ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
28 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1750 tal-21 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 274/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1750

tal-21 ta’ Ottubru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”) f’konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li japplika għall-Euratom bis-saħħa tal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 50 TUE, l-Unjoni Ewropea nnegozjat mar-Renju Unit ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, li jikkunsidra l-qafas għar-relazzjoni futura tiegħu mal-Unjoni ("il-Ftehim dwar il-Ħruġ").

(3)

Fil-11 ta’ Jannar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 (1) dwar l-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2), il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, għall-ewwel iddeċieda li jestendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) sat-12 ta’ April 2019. Dak il-perijodu ġie estiż għal darba oħra sal-31 ta’ Ottubru 2019 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 (3), meħuda bi qbil mar-Renju Unit.

(5)

Bħala riżultat, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ kellha tiġi aġġustata skont dan, u d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/642 (4) biex jittieħed kont tat-test adattat tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(6)

Wara negozjati bejn in-negozjaturi tal-Unjoni u tar-Renju Unit matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2019, intlaħaq qbil dwar test rivedut tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq inkluż fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, u dwar adattamenti tekniċi meħtieġa għall-Artikoli 184 u 185 ta’ dak il-Ftehim. Fis-17 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-Ftehim dwar il-Ħruġ emendat.

(7)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/274 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan.

(8)

Kif previst fl-Artikolu 50(4) TUE, ir-Renju Unit ma ħa sehem la fid-diskussjonijiet tal-Kunsill li jikkonċernaw din id-deċiżjoni u lanqas fl-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/274 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-test tal-Ftehim, kif emendat, huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.”.

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2019/274 huwa sostitwit bit-test tal-Ftehim emendat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/274 tal-11 ta’ Jannar 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 47I, 19.2.2019, p. 1). It-test tal-Ftehim dwar il-Ħruġ mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2019/274 ġie ppubblikat fil-ĠU C 66 I, 19.2.2019, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta’ Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/642 tat-13 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 110 I, 25.4.2019, p. 1). It-test tal-Ftehim dwar il-Ħruġ mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2019/642 ġie ppubblikat fil-ĠU C 144 I, 25.4.2019, p. 1.

(5)  ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.