ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
22 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745 tat-13 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta u jemenda d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L, il-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-provvista tal-idroġenu għat-trasport bit-triq u l-provvista tal-gass naturali għat-trasport bit-triq u fuq l-ilma u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1746 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti ( 1 )

6

 

*

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti ( 1 )

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/1748 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tas-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 ta’ dak il-Ftehim

53

 

*

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1749 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)

73

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1745

tat-13 ta’ Awwissu 2019

li jissupplimenta u jemenda d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L, il-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-provvista tal-idroġenu għat-trasport bit-triq u l-provvista tal-gass naturali għat-trasport bit-triq u fuq l-ilma u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(14), l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(11) tagħha,

Billi:

(1)

Il-ħidma tal-istandardizzazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li jiġu speċifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà tal-punti tal-iċċarġjar u ta’ riforniment fl-istandards Ewropej jew internazzjonali billi jiġu identifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa filwaqt li jitqiesu l-istandards Ewropej eżistenti u attivitajiet relatati tal-istandardizzazzjoni internazzjonali.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni talbet (3) lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (is-CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (is-Cenelec) biex jiżviluppaw u jadottaw standards Ewropej xierqa, jew biex jemendaw l-istandards Ewropej eżistenti, tal-provvista tal-elettriku għat-trasport bit-triq, għat-trasport marittimu u għan-navigazzoni interna; tal-provvista tal-idroġenu għat-trasport bit-triq; tal-provvista tal-gass naturali, inkluż tal-bijometan, għat-trasport bit-triq, għat-trasport marittimu u għan-navigazzjoni interna.

(3)

L-istandards żviluppati mis-CEN u mis-Cenelec ġew aċċettati mill-industrija Ewropea, sabiex tkun żgurata l-mobbiltà fl-Unjoni kollha tal-vetturi u tal-bastimenti li jaħdmu bi fjuwils differenti. Is-CEN u s-Cenelec irrakkomandaw li l-Kummissjoni tinkludi dawk l-istandards fil-qafas legali tal-Unjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jenħtieġ li jiġu ssupplimentati jew emendati skont dan.

(4)

Id-dispożizzjonijiet għall-“interoperabbiltà” fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament Delegat jirreferu strettament għall-kapaċità tal-istazzjonijiet tal-iċċarġjar u tar-riforniment għall-provvista tal-enerġija li hija kompatibbli mat-teknoloġiji kollha tal-vetturi sabiex jippermettu l-użu mingħajr xkiel fl-UE kollha tal-vetturi tal-fjuwils alternattivi.

(5)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istandards rakkomandati li jridu jiġu applikati għall-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L. L-istandard EN 62196-2 “Plugs, socket-outlets, konnetturi tal-vetturi u inlets tal-vetturi. Iċċarġjar konduttiv tal-vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Rekwiżiti dwar il-kompatibbiltà dimensjonali u l-interkambjabbiltà għall-aċċessorji tal-pinnijiet u tal-kuntatt ċilindriċi magħhom għall-kurrent alternat u l-istandard IEC 60884-1 “Plugs u socket-outlets għall-użu domestiku u għal użi simili — il-Parti 1: Rekwiżiti ġenerali” jenħtieġ li japplika għal dawk il-punti tal-iċċarġjar. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 1.5 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi ssupplimentat skont dan.

(6)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istandards rakkomandati li jridu jiġu applikati għall-provvista tal-elettriku max-xtut għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. L-istandard EN 15869-2 “Bastimenti tan-navigazzjoni interna — Konnessjoni elettrika max-xatt, kurrent bi tliet fażijiet ta’ 400 V, sa 63 A, 50 Hz — il-Parti 2: Unità fuq l-art, rekwiżiti tas-sikurezza (dawn qegħdin fil-proċess li jiġu emendati sabiex l-amperage jiżdied minn 63 għal 125)” u l-istandard EN 16840 “Bastimenti tan-navigazzjoni interna — konnessjoni elettrika max-xatt, kurrent bi tliet fażijiet ta’ 400 V, tal-anqas 250 A, 50 Hz” jenħtieġ li japplika għal dik il-provvista tal-elettriku. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 1.8 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi ssupplimentat skont dan.

(7)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni bl-istandards rakkomandati li jridu jiġu applikati għal stazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali kompressat (CNG). L-istandard Ewropew EN ISO 16923 “Stazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali — stazzjonijiet CNG għar-riforniment tal-vetturi”, ikopri d-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat, l-ispezzjoni u l-manutenzjoni tal-istazzjonijiet tar-riforniment tas-CNG għall-vetturi, inkluż it-tagħmir, l-apparati tas-sikurezza u tal-kontroll. Dan l-istandard Ewropew japplika wkoll għal porzjonijiet ta’ stazzjon tar-riforniment meta l-gass naturali jkun fi stat gassuż u jqassam is-CNG derivat minn gass naturali likwifikat (L-CNG) skont l-EN ISO 16924. Japplika wkoll għall-bijometan, il-metan upgraded mis-saffi tal-faħam (CBM) u l-provvisti tal-gass li ġejjin mill-vaporizzazzjoni tal-LNG (fil-post jew mhux fuq il-post). Jenħtieġ li l-elementi tal-istandard EN ISO 16923 li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-istazzjonijiet tar-riforniment tas-CNG u l-vetturi, japplikaw għall-punti ta’ riforniment tas-CNG. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 3.4 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi ssupplimentat skont dan.

(8)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni bl-istandards rakkomandati li jridu jiġu applikati lill-istazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG). L-istandard Ewropew EN ISO 16924 “Stazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali — stazzjonijiet LNG għar-riforniment tal-vetturi”, fil-verżjoni attwali tiegħu, ikopri d-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat, il-manutenzjoni u l-ispezzjoni ta’ stazzjonijiet għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) lill-vetturi, inkluż it-tagħmir, l-apparati tas-sikurezza u tal-kontroll. Dan l-Istandard Ewropew jispeċifika wkoll id-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat, il-manutenzjoni u l-ispezzjoni tal-istazzjonijiet tar-riforniment għall-użu tal-LNG bħala sors ta’ riforniment tas-CNG għall-vetturi (stazzjonijiet tar-riforniment tal-L-CNG), inkluż l-apparati tas-sikurezza u tal-kontroll tal-istazzjon u t-tagħmir speċifiku tal-istazzjon tal-fjuwil tal-L-CNG. L-istandard Ewropew ikopri l-istazzjonijiet tar-riforniment li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin: aċċess privat; aċċess pubbliku (self-service jew assistit); tqassim bil-meter u tqassim bla meter; stazzjonijiet tal-fjuwil b’ħażna LNG fissa; stazzjonijiet tal-fjuwil b’LNG mobbli. L-istandard Ewropew EN ISO 12617 “Vetturi tat-triq — konnettur għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) — konnettur 3,1 MPa” fil-verżjoni attwali tiegħu, jispeċifika ż-żennuni għar-rifornmiment tal-fjuwil u r-reċipjenti tal-gass naturali likwifikat (LNG) mibnija kompletament minn partijiet u materjali ġodda u mhux użati għall-vetturi tat-triq li jaħdmu bl-LNG. Konnettur għar-riforniment tal-fjuwil LNG, jikkonsisti minn, skont kif applikabbli, ir-reċipjent u l-għatu protettiv tiegħu (immuntati fuq il-vettura) u ż-żennuna. Dan l-istandard Ewropew huwa applikabbli biss għal apparat bħal dan iddisinjat għal pressjoni massima ta’ tħaddim ta’ 3,4 MPa (34 bar) għal dawk li jużaw LNG bħala l-fjuwil tal-vettura u li għandhom komponenti standardizzati ta’ tgħammir. L-elementi tal-istandard EN ISO 16924 li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-LNG u l-istandard EN ISO 12617 li jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet għall-konnetturi jenħtieġ li japplikaw għall-punti ta’ riforniment tal-LNG. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 3.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi ssupplimentat skont dan.

