-enerġija rinnovabbli (bl-ispeċifikazzjoni possibbli tat-tip/i tagħha) fl-informazzjoni dwar it-taħlita ta’ fjuwils, filwaqt li tispeċifika valur ta’ żero (0) f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda komponent rinnovabbli.

Id-divulgazzjoni tat-taħlita ta’ fjuwils li tispeċifika l-komponent rinnovabbli tal-provvista tas-sħana jew tal-kesħa ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti inklużi fl-Artikolu 24(1) tal-RED II sakemm l-informazzjoni dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tat-tisħin u/jew tat-tkessiħ distrettwali ma tiġix inkluża wkoll.

Fir-rigward tal-mod li bih tiġi pprovduta l-informazzjoni, ir-rekwiżiti inklużi fil-punt 3(b) tal-Anness VIIa tal-EED u fl-Artikolu 24(1) tal-RED II huma ftit differenti. L-ewwel waħda hija ftit aktar stretta fis-sens li l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwil għandha tiġi pprovduta “fil-kontijiet [tal-utenti aħħarin] […] jew magħhom” filwaqt li l-RED II tippermetti li l-informazzjoni dwar is-sehem tas-sorsi rinnovabbli u r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tiġi pprovduta b’mod faċilment aċċessibbli permezz tas-sit web tal-fornitur jew fuq talba. Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit tal-RED II huwa ftit aktar strett fis-sens li dan japplika għall-konsumaturi aħħarin kollha filwaqt li r-rekwiżit tal-EED japplika biss fil-kuntest tal-kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin.

Fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra annwali relatati, jitqajmu għadd ta’ kwistjonijiet skont jekk il-provvisti joriġinawx minn sors ta’ fjuwil wieħed, pereżempju bojler tal-gass jew taż-żejt kollettiv f’bini, jew minn sistema tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali. Fiż-żewġ każijiet, għandha tingħata attenzjoni għal kif u sa fejn huwa rifless l-impatt tat-telf tal-effiċjenza fil-bini jew fin-netwerk, u liema indikaturi jintużaw (jiġifieri assoluti jew relattivi/speċifiċi (kgCO2e/kJ), aggregati jew għal kull appartament, eċċ.).

Bħala minimu, l-operaturi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali għandhom jipprovdu l-emissjonijiet medji annwali tan-netwerk għal kull unità tal-enerġija fatturata/fornuta (jiġifieri l-impatt tat-telf tan-netwerk), sabiex ikunu jistgħu jiġu kkalkolati l-emissjonijiet assoluti korrispondenti għal kwalunkwe klijent aħħari.

Abbażi ta’ dan, jew abbażi tal-konsum tal-fjuwil proprju tal-bini, il-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum jista’ jkollhom informazzjoni dwar is-sehem tal-emissjonijiet assoluti (kg) tagħhom U l-emissjonijiet medji relattivi/speċifiċi tagħhom, eż. li tirrifletti l-kompożizzjoni tat-tisħin distrettwali jew il-fjuwil li jintuża, u fejn rilevanti, sorsi tal-enerġija rinnovabbli lokali.

Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’applikazzjoni tar-rekwiżit li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra biex tinkludi biss provvisti minn sistemi ta’ tisħin distrettwali b’input termali kklassifikat totali li jaqbeż l-20 MW. Meta Stat Membru jagħżel li jagħmel dan, dan jippermetti b’mod partikolari li netwerks tat-tisħin distrettwali u bini b’kejl separat tal-konsum ta’ daqs żgħir u medju bil-bojlers tagħhom stess biex jiġu eżentati mill-ħtieġa li jipprovdu tali informazzjoni. Għandu jiġi enfasizzat li din il-possibbiltà biex jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit biex tiġi pprovduta l-informazzjoni ma tapplikax għall-informazzjoni dwar it-taħlita ta’ fjuwils, iżda tikkonċerna biss l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra annwali relatati.

Fis-sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali fejn il-klijenti għandhom l-għażla li jagħżlu prodotti “ekoloġiċi” partikolari li jinbiegħu bħala li joriġinaw minn taħlita ta’ fjuwils partikolari (eż. sorsi tal-enerġija kompletament rinnovabbli) jew b’impronta tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra partikolari li jkunu differenti mill-medja tas-sistema, dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evitat li jkun hemm għadd doppju u informazzjoni tal-konsumaturi qarrieqa. Kwalunkwe tali bejgħ għandu jiġi eskluż meta tiġi kkalkolata l-medja tat-taħlita ta’ fjuwils jew l-impronta tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-klijenti aħħarin. Jekk dan ma jsirx jista’ potenzjalment jikkostitwixxi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumaturi (43).

