|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/1753 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Ottubru 2019
dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita b'mod sħiħ il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, u f'konformità sħiħa mal-impenji tagħha skont il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ser issir Parti Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“l-Att ta' Ġinevra”) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 (3), filwaqt li tawtorizza wkoll lill-Istati Membri biex jirratifikaw l-Att ta' Ġinevra jew jaderixxu miegħu fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom (“l-Unjoni Speċjali”). F'konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754, l-Unjoni u l-Istati Membri li rratifikaw l-Att ta' Ġinevra jew aderixxew miegħu jridu jiġu rappreżentati mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali fir-rigward tal-Att ta' Ġinevra. |
|
(2) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu li l-Unjoni teżerċita d-drittijiet u twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Att ta' Ġinevra, f'isimha u f'isem l-Istati Membri li jirratifikawh jew jaderixxu ma’ dak l-Att. |
|
(3) |
L-Att ta' Ġinevra jipproteġi denominazzjonijiet ta' oriġini skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012 (4) u (UE) Nru 1308/2013 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll indikazzjonijiet ġeografiċi skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 (6) u (UE) 2019/787 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li flimkien jissejħu “indikazzjonijiet ġeografiċi” f'dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Mal-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra u sussegwentement, fuq bażi regolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta applikazzjonijiet lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (“il-Bureau Internazzjonali”) għar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-reġistru tal-Bureau Internazzjonali (“ir-Reġistru Internazzjonali”) ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u li huma protetti fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali applikazzjonijiet ikunu bbażati fuq notifiki minn Stati Membri li jaġixxu fuq inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba minn persuna fiżika jew entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tiegħu. Meta jippreparaw in-notifiki, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-interess ekonomiku fil-protezzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kkonċernati u jieħdu kont, b'mod partikolari, tal-valur tal-produzzjoni u tal-valur tal-esportazzjoni, tal-protezzjoni skont ftehimiet oħra, kif ukoll tal-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi. |
|
(5) |
Ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fir-Reġistru Internazzjonali jenħtieġ li sservi l-finijiet li jkunu provduti prodotti ta' kwalità, kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Fid-dawl tal-valur kulturali u ekonomiku sinifikanti tagħhom, ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li tiġi vvalutata fir-rigward tal-valur maħluq għall-komunitajiet lokali, bil-ħsieb li jiġi appoġġat l-iżvilupp rurali u li jiġu promossi opportunitajiet ta' impjiegi ġodda fil-produzzjoni, l-ipproċessar u servizzi relatati oħra. |
|
(6) |
Sabiex tistabbilixxi djalogu kontinwu mal-partijiet interessati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża mekkaniżmi eżistenti biex tikkonsulta lill-Istati Membri, assoċjazzjonijiet kummerċjali u produtturi tal-Unjoni b'mod regolari. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex il-Kummissjoni tivvaluta l-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw mill-Partijiet Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra li mhumiex Stati Membri (“Partijiet Kontraenti terzi”), u li huma reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, sabiex tieħu deċiżjonijietfir-rigward tal-protezzjoni fl-Unjoni u biex tinvalida dik il-protezzjoni, fejn ikun rilevanti. |
|
(8) |
L-infurzar mill-Unjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw f'Partijiet Kontraenti terzi u li huma reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali jenħtieġ li jitwettaq skont il-Kapitolu III tal-Att ta' Ġinevra, b'mod partikolari mal-Artikolu 14 tiegħu, li jirrikjedi li kull Parti Kontraenti tagħmel disponibbli rimedji legali effettivi għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati u jistipula li proċeduri legali biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' tali indikazzjonijiet jistgħu jitressqu minn awtorità pubblika jew minn kwalunkwe parti interessata, sew jekk persuna fiżika jew inkella entità ġuridika, sew jekk pubblika jew inkella privata, f'konformità mas-sistema u l-prattika legali tal-Parti Kontraenti. |
|
(9) |
Bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-trademarks tal-Unjoni, dawk reġjonali u nazzjonali flimkien mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, wara li titqies is-salvagwardja rigward id-drittijiet ta' trademarks preċedenti kif stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li tiġi ssalvagwardjata l-koeżistenza ta' trade marks u indikazzjonijiet ġeografiċi preċedenti reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali li jingħataw protezzjoni jew jintużaw fl-Unjoni. |
|
(10) |
Minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni, l-Istati Membri li għadhom mhumiex parti għall-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom tal-1958 kif rivedut fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967 u emendat fit-28 ta' Settembru 1979 (il-“Ftehim ta' Lisbona”), jenħtieġ li ma jirratifikawx jew jaderixxu ma' dak il-Ftehim. |
|
(11) |
L-Istati Membri li diġà huma parti għall-Ftehim ta' Lisbona jenħtieġ li jkunu jistgħu jibqgħu tali, b'mod partikolari biex jiżguraw il-kontinwità tad-drittijiet mogħtija, u t-twettiq ta' obbligi stabbiliti, f'dak il-ftehim. Madanakollu, jenħtieġ li jaġixxu biss fl-interess tal-Unjoni u b'rispett sħiħ għall-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim ta' Lisbona f'konformità sħiħa mal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Unjoni skont dan ir-Regolament. Sabiex jirrispettaw is-sistema ta' protezzjoni uniformi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita fl-Unjoni fir-rigward ta' prodotti agrikoli u sabiex isaħħu aktar l-armonizzazzjoni fi ħdan is-suq intern, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri ma jirreġistrawx skont il-Ftehim ta' Lisbona ebda denominazzjoni ta' oriġini ġdida għal prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 jew (UE) 2019/787. |
|
(12) |
L-Istati Membri li diġà huma parti għall-Ftehim ta' Lisbona għandhom denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati skont il-Ftehim ta' Lisbona. Jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti transitorji biex ikun hemm protezzjoni kontinwa ta' dawk id-denominazzjonijiet ta' oriġini possibbli, soġġett għar-rekwiżiti ta' dak il-ftehim, l-Att ta' Ġinevra u l-liġi tal-Unjoni. |
|
(13) |
L-Istati Membri li diġà huma parti għall-Ftehim ta' Lisbona jipproteġu denominazzjonijiet ta' oriġini ta' partijiet terzi għal dak il-ftehim. Sabiex jiġu pprovduti bil-mezzi biex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali assunti qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, arranġament transitorju, li jenħtieġ li jipproduċi effetti fil-livell nazzjonali biss u ma jkollu l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew internazzjonali, jenħtieġ li jiġi previst. |
|
(14) |
Huwa xieraq li t-tariffi li jridu jitħallsu skont l-Att ta' Ġinevra u r-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona (ir-“Regolamenti Komuni”) għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika, kif ukoll it-tariffi li jitħallsu fir-rigward ta' entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali u għall-forniment ta' estratti, attestazzjonijiet, jew informazzjoni oħra dwar il-kontenut ta' dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jitħallsu mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika, minn persuna fiżika jew entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tiegħu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jirrikjedu li dik il-persuna fiżika, entità ġuridika jew benefiċjarju jħallas xi wħud mit-tariffi jew it-tariffi kollha. |
|
(15) |
Sabiex jiġi kopert kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-baġit operattiv tal-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tipprevedi, skont il-mezzi disponibbli għal dan l-għan fil-baġit annwali tal-Unjoni, kontribuzzjoni speċjali kif deċiża mill-Assemblea tal-Unjoni Speċjali skont l-Artikolu 24(4) tal-Att ta' Ġinevra, minħabba l-valur ekonomiku u kulturali tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
(16) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sħubija tal-Unjoni tal-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li jridu jiġu inklużi fl-applikazzjoni li trid tiġi ppreżentata għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom mal-Bureau Internazzjonali mal-adeżjoni mal-Att ta' Ġinevra u għal kwalunkwe preżentazzjoni sussegwenti ta' applikazzjoni, għar-rifjut ta' oppożizzjoni, għat-teħid ta' deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew le protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, għall-irtirar tar-rifjut tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali, għat-talba ta' kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali, għan-notifika tal-invalidazzjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, kif ukoll għall-awtorizzazzjoni ta' Stati Membri li jipprevedu kwalunkwe modifika neċessarja fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini għal prodott li jkun protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 jew (UE) 2019/787 u għan-notifika tal-Bureau Internazzjonali b'dan. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(17) |
Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, biex jintlaħaq l-għan bażiku li l-Unjoni tkun tista' tipparteċipa fl-Unjoni Speċjali b'tali mod li jiżgura l-protezzjoni effiċjenti tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE fil-livell internazzjonali, li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri dwar azzjonijiet tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(18) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tissorvelja u tevalwa l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra matul iż-żmien. Sabiex twettaq tali evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, inter alia, tqis l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u rreġistrati skont il-liġi tal-Unjoni li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni internazzjonali, każijiet fejn il-protezzjoni tkun ġiet irrifjutata minn Partijiet Kontraenti terzi, l-evoluzzjoni tal-għadd ta' pajjiżi terzi parteċipanti fl-Att ta' Ġinevra, l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex dak l-għadd jikber, kif ukoll l-impatt tas-sitwazzjoni attwali tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi dwar l-attraenza tal-Att ta' Ġinevra għal pajjiżi terzi, u l-għadd u t-tip ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw minn Partijiet Kontraenti terzi u li jkunu ġew irrifjutati mill-Unjoni, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“l-Att ta' Ġinevra”).
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, it-terminu “indikazzjonijiet ġeografiċi” jkopri denominazzjonijiet ta' oriġini fit-tifsira tal-Att ta' Ġinevra, inkluż denominazzjonijiet ta' oriġini fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll indikazzjonijiet ġeografiċi fit-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 u (UE) 2019/787.
Artikolu 2
Reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1. Mal-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra u sussegwentement, fuq bażi regolari, il-Kummissjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala l-Awtorità Kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 3 tal-Att ta' Ġinevra, tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u rreġistrati skont il-liġi tal-Unjoni u li jkunu relatati ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (“il-Bureau Internazzjonali”).
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jiġu rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fit-territorju tagħhom u li huma protetti u rreġistrati skont il-liġi tal-Unjoni. Tali talbiet għandhom jkunu bbażati fuq:
|
(a) |
talba minn persuna fiżika jew entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra; jew |
|
(b) |
inizjattiva tagħhom stess. |
3. Abbażi ta' tali talbiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jelenkaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil- paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 3
Kanċellazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li toriġina fi Stat Membru u li hija reġistrata fir-Reġistru Internazzjonali
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex titlob lill-Bureau Internazzjonali biex jikkanċella reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika li toriġina fi Stat Membru, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex protetta fl-Unjoni; |
|
(b) |
fuq talba mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika, abbażi ta':
|
2. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
3. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali dwar it-talba għal kanċellazzjoni.
Artikolu 4
Pubblikazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali notifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra, li:
|
(a) |
li tikkonċerna l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinita fil-punt (xv) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru; u |
|
(b) |
tkun relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu tingħata protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. |
2. Ir-reġistrazzjoni internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi referenza għat-tip ta' prodott u l-pajjiż ta' oriġini.