(9)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istandards rakkomandati li jridu jiġu applikati għall-punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew għall-bastimenti tal-baħar. L-istandard Ewropew EN ISO 20519 “Bastimenti u teknoloġija tal-baħar — Speċifikazzjoni għall-bunkering ta’ bastimenti li jaħdmu bil-gass naturali likwifikat” huwa differenzjat għall-punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-baħar u għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Il-punti ta’ riforniment tal-LNG għall-bastimenti tal-baħar, li mhumiex koperti mill-Kodiċi Internazzjonali dwar il-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa (il-Kodiċi IGC), jenħtieġ li jkunu konformi mal-istandard EN ISO 20519. Madankollu, għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-punti ta’ riforniment għal-LNG jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandard EN ISO 20519 (il-partijiet 5.3 sa 5.7) għall-finijiet tal-interoperabbiltà biss. L-istandard Ewropew EN ISO 20519 jenħtieġ li japplika għall-punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-baħar u l-istess standard Ewropew (il-partijiet 5.3 sa 5.7) jenħtieġ li japplika għall-punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 3.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi ssupplimentat skont dan.

(10)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istandard rakkomandat li jrid jiġi applikat għall-punti ta’ riforniment tal-idroġenu li jqassmu l-idroġenu gassuż u l-protokolli ta’ mili. L-istandard Ewropew EN 17127 “Punti ta’ riforniment tal-idroġenu fuq barra li jqassmu l-idroġenu gassuż u li jinkorporaw protokolli tal-mili”, fil-verżjoni attwali tiegħu, ikopri l-interoperabbiltà tad-disinn, tal-kostruzzjoni, tal-operat, tal-ispezzjoni u tal-manutenzjoni tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-idroġenu gassuż lill-vetturi. Ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà deskritti fl-istandard EN 17127 jenħtieġ li japplikaw għall-punti ta’ riforniment tal-idroġenu bħalma jenħtieġ li japplika wkoll l-istess standard Ewropew għall-protokolli tal-mili rilevanti. Għalhekk, il-punti 2.1 u 2.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(11)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istandard rakkomandat li jrid jiġi applikat biex jiġu ddefiniti l-karatteristiċi tal-kwalità tal-idroġenu imqassam mill-punti ta’ riforniment tal-idroġenu għall-vetturi tat-triq. L-istandard Ewropew EN 17124 “Il-fjuwil tal-idroġenu — Speċifikazzjoni tal-prodott u assigurazzjoni tal-kwalità — l-applikazzjonijiet taċ-ċelluli tal-fjuwil b’membrana tal-iskambju tal-protoni (PEM) għall-vetturi tat-triq”, fil-verżjoni attwali tiegħu, ikopri l-karatteristiċi tal-kwalità tal-fjuwil tal-idroġenu u l-garanzija tal-kwalità korrispondenti sabiex tiġi żgurata l-uniformità tal-prodott tal-idroġenu kif jitqassam għall-utilizzazzjoni f’sistemi ta’ vetturi tat-triq b’membrana tal-iskambju tal-protoni (PEM). L-istandard Ewropew EN 17124, li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-kwalità tal-idroġenu mogħti mill-punti ta’ riforniment tal-idroġenu, jenħtieġ li japplika. Għalhekk, il-punt 2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(12)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni li l-istandard Ewropew EN ISO 17268 “Apparati tal-konnessjoni għar-riforniment tal-idroġenu gassuż lill-vetturi fuq l-art” ġie rrakkomandat li jiġi applikat għall-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment tal-idroġenu gassuż. Għalhekk huwa importanti li jiġi konkluż il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-konnetturi għar-riforniment tal-idroġenu gassuż lill-vetturi bil-mutur skont l-istandard EN ISO 17268. Meta dan il-proċess jiġi konkluż, jenħtieġ li l-konnetturi għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għall-vetturi bil-mutur jikkonformaw mal-istandard EN ISO 17268. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 2.4 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi emendat skont dan.

(13)

Is-CEN u s-Cenelec infurmaw lill-Kummissjoni li l-istandard Ewropew EN ISO 14469 “Vetturi tat-triq — Konnettur għar-riforniment tal-gass naturali kompressat (CNG)” jenħtieġ li japplika għall-konnetturi/reċipjenti tas-CNG. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 3.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-“Grupp ta’ Esperti tal-Forum dwar it-Trasport Sostenibbli” u l-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) ġew ikkonsultati u pprovdew il-parir tagħhom dwar l-istandards Ewropej li huma s-suġġett ta’ dan ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni.

(15)

Il-Kummissjoni jenħtieġ tissupplimenta u temenda d-Direttiva 2014/94/UE skont dan, bir-referenzi għall-istandards Ewropej żviluppati mis-CEN u mis-Cenelec.

(16)

Meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġodda identifikati fl-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE jkunu se jiġu stabbiliti, aġġornati jew ssupplimentati permezz ta’ Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni, għandu japplika perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 24 xahar.

(17)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkorpora l-aġġornamenti magħmula wara talbiet minn xi Stati Membri rigward il-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L, il-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-punti ta’ riforniment għal-LNG għat-trasport fuq l-ilma, u l-iżviluppi l-ġodda ġġenerati mis-CEN u mis-Cenelec dwar l-istandards għall-provvista tal-gass naturali u tal-idroġenu. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674 (4) jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L

Għall-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L, imsemmija fil-punt 1.5 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

(1)

Il-punti tal-iċċarġjar bil-kurrent alternat (a.c.) aċċessibbli għall-pubbliku sa 3,7 kVA, riżervati għall-vetturi elettriċi tal-kategorija L, għandhom ikunu mgħammra, għall-finijiet tal-interoperabbiltà, b’mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

Socket-outlets jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 3 A, kif deskritt fl-istandard EN 62196-2 (għall-iċċarġjar tal-Modalità 3);

(b)

Socket-outlets konformi mal-IEC 60884-1 (għall-iċċarġjar tal-Modalità 1 jew tal-Modalità 2).