Il-punt 3(f) tal-Anness VIIa jirrikjedi li jsir tqabbil bejn il-konsum tal-utent u l-konsum ta’ utent aħħari medju normalizzat jew skont punti ta’ riferiment fl-istess kategorija ta’ utenti, u għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw jew jiddelegaw ir-responsabbiltà biex jiġu żviluppati punti ta’ riferiment u kategoriji tal-utenti xierqa. Għall-kejl separat, il-fornituri tas-servizz tal-kejl separat jistgħu jagħmlu punti ta’ riferiment disponibbli abbażi ta’ data mill-bini fil-portafolji tagħhom. Għall-kontijiet elettroniċi, tali tqabbil jista’ jsir disponibbli online u mbagħad għandu jiġi mmarkat fil-kontijiet stess. Għall-kontijiet li jiġu pprovduti f’format stampat, it-tqabbil għandu naturalment jiġi inkluż fil-kont attwali, bħalma huwa l-każ għal elementi oħra li għandhom jiġu inklużi.

9.3.2.   Kontijiet mhux ibbażati fuq il-konsum reali/il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin

Bħalissa hija prattika komuni (mill-inqas fis-sitwazzjonijiet fejn ma jkunux disponibbli apparati li jinqraw mill-bogħod) li kwalunkwe kont regolari/subannwali jiġi bbażat fuq l-istimi tar-rata fissa tal-konsum annwali. Tali kontijiet ma jeħtieġx li jinkludu l-elementi kollha elenkati hawn fuq, iżda għandhom “jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ kif l-ammont stipulat fil-kont ġie kkalkulat, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e)” tal-punt 3 tal-Anness VIIa. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll f’sitwazzjonijiet fejn il-kontijiet qatt ma jkunu bbażati fuq il-konsum reali/il-qari mill-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin. Dan se jkun il-każ għall-utenti aħħarin individwali f’binjiet b’aktar minn appartament u użu wieħed li ma jitkejlux b’mod separat, u fejn l-ispejjeż tal-enerġija jingħaddu lill-utenti aħħarin permezz ta’ imposti rikorrenti jew kontabbiltà tal-ispiża għat-tisħin ibbażati esklussivament fuq parametri oħra bħall-erja tal-art, il-volum, eċċ.


(1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002.

(2)  Ara l-Artikoli 70 u 73 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(3)  SWD(2013) 448 final, Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1416394987283&uri=SWD:2013:448:FIN.

(4)  B’mod partikolari, il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 19-26, 50-54, u 56 tan-nota tal-2013 huma rilevanti wkoll għad-dispożizzjonijiet ġodda li jkopru l-enerġija termali.

(5)  “Guidelines on good practice in cost-effective cost allocation and billing of individual consumption of heating, cooling and domestic hot water in multi-apartment and multi-purpose buildings” (Linji Gwida dwar prattiki tajba f’allokazzjoni tal-ispiża u kontijiet koseteffiċjenti tal-konsum individwali tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ilma sħun domestiku f’binjiet b’aktar minn appartament u użu wieħed), empirica GmbH — Riċerka dwar il-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija, Simon Robinson, Georg Vogt, Diċembru 2016 https://ec.europa.eu/energy/en/studies/specific-guidance-sub-metering-thermal-energy-multi-unit-buildings-implementation-articles-9.

(6)  Fl-Artikolu 2(23) tal-EED, klijent aħħari huwa ddefinit bħala “persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess”.

(7)  Meta mqabbel mal-Artikolu 9, l-Artikolu 9a ma jirreferix għal arloġġi “individwali”. Din id-differenza ma tibdilx il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit u hija maħsuba biss biex issaħħaħ id-distinzjoni aktar ċara bejn il-kejl tal-konsum u l-kejl separat tal-konsum u bejn il-klijenti aħħarin u l-utenti aħħarin. Fl-EED riveduta, it-terminu “individwali” jintuża l-aktar fil-kuntest tal-kejl separat tal-konsum.

(8)  Din is-sitwazzjoni mhijiex daqshekk komuni iżda tiġri. Is-sitwazzjoni aktar komuni hija li jkun hemm diversi utenti aħħarin iżda klijent aħħari wieħed biss — ara wkoll it-Taqsima 7.1.

(9)  Għandu jiġi nnotat li r-responsabbiltà għall-installazzjoni ta’ tali arloġġi fil-livell tal-bini m’għandhiex tkun tal-kumpanija tat-tisħin distrettwali iżda pjuttost tas-sid jew tal-maniġer tal-binjiet.