Artikolu 5
Valutazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont il-punt (xv) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk tinkludix il-kontenut obbligatorju stabbilit fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra (“ir-Regolamenti Komuni”), u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) tar-Regolamenti Komuni, u biex jiġi verifikat jekk il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tkunx relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu tingħata protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq fi żmien erba' xhur mid-data tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fir-Reġistru Internazzjonali u m'għandhiex tinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, standards tal-kummerċjalizzazzjoni jew it-tikkettar tal-ikel.
Artikolu 6
Proċedura ta' oppożizzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali
1. Fi żmien erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali- f'konformità mal-Artikolu 4, l-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini kif iddefinit skont il-punt (xv) tal-Artikolu 1 tal-Att ta’ Ġinevra, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, tista' tressaq oppożizzjoni mal-Kummissjoni.
L-oppożizzjoni għandha ssir f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
2. L-oppożizzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun ammissibbli biss jekk tiġi ppreżentata fil-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jekk tkun ibbażata fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun f'kunflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanta jew ma' razza ta' annimal u x'aktarx tiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott; |
|
(b) |
l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun kompletament jew parzjalment omonima ma' indikazzjoni ġeografika diġà protetta fl-Unjoni u fil-prattika m'hemmx distinzjoni suffiċjenti bejn il-kondizzjonijiet tal-użu lokali u tradizzjonali u l-preżentazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta għall-protezzjoni u l-indikazzjoni ġeografika diġà protetta fl-Unjoni, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ekwu tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati; |
|
(c) |
il-protezzjoni fl-Unjoni tal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tikser dritt ta' trademark preċedenti fil-livell tal-Unjoni, dak reġjonali jew nazzjonali; |
|
(d) |
il-protezzjoni fl-Unjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-pajjiż terz tipperikola l-użu ta' isem identiku kompletament jew parzjalment jew in-natura esklużiva ta' trademark fil-livelltal-Unjoni, dak reġjonali jew nazzjonali jew l-eżistenza ta' prodotti li tqiegħdu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 4; |
|
(e) |
l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu l-protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhix ipprovduta; |
|
(f) |
l-isem li għalih tintalab ir-reġistrazzjoni jkun terminu ġeneriku fit-territorju tal-Unjoni; |
|
(g) |
il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tal-Att ta' Ġinevra ma jkunux osservati; |
|
(h) |
l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur biex jemmen li l-prodotti jiġu minn territorju ieħor, anke jekk l-isem ikun preċiż fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini reali tal-prodotti inkwistjoni. |
3. Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni jew parti minnu.
Artikolu 7
Deċiżjoni dwar il-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali
1. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu jiġu ssodisfati u ma tasal l-ebda oppożizzjoni jew ma tkun waslet l-ebda oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, kif adatt, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tirrifjuta kwalunkwe oppożizzjoni inammissibbli u tiddeċiedi li tagħti protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
2. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu ma jiġux issodisfati jew tkun waslet oppożizzjoni ammissibbli kif stipulat fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk tagħtix protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li jkopru prodotti li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-kumitati previsti fl-Artikolu 15(1), id-deċiżjoni dwar jekk tagħtix protezzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni.
3. Id-deċiżjoni li tingħata protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija u tista' tinkludi kondizzjonijiet li jkunu kompatibbli mal-Att ta' Ġinevra, u b'mod partikolari tagħti perijodu transitorju definit kif speċifikat fl-Artikolu 17 tal-Att ta' Ġinevra u fir-Regola 14 tar-Regolamenti Komuni.
4. F'konformità mal-Artikolu 15(1) tal-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bir-rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni, fi żmien sena minn meta tirċievi n-notifika ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra, jew, fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 fi żmien sentejn minn meta taslilha dik in-notifika.
5. Il-Kummissjoni tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tirtira, kompletament jew parzjalment, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, rifjut li ġie nnotifikat preċedentement lill-Bureau Internazzjonali. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali b'tali rtirar mingħajr dewmien.
Artikolu 8
Użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1. L-atti ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni li huma relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, standards sanitarji u fitosanitarji, u t-tikkettar tal-ikel.
2. Soġġett għall-paragrafu 1, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott f'konformità mar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
Artikolu 9
Invalidazzjoni ta' effetti fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali
1. Il-Kummissjoni tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu tinvalida, kompletament jew parzjalment, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, l-effetti ta' protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika, f'waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-indikazzjoni ġeografika, ma għadhiex protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini; |
|
(b) |
l-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali; |
|
(c) |
ma tkunx għadha żgurata l-konformità mal-kontenut obbligatorju stabbilit fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni jew mad-dettalji dwar il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) tar-Regolamenti Komuni. |
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) u biss wara li l-persuni fiżiċi jew l-entitajiet ġuridiċi kif msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew il-benefiċjarji, kif definiti fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra jkunu ngħataw opportunità jiddefendu d-drittijiet tagħhom.
3. Fejn l-invalidazzjoni ma tkunx għadha soġġetta għal appell, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali mingħajr dewmien dwar l-invalidazzjoni tal-effetti fit-territorju tal-Unjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjoni ġeografika f'konformità mal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 10
Relazzjoni mat-trademarks
1. Il-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika ma għandhiex tippreġudika l-validità ta' trademark preċedenti fil-livell tal-Unjoni, dak reġjonali jew nazzjonali li saret applikazzjoni għaliha jew ġiet irreġistrata f'bona fede, jew akkwistata permezz ta' użu f'bona fede fit-territorju ta' Stat Membru, unjoni reġjonali ta' Stati Membri jew l-Unjoni.
2. Indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali ma għandhiex tkun protetta fit-territorju tal-Unjoni fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tat-trademark u t-tul ta' żmien li tkun intużat, il-protezzjoni ta' dik l-indikazzjoni ġeografika fit-territorju tal-Unjoni tkun tista' tiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-identità reali tal-prodott.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, trade mark li tkun saret applikazzjoni għaliha jew ġiet irreġistrata f'bona fede jew akkwistata permezz tal-użu, jekk dik il-possibbiltà hija prevista mil-liġi applikabbli, f'bona fede fit-territorju ta' Stat Membru, unjoni reġjonali ta' Stati Membri jew l-Unjoni, qabel id-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jkun innotifika lill-Kummissjoni bil-pubblikazzjoni tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-indikazzjoni ġeografika, u li l-użu tagħha jikser il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, tista' tibqa' tintuża u tiġġedded għall-prodott ikkonċernat minkejja l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, dment li ma teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew għar-revoka skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew skont id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). F'każijiet bħal dawn, kemm l-użu tal-indikazzjoni ġeografika u l-użu tat-trademark ikkonċernata għandu jkun permess.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet transitorji għal denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw fl-Istati Membri diġà rreġistrati skont il-Ftehim ta' Lisbona
1. Fir-rigward ta' kull denominazzjoni ta' oriġini li toriġina fi Stat Membru li jkun parti għall-Ftehim ta' Lisbona, għal prodott li tkun protetta skont wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq talba minn persuna fiżika jew entità ġuridika kif imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att Ġinevra, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, jagħżel li jitlob jew:
|
(a) |
li ssir ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini skont l-Att ta' Ġinevra, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun irratifika jew aderixxa mal-Att ta' Ġinevra skont l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754; jew |
|
(b) |
il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini fir-Reġistru Internazzjonali. |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-14 ta’ Novembru 2022.
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jivverifika mal-Bureau Internazzjonali jekk hemmx xi modifiki li għandha ssir skont ir-Regola 7(4) tar-Regolamenti Komuni għall-fini ta' reġistrazzjoni skont l-Att ta' Ġinevra.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprevedi l-modifiki neċessarji u jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
2. Fir-rigward ta' kull denominazzjoni ta' oriġini li toriġina fi Stat Membru li huwa parti għall-Ftehim ta' Lisbona, għal prodott li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li mhix protetta skont l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu, abbażi ta' talba minn persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att Ġinevra, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, jagħżel li jitlob jew:
|
(a) |
ir-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini skont ir-Regolament ikkonċernat; jew |
|
(b) |
il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini fir-Reġistru Internazzjonali. |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, u jippreżenta t-talba rispettiva, sal-14 ta’ Novembru 2022.
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini skont l-Att ta' Ġinevra, jekk dak l-Istat Membru jkun irratifika jew aderixxa mal-Att ta' Ġinevra skont l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754, fi żmien sena mid-data tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament applikabbli. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw.
Jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament applikabbli tiġi rrifjutata u r-rimedji amministrattivi u ġudizzjarji relatati jkunu ġew eżawriti, jew jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont l-Att ta' Ġinevra ma tkunx saret skont it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini fir-Reġistru Internazzjonali.
3. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini għal prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, li għalihom mhijiex provduta protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, Stat Membru li jkun diġà parti għall-Ftehim ta' Lisbona jista' jżomm kwalunkwe reġistrazzjoni eżistenti fir-Reġistru Internazzjonali.
Tali Stat Membru jista' wkoll jippreżenta applikazzjonijiet ulterjuri għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali skont il-Ftehim ta' Lisbona ta' tali denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw fit-territorju tiegħu jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kummissjoni bl-abbozz ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' tali denominazzjonijiet ta' oriġini. Tali notifika għandha tinkludi evidenza li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti għal reġistrazzjoni skont il-Ftehim ta' Lisbona; u |
|
(b) |
il-Kummissjoni ma tkunx ħarġet opinjoni negattiva fi żmien xahrejn minn tali notifika; opinjoni negattiva tista' tinħareġ biss wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, u fil-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati fejn l-evidenza mitluba skont il-punt (a) ma tissostanzjax b'mod suffiċjenti li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont il-Ftehim ta' Lisbona jkunu ssodisfati, jew jekk ir-reġistrazzjoni jkollha impatt negattiv fuq il-politika kummerċjali tal-Unjoni. |
Fil-każ ta' talba għal informazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni dwar in-notifika magħmula skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu, l-iskadenza għall-Kummissjoni biex taġixxi għandha tkun xahar minn meta tasal l-informazzjoni mitluba.
Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika li ssir skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu.
Artikolu 12
Protezzjoni transitorja għal denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw minn pajjiż terz irreġistrati skont il-Ftehim ta' Lisbona
1. L-Istati Membri li kienu parti għall-Ftehim ta' Lisbona qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra jistgħu jkomplu jipproteġu d-denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw f'pajjiż terz li jkun parti għall-Ftehim ta' Lisbona permezz ta' sistema ta' protezzjoni nazzjonali, b'effett mid-data li fiha l-Unjoni ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra, fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati sa dik id-data skont il-Ftehim ta' Lisbona.
2. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a) |
tiġi sostitwita bi protezzjoni skont is-sistema ta' protezzjoni tal-Unjoni għal denominazzjoni partikolari ta' oriġini jekk tiġi pprovduta permezz ta' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament sussegwentement għall-adeżjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat mal-Att ta' Ġinevra, bil-kundizzjoni li l-protezzjoni pprovduta permezz ta' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament tippreserva l-kontinwità tal-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini rispettiva fl-Istat Membru rispettiv; |
|
(b) |
tieqaf għal denominazzjoni ta' oriġini partikolari meta l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali jintemm. |
3. Fejn denominazzjoni ta' oriġini li toriġina f'pajjiż terz ma tkunx irreġistrata skont dan ir-Regolament, jew il-protezzjoni nazzjonali ma tiġix sostitwita f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2, il-konsegwenzi ta' tali protezzjoni nazzjonali għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istat Membru kkonċernat.
4. Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom effetti fil-livell nazzjonali biss, u ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.
5. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe notifika mwettqa mill-Bureau Internazzjonali skont il-Ftehim ta' Lisbona. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tittrasmetti dik in-notifika lill-Istati Membri l-oħra kollha.
6. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw lill-Bureau Internazzjonali li huma ma jistgħux jiżguraw protezzjoni nazzjonali ta' denominazzjoni ta' oriġini għal prodott li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, irreġistrata u nnotifikata lilhom skont il-Ftehim ta' Lisbona mid-data li fiha l-Unjoni ssir Parti Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra.
Artikolu 13
Tariffi
It-tariffi li jitħallsu skont l-Artikolu 7 tal-Att ta' Ġinevra, kif speċifikat fir-Regolamenti Komuni, għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li fih toriġina l-indikazzjoni ġeografika, jew minn persuna fiżika jew entità ġuridika kif imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li dik il-persuna fiżika jew entità ġuridika jew benefiċjarju jħallas xi wħud mit-tariffi jew it-tariffi kollha.
Artikolu 14
Kontribuzzjoni finanzjarja speċjali
Jekk l-introjtu mill-Unjoni Speċjali jkun derivat f'konformità mal-punt (v) tal-Artikolu 24(2) tal-Att ta' Ġinevra, l-Unjoni tista' tagħmel kontribuzzjoni speċjali skont il-mezzi disponibbli għal dak il-għan mill-baġit annwali tal-Unjoni.
Artikolu 15
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitati li ġejjin fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fir-rigward tal-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
għall-prodotti tas-settur tal-inbid li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 ta' dak ir-Regolament; |
|
(b) |
għall-prodotti tal-inbid aromatizzati kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014, mill-Kumitat dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzati stabbilit bl-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament; |
|
(c) |
għax-xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2019/787; |
|
(d) |
għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mill-Kumitat għall-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16
Monitoraġġ u rieżami
Sal-14 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li huma protetti u rreġistrati skont il-liġi tal-Unjoni u li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni internazzjonali, u l-każijiet li fihom il-protezzjoni ġiet irrifjutata minn Partijiet Kontraenti terzi; |
|
(b) |
l-evoluzzjoni fl-għadd ta' pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-Att ta' Ġinevra u l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex iżżid dak l-għadd, kif ukoll l-impatt tas-sitwazzjoni attwali tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi dwar l-attraenza tal-Att ta' Ġinevra għal pajjiżi terzi; u |
|
(c) |
l-għadd u t-tip ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi li ġew irrifjutati mill-Unjoni. |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 55.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 2019.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).
(11) Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16), parzjalment fis-seħħ sal-24 ta’ Mejju 2021.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE biex tkopri prodotti mhux agrikoli
Il-Kummissjoni tieħu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE biex tkopri prodotti mhux agrikoli.
Il-Kummissjoni varat studju f'Novembru 2018 biex tikseb iktar evidenza ekonomika u legali dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli fis-Suq Uniku, bħala komplement ta' studju mill-2013, kif ukoll biex tikseb iktar data dwar kwistjonijiet bħall-kompetittività, il-kompetizzjoni qarrieqa, il-falsifikazzjoni, il-perċezzjoni tal-konsumatur, il-kostijiet u l-benefiċċji, kif ukoll dwar l-effettività tal-mudelli ta' protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Skont il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u l-impenji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni se tifli l-istudju kif ukoll ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra kif imsemmi fl-Artikolu dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tar-Regolament dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha fl-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar Denominazzjonijiet ta' Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi, u se tikkunsidra l-passi possibbli li jmiss.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament
Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament hija ħtieġa legali fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, tista' tafferma madankollu li fil-kuntest tal-acquis attwali tal-UE, kwalunkwe intervent mill-Kummissjoni jkun eċċezzjonali u ġġustifikat kif xieraq. Matul il-konsultazzjonijiet ma' Stat Membru, il-Kummissjoni se tagħmel l-almu tagħha biex tinstab soluzzjoni komuni mal-Istat Membru għal kull tħassib, sabiex tevita l-ħruġ ta' opinjoni negattiva. Il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe opinjoni negattiva tkun innotifikata bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat, u f'konformità mal-Artikolu 296 tat-TFUE tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom l-opinjoni negattiva kienet imsejsa. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li opinjoni negattiva ma teskludix is-sottomissjoni ta' applikazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-istess denominazzjoni ta' oriġini, jekk ir-raġunijiet għall-opinjoni negattiva jkunu ġew indirizzati kif xieraq jew jekk ma baqgħux applikabbli.
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1754
tas-7 ta’ Ottubru 2019
dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Lisbona għall-Protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom tal-31 ta’ Ottubru 1958 (il-“Ftehim ta’ Lisbona”) ħoloq unjoni speċjali (l-“Unjoni Speċjali”) fi ħdan il-qafas tal-Unjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali li ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali ffirmata f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1883 (il-“Konvenzjoni ta’ Pariġi”). Skont it-termini tal-Ftehim ta’ Lisbona, il-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li fit-territorji tagħhom jipproteġu d-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti tal-pajjiżi l-oħra fi ħdan l-Unjoni Speċjali li huma rikonoxxuti u protetti bħala tali fil-pajjiż ta’ oriġini u li huma rreġistrati fil-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), dment li fi żmien perijodu ta’ sena minn meta tasal in-notifika tat-tali reġistrazzjoni, dawk il-partijiet ma jiddikjarawx li ma jistgħux jiżguraw tali protezzjoni. |
|
(2) |
Seba’ Stati Membri huma partijiet tal-Ftehim ta’ Lisbona, jiġifieri l-Bulgarija (mill-1975), ir-Repubblika Ċeka (mill-1993), Franza (mill-1966), l-Italja (mill-1968), l-Ungerija (mill-1967), il-Portugall (mill-1966) u s-Slovakkja (mill-1993). Tliet Stati Membri oħra ffirmaw iżda ma rratifikawx il-Ftehim ta’ Lisbona, jiġifieri l-Greċja, Spanja u r-Rumanija. L-Unjoni nfisha mhix parti tal-Ftehim ta’ Lisbona peress li dan jipprevedi li pajjiżi biss jistgħu jaderixxu miegħu. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Mejju 2015, ġie adottat l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (l-“Att ta’ Ġinevra”) li rreveda l-Ftehim ta’ Lisbona. B’mod partikolari, l-Att ta’ Ġinevra jespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Unjoni Speċjali biex tiġi estiża l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ. L-Att ta’ Ġinevra hu kompatibbli ma’ dak il-ftehim u mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli, u jippermetti li l-organizzazzjonijiet intergovernattivi jsiru partijiet kontraenti tiegħu. |
|
(4) |
L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva għall-oqsma koperti mill-Att ta’ Ġinevra. Dan ġie kkonfermat fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2017 fil-kawża C-389/15 (1) li ċċarat li l-abbozz tal-Ftehim ta’ Lisbona rivedut, li sussegwentement ġie adottat bħala l-Att ta’ Ġinevra, hu essenzjalment maħsub biex jiffaċilita u jirregola l-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Istati terzi parti għall-Ftehim ta’ Lisbona u għandu effetti diretti u immedjati fuq tali kummerċ. Għaldaqstant, in-negozjati tal-Att ta’ Ġinevra waqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni skont il-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tat-TFUE peress li dawn kienu fi ħdan il-qasam tal-politika kummerċjali komuni msemmija fl-Artikolu 207(1) tat-TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. |
|
(5) |
Rigward ċerti prodotti agrikoli, l-Unjoni stabbilixxiet sistemi uniformi u komprensivi ta’ protezzjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed (1970), l-ispirti (1989), l-inbejjed aromatizzati (1991) u għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel oħra (1992). Abbażi tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 tat-TFUE, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkollhomx sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni biex jipproteġu d-deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli ta’ pajjiżi terzi membri tal-Unjoni Speċjali. Madankollu, peress li l-Unjoni mhix parti kontraenti tal-Att ta’ Ġinevra, din ma tistax tissottometti deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli reġistrati fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni fi ħdan l-Unjoni Speċjali, u lanqas ma tista’ tipproteġi d-deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi membri permezz tas-sistemi ta’ protezzjoni stabbiliti mill-Unjoni f’konformità mal-att ta’ Ġinevra. |
|
(6) |
Biex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita kif xieraq il-kompetenza esklużiva tagħha għall-oqsma koperti mill-Att ta’ Ġinevra u għall-funzjonijiet tagħha fil-kuntest tas-sistemi ta’ protezzjoni komprensivi tagħha għad-deżinjazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli, jenħtieġ li l-Unjoni taderixxi mal-Att ta’ Ġinevra u ssir parti kontraenti tiegħu. |
|
(7) |
L-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta’ Ġinevra hi konformi mal-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tipprova tirregolarizza l-kwistjoni tad-drittijiet tal-vot tagħha fl-Assemblea tal-Unjoni Speċjali tal-Att ta’ Ġinevra sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tagħha fil-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, fid-dawl tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 22(4) tal-Att ta’ Ġinevra. Hu għalhekk adatt li l-Istati Membri, li jixtiequ jagħmlu dan, ikunu awtorizzati jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu, kif adatt, flimkien mal-Unjoni, fl-interess tagħha. |
|
(9) |
Fl-istess waqt, dan jippermetti li tkun żgurata l-kontinwità tad-drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija eżistenti tas-seba’ Stati Membri fl-Unjoni Speċjali. |
|
(10) |
Jenħtieġ madankollu li r-ratifika jew l-adeżjoni mill-Istati Membri tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, u jenħtieġ li l-Unjoni tibqa’ responsabbli li tiżgura l-eżerċitar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri taħt l-Att ta’ Ġinevra. |
|
(11) |
Fl-Unjoni Speċjali, l-Unjoni u dawk l-Istati Membri li rratifikaw jew aderixxew mal-Att ta’ Ġinevra huma rappreżentati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (l-“Att ta’ Ġinevra”) hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Att ta’ Ġinevra huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna mogħtija s-setgħa li tiddepożita, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ adeżjoni previst fil-punt (ii) tal-Artikolu 28(2) tal-Att ta’ Ġinevra, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bl-Att ta’ Ġinevra, kif ukoll biex tagħmel id-dikjarazzjoni u n-notifika mehmuża mal-istrument ta’ adeżjoni previst fl-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan, huma b’dan awtorizzati li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra jew jaderixxu miegħu, kif opportun, flimkien mal-Unjoni u fl-interess tagħha, b’rispett sħiħ tal-kompetenza esklużiva tagħha.