(2)

Il-punti tal-iċċarġjar bil-kurrent alternat (a.c.) aċċessibbli għall-pubbliku li jaqbżu t-3,7 kVA, riżervati għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku tal-kategorija L, għandhom ikunu mgħammra, għall-finijiet tal-interoperabbiltà, b’mill-inqas waħda minn dawn is-socket-outlets jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2 kif deskritt fl-istandard EN 62196-2.

Artikolu 2

Provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Għall-elettriku mill-art għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, imsemmi fil-punt 1.8 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, għandha tapplika l-ispeċifikazzjoni teknika li ġejja:

Il-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tikkonforma mal-istandard EN 15869–2 jew mal-istandard EN 16840 skont ir-rekwiżiti tal-enerġija.

Artikolu 3

Il-punti ta’ riforniment tal-gass naturali kompressat (CNG) għall-vetturi bil-mutur

Għall-punti ta’ riforniment tal-gass naturali kompressat (CNG), imsemmija fil-punt 3.4 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

Il-pressjoni tar-riforniment (pressjoni tas-servizz) għandha tkun 20,0 MPa gauge (200 bar) fi 15 °C. Hija permessa pressjoni massima tar-riforniment ta’ 26,0 MPa b’“kumpens tat-temperatura” kif speċifikat fl-istandard EN ISO 16923, “Stazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali — stazzjonijiet CNG għar-riforniment tal-vetturi”.

Artikolu 4

Punti ta’ riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) għall-vetturi bil-mutur

Għall-punti ta’ riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG), imsemmija fil-punt 3.2. tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

Il-pressjoni tar-riforniment għandha tkun inqas mill-pressjoni operattiva massima permissibbli tat-tank tal-vettura kif speċifikat fl-EN ISO 16924, “Stazzjonijiet tar-riforniment tal-gass naturali — stazzjonijiet LNG għar-riforniment tal-vetturi”.

Il-profil tal-konnettur għandu japplika l-istandard EN ISO 12617 “Vetturi tat-triq — Konnettur għar-riforniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) — konnettur 3,1 MPa”.

Artikolu 5

Punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew għall-bastimenti tal-baħar

Għall-punti ta’ riforniment għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew għall-bastimenti tal-baħar, imsemmija fil-punt 3.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

Fil-każ ta’ bastimenti tal-baħar, li mhumiex koperti mill-Kodiċi Internazzjonali dwar il-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa (il-Kodiċi IGC), il-punti ta’ riforniment għandhom ikunu konformi mal-istandard EN ISO 20519.

Fil-każ ta’ bastimenti tan-navigazzjoni interna, il-punti ta’ riforniment għal-LNG għandhom ikunu konformi mal-istandard EN ISO 20519 (il-partijiet minn 5.3 sa 5.7) għall-finijiet tal-interoperabbiltà biss.

Artikolu 6

L-Anness II tad-Direttiva 2014/94/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.1. Il-punti ta’ riforniment tal-idroġenu fuq barra li jqassmu l-idroġenu gassuż li jintuża bħala fjuwil fuq vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà deskritti fl-istandard EN 17127 “Punti ta’ riforniment tal-idroġenu fuq barra li jqassmu l-idroġenu gassuż u li jinkorporaw protokolli tal-mili”.”;

(2)

il-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2. Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-idroġenu mqassam mill-punti ta’ riforniment tal-idroġenu għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti deskritti fl-istandard EN 17124, “Fjuwil tal-idroġenu — Speċifikazzjoni tal-prodott u assigurazzjoni tal-kwalità — Applikazzjonijiet taċ-ċelluli tal-fjuwil b’membrana tal-iskambju tal-protoni (PEM) għall-vetturi tat-triq”, il-metodi biex jiġi żgurat li tintlaħaq il-kwalità tal-idroġenu huma deskritti wkoll fl-istandard.”;

(3)

il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3. L-algoritmu tar-riforniment għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard EN 17127, ‘Punti ta’ riforniment tal-idroġenu fuq barra li jqassmu l-idroġenu gassuż u li jinkorporaw protokolli tal-mili’.”;

(4)

il-punt 2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.4. Ladarba jkunu ġew konklużi l-proċessi ta’ ċertifikazzjoni tal-konnetturi tal-istandard EN ISO 17268, il-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għandhom jikkonformaw mal-istandard EN ISO 17268 ‘Apparati tal-konnessjoni għar-riforniment tal-vetturi fuq l-art tal-idroġenu gassuż’.”;

(5)

il-punt 3.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3. Il-profil tal-konnettur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fl-istandard EN ISO 14469 ‘Vetturi tat-triq — Konnettur għar-riforniment tal-gass naturali kompressat (CNG)’.”.

Artikolu 7

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674 huwa mħassar.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-12 ta’ Novembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(3)  M/533 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1330 final tat-12 ta’ Marzu 2015, dwar talba tal-istandardizzazzjoni indirizzata lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jiġu abbozzati standards Ewropej għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/674 tas-17 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-punti tal-iċċarġjar għal vetturi bil-mutur tal-kategorija L, il-provvista tal-elettriku max-xatt għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u bejn il-punti tar-riforniment tal-LNG għat-trasport fuq l-ilma, u li jemenda dik id-Direttiva fejn jidħlu l-konnetturi għal vetturi bil-mutur għar-riforniment tal-idroġenu gassuż (ĠU L 114, 4.5.2018, p. 1).


22.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1746

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-obbligi tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti lill-Kummissjoni.

(2)

Permezz tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (3), il-Parlament Ewropew stieden lill-partijiet ikkonċernati kollha fil-ġestjoni tal-katina tal-provvista tal-ikel biex iżidu t-trasparenza fil-katina ġenerali tal-provvista tal-ikel u jżidu t-trasparenza u l-għoti ta’ informazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista, u stedinhom isaħħu l-korpi u l-għodod ta’ informazzjoni tas-suq biex jipprovdu lill-bdiewa u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b’data tas-suq preċiża u f’waqtha.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta’ prattiki kummerċjali inġusti, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ trasparenza u tal-asimetrija fl-informazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel.

(4)

F’April 2019, ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u wara l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħarġu dikjarazzjoni konġunta (5) fit-22 ta’ Marzu 2019 li titlob/tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ it-trasparenza fis-suq agrikolu u tal-ikel fil-livell tal-Unjoni, inkluż billi ttejjeb il-ġbir tad-data statistika meħtieġa għall-analiżi tal-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, bil-għan li tagħmilha aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu għażliet aktar infurmati u biex ittejjeb il-fehim tal-operaturi tal-iżviluppi tas-suq.