(10)  It-tisħin distrettwali mhuwiex iddefinit fl-EED, iżda skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli dan ifisser “id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, [jew] ilma sħun minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess”

(11)  Peress li l-enerġija termali li toriġina minn sors taħt l-art ġeotermali fil-baxx x’aktarx ikollha temperaturi aktar baxxi li bihom mhijiex utli direttament (sakemm ma tkunx ikkombinata ma’ pompa tas-sħana) għal użi tipiċi tal-enerġija (tisħin tal-post, tħejjija għall-ilma sħun domestiku, tisħin tul il-proċessi), wieħed jista’ jargumenta li din m’għandhiex neċessarjament titqies bħala tisħin distrettwali jew “sors” ta’ “tisħin” jew ilma sħun domestiku”. B’rabta mal-Artikolu 9a(2), tali interpretazzjoni hija msaħħa aktar jekk kwalunkwe pompa tas-sħana li tintuża (biex tagħmel l-enerġija termali mis-sors taħt l-art utli) titħallas b’mod individwali, minħabba li, jekk dan ikun il-każ, komponent kritiku tas-servizz tat-tisħin ma joriġinax minn sors ċentrali.

(12)  B’dawn il-kundizzjonijiet, wieħed jista’ jargumenta li m’hemmx provvista netta ta’ kesħa mibjugħa mill-operatur tas-sistema iżda użu temporanju ta’ faċilità ta’ ħżin li tintuża biex tipprovdi s-sħana f’perjodi aktar kiesħa.

(13)  Okkupanti jistgħu jkunu unitajiet domestiċi, kumpaniji jew kwalunkwe entità oħra intitolata biex tokkupa l-bini kkonċernat.

(14)  L-okkupanti li għandhom kuntratti individwali u diretti mal-fornitur tal-enerġija għandhom tali drittijiet abbażi tal-fatt li huma klijenti aħħarin (jiġifieri persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru l-enerġija kkonċernata għall-użu aħħari finali tagħhom) skont l-Artikolu 9a, 10a u 11a.

(15)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4.

(16)  Ara Para 25 fi SWD(2013) 448 final.

(17)  Għal diskussjoni u analiżi tal-prinċipji dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, ara pereżempju Castellazzi, L., “Analysis of Member States’ rules for allocating heating, cooling and hot water costs in multi-apartment/purpose buildings supplied from collective systems— Implementation of EED Article 9(3)” (Analiżi tar-regoli tal-Istati Membri dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun f’binjiet b’aktar minn appartament/użu wieħed fornuti minn sistemi kollettivi — L-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-EED), EUR 28630 EN, il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017, ISBN 978-92-7969286-4, doi:10.2760/40665, JRC106729 https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/analysis-member-states-rules-allocating-heating-cooling-and-hot-water-costs-multi-apartmentpurpose.

(18)  Għandu jiġi nnotat li r-rekwiżit japplika mingħajr distinzjoni għall-prevalenza tal-kejl separat tal-konsum, u li r-regoli għandhom ikopru wkoll sitwazzjonijiet fejn id-data individwali għall-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin ma tkunx disponibbli minħabba li jkun instab li l-kejl separat tal-konsum ma jkunx teknikament fattibbli jew kosteffettiv.

(19)  Ara l-Kawżi C-708/17 u C-725/17: http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=200142&text=&dir=&doclang=MT&part=1&occ=first&mode=DOC&pageIndex=0&cid=5705953 u http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=200154&pageIndex=0&doclang=MT&mode=req&dir=&occ=first&part=1&cid=1928887.

(20)  http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=213510

(21)  Ara t-taqsima 3, p. 26 tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (SWD(2016)405 final).

(22)  F’bosta każijiet l-installazzjoni ta’ teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi jew is-sewqan minn ħdejhom tista’ tinqara “tassew” mill-bogħod billi tiġi installata “gateway” waħda jew aktar fil-bini. Tali gateways jiġbru sinjali mill-apparati u jittrażmettuhom permezz tal-internet jew sistemi tat-telekomunikazzjoni lis-sistemi tad-data tal-fornituri tas-servizz.

(23)  Ara t-taqsima 6.5 ta’ EN834 u t-taqsima 6.4 ta’ EN835.

(24)  L-Artikoli 9a, 9b, 9c u 10a li ġew miżjuda mid-Direttiva (UE) 2018/2002 jaqgħu taħt il-firxa tal-“Artikoli 7 sa 11”. Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Elettriku temenda wkoll l-Artikolu 13 tal-EED biex jiġi żgurat li l-Artikolu 11a jaqa’ wkoll taħt il-firxa msemmija f’dak il-paragrafu.

(25)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13), kif emendata.