Artikolu 4
1. Fl-Unjoni Speċjali, l-Unjoni u kwalunkwe Stat Membru li jirratifika jew jaderixxi mal-Att ta’ Ġinevra skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun irrappreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE. L-Unjoni għandha tkun responsabbli li tiżgura l-eżerċitar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirratifikaw jew jaderixxu għall-Att ta’ Ġinevra skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel in-notifiki meħtieġa kollha skont l-Att ta’ Ġinevra f’isem l-Unjoni u dawk l-Istati Membri.
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tinħatar bħala l-Awtorità Kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 tal-Att ta’ Ġinevra, responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Att ta’ Ġinevra fit-territorju tal-Unjoni u għall-komunikazzjonijiet mal-Bureau Internazzjonali tal-WIPO skont l-Att ta’ Ġinevra u r-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta’ Lisbona u l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona (ir-“Regolamenti Komuni”).
2. L-Unjoni għandha tivvota fl-Assemblea tal-Unjoni Speċjali u l-Istati Membri li rratifikaw jew aderixxew għall-Att ta’ Ġinevra m’għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw.
Artikolu 5
Skont l-Artikolu 29(4) tal-Att ta’ Ġinevra, dikjarazzjoni mehmuża mal-istrument ta’ adeżjoni għandha tispeċifika estensjoni b’sena tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 15(1) tal-Att ta’ Ġinevra, u l-perijodi msemmija fl-Artikolu 17 tal-Att ta’ Ġinevra, f’konformità mal-proċeduri speċifikati fir-Regolamenti Komuni.
Skont il-punt (a) tar-Regola 5(3) tar-Regolamenti Komuni, notifika lid-Direttur Ġenerali tal-WIPO mehmuża mal-istrument ta’ adeżjoni għandha tispeċifika r-rekwiżit li, għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika reġistrata fit-territorju tal-Unjoni, l-applikazzjoni għandha, apparti l-kontenut obbligatorju stabbilit fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni, fil-każ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini, tindika d-dettalji dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u r-rabta ta’ dan mal-ambjent ġeografiku taż-żona ġeografika tal-produzzjoni, u, fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika, d-dettalji dwar il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott u r-rabta ta’ dan maż-żona ġeografika ta’ oriġini.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-M. HENRIKSSON
(1) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-389/15, ECLI:EU:C:2017:798.
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/15 |
L-ATT TA’ ĠINEVRA TAL-FTEHIM TA’ LISBONA DWAR ID-DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI U L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
Lista ta’ Artikoli
|
Kapitolu I: |
Dispożizzjonijiet Introduttorji u Ġenerali |
|
Artikolu 1: |
Espressjonijiet Imqassra |
|
Artikolu 2: |
Suġġett |
|
Artikolu 3: |
Awtorità Kompetenti |
|
Artikolu 4: |
Reġistru Internazzjonali |
|
Kapitolu II: |
Applikazzjoni u Reġistrazzjoni Internazzjonali |
|
Artikolu 5: |
Applikazzjoni |
|
Artikolu 6: |
Reġistrazzjoni Internazzjonali |
|
Artikolu 7: |
Tariffi |
|
Artikolu 8: |
Perjodu ta’ Validità tar-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali |
|
Kapitolu III: |
Protezzjoni |
|
Artikolu 9: |
Impenn għall-Protezzjoni |
|
Artikolu 10: |
Protezzjoni Skont il-Liġijiet tal-Partijiet Kontraenti u Strumenti Oħra |
|
Artikolu 11: |
Protezzjoni fir-Rigward tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Reġistrati |
|
Artikolu 12: |
Protezzjoni Biex Ma Jsirux Ġeneriċi |
|
Artikolu 13: |
Salvagwardji fir-Rigward ta’ Drittijiet Oħra |
|
Artikolu 14: |
Proċeduri ta’ Infurzar u Rimedji |
|
Kapitolu IV: |
Rifjut u Azzjonijiet Oħra fir-Rigward tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali |
|
Artikolu 15: |
Rifjut |
|
Artikolu 16: |
Irtirar ta’ Rifjut |
|
Artikolu 17: |
Perjodu ta’ Tranżizzjoni |
|
Artikolu 18: |
Notifika ta’ Għotja tal-Protezzjoni |
|
Artikolu 19: |
Invalidazzjoni |
|
Artikolu 20: |
Modifiki u Entrati Oħra fir-Reġistru Internazzjonali |
|
Kapitolu V: |
Dispożizzjonijiet Amministrattivi |
|
Artikolu 21: |
Sħubija fl-Unjoni ta’ Lisbona |
|
Artikolu 22: |
Assemblea tal-Unjoni Speċjali |
|
Artikolu 23: |
Bureau Internazzjonali |
|
Artikolu 24: |
Finanzi |
|
Artikolu 25: |
Regolamenti |
|
Kapitolu VI: |
Reviżjoni u Emendar |
|
Artikolu 26: |
Reviżjoni |
|
Artikolu 27: |
Emendar ta’ Ċerti Artikoli mill-Assemblea |
|
Kapitolu VII: |
Dispożizzjonijiet Finali |
|
Artikolu 28: |
Sħubija ma’ Dan l-Att |
|
Artikolu 29: |
Data Effettiva tar-Ratifiki u tal-Adeżjonijiet |
|
Artikolu 30: |
Projbizzjoni tar-Riżervi |
|
Artikolu 31: |
Applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Lisbona u l-Att tal-1967 |
|
Artikolu 32: |
Denunzja |
|
Artikolu 33: |
Lingwi ta’ Dan l-Att; Firma |
|
Artikolu 34: |
Paġna tad-Depożitarju |
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Introduttorji u Ġenerali
Artikolu 1
Espressjonijiet Imqassra
Għall-finijiet ta’ dan l-Att, sakemm ma jkunx speċifikament stipulat mod ieħor:
|
(i.) |
“Ftehim ta’ Lisbona” tfisser il-Ftehim ta’ Lisbona tal-31 ta’ Ottubru 1958 dwar il-Protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom; |
|
(ii.) |
“Att tal-1967” tfisser il-Ftehim ta’ Lisbona kif rivedut fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967 u emendat fit-28 ta’ Settembru 1979; |
|
(iii.) |
“dan l-Att” tfisser il-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, kif stabbilit b’dan l-Att; |
|
(iv.) |
“Regolamenti” tfisser ir-Regolamenti kif imsemmi fl-Artikolu 25; |
|
(v.) |
“Konvenzjoni ta’ Pariġi” tfisser il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali tal-20 ta’ Marzu 1883, kif riveduta u emendata; |
|
(vi.) |
“denominazzjoni ta’ oriġini” tfisser denominazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(i); |
|
(vii.) |
“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(ii); |
|
(viii.) |
“Reġistru Internazzjonali” tfisser ir-Reġistru Internazzjonali miżmum mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 4, li huwa l-ġabra uffiċjali tad-dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ikun x’ikun il-mezz li bih tinżamm din id-dejta; |
|
(ix.) |
“reġistrazzjoni internazzjonali” tfisser reġistrazzjoni internazzjonali ddokumentata fir-Reġistru Internazzjonali; |
|
(x.) |
“applikazzjoni” tfisser applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali; |
|
(xi.) |
“irreġistrata” tfisser imdaħħla fir-Reġistru Internazzjonali skont dan l-Att; |
|
(xii.) |
“żona ġeografika tal-oriġini” tfisser żona ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 2(2); |
|
(xiii.) |
“żona ġeografika transkonfinali” tfisser żona ġeografika li tinsab fil-Partijiet Kontraenti biswit, jew li tkoprihom; |
|
(xiv.) |
“Parti Kontraenti” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva parti ta’ dan l-Att; |
|
(xv.) |
“Parti Kontraenti tal-Oriġini” tfisser il-Parti Kontraenti ta’ fejn tinsab iż-żona ġeografika tal-oriġini jew il-Partijiet Kontraenti ta’ fejn tinsab iż-żona ġeografika transkonfinali tal-oriġini; |
|
(xvi.) |
“Awtorità Kompetenti” tfisser entità maħtura skont l-Artikolu 3; |
|
(xvii.) |
“benefiċjarji” tfisser persuni fiżiċi jew entitajiet legali intitolati li jużaw denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika skont il-liġi tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini; |
|
(xviii.) |
“organizzazzjoni intergovernattiva” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva eliġibbli biex issir parti ta’ dan l-Att skont l-Artikolu 28(1)(iii); |
|
(xix.) |
“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
(xx.) |
“Direttur Ġenerali” tfisser id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni; |
|
(xxi.) |
“Bureau Internazzjonali” tfisser il-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni. |
Artikolu 2
Suġġett
(1) [Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi] Dan l-Att japplika fir-rigward ta’:
|
(i.) |
kwalunkwe denominazzjoni protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini magħmula mill-isem ta’ żona ġeografika jew li fiha dak l-isem, jew denominazzjoni oħra magħrufa li tirreferi għal dik iż-żona, li sservi biex ben jiġi deżinjat li joriġina minn dik iż-żona ġeografika, fejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-ben huma attribwiti esklużivament jew essenzjalment għall-ambjent ġeografiku, inkluż il-fatturi naturali u umani, u li jagħti r-reputazzjoni tajba lill-ben; u wkoll |
|
(ii.) |
kwalunkwe indikazzjoni protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini magħmula mill-isem taż-żona ġeografika jew li fiha dak l-isem, jew indikazzjoni oħra magħrufa li tirreferi għal dik iż-żona, li tidentifika li l-ben joriġina minn dik iż-żona ġeografika fejn il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-ben hija attribwita essenzjalment għall-oriġini ġeografika tiegħu. |
(2) [Żoni ġeografiċi possibbli tal-oriġini] Żona ġeografika tal-oriġini kif deskritta fil-paragrafu (1) tista’ tkun magħmula mit-territorju sħiħ tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini jew reġjun, lokalità jew post fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini. Dan ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ dan l-Att fir-rigward taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif deskritta fil-paragrafu (1), magħmula minn żona ġeografika transkonfinali, jew parti minnha.
Artikolu 3
Awtorità Kompetenti
Kull Parti Kontraenti għandha taħtar entità li għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ dan l-Att fit-territorju tagħha u għall-komunikazzjonijiet mal-Bureau Internazzjonali skont dan l-Att u r-Regolamenti. Il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ din l-Awtorità Kompetenti lill-Bureau Internazzjonali, kif speċifikat fir-Regolamenti.
Artikolu 4
Reġistru Internazzjonali
Il-Bureau Internazzjonali għandu jżomm Reġistru Internazzjonali li jżomm rekord tar-reġistrazzjonijiet internazzjonali milquta skont dan l-Att, skont il-Ftehim ta’ Lisbona u l-Att tal-1967, jew skont it-tnejn li huma, u tad-dejta marbuta ma’ dawn ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali.