(5)

Barra minn hekk, f’Jannar 2016, il-Kummissjoni waqqfet it-Task Force għas-Swieq Agrikoli, grupp ta’ esperti indipendenti, biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Għal dak il-għan, irrakkomandat li tiżdied it-trasparenza fis-suq biex jitrawmu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettivi tul il-katina billi jiġi introdott jew jissaħħaħ ir-rapportar tal-prezzijiet eżistenti speċjalment fis-setturi tal-laħam, tal-frott, tal-ħxejjex u tal-prodotti tal-ħalib. Irrakkomandat ukoll li d-data miġbura tiġi disseminata b’mod aggregat kif xieraq.

(6)

Fl-2017 saret konsultazzjoni pubblika miftuħa u fl-2018 ġew indirizzati kwestjonarji speċifiċi lill-Istati Membri, lill-partijiet ikkonċernati u lill-konsumaturi. Fl-2018 u fl-2019 ġew organizzati diversi sessjonijiet ta’ ħidma u konferenzi apposta mal-partijiet ikkonċernati u diversi laqgħat mal-gruppi ta’ esperti u mal-gruppi ta’ djalogu ċivili tal-Istati Membri dwar it-trasparenza fis-suq.

(7)

In-notifika tal-prezzijiet, tal-produzzjoni u tal-informazzjoni tas-suq mill-Istati Membri diġà hija obbligatorja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185, iżda b’rabta mal-prezzijiet tal-produzzjoni biss.

(8)

Għalhekk, filwaqt li minn naħa waħda l-Unjoni bħalissa qed tipprovdi livell relattivament għoli ta’ informazzjoni pubblika dwar il-prezzijiet tal-produtturi u tal-konsumaturi, mill-uffiċċji tal-istatistika fl-Istati Membri, min-naħa l-oħra ftit li xejn hemm informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-prezzijiet fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Jenħtieġ li estensjoni tar-rapportar tal-prezzijiet tindirizza dawn in-nuqqasijiet ta’ informazzjoni, b’mod partikolari fejn hemm ktajjen settorjali tal-provvista tal-ikel kumplessi. Il-monitoraġġ tat-trażmissjoni tal-prezzijiet tul il-katina permezz tal-ġbir u tad-disseminazzjoni tad-data jenħtieġ li jippermetti lill-atturi tas-suq jifhmu aħjar il-funzjonament tal-katina tal-provvista, u b’hekk itejbu l-funzjonament u l-effiċjenza ekonomika ġenerali tiegħu, b’mod partikolari għall-operaturi aktar dgħajfa li ma jkollhomx aċċess fil-pront għall-informazzjoni privata tal-prezzijiet.

(9)

Il-prezzijiet irrapportati attwalment jirrappreżentaw l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produzzjoni tal-operaturi fl-ewwel stadju tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Il-monitoraġġ tat-trażmissjoni tal-prezzijiet tul il-katina jirrikjedi li tinġabar id-data tal-prezzijiet minn operaturi differenti tul il-katina (pereżempju l-bejjiegħa bl-ingrossa, in-negozjanti, l-industrija tal-ikel u l-bejjiegħa bl-imnut) b’mod partikolari għall-ktajjen tal-provvista bi stadji u prodotti differenzjati ħafna.

(10)

Jenħtieġ li r-rapportar tal-prezzijiet rappreżentattivi biss (bħall-prezzijiet mis-swieq ewlenin u mill-operaturi sinifikanti) jippermetti lill-Istati Membri jsegwu approċċ kosteffettiv fir-rapportar tagħhom u jikkontribwixxu biex il-piż amministrattiv għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jinżamm f’livell minimu. F’konformità mal-prattiki attwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeskrivu l-metodoloġija għall-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi. Jenħtieġ ukoll li jkollhom l-għan li japprossimaw il-metodoloġiji tagħhom biex tiġi żgurata l-aħjar kumparabbiltà tad-data possibbli fl-Istati Membri kollha.

(11)

Sabiex toffri mekkaniżmu ta’ rapportar kosteffettiv u effettiv fl-użu tal-ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tara li s-sistema ta’ informazzjoni eżistenti tkun disponibbli għall-operaturi sabiex dawn ikunu jistgħu jinnotifikaw l-informazzjoni direttament lill-Kummissjoni, taħt is-superviżjoni tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jiddelegaw lill-operaturi l-obbligu li jinnotifikaw l-informazzjoni.

(12)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni torganizza laqgħat regolari mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati biex flimkien jikkondividu l-aħjar prattiki, jiżviluppaw sinerġiji u jikkontribwixxu għal fehim komuni tad-dinamiki tas-suq fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

(13)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(14)

Huwa xieraq li tiġi prevista data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadattaw ruħhom għall-obbligi ta’ rapportar l-ġodda.

(15)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta’ notifiki skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-atti adottati abbażi ta’ dak ir-Regolament, is-sistema bbażata fuq it-teknoloġija tal-informatika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun disponibbli wkoll, fejn rilevanti, għall-operaturi u għall-pajjiżi terzi.”;

(2)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Notifika ta’ inadempjenza

Ħlief fejn huwa previst mod ieħor fl-atti msemmija fl-Artikolu 1, fejn l-Istati Membri, jew fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi jew l-operaturi, ma jkunux innotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni jew bid-dokumenti meħtieġa sal-iskadenza (‘ritorn null’), għandu jitqies li jkunu innotifikaw dan li ġej:

(a)

fil-każ ta’ informazzjoni kwantitattiva, ta’ valur żero;

(b)

fil-każ ta’ informazzjoni kwalitattiva, ta’ sitwazzjoni ‘xejn x’tirrapporta’.”;

(3)

it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“NOTIFIKI U KOORDINAZZJONI DWAR IL-PREZZIJIET, IL-PRODUZZJONI, L-INFORMAZZJONI TAS-SUQ U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MINN FTEHMIET INTERNAZZJONALI”;

(4)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri u, fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi u l-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni ġdida importanti li x’aktarx tibdel sostanzjalment l-informazzjoni li tkun diġà ġiet innotifikata.”;

(5)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Informazzjoni addizzjonali

L-Istati Membri u, fejn rilevanti, il-pajjiżi terzi u l-operaturi jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali għal dik mitluba fl-Annessi I, II u III permezz tas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 fejn tali informazzjoni tkun ikkunsidrata rilevanti mill-Istati Membri u, fejn rilevanti, mill-pajjiżi terzi u mill-operaturi kkonċernati. Tali notifiki għandhom isiru permezz ta’ formola li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli fis-sistema tal-informazzjoni.”;

(6)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura tal-Artikolu 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Definizzjoni tal-prezzijiet u tal-kwantità”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għal kull notifika tal-prezzijiet u tal-kwantità meħtieġa minn din it-Taqsima, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw is-sors u l-metodoloġija li ntużaw għad-determinazzjoni tal-informazzjoni pprovduta. Tali notifiki għandhom jinkludu informazzjoni dwar is-swieq rappreżentattivi ddeterminati mill-Istati Membri u l-koeffiċjenti tal-ponderazzjoni assoċjati.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Għal kull notifika tal-prezzijiet u tal-kwantità meħtieġa minn din it-Taqsima, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw lill-operaturi t-trażmissjoni diretta tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet fis-sistema ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-operaturi li huma soġġetti għal tali delega.”;

(7)

l-Artikoli 10, 11 u 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Rappurtar ta’ prezzijiet bil-munita uffiċjali

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Annessi I, II u III, l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni tal-prezzijiet bil-munita uffiċjali tagħhom, mingħajr il-VAT.