(26)  Jiġifieri, ħlief fejn eċċezzjonijiet speċifiċi jkunu ġġustifikati u ddokumentati kif xieraq, ara t-taqsima 6.4.

(27)  L-Artikolu 2, punt 23 tal-EED.

(28)  Ara para 9 fi SWD(2013) 448 final.

(29)  F’kuntest ta’ kejl separat tal-konsum, xi kultant dan jissejjaħ ukoll “allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin”.

(30)  It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1) jiddikjara li “[d]an l-obbligu jista’, fejn Stat Membru jipprevedi dan, ħlief fil-każ ta’ konsum b’kejl separat tal-konsum ibbażat fuq allokaturi tal-ispiża għat-tisħin taħt l-Artikolu 9b, jitwettaq minn sistema ta’ qari proprju regolari mill-klijent aħħari jew mill-utent aħħari fejn huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom. Huwa biss fejn il-klijent aħħari jew l-utent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perjodu partikolari ta’ kontijiet li l-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.”

(31)  L-Artikolu 2(24) tal-EED jiddefinixxi “fornitur ta’ servizz tal-enerġija” bħala persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħra għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f’faċilità jew f’bini ta’ klijent aħħari.

(32)  Dan jinkludi talbiet għall-ħlasijiet ta’ imposti rikorrenti li jinkludu spejjeż tal-enerġija speċifikati fil-binjiet tat-tip imsemmija fl-Artikolu 9b(1) meta jintwera li l-kejl separat tal-konsum mhuwiex kosteffettiv jew teknikament fattibbli.

(33)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/2016-05-04.

(34)  Ara C-294/18 http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=203750&text=&dir=&doclang=MT&part=1&occ=first&mode=DOC&pageIndex=0&cid=10582579.

(35)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Nota ta’ gwida dwar l-Artikoli 9-11 dwar l-informazzjoni dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet, l-ispiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar il-kejl tal-konsum u l-kontijiet, para. 50-52 (SWD/2013/0448 final).

(36)  L-użu ta’ “klijenti aħħarin” hawnhekk minflok ta’ “utenti aħħarin” jirrifletti l-fatt li l-EED ma teħtieġx li l-konsumaturi b’kejl separat tal-konsum ikollhom id-dritt li jagħżlu li jirċievu kontijiet elettroniċi, ara t-taqsima 7.6. F’bini b’kejl separat tal-konsum, il-klijent aħħari għall-bini jista’ jagħżel li jirċievi kontijiet elettroniċi u b’hekk ikun intitolat għal informazzjoni subannwali kull tliet xhur, iżda dan ma jimplikax awtomatikament li l-okkupanti individwali tal-bini (li huma utenti aħħarin iżda mhux klijenti aħħarin) huma intitolati li jirċievu tali informazzjoni aktar minn darbtejn fis-sena qabel l-1 ta’ Jannar 2022.

(37)  F’mill-inqas żewġ każijiet, dan ma sarx b’mod konsistenti fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha. Il-Kummissjoni tqis li għandha tinħareġ rettifika formali biex jiġu indirizzati dawn l-inkonsistenzi. L-intenzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni kienet ċara f’dan ir-rigward, ara l-inċiż 1.3.3 fit-taqsima 4.3.2 tal-valutazzjoni tal-impatt (Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2016)0405 final).

(38)  Bħal dawk elenkati hawnhekk: https://ec.europa.eu/consumers/odr/main/?event=main.adr.show2.

(39)  M’hemm l-ebda standard universali fir-rigward ta’ kif għandhom jiġu kkalkolati l-jiem tal-grad, u fin-nuqqas ta’ alternattivi aħjar, l-Istati Membri jaf ikunu jixtiequ jħeġġu jew jirrikjedu l-użu tal-metodoloġija li tintuża mill-Eurostat: Ara https://ec.europa.eu/eurostat/cache/metadata/en/nrg_chdd_esms.htm (it-taqsima 3.4).

(40)  Minn kwalunkwe persuna li tkun responsabbli biex tinforma lill-klijenti b’kejl separat tal-konsum/lill-utenti aħħarin, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10a(3).

(41)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(42)  Dan huwa msemmi b’mod espliċitu fl-EED riveduta (ara wkoll it-taqsima 7.1). Fl-RED II, dan jista’ jiġi dedott mill-użu tat-terminu aktar ristrett “klijent” fl-Artikolu 24(2), li jindika x-xewqa tal-leġiżlaturi biex joħolqu differenza fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi inklużi fl-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2).

(43)  Ara wkoll SWD(2016) 163 final, il-25 ta’ Mejju 2016: Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Gwida dwar l-implimentazzjoni/l-Applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiki Kummerċjali Żleali.

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52016SC0163.