KAPITOLU II
Applikazzjoni u Reġistrazzjoni Internazzjonali
Artikolu 5
Applikazzjoni
(1) [Post tal-preżentazzjoni] L-Applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Bureau Internazzjonali.
(2) [Applikazzjoni ppreżentata minn Awtorità Kompetenti] Soġġetta għall-paragrafu (3), l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika għandha tiġi ppreżentata mill-Awtorità Kompetenti f’isem:
|
(i.) |
il-benefiċjarji; jew |
|
(ii.) |
persuna fiżika jew entità legali b’pożizzjoni legali skont il-liġi tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini biex jiġu affermati d-drittijiet tal-benefiċjarji jew drittijiet oħra fid-denominazzjoni ta’ oriġini jew fl-indikazzjoni ġeografika. |
(3) [Applikazzjoni ppreżentata direttament]
|
a) |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu (4), jekk il-leġiżlazzjoni tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini tippermetti dan, l-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata mill-benefiċjarji jew minn persuna fiżika jew entità legali msemmija fil-paragrafu 2(ii). |
|
b) |
Is-subparagrafu (a) japplika soġġett għal dikjarazzjoni minn Parti Kontraenti li l-leġiżlazzjoni tagħha tippermetti dan. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir mill-Parti Kontraenti fil-waqt tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni tagħha jew fi kwalunkwe żmien iktar tard. Meta d-dikjarazzjoni ssir fil-waqt tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni tagħha, għandha tibda tapplika mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att fir-rigward ta’ dik il-Parti Kontraenti. Meta d-dikjarazzjoni ssir wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att fir-rigward tal-Parti Kontraenti, għandha tibda tapplika tliet xhur wara d-data li d-Direttur Ġenerali jkun irċieva d-dikjarazzjoni. |
(4) [Applikazzjoni konġunta possibbli fil-każ ta’ żona ġeografika transkonfinali] Fil-każ ta’ żona ġeografika ta’ oriġini magħmula minn żona ġeografika transkonfinali, skont il-ftehim tagħhom il-Partijiet Kontraenti biswit jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta permezz ta’ Awtorità Kompetenti maħtura b’mod komuni.
(5) [Kontenut obbligatorju] Ir-Regolamenti għandhom jispeċifikaw id-dettalji obbligatorji li jridu jiġu inklużi fl-applikazzjoni flimkien ma’ dawk speċifikati fl-Artikolu 6(3).
(6) [Kontenut fakultattiv] Ir-Regolamenti jistgħu jispeċifikaw id-dettalji fakultattivi li jistgħu jiġu inklużi fl-applikazzjoni.
Artikolu 6
Reġistrazzjoni Internazzjonali
(1) [Eżami formali mill-Bureau Internazzjonali] Mal-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika fil-forma dovuta, kif speċifikat fir-Regolamenti, il-Bureau Internazzjonali għandu jirreġistra d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika fir-Reġistru Internazzjonali.
(2) [Data tar-reġistrazzjoni internazzjonali] Soġġetta għall-paragrafu (3), id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun id-data meta l-Bureau Internazzjonali jkun irċieva l-applikazzjoni.
(3) [Data tar-reġistrazzjoni internazzjonali meta d-dettalji jkunu neqsin] Meta l-applikazzjoni ma jkunx fiha d-dettalji kollha li ġejjin:
|
(i.) |
l-identifikazzjoni tal-Awtorità Kompetenti jew, fil-każ tal-Artikolu 5(3), tal-applikant jew l-applikanti; |
|
(ii.) |
id-dettalji li jindentifikaw lill-benefiċjarji jew, meta applikabbli, lill-persuna fiżika jew l-entità legali msemmija fl-Artikolu 5(2)(ii); |
|
(iii.) |
id-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika li għaliha tkun qed tintalab ir-reġistrazzjoni internazzjonali; |
|
(iv.) |
il-ben jew il-beni li għalihom tapplika d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika; |
id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun id-data meta l-Bureau Internazzjonali jirċievi l-aħħar dettalji li jkunu neqsin.
(4) [Pubblikazzjoni u notifika tar-reġistrazzjonijiet internazzjonali] Il-Bureau Internazzjonali għandu jippubblika kull reġistrazzjoni internazzjonali u jinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta’ kull Parti Kontraenti bir-reġistrazzjoni internazzjonali mingħajr dewmien.
(5) [Data tad-dħul fis-seħħ tar-reġistrazzjoni internazzjonali]
|
a) |
F’kull Parti Kontraenti li ma rrifjutatx protezzjoni skont l-Artikolu 15, jew li bagħtet notifika ta’ għoti ta’ protezzjoni lill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 18, soġġetta għas-subparagrafu (b), denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika reġistrata għandha tiġi protetta mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali. |
|
b) |
F’dikjarazzjoni, Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali li denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika reġistrata hija protetta mid-data msemmija fid-dikjarazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali tagħha, liema data madankollu ma għandhiex tkun iktar tard mid-data ta’ skadenza tal-limitu ta’ żmien għal rifjut speċifikata fir-Regolamenti skont l-Artikolu 15(1)(a). |
Artikolu 7
Tariffi
(1) [Tariffa tar-reġistrazzjoni internazzjonali] Ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ kull denominazzjoni ta’ oriġini u kull indikazzjoni ġeografika għandha tkun soġġetta għal ħlas ta’ tariffa speċifikata fir-Regolamenti.
(2) [Tariffi għal entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali] Ir-Regolamenti għandhom jispeċifikaw it-tariffi li jridu jitħallsu fir-rigward ta’ entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali u għall-forniment ta’ estrazzjonijiet, attestazzjonijiet jew informazzjoni oħra marbuta mal-kontenut tar-reġistrazzjoni internazzjonali.
(3) [Tnaqqis fit-tariffi] It-tnaqqis fit-tariffi għandu jiġi stabbilit mill-Assemblea fir-rigward ta’ xi reġistrazzjonijiet internazzjonali tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini, u fir-rigward ta’ xi reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk li l-Parti Kontraenti tal-Oriġini tagħhom hija pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp jew pajjiż l-anqas żviluppat.
(4) [Tariffa individwali]
|
a) |
F’dikjarazzjoni, kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tinnofika lid-Direttur Ġenerali li l-protezzjoni li tirriżulta minn reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġi estiża biss għaliha jekk titħallas tariffa li tkopri l-kost tagħha ta’ eżami sostantiv tar-reġistrazzjoni internazzjonali. L-ammont ta’ din it-tariffa individwali għandu jiġi indikat fid-dikjarazzjoni u jista’ jitbiddel f’dikjarazzjonijiet ulterjuri. Dan l-ammont ma jistax ikun ogħla mill-ammont ekwivalenti meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali tal-Parti Kontraenti, imnaqqas mill-iffrankar li jirriżulta mill-proċedura internazzjonali. Barra minn hekk, f’dikjarazzjoni, il-Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali li teħtieġ tariffa amministrattiva marbuta mal-użu mill-benefiċjarji tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika f’dik il-Parti Kontraenti. |
|
b) |
Skont ir-Regolamenti, in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffa individwali għandu jkollu l-effett li l-protezzjoni tiġi rinunzjata fir-rigward tal-Parti Kontraenti li teħtieġ it-tariffa. |
Artikolu 8
Perjodu ta’ Validità tar-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali
(1) [Dipendenza] Ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu validi b’mod idenfinit, bil-fehim li l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika reġistrata ma għandhiex tkun iktar meħtieġa jekk id-denominazzjoni li tikkostitwixxi d-denominazzjoni ta’ oriġini, jew l-indikazzjoni li tikkostitwixxi l-indikazzjoni ġeografika, ma tkunx għadha protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini.
(2) [Kanċellazzjoni]
|
a) |
L-Awtorità Kompetenti tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini, jew fil-każ tal-Artikolu 5(3), il-benefiċjarji jew il-persuna fiżika jew l-entità legali msemmija fl-Artikolu 5(2)(ii) jew l-Awtorità Kompetenti tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini, fi kwalunkwe mument jistgħu jitolbu lill-Bureau Internazzjonali biex jikkanċella r-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata. |
|
b) |
F’każ li d-denominazzjoni li tikkostitwixxi denominazzjoni ta’ oriġini reġistrata, jew l-indikazzjoni li tikkostitwixxi indikazzjoni ġeografika reġistrata, ma tkunx għadha protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini, l-Awtorità Kompetenti tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini għandha titlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali. |
KAPITOLU III
Protezzjoni
Artikolu 9
Impenn għall-Protezzjoni
Kull Parti Kontraenti għandha tipproteġi d-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fit-territorju tagħha, fi ħdan l-ordinament u l-prattika ġuridiċi tagħha iżda skont it-termini ta’ dan l-Att, soġġetti għal rifjut, rinunzja, invalidazzjoni jew kanċellazzjoni li jistgħu jsiru effettivi fir-rigward tat-territorju tagħha, u bil-fehim li l-Partijiet Kontraenti li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom ma jiddistingwux bejn id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jintroduċu din id-distinzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom.
Artikolu 10
Protezzjoni Skont il-Liġijiet tal-Partijiet Kontraenti u Strumenti Oħra
(1) [Forma ta’ protezzjoni legali] Kull Parti Kontraenti għandha tkun ħielsa li tagħżel it-tip ta’ leġiżlazzjoni li bis-saħħa tagħha tistabbilixxi l-protezzjoni stipulata f’dan l-Att, dejjem jekk din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti sostantivi ta’ dan l-Att.
(2) [Protezzjoni skont strumenti oħra] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhom jaffettwaw bl-ebda mod kwalunkwe protezzjoni oħra li Parti Kontraenti tista’ tagħti fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini reġistrati jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali tagħha jew skont strumenti internazzjonali oħra.
(3) [Rabta ma’ strumenti oħra] F'dan l-Att xejn ma għandu jidderoga minn kwalunkwe obbligu li l-Partijiet Kontraenti għandhom lejn xulxin skont strumenti internazzjonali oħra, u ma għandu jippreġudika l-ebda dritt li Parti Kontraenti jkollha skont kwalunkwe strument internazzjonali ieħor.
Artikolu 11
Protezzjoni fir-rigward tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Reġistrati
(1) [Kontenut tal-protezzjoni] Fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ orġini reġistrata jew indikazzjoni ġeografika reġistrata, soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull Parti Kontraenti għandha tipprovdi l-mezzi legali għall-prevenzjoni:
|
a) |
tal-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika
|
|
b) |
ta’ kwalunkwe prattika oħra responsabbli li tqarraq bil-konsumaturi rigward l-oriġini vera, il-provenjenza jew in-natura tal-beni. |
(2) [Kontenut tal-protezzjoni fir-rigward ta’ wħud mill-użi] Il-paragrafu (1)(a) għandu japplika wkoll għall-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ta’ oriġini li jwassal għall-imitazzjoni tagħha anki jekk l-oriġini vera tal-beni tkun indikata, jew jekk id-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tintuża f’forma tradotta jew tkun akkumpanjata minn termini bħal “stil”, “xorta”, “tip”, “għamla”, “imitazzjoni”, “metodu”, “kif prodott fi”, “bħal”, “simili” jew il-bqija (1).