Artikolu 11

Notifika tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I, l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa msemmija f’dak l-Anness sa mhux aktar tard min-12.00 (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta’ Erbgħa għall-ġimgħa ta’ qabel.

Artikolu 12

Notifika tal-prezzijiet, tal-produzzjoni u tal-informazzjoni tas-suq mhux ta’ kull ġimgħa

L-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fil-limiti taż-żmien stabbiliti, b’dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni tal-prezzijiet mhux ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Anness II;

(b)

l-informazzjoni tal-produzzjoni u tas-suq imsemmija fl-Anness III.”;

(8)

l-Annessi I, II u III huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).

(3)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 49.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59).

(5)  ST 7607 2019 ADD 1 REV 1, 22.3.2019, p. 1.


ANNESS I

Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 11

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-Istati Membri kkonċernati huma dawk li jipproduċu jew li jużaw aktar minn 2 % tat-total tal-produzzjoni jew tal-użu korrispondenti tal-Unjoni.

1.   Ċereali

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull wieħed miċ-ċereali u mill-kwalitajiet taċ-ċereali kkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, fejn rilevanti, għall-proprjetajiet kwalitattivi, għall-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ kull prodott.

2.   Ross

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull waħda mill-varjetajiet ta’ ross ikkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jipproduċu r-ross u l-Istati Membri b’industrija tat-tħin.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, fejn rilevanti, għall-istadju tal-ipproċessar, għall-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ kull prodott.

3.   Żrieragħ żejtnin

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi għal-lift, għaż-żerriegħa tal-ġirasol, għall-fażola tas-sojja, għall-grixa tal-lift, għall-grixa taż-żerriegħa tal-ġirasol, għall-grixa tas-sojja, għaż-żejt tal-lift mhux raffinat, għaż-żejt tal-ġirasol mhux raffinat u żejt tal-fażola tas-sojja mhux raffinat.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla tal-għalla rispettiva ta’ mill-anqas 10 000 ettaru fis-sena. Fir-rigward tan-notifiki tal-prezzijiet tal-grix u taż-żjut, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 200 000 tunnellata metrika tal-għalla taż-żerriegħa żejtnija rispettiva.

4.   Żejt taż-żebbuġa

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet medji rreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin u l-prezzijiet medji nazzjonali ponderati għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa elenkati fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 20 000 tunnellata żejt taż-żebbuġa fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa sfuż, tal-mitħna għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u tal-fabbrika għal kategoriji oħra. Is-swieq rappreżentattivi għandhom ikopru mill-inqas 70 % tal-produzzjoni nazzjonali tal-prodott ikkonċernat.

Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni u taż-żejt taż-żebbuġa extra verġni msemmija fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Oħrajn: il-prezzijiet rappreżentattivi għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa verġni kkundizzjonat u għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni fil-kontenituri li jkunu lesti biex jiġu offruti lill-konsumaturi finali u għandhom ikopru mill-inqas terz tax-xiri nazzjonali tal-prodott ikkonċernat.

5.   Frott u ħxejjex, banana

(a)    Prezzijiet tal-prodotti maħsuba għas-suq tal-prodotti friski

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi għat-tipi u għall-varjetajiet ta’ tadam, tuffieħ, larinġ, ħawħ u nuċiprisk elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (1), espressi għal kull 100 kg ta’ piż nett tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kif elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu dawk tal-post fejn jiġu ppakkjati, magħżulin u ppakkjati, u fejn ikun applikabbli fuq il-palits.

(b)    Prezzijiet tal-bejgħ tal-banana

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet bl-ingrossa għall-banana safra li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0803 90 10, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha li jikkummerċjalizzaw aktar minn 50 000 tunnellata ta’ banana safra għal kull sena kalendarja.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati skont grupp ta’ pajjiżi ta’ oriġini.

(c)    Prezzijiet tal-ħruġ mill-azjenda agrikola

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ tadam, tuffieħ, larinġ, ħawħ, nuċiprisk u banana maħsuba għas-suq tal-prodotti friski. Il-prezzijiet kollha huma espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu dawk tal-ħruġ mill-azjenda agrikola u tal-prodotti maħsuda.

(d)    Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tax-xiri bl-imnut ta’ tadam, tuffieħ, larinġ, ħawħ u nuċiprisk, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

6.   Laħam

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet għall-karkassi u għall-qatgħat taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u għal ċerti annimali tal-ifrat, għoġġiela u driefeġ ħajjin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-karkassi skont il-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: għall-karkassi u l-annimali ħajjin, l-Istati Membri kollha. Għall-qatgħat, l-Istati Membri li l-produzzjoni nazzjonali tagħhom tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni tal-Unjoni;

Oħrajn: meta fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikun hemm numru insuffiċjenti ta’ karkassi jew ta’ annimali ħajjin x’jiġu nnotifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li għall-perjodu kkonċernat jissospendi r-reġistrazzjoni tal-prezzijiet għal tali karkassi jew annimali ħajjin u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu. Dwar il-qatgħat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw il-prezzijiet tar-robbu ta’ wara taċ-ċanga, tar-robbu ta’ quddiem taċ-ċanga, tal-laħam ikkapuljat taċ-ċanga, tal-laħam tal-lojn tal-majjal, tal-laħam taż-żaqq tal-majjal, tal-laħam tal-ispalla tal-majjal, tal-laħam ikkapuljat tal-majjal u tal-laħam tal-perżut tal-majjal.

Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra tal-ikel għal-laħam ikkapuljat tal-majjal u taċ-ċanga, espress għal kull 100 kg tal-prodott.

7.   Ħalib u prodotti tal-ħalib

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tat-trab tax-xorrox, tat-trab tal-ħalib xkumat, tat-trab tal-ħalib sħiħ, tal-butir, tal-krema, tal-ħalib tax-xorb u tal-ġobnijiet komoditarji espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li l-produzzjoni nazzjonali tagħhom tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni tal-Unjoni; jew, fil-każ tal-ġobnijiet komoditarji, fejn it-tip ta’ ġobon jirrappreżenta 4 % jew aktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti mixtrija mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.

Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra tal-butir u tal-ġobnijiet rilevanti, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

8.   Bajd

Kontenut tan-notifika: il-prezz bl-ingrossa għall-bajd tal-Klassi A skont il-metodu ta’ trobbija (medja tal-kategoriji L u M), espress għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti fil-postijiet tal-ippakkjar.

9.   Laħam tat-tjur

Kontenut tan-notifika: il-prezz medju bl-ingrossa għat-tiġieġ sħiħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”) u għall-qatgħat tat-tiġieġ (flett tas-sidra, saqajn), espress għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti f’impjanti tat-tbiċċir jew għandhom jiġu rreġistrati fi swieq rappreżentattivi.

Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra għat-tiġieġ sħiħ tal-Klassi A u għall-filetti tas-sidra tat-tiġieġ, espress għal kull 100 kg tal-prodott.

10.   Oħrajn

Kontenut tan-notifika: il-prezz tat-trab mimli bix-xaħam espress għal kull 100 kg tal-prodott.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu nnotifikati għall-prodotti mixtrija mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).


ANNESS II

Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet mhux ta’ kull ġimgħa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-Istati Membri kkonċernati huma dawk li jipproduċu jew li jużaw aktar minn 2 % tat-total tal-produzzjoni jew tal-użu korrispondenti tal-Unjoni, minbarra għall-prodotti organiċi, li għalihom hemm limitu ta’ 4 % tal-produzzjoni.

1.   Ċereali

(a)   Prezzijiet taċ-ċereali organiċi

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għall-qamħ komuni organiku, għall-qamħ durum u għas-segala, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

(b)   Prezzijiet tad-dqiq tal-qamħ

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tal-industrija tat-tħin għad-dqiq tal-qamħ, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

(c)   Prezzijiet tax-xiri tad-dqiq tal-qamħ

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u ta’ operaturi kummerċjali oħra tal-ikel għad-dqiq tal-qamħ, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

2.   Żrieragħ żejtnin u għelejjel li fihom il-proteini

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull wieħed mill-għelejjel li fihom il-proteini li huma kkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni kif ukoll għall-fażola tas-sojja organika, għall-grixa tas-sojja organika, għall-grixa tas-sojja li mhijiex ĠM, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: għall-għelejjel li fihom il-proteini, l-Istati Membri b’żona mħawla bl-għalla rispettiva ta’ mill-inqas 10 000 ettaru fis-sena.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

3.   Zokkor

Kontenut tan-notifika:

(a)

il-medji pponderati tal-prezzijiet taz-zokkor li ġejjin, espressi għal kull tunnellata ta’ zokkor, kif ukoll il-kwantitajiet korrispondenti totali u d-devjazzjonijiet standard ipponderati:

(i)

għax-xahar preċedenti, il-prezz tal-bejgħ;

(ii)

għax-xahar preċedenti, il-prezz tal-bejgħ fuq il-fatturi li jikkorrispondu għall-kuntratti b’terminu qasir. Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni mhux aktar kmieni minn xahrejn wara tmiem il-perjodu ta’ notifika stabbilit hawn taħt.

(b)

il-prezz medju pponderat tal-pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, espress għal kull tunnellata ta’ pitravi, kif ukoll il-kwantitajiet korrispondenti totali.

Stati Membri kkonċernati:

(a)

għall-prezzijiet taz-zokkor, l-Istati Membri kollha li fihom jiġu prodotti aktar minn 10 000 tunnellata ta’ zokkor mill-pitravi taz-zokkor jew miz-zokkor mhux raffinat;

(b)

għall-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, l-Istati Membri kollha b’żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ pitravi taz-zokkor fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

Perjodu tan-notifika:

(a)

għall-prezzijiet taz-zokkor, sal-25 jum ta’ kull xahar;

(b)

għall-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.

Oħrajn:il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni u għandhom jikkonċernaw:

(a)

il-prezzijiet tal-fabbrika taz-zokkor abjad sfuż għaz-zokkor ta’ kwalità standard kif definit fil-punt B II tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 miġbur minn impriżi u raffinaturi taz-zokkor;

(b)

il-prezz tal-pitravi taz-zokkor imħallas mill-impriżi taz-zokkor lill-produtturi għall-pitravi taz-zokkor ta’ kwalità standard li jkun fihom 16 % zokkor. Il-pitravi għandhom jiġu attribwiti lill-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni bħaz-zokkor estratt minnhom.

Prezzijiet tax-xiri

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tax-xiri rappreżentattivi tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-industrija mhux tal-ikel (għajr tal-bijofjuwil) għaz-zokkor u għall-melassi, espressi għal kull tunnellata ta’ prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar.

Oħrajn: il-prezzijiet rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni.

4.   Fibra tal-kittien

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet medji tal-fabbrika għax-xahar preċedenti rreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin għall-fibra tal-kittien twila, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jiġu prodotti l-fibri tal-kittien twal minn żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ fibri tal-kittien.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

5.   Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda

Kontenut tan-notifika:

il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi taż-żejt taż-żebbuġa organiku għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni u taż-żejt taż-żebbuġa extra verġni msemmija fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg tal-prodott;

il-prezzijiet rappreżentattivi taż-żebbuġ mhux ipproċessat għaż-żebbuġ tal-mejda, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati:

għaż-żejt taż-żebbuġa organiku, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 5 000 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa organiku (kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni u taż-żejt taż-żebbuġa extra verġni) fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru;

għaż-żebbuġa tal-mejda, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 5 000 tunnellata ta’ żebbuġ tal-mejda fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

Perjodu tan-notifika:

għaż-żejt taż-żebbuġa organiku sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti;

għaż-żebbuġ tal-mejda, sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, fir-rigward tal-ħsad tas-sena kalendarja preċedenti (1 ta’ Settembru – 31 ta’ Diċembru).

Oħrajn: fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa organiku, il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żejt taż-żebbuġa sfuż, tal-mitħna għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u tal-fabbrika għal kategoriji oħra. Fir-rigward taż-żebbuġ mhux ipproċessat għall-produzzjoni taż-żebbuġ tal-mejda, il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu għaż-żebbuġ li jitwassal mill-produtturi fil-punti ta’ akkoljenza tal-industrija tal-ipproċessar.

6.   Inbid

Kontenut tan-notifika: fir-rigward tal-inbejjed imsemmija fil-punt 1 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

sommarju tal-prezzijiet għax-xahar preċedenti espressi għal kull ettolitru ta’ nbid b’referenza għall-volumi kkonċernati; jew

(b)

is-sorsi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament u kkunsidrati kredibbli għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li l-medja tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar ħames snin qabżet il-5 % tal-produzzjoni tal-inbid totali tal-Unjoni.

Perjodu tan-notifika: sal-15-il jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu tal-prodott mhux ippakkjat mal-ħruġ mill-post tal-produttur. Għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu għażla tal-aktar tmien swieq rappreżentattivi li jridu jiġu mmonitorjati, li għandhom jinkludu mill-inqas tnejn għal inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta.

7.   Ħalib u prodotti tal-ħalib

(a)    Ħalib

Kontenut tan-notifika: il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-ħalib organiku mhux ipproċessat, u l-prezz stmat għal kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat fix-xahar kurrenti, espressi għal kull 100 kg tal-prodott fil-kontenut reali ta’ xaħam u ta’ proteini.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Oħrajn: il-prezz għandu jkun dak imħallas mill-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru.

(b)    Prodotti tal-ħalib

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet għall-ġobnijiet, minbarra l-ġobnijiet komoditarji msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha għal tipi ta’ ġobnijiet rilevanti għas-suq nazzjonali.

Perjodu tan-notifika: sal-15-il jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu għal ġobon mixtri mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta’ kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.

8.   Frott u ħxejjex, banana

(a)    Prezzijiet tal-frott u tal-ħxejjex friski u organiċi

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tat-tadam, tat-tuffieħ, tal-larinġ, tal-ħawħ u tan-nuċiprisk organiċi, espressi għal kull 100 kg ta’ piż nett tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti.

(b)    Prezzijiet għall-banana ħadra

Kontenut tan-notifika:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji fis-swieq lokali tal-banana ħadra kkummerċjalizzata fir-reġjun tal-produzzjoni, espressi għal kull 100 kg tal-prodott u l-kwantitajiet relatati;

(b)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-banana ħadra kkummerċjalizzata barra mir-reġjun tal-produzzjoni, espressi għal kull 100 kg tal-prodott u l-kwantitajiet relatati.

Perjodu tan-notifika:

sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April,

sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu,

sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’reġjun tal-produzzjoni, jiġifieri:

(a)

il-Gżejjer Kanarji;

(b)

Guadeloupe;

(c)

Martinique;

(d)

Madeira u l-Azores;

(e)

Kreta u Lakonia;

(f)

Ċipru.

Oħrajn: il-prezzijiet għall-banana ħadra kkummerċjalizzata fl-Unjoni barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħha għandhom ikunu fl-ewwel port tal-ħatt (prodotti mhux imħatta).

(c)    Prezzijiet tal-ħruġ mill-azjenda agrikola

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet rappreżentattivi tat-tadam, tat-tuffieħ u tal-larinġ maħsuba għall-ipproċessar. Il-prezzijiet kollha huma espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Perjodu tan-notifika:

(a)

għat-tadam, mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara;

(b)

għat-tuffieħ u għal-larinġ, sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti.

Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu dawk tal-ħruġ mill-azjenda agrikola u tal-prodotti maħsuda.

9.   Laħam

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tal-karkassi taċ-ċanga organika skont il-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga bħal fil-każ tan-notifika prevista fil-punt (a) tal-punt 6 tal-Anness I, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

10.   Tjur

Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tal-bejgħ rappreżentattivi tat-tiġieġ sħaħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”), espressi għal kull 100 kg tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti.


ANNESS III

Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu man-notifiki tal-produzzjoni u tal-informazzjoni tas-suq kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 12

1.   Ross

Kontenut tan-notifika: għal kull wieħed mit-tipi ta’ ross imsemmija fil-punti 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

żona mħawla, rendiment agronomiku, produzzjoni tar-ross fil-fosdqa fis-sena tal-ħsad u rendiment tat-tħin;

(b)

użu domestiku (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) ta’ ross espress f’ekwivalenti mitħun;

(c)

ħażniet tar-ross (espressi f’ekwivalent tat-tħin) miżmuma mill-produtturi u mill-imtieħen tar-ross fil-31 ta’ Awwissu kull sena, imqassma skont ir-ross prodott fl-Unjoni u r-ross importat.

Perjodu tan-notifika: sal-15 ta’ Jannar kull sena fir-rigward tas-sena preċedenti.

Stati Membri kkonċernati:

(a)

għall-produzzjoni tar-ross fil-fosdqa, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross;

(b)

għall-użu domestiku, l-Istati Membri kollha;

(c)

għall-ħażniet tar-ross, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross u l-Istati Membri b’imtieħen tar-ross.

2.   Zokkor

A.    Żoni tal-pitravi

Kontenut tan-notifika: żona tal-pitravi taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti u stima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

Perjodu tan-notifika: sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha b’żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ pitravi taz-zokkor fis-sena kkonċernata.

Oħrajn: dawn iċ-ċifri għandhom jiġu espressi f’ettari u mqassma skont iż-żoni maħsuba għall-produzzjoni taz-zokkor u dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-bijoetanol.

B.    Produzzjoni u użu taz-zokkor u tal-bijoetanol

Kontenut tan-notifika:

(a)

produzzjoni: il-produzzjoni taz-zokkor u tal-melassi u l-produzzjoni tal-bijoetanol minn kull impriża fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, stima tal-produzzjoni totali taz-zokkor f’kull Stat Membru u tal-produzzjoni taz-zokkor minn kull impriża;

(b)

użu: iż-zokkor mibjugħ minn impriżi u raffinaturi fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, maqsum skont id-destinazzjoni.

Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena fir-rigward tal-produzzjoni u tal-użu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, kif ukoll il-produzzjoni totali stmata taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali; Sal-31 ta’ Marzu kull sena (it-30 ta’ Ġunju għad-dipartimenti Franċiżi tal-Guadeloupe u l-Martinique) fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti minn kull impriża.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri fejn jiġu prodotti aktar minn 10 000 tunnellata ta’ zokkor.

Oħrajn:

(a)

“produzzjoni taz-zokkor” tfisser il-kwantità totali, espressa f’tunnellati ta’ zokkor abjad kif ġej:

(i)

zokkor abjad, mingħajr ma jitqiesu d-differenzi fil-kwalità,

(ii)

zokkor mhux ipproċessat, abbażi tar-rendiment iddeterminat skont il-punt B.III tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,

(iii)

zokkor invertit, skont il-piż tiegħu,

(iv)

sukrożju jew ġuleppi taz-zokkor invertit li huma mill-inqas 70 % puri u li huma prodotti mill-pitravi taz-zokkor, abbażi ta’ kontenut taz-zokkor li jista’ jiġi estratt jew abbażi tar-rendiment reali,

(v)

sukrożju jew ġuleppi taz-zokkor invertit li huma mill-inqas 75 % puri u prodotti mill-kannamiela, abbażi tal-kontenut taz-zokkor;

(b)

il-produzzjoni taz-zokkor ma għandhiex tinkludi zokkor abjad miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) jew prodott skont arranġamenti tal-ipproċessar attiv;

(c)

iz-zokkor li jiġi estratt mill-pitravi miżrugħa matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifika għandu jiġi attribwit lis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara. Madankollu, iz-zokkor estratt mill-pitravi miżrugħa fil-ħarifa ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari għandu jiġi attribwit lill-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu ddeċidew hekk u li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2017;

(d)

iċ-ċifri għaz-zokkor għandhom jitqassmu skont ix-xahar u, fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, għandhom jikkorrispondu għaċ-ċifri proviżorji sax-xahar ta’ Frar u għall-istimi għax-xhur li jibqa’ mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(e)

il-produzzjoni tal-bijoetanol għandha tinkludi biss il-bijoetanol miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) u għandha tiġi espressa f’ettolitri;

(f)

“użu taz-zokkor” tfisser il-kwantitajiet totali, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ zokkor abjad, mibjugħa mill-impriżi u mir-raffinaturi taz-zokkor lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-utenti taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dawk il-kwantitajiet għandhom jinqasmu bejn dawk mibjugħa għall-bejgħ bl-imnut, lill-industrija tal-ikel u lil industriji oħra minbarra l-industrija tal-bijoetanol.