(3) [Użu fi trademark] Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(1), jekk il-leġiżlazzjoni tagħha tippermetti dan jew fuq talba ta’ parti interessata, Parti Kontraenti għandha, ex officio, tirrifjuta jew tinvalida ir-reġistrazzjoni ta’ trademark sussegwenti jekk l-użu tat-trademark ikun jirriżulta f’waħda mis-sitwazzjonijiet koperti mill-paragrafu (1).
Artikolu 12
Protezzjoni Biex Ma Jsirux Ġeneriċi
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-denominazzjonijiet ta’ oriġini reġistrati u l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati ma jistgħux jitqiesu li saru ġeneriċi (2) f’Parti Kontraenti.
Artikolu 13
Salvagwardji fir-Rigward ta’ Drittijiet Oħra
(1) [Drittijiet preċedenti tat-trademark] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni in bone fide ta’ trademark preċedenti jew trademark akwiżita permezz tal-użu in bona fide, f’Parti Kontraenti. Meta l-liġi ta’ Parti Kontraenti tipprevedi eċċezzjoni limitata tad-drittijiet konferiti minn trademark bir-riżultat li din it-trademark preċedenti f’ċerti ċirkustanzi tista’ ma tintitolax lil sidha milli jipprevjeni li denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika tingħata l-protezzjoni jew tintuża f’dik il-Parti Kontraenti, il-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika reġistrata ma għandha bl-ebda mod tillimita d-drittijiet konferiti minn dik it-trademark.
(2) [Isem personali użat fin-negozju] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx jippreġudikaw id-dritt li fl-andament tal-kummerċ, kwalunkwe persuna tuża isem dik il-persuna jew isem il-predeċessur ta’ dik il-persuna fin-negozju, għajr fejn dan l-isem jintuża b’mod li jqarraq bil-pubbliku.
(3) [Drittijiet ibbażati fuq id-denominazzjoni ta’ varjetà tal-pjanti jew ta’ razza tal-annimali] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx jippreġudikaw id-dritt ta’ kwalunkwe persuna li tuża denominazzjoni ta’ varjetà tal-pjanti jew ta’ razza tal-annimali għajr meta dik id-denominazzjoni ta’ varjetà tal-pjanti jew ta’ razza tal-annimali tintuża b’mod li tqarraq bil-pubbliku.
(4) [Salvagwardji fil-każ ta’ notifika tal-irtirar ta’ rifjut jew għotja ta’ protezzjoni] Meta f’konformità mal-Artikolu 15 abbażi tal-użu minn trademark preċedenti jew dritt ieħor kif imsemmi f’dan l-Artikolu, Parti Kontraenti li tkun irrifjutat l-effetti ta’ reġistrazzjoni inernazzjonali tinnotifika l-irtirar ta’ dak ir-rifjut skont l-Artikolu 16 jew ta’ għotja ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 18, il-protezzjoni li tirriżulta mid-denominazzjoni ta’ oriġini jew mill-indikazzjoni ġeografika ma għandhiex tippreġudika dak id-dritt jew l-użu tagħha sakemm il-protezzjoni tkun ingħatat wara kanċellazzjoni, nuqqas ta’ tiġdid, revoka jew invalidazzjoni tad-dritt.
Artikolu 14
Proċeduri ta’ Infurzar u Rimedji
Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel disponibbli rimedji legali effettivi għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini reġistrati u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati u tipprevedi li l-proċedimenti legali għall-iżgurar tal-protezzjoni tagħhom ikunu jistgħu jinbdew minn awtorità pubblika jew minn kwalunkwe parti interessata oħra, kemm jekk persuna fiżika jew entità legali, u kemm jekk pubblika jew privata, skont l-ordinament u l-prattika ġuridiċi tagħha.
KAPITOLU IV
Rifjut u Azzjonijiet Oħra fir-Rigward tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali
Artikolu 15
Rifjut
(1) [Rifjut tal-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali]
|
a) |
Fil-limitu ta’ żmien speċifikat fir-Regolamenti, l-Awtorità Kompetenti ta’ Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali dwar ir-rifjut tal-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju tagħha. In-notifika tar-rifjut tista’ ssir mill-Awtorità Kompetenti ex officio jekk il-leġiżlazzjoni tagħha tippermetti dan, jew fuq talba ta’ parti interessata. |
|
b) |
In-notifika tar-rifjut għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-rifjut. |
(2) [Protezzjoni skont strumenti oħra] In-notifika ta’ rifjut ma għandha tkun ta’ detriment għall-ebda protezzjoni oħra li tista’ tkun disponibbli għad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni kkonċernata fil-Parti Kontraenti li huwa marbut magħha r-rifjut, skont l-Artikolu 10(2).
(3) [Obbligu biex tingħata opportunità lill-partijiet interessati] Kull Parti Kontraenti għandha tagħti opportunità raġonevoli lil dawk kollha li l-interessi tagħhom se jintlaqtu minn reġistrazzjoni internazzjonali, sabiex jitolbu lill-Awtorità Kompetenti tinnotifika r-rifjut fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali.
(4) [Reġistrazzjoni, pubblikazzjoni u komunikazzjoni tar-rifjuti] Il-Bureau Internazzjonali għandu jirreġistra r-rifjut u r-raġunijiet għar-rifjut fir-Reġistru Internazzjonali. Għandu jippubblika r-rifjut u r-raġunijiet tar-rifjut u għandu jikkomunika n-notifika tar-rifjut lill-Awtorità Kompetenti tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini, jew lill-benfiċjarji jew lill-persuna fiżika jew lill-entità legali msemmija fl-Artikolu 5(2)(ii), kif ukoll lill-Awtorità Kompetenti tal-Parti Kontraenti tal-Oriġini jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata direttament skont l-Artkolu 5(3).
(5) [Trattament nazzjonali] Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel disponibbli għall-partijiet interessati milquta minn rifjut, l-istess rimedji ġudizzjarji u amministrattivi li huma disponibbli għaċ-ċittadini tagħha fir-rigward tar-rifjut tal-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika.
Artikolu 16
Irtirar ta’ Rifjut
Rifjut jista’ jiġi rtirat skont il-proċeduri speċifikati fir-Regolamenti. L-irtirar għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru Internazzjonali.
Artikolu 17
Perjodu ta’ Tranżizzjoni
(1) [Għażla li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni] Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, meta Parti Kontraenti ma tkunx irrifjutat l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali abbażi ta’ użu preċedent minn parti terza, jew tkun irtirat dak ir-rifjut jew tkun innotifikat għotja ta’ protezzjoni, tista’ tagħti perjodu definit kif speċifikat fir-Regolamenti biex jintemm dak l-użu, jekk il-leġiżlazzjoni tagħha tippermetti dan.
(2) [Notifika ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni] Il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali dwar dan il-perjodu skont il-proċeduri speċifikati fir-Regolamenti.
Artikolu 18
Notifika ta’ Għotja ta’ Protezzjoni
L-Awtorità Kompetenti ta’ Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lill-Bureau Internazzjoni dwar l-għotja ta’ protezzjoni lil denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika reġistrata. Il-Bureau Internazzjonali jista’ jirreġistra din in-notifika fir-reġistru internazzjonali u jippubblikaha.
Artikolu 19
Invalidazzjoni
(1) [Opportunità għad-difiża tad-drittijiet] Invalidazzjoni tal-effetti kollha, jew parti minnhom, ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju ta’ Parti Kontraenti tista’ tingħata biss wara li l-benefiċjarji jkunu ingħataw l-opportunità li jiddefendu d-drittijiet tagħhom. Din l-opportunità għandha tingħata wkoll lill-persuna fiżika jew l-entità legali msemmija fl-Artikolu 5(2)(ii);
(2) [Notifika, reġistrazzjoni u pubblikazzjoni] Il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika l-invalidazzjoni tal-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali li min-naħa tiegħu għand jirreġistra l-invalidazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali u jippubblikaha.
(3) [Protezzjoni skont strumenti oħra] L-invalidazzjoni ma għandha tkun ta’ detriment għall-ebda protezzjoni oħra skont l-Artikolu 10(2), li tista’ tkun disponibbli għad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni kkonċernata fil-Parti Kontraenti li invalidat l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali.
Artikolu 20
Modifiki u Entrati Oħra fir-Reġistru Internazzjonali
Il-proċeduri għall-modifika tar-reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ entrati oħra fir-reġistru internazzjonali għandhom jiġu speċifikati fir-Regolamenti.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet Amministrattivi
Artikolu 21
Sħubija fl-Unjoni ta’ Lisbona
Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri tal-istess Unjoni Speċjali bħall-Istati li huma parti mill-Ftehim ta’ Lisbona jew l-Att tal-1967, kemm jekk huma parti tal-Ftehim ta’ Lisbona jew l-Att tal-1967, u anki jekk mhumiex.
Artikolu 22
Assemblea tal-Unjoni Speċjali
(1) [Kompożizzjoni]
|
a) |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri tal-istess Assemblea bħall-Istati li huma parti tal-Att tal-1967. |
|
b) |
Kull Parti Kontraeni għandha tkun irrappreżentata minn delegat wieħed li jista’ jkun assistit minn delegati sostituti, konsulenti u esperti. |
|
c) |
Kull delegazzjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha. |
(2) [Kompiti]
|
a) |
L-Assemblea għandha:
|
|
b) |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma wkoll ta’ interess għal Unjonijiet oħra amministrati mill-Organizzazzjoni, l-Assemblea għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha wara li tkun semgħet il-parir tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Organizzazzjoni. |
(3) [Kworum]
|
a) |
Nofs il-Membri tal-Assemblea bid-dritt li jivvutaw fuq xi kwistjoni għandhom jikkostitwixxu l-kworum għall-finijiet tal-vot fuq dik il-kwistjoni. |
|
b) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (a), jekk fi kwalunkwe sessjoni n-numru tal-membri tal-Assemblea li huma Stati, li jkollhom id-dritt li jivvutaw dwar kwistjoni partikolari u li huma rrappreżentati, ikun inqas min-nofs iżda daqs jew iktar minn terz tal-membri tal-Assemblea li huma Stati u li għandhom id-dritt li jivvutaw dwar dik il-kwistjoni, l-Assemblea tista’ tieħu d-deċiżjonijiet iżda, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura tagħha stess, id-deċiżjonijiet kollha ta’ din ix-xorta għandhom jidħlu b’effett biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti iktar tard. Il-Bureau Internazzjonali għandu jikkomunika d-deċiżjonijiet imsemmija lill-membri tal-Assemblea li huma Stati, li għandhom id-dritt li jivvutaw fuq il-kwistjoni msemmija u li ma kinux irrappreżentati, u għandu jistedinhom biex jesprimu bil-kitba l-vot jew l-astensjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Jekk, fl-iskadenza ta’ dan il-perjodu, in-numru ta’ dawk il-membri li jkunu esprimew il-vot jew l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod, jilħaq in-numru tal-membri li kienu nieqsa biex jintlaħaq il-kworum fis-sessjoni nfisha, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu b’effett sakemm fl-istess ħin tkun għadha teżisti l-maġġoranza meħtieġa. |
(4) [Teħid tad-deċiżjonijiet fl-Assemblea]
|
a) |
L-Assemblea għandha tagħmel ħiltha biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’kunsens. |
|
b) |
Meta ma tkunx tista’ tintlaħaq deċiżjoni b’kunsens, il-kwistjoni li tkun qed tkun tiġi diskussa għandha tiġi deċiża permezz ta’ votazzjoni. F’każ bħal dan,
|
|
c) |
Dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw biss lill-Istati li huma marbutin bl-Att tal-1967, il-Partijiet Kontraenti li mhumiex marbutin bl-Att tal-1967 ma għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw, filwaqt li fi kwistjonijiet li jikkonċernaw biss lill-Partijiet Kontraenti, dawn tal-aħħar biss għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw. |
(5) [Maġġoranzi]
|
a) |
Soġġetti għall-Artikoli 25(2) u 27(2), id-deċiżjonijiet tal-Assemblea għandhom jeħtieġu żewġ terzi tal-voti espressi. |
|
b) |
L-astensjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala voti. |
(6) [Sessjonijiet]
|
a) |
L-Assemblea għandha tiltaqa’ wara konvokazzjoni mid-Direttur Ġenerali u, fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, matul l-istess perjodu u fl-istess post bħall-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni. |
|
b) |
L-Assemblea għandha tiltaqa’ f’sessjoni straordinarja permezz ta’ konvokazzjoni mid-Direttur Ġenerali, jew fuq talba ta’ kwart tal-membri tal-Assemblea jew fuq inizjattiva tad-Direttur Ġenerali nnifsu. |
|
c) |
L-aġenda ta’ kull sessjoni għandha tiġi mħejjija mid-Direttur Ġenerali. |
(7) [Regoli ta’ Proċedura] L-Assemblea għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha stess.
Artikolu 23
Bureau Internazzjonali
(1) [Kompiti amministrattivi]
|
a) |
Ir-Reġistrazzjoni internazzjonali u d-dmirijiet relatati, kif ukoll il-kompiti amministrattivi l-oħra kollha li jikkonċernaw l-Unjoni Speċjali, għandhom jitwettqu mill-Bureau Internazzjonali. |
|
b) |
B’mod partikolari, il-Bureau Internazzjonali għandu jħejji l-laqgħat u jipprovdi s-segretarjat tal-Assemblea u ta’ dawn il-kumitati u gruppi ta’ ħidma kif jista’ jkun ġie stabbilit mill-Assemblea. |
|
c) |
Id-Direttur Ġenerali għandu jkun il-Kap Eżekuttiv tal-Unjoni Speċjali u għandu jirrappreżenta lill-Unjoni Speċjali. |
(2) [Rwol tal-Bureau Internazzjonali fl-Assemblea u laqgħat oħra] Id-Direttur Ġenerali u kwalunkwe membru tal-persunal maħtur minnu għandhom jipparteċipaw, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-laqgħat kollha tal-Assemblea, tal-kumitati u tal-gruppi ta’ ħidma stabbiliti mill-Assemblea. Id-Direttur Ġenerali, jew membru tal-persunal maħtur minnu, għandu jkun Segretarju ex officio ta’ dan il-korp.
(3) [Konferenzi]
|
a) |
Skond l-istruzzjonijiet tal-Assemblea, il-Bureau Internazzjonali għandu jagħmel il-preparamenti għal kwalunkwe konferenza ta’ reviżjoni. |
|
b) |
Il-Bureau Internazzjonali jista’ jikkonsulta dwar dawn il-preparamenti ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi kif ukoll dawk mhux governattivi, kemm internazzjonali kif ukoll nazzjonali. |
|
c) |
Id-Direttur Ġenerali u l-persuni maħtura minnu għandhom jipparteċipaw fid-diskussjonijiet waqt il-konferenzi ta’ reviżjoni, mingħajr ma jkollhom id-dritt tal-vot. |
(4) [Kompiti Oħrajn] Il-Bureau Internazzjonali għandu jwettaq kull kompitu ieħor assenjat lilu b’rabta ma’ dan l-Att.
Artikolu 24
Finanzi
(1) [Baġit] L-introjtu u l-ispejjeż tal-Unjoni Speċjali għandhom jiġu riflessi fil-baġit tal-Organizzazzjoni b’mod ġust u trasparenti.
(2) [Sorsi ta’ finanzjament tal-baġit] Id-dħul tal-Unjoni Speċjali għandu jkun iffinanzjat mis-sorsi li ġejjin:
|
(i.) |
it-tariffi miġbura skont l-Artkolu 7(1) u (2); |
|
(ii.) |
rikavat mill-bejgħ jew mir-royalties ta’ pubblikazzjonijiet tal-Bureau Internazzjonali; |
|
(iii.) |
donazzjonijiet, legati u sovvenzjonijiet; |
|
(iv.) |
kirjiet, dħul minn investimenti, u oħrajn, inkluż dħul mixxelanju; |
|
(v.) |
kontribuzzjonijiet speċjali tal-Parti Kontraenti jew ta’ kwalunkwe sors alternattiv li ġej mill-Parti Kontraenti jew mill-benefiċjarji, jew mit-tnejn li huma, jekk u sakemm l-irċevuti mis-sorsi indikati fil-partiti (i) sa (iv) ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż, kif deċiż mill-Assemblea. |
(3) [Iffissar ta’ tariffi; Livell tal-baġit]
|
a) |
L-ammont tat-tariffi msemmija fil-paragrafu (2) għandu jiġi ffissat mill-Assemblea fuq proposta tad-Direttur Ġenerali u għandu jiġi ffissat b’tali mod li flimkien mad-dħul derivat minn sorsi oħra skont il-paragrafu (2), id-dħul tal-Unjoni Speċjali jenħtieġ li f’ċirkostanzi normali jkun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tal-Bureau Internazzjonali għaż-żamma tas-servizz ta’ reġistrazzjoni internazzjonali. |
|
b) |
Jekk il-Programm u l-Baġit tal-Organizzazzjoni ma jiġux adottati qabel il-bidu tal-perjodu finanzjarju l-ġdid, l-awtorizzazzjoni tad-Direttur Ġenerali biex jidħlu l-obbligi u jsiru l-pagamenti għandha tkun fuq l-istess livell bħalma kienet fil-perjodu finanzjarju preċedenti. |
(4) [Stabbiliment tal-kontribuzzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu (2)(v)] Għall-finijiet tal-istabilliment tal-kontribuzzjoni tagħha, kull Parti Kontraenti għandha tappartjeni għall-istess klassi bħal dik fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew jekk mhix Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, bħalma tappartjeni li kieku kienet Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi. L-organizzazzjonijiet intergovernattivi għandhom jitqiesu li jappartjenu għall-klassi ta’ kontribuzzjoni I, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor unanimament mill-Assemblea. Il-kontribuzzjoni għandha tingħata l-piż b’mod parzjali skont in-numru ta’ reġistrazzjonijiet li joriġinaw fil-Parti Kontraenti, kif deċiż mill-Assemblea.
(5) [Fond tal-kapital operatorju] L-Unjoni Speċjali għandu jkollha fond tal-kapital operatorju li għandu jiġi kostitwit mill-pagamenti li jsiru permezz ta’ avvanz minn kull membru tal-Unjoni Speċjali meta tiddeċiedi dan l-Unjoni Speċjali. Jekk il-fond isir insuffiċjenti, l-Assemblea tista’ tiddeċiedi li żżidu. Il-proporzjon u t-termini tal-pagament għandhom ikunu ffissati mill-Assemblea fuq il-proposta tad-Direttur Ġenerali. Jekk l-Unjoni Speċjali tirreġistra surplus tad-dħul fuq l-ispejjeż fi kwalunkwe perjodu finanzjarju, l-avvanzi tal-fond tal-kapital operatorju jistgħu jitħallsu mill-ġdid lil kull membru b’mod proporzjonali għall-pagamenti inizjali tagħhom fuq proposta tad-Direttur Ġenerali u deċiżjoni mill-Assemblea.
(6) [Avvanzi mill-Istat ospitanti]
|
a) |
Fil-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali konkluż mal-Istat li l-Organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fit-territorju tiegħu, għandu jiġi previst li kull meta l-fond tal-kapital operatorju jkun insuffiċjenti, dan l-Istat għandu jagħti avvanzi. L-ammont ta’ dawk l-avvanzi u l-kundizzjonijiet biex jingħataw għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehimiet separati, f’kull każ, bejn dak l-Istat u l-Organizzazzjoni. |
|
b) |
L-Istat li jissemma fis-subparagrafu (a) u l-Organizzazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jiddenunzjaw l-obbligu li jingħataw l-avvanzi, permezz ta’ notifika bil-miktub. Id-denunzja għandha tidħol b’effett tliet snin wara li tintemm is-sena li fiha ġiet notifikata. |
(7) [Awditjar tal-kontijiet] L-awditjar tal-kontijiet għandu jitwettaq minn Stat membru wieħed jew aktar tal-Unjoni Speċjali jew minn awdituri esterni, kif previst fir-regolamenti finanzjarji tal-Organizzazzjoni. Għandhom ikunu maħtura, bil-qbil tagħhom, mill-Assemblea.
Artikolu 25
Regolamenti
(1) [Suġġett] Id-dettalji biex jitwettaq dan l-Att għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolamenti.
(2) [Emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti]
|
a) |
L-Assemblea tista’ tiddeċiedi li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti jistgħu jkunu emendati biss b’unanimità jew maġġoranza ta’ tliet kwarti. |
|
b) |
L-unanimità għandha tkun meħtieġa sabiex fil-ġejjieni ma jibqax japplika r-rekwiżit ta’ unanimità jew maġġoranza ta’ tliet kwarti biex tkun emendata dispożizzjoni tar-Regolamenti. |
|
c) |
Maġġoranza ta’ tliet kwarti għandha tkun meħtieġa sabiex fil-ġejjieni jibqa’ japplika r-rekwiżit ta’ unanimità jew maġġoranza ta’ tliet kwarti biex tkun emendata dispożizzjoni tar-Regolamenti. |
(3) [Kunflitt bejn dan l-Att u r-Regolamenti] Fil-każ ta’ kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u dawk tar-Regolamenti, tal-ewwel għandhom jirbħu.
KAPITOLU VI
Reviżjoni u Emendar
Artikolu 26
Reviżjoni
(1) [Konferenzi ta’ reviżjoni] Dan l-Att jista’ jkun rivedut permezz ta’ konferenzi diplomatiċi tal-Partijiet Kontraenti. Is-sejħa ta’ kwalunkwe konferenza diplomatika għandha tiġi deċiża mill-Assemblea.
(2) [Reviżjoni jew emendar ta’ ċerti Artikoli] L-Artikoli 22 sa 24 u 27 jistgħu jkunu emendati permezz ta’ konferenza ta’ reviżjoni jew inkella mill-Assemblea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27.
Artikolu 27
Emendar ta’ ċerti Artikoli mill-Assemblea
(1) [Proposti għall-emendar]
|
a) |
Il-proposti għall-emendar tal-Artikoli 22 sa 24 u tal-Artikolu preżenti, jistgħu jinbdew minn kull Parti Kontraenti jew mid-Direttur Ġenerali. |
|
b) |
Dawn il-proposti għandhom ikunu kkomunikati mid-Direttur Ġenerali lill-Partijiet Kontraenti mill-inqas sitt xhur qabel ma jitqiesu mill-Assemblea. |
(2) [Maġġoranzi] L-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda tal-Artikoli msemmija fil-paragrafu (1) għandha teħtieġ maġġoranza ta’ tliet kwarti, ħlief li l-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda tal-Artikolu 22 u tal-paragrafu preżenti għandha teħtieġ maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa.
(3) [Dħul fis-seħħ]
|
a) |
Ħlief fejn japplika s-subparagrafu (b), kwalunkwe emenda tal-Artikoli msemmija fil-paragrafu (1) għandha tidħol fis-seħħ xahar wara li n-notifiki ta’ aċċettazzjoni bil-miktub imwettqa skont il-proċessi kostituzzjonali rispettivi tagħhom, jaslu għand id-Direttur Ġenerali mingħand tliet kwarti ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti li fiż-żmien li ġiet adottata l-emenda, kienu membri tal-Assemblea u kellhom id-dritt li jivvutaw dwar dik l-emenda. |
|
b) |
Kwalunkwe emenda tal-Artikolu 22(3) jew (4) jew ta’ dan is-subparagrafu ma għandhiex tidħol fis-seħħ jekk kwalunkwe Parti Kontraenti tinnotifika lid-Direttur Ġenerali li ma taċċettax din l-emenda fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tagħha mill-Assemblea. |
|
c) |
Kwalunkwe emenda li tidħol fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandha torbot lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet intergovernattivi kollha li huma Partijiet Kontraenti fil-waqt li l-emenda tidħol fis-seħħ, jew li jsiru Partijiet Kontraenti aktar tard. |
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 28
Sħubija ma’ Dan l-Att
(1) [Eliġibbiltà] Soġġett għall-Artikolu 29 u l-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu preżenti,
|
(i.) |
kwalunkwe Stat parti mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi jista’ jiffirma u jsir parti tal-Att; |
|
(ii.) |
kwalunkwe Stat membru ieħor tal-Organizzazzjoni jista’ jiffirma u jsir parti ta’ dan l-Att jekk jiddikjara li l-leġiżlazzjoni tiegħu tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta’ orġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-trademarks; |
|
(iii.) |
kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva tista’ tiffirma u ssir parti ta’ dan l-Att, jekk mill-inqas wieħed mill-Istati Membri tagħha jkun parti tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, u jekk l-organizzazzjoni intergovernattiva tiddikjara li ġiet awtorizzata kif xieraq biex issir parti għal dan l-Att, f’konformità mal-proċeduri interni tagħha, u li skont it-trattat tal-kostituzzjoni tagħha, tapplika l-leġiżlazzjoni li skontha jkunu jistgħu jinkisbu t-titoli reġjonali ta’ protezzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(2) [Ratifika jew adeżjoni] Stat jew organizzazzjonijiet intergovernattivi msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jiddepożitaw
|
(i.) |
strument ta’ ratifika jekk ikunu iffirmaw dan l-Att; jew |
|
(ii.) |
strument ta’ adeżjoni jekk ma jkunux iffirmaw dan l-Att. |
(3) [Data effettiva tad-depożitu]
|
a) |
Soġġetta għas-subparagrafu (b), id-data effettiva tad-depożitu ta’ strument ta’ ratifika jew adeżjoni għandha tkun id-data li fiha jiġi ddepożitat l-istrument. |
|
b) |
Id-data effettiva tad-depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni ta’ kwalunkwe Stat li huwa membru ta’ organizzazzjoni intergovernattiva u li għalih il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi tista’ tinkiseb biss abbażi tal-leġiżlazzjoni li tapplika bejn l-Istati membri tal-organizzazzjoni intergovernattiva, għandha tkun id-data li fiha jiġi ddepożitat l-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni ta’ dik l-organizzazzjoni intergovernattiva, jekk dik id-data hija aktar tard mid-data li fiha ġie ddepożitat l-istrument tal-Istat msemmi. Madankollu, dan is-subparagrafu ma japplikax fir-rigward tal-Istati li huma parti tal-Ftehim ta’ Lisbona jew tal-Att tal-1967 u għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 31 fir-rigward ta’ dawn l-Istati. |
Artikolu 29
Data effettiva tar-Ratifiki u tal-Adeżjonijiet
(1) [Strumenti li jridu jitqiesu] Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu biss l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni li huma ddepożitati mill-Istati jew mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi msemmija fl-Artikolu 28(1) u li għandhom data effettiva skont l-Artikolu 28(3).
(2) [Dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att] Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ tliet xhur wara li ħames partijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 28 ikunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni tagħhom.
(3) [Dħul fis-seħħ tar-ratifiki u tal-adeżjonijiet]
|
a) |
Stati jew organizzazzjonijiet intergovernattivi li jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni tagħhom tliet xhur jew aktar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att għandhom jintrbatu b’dan l-Att fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att. |
|
b) |
Stati jew organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra għandhom jintrabtu b’dan l-Att tliet xhur wara d-data li fiha jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni tagħhom jew fi kwalunkwe data oħra aktar tard indikata f’dak l-istrument. |
(4) [Reġistrazzjonijiet internazzjonali milquta qabel l-adeżjoni] Fit-territorju ta’ Stat aderenti u meta Parti Kontraenti tkun organizzazzjoni intergovernattiva li fit-territorju tagħha japplika t-trattat ta’ kostituzzjoni ta’ dik l-organizzazzjoni intergovernattiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati diġà skont dan l-Att fil-waqt li l-adeżjoni tidħol fis-seħħ, soġġetti għall-Artikolu 7(4), kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni tagħhom, l-Istati jew l-organizzazzjonijiet intergovernattivi aderenti għandhom ukoll jispeċifikaw estensjoni tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 15(1), u l-perjodi msemmija fl-Artikolu 17, skont il-proċeduri speċifikati fir-Regolamenti f’dak ir-rigward.
Artikolu 30
Projbizzjoni tar-Riżervi
Mhi permessa l-ebda riżerva għal dan l-Att.
Artikolu 31
Applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Lisbona u l-Att tal-1967
(1) [Relazzjonijiet bejn l-Istati li huma parti kemm ta’ dan l-Att kif ukoll tal-Att tal-1967] Dan l-Att waħdu għandu jkun applikabbli fir-rigward tar-relazzjonijiet reċiproċi tal-Istati li huma parti kemm ta’ dan l-Att kif ukoll tal-Att tal-1967. Madankollu, fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet internazzjonali tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini effettivi skont il-Ftehim ta’ Lisbona jew l-Att tal-1967, l-Istati ma għandhomx jagħtu inqas protezzjoni minn dik meħtieġa fil-Ftehim ta’ Lisbona jew fl-Att tal-1967.
(2) [Relazzjonijiet bejn l-Istati li huma parti kemm ta’ dan l-Att, kif ukoll tal-Ftehim ta’ Lisbona jew tal-Att tal-1967, u l-Istati li huma parti tal-Ftehim ta’ Lisbona jew tal-Att tal-1967 mingħajr ma jkunu parti ta’ dan l-Att] Fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati li huma parti tal-Ftehim ta’ Lisbona jew tal-Att tal-1967 li ma humiex parti ta’ dan l-Att, kwalunkwe Stat li huwa parti ta’ dan l-Att, kif ukoll tal-Ftehim ta’ Lisbona jew tal-Att tal-1967 għandu jkompli japplika l-Ftehim ta’ Lisbona jew l-Att tal-1967 skont kif ikun il-każ.
Artikolu 32
Denunzja
(1) [Notifika] Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan l-Att permezz ta’ notifika indirizzata lid-Direttur Ġenerali.
(2) [Data Effettiva] Id-denunzja għandu jkollha effett sena wara d-data li fiha d-Direttur Ġenerali jkun irċieva n-notifika jew fi kwalunkwe data aktar tard indikata fin-notifika. Ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta’ dan l-Att għal kwalunkwe applikazzjoni pendenti u kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali fis-seħħ fir-rigward tal-Parti Kontraenti li tkun qed tiddenunzja fil-waqt li tidħol fis-seħħ id-denunzja.
Artikolu 33
Lingwi ta’ Dan l-Att; Firma
(1) [Testi oriġinali; Testi uffiċjali]
|
a) |
Dan l-Att għandu jkun iffirmat f’oriġinal uniku bl-Ingliż, bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol, bit-testi kollha jkunu awtentiċi b’mod ugwali. |
|
b) |
It-testi uffiċjali għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Gvernijiet interessati, f’lingwi oħra li tista’ tagħżel l-Assemblea. |
(2) [Limitu ta’ żmien għall-iffirmar] Dan l-Att għandu jibqa’ miftuħ għall-iffirmar fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni sa sena wara l-adozzjoni tiegħu.
Artikolu 34
Depożitarju
Id-Direttur Ġenerali għandu jkun id-depożitarju ta’ dan l-Att.
(1) Dikjarazzjoni maqbula dwar l-Artikolu 11(2): Għall-finijiet ta’ dan l-Att, huwa mifhum li meta jkun hemm xi elementi ta’ denominazzjoni jew ta’ indikazzjoni li tikkostitwixxi d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ta’ natura ġenerika fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini, il-protezzjoni tagħhom skont dan il-paragrafu ma għandhiex tkun meħtieġa fil-Partijiet Kontraenti l-oħra. Għal aktar ċertezza, ir-rifjut jew l-invalidazzjoni ta’ trademark jew is-sejba ta’ ksur fil-Partijiet Kontraenti skont it-termini tal-Artikolu 11, ma jistgħux ikunu bbażati fuq komponent ta’ natura ġenerika.
(2) Dikjarazzjoni maqbula dwar l-Artikolu 12: Għall-finijiet ta’ dan l-Att, huwa mifhum li l-Artiklu 12 huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar l-użu preċedenti, minħabba li qabel ir-reġistrazzjoni internazzjonali, id-denominazzjoni jew l-indikazzjoni li tikkostitwixxi d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġenerali tista’ tkun diġà ġenerika kollha kemm hi, jew parti minnha, f’Parti Kontraenti għajr il-Pajjiż Kontraenti tal-Oriġini, pereżempju minħabba li d-denominazzjoni jew l-indikazzjoni, jew parti minnha, tkun identika għal terminu abitwali fil-lingwa komuni bħall-isem komuni ta’ ben jew servizz f’din il-Parti Kontraenti, jew tkun identika għall-isem abitwali ta’ varjetà ta’ għeneb f’din il-Parti Kontraenti.