C.    Produzzjoni tal-isoglukożju

Kontenut tan-notifika:

(a)

il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju ttrasportata minn kull produttur matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti;

(b)

il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju ttrasportata minn kull produttur matul ix-xahar preċedenti.

Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju.

Oħrajn: “Produzzjoni tal-isoglukożju” tfisser il-kwantità totali tal-prodott miksub mill-glukożju jew mill-polimeri tiegħu b’kontenut skont il-piż fl-istat niexef ta’ mill-inqas 41 % fruttożju, espressa f’tunnellati ta’ materja niexfa irrispettivament mill-kontenut tal-fruttożju kurrenti li jaqbeż il-livell limitu ta’ 41 %. Iċ-ċifri tal-produzzjoni fis-sena għandhom jitqassmu xahar b’xahar.

D.    Ħażniet taz-zokkor u tal-isoglukożju

Kontenut tan-notifika:

(a)

il-kwantitajiet maħżuna tal-produzzjoni taz-zokkor sal-aħħar ta’ kull xahar mill-impriżi taz-zokkor u mir-raffinaturi;

(b)

il-kwantitajiet maħżuna tal-produzzjoni tal-isoglukożju mill-produtturi tal-isoglukożju sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti kkonċernat fir-rigward taz-zokkor, u sat-30 ta’ Novembru fir-rigward tal-isoglukożju.

Stati Membri kkonċernati:

(a)

għaz-zokkor, l-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-impriżi jew ir-raffinaturi taz-zokkor u fejn il-produzzjoni taz-zokkor taqbeż l-10 000 tunnellata;

(b)

għall-isoglukożju, l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju.

Oħrajn: iċ-ċifri għandhom jirreferu għall-prodotti maħżuna b’ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni u għall-produzzjoni taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-isoglukożju kif definit fil-punti B u C.

Fir-rigward taz-zokkor:

iċ-ċifri għandhom jirreferu għall-kwantitajiet li huma proprjetà tal-impriża jew tar-raffinatur jew li huma koperti minn garanzija,

iċ-ċifri għandhom jispeċifikaw, għall-kwantitajiet fil-ħażna fl-aħħar tax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru, il-kwantità li tiġi mill-produzzjoni taz-zokkor skont is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara,

jekk il-ħażna tkun fi Stat Membru differenti minn dak li qed jinnotifika lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li qed jinnotifika għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat bil-kwantitajiet maħżuna fit-territorju tiegħu u bil-post fejn dawn jinsabu sal-aħħar tax-xahar ta’ wara dak tan-notifika lill-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-isoglukożju, il-kwantitajiet għandhom jirreferu għall-kwantitajiet li huma proprjetà tal-produttur.

E.    Ftehimiet tan-negozju

Kontenut tan-notifika: il-kontenut tal-ftehimiet tan-negozju bejn il-kultivaturi u l-impriżi kif ukoll il-kontenut tal-klawżoli ta’ kondiviżjoni tal-valur. L-elementi rilevanti li għandhom jiġu nnotifikati f’konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni.

Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-impriżi taz-zokkor u fejn il-produzzjoni taz-zokkor taqbeż l-10 000 tunnellata.

3.   Għelejjel tal-fibra

Kontenut tan-notifika:

(a)

iż-żona tal-fibra tal-kittien għas-sena tas-suq preċedenti u l-istima għas-sena tas-suq kurrenti, espressa f’ettari;

(b)

il-produzzjoni tal-fibra tal-kittien għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti u stima għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti, espressi f’tunnellati;

(c)

iż-żona mħawla bil-qoton għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad kurrenti, espressi f’ettari;

(d)

il-produzzjoni tal-qoton mhux maħluġ għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad kurrenti, espressi f’tunnellati;

(e)

il-prezz medju tal-qoton mhux maħluġ imħallas lill-produtturi tal-qoton fir-rigward tas-sena tal-ħsad preċedenti, espress għal kull tunnellata tal-prodott.

Perjodu tan-notifika:

(a)

għaż-żona tal-fibra tal-kittien, sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena;

(b)

għall-produzzjoni tal-fibri tal-kittien twal, sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena;

(c)

għall-qoton, sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Stati Membri kkonċernati:

(a)

għall-kittien, l-Istati Membri kollha fejn il-fibri tal-kittien twal jiġu prodotti minn żona mħawla ta’ aktar minn 1 000 ha ta’ fibri tal-kittien;

(b)

għall-qoton, l-Istati Membri kollha fejn jinżergħu mill-inqas 1 000 ha ta’ qoton.

4.   Ħops

Kontenut tan-notifika: l-informazzjoni tal-produzzjoni li ġejja, mogħtija bħala total u għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d), imqassma skont il-varjetajiet tal-ħops morri u aromatiċi:

(a)

in-numru ta’ bdiewa li qed ikabbru l-ħops;

(b)

iż-żona mħawla bil-ħops, espressa f’ettari;

(c)

il-kwantità f’tunnellati u l-prezz medju mal-ħruġ mill-azjenda agrikola, espressi għal kull kg ta’ ħops mibjugħ b’kuntratt bil-quddiem u mingħajr tali kuntratt;

(d)

il-produzzjoni tal-aċidu alfa f’tunnellati u l-kontenut medju ta’ aċidu alfa (perċentwal).

Perjodu tan-notifika: sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-ħops.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla ta’ aktar minn 200 ettaru ta’ ħops fis-sena preċedenti.

5.   Żejt taż-żebbuġa

Kontenut tan-notifika:

(a)

data dwar il-produzzjoni finali (inkluż data dwar il-produzzjoni organika), il-konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u l-ħażniet finali għall-perjodu annwali preċedenti mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru;

(b)

stima tal-produzzjoni fix-xahar, stima tal-livell ta’ stokkijiet fix-xahar miżmum mill-produtturi u mill-industrija u stimi tal-produzzjoni totali, tal-konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u stokkijiet tat-tmiem għall-perjodu annwali kurrenti mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

Perjodu tan-notifika:

(a)

sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, id-data li tirrigwarda l-perjodu annwali preċedenti;

(b)

sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena u sal-15 ta’ kull xahar minn Novembru sa Ġunju, għad-data li tirrigwarda l-perjodu annwali kurrenti.

Stati Membri kkonċernati: għan-notifika tal-livell ta’ stokkijiet fix-xahar, l-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 20 000 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa fil-perjodu annwali mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru. Għal data oħra, l-Istati Membri kollha li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa.

6.   Tabakk

Kontenut tan-notifika: għal kull grupp tal-varjetajiet tat-tabakk mhux ipproċessat:

(a)

in-numru ta’ bdiewa;

(b)

iż-żona f’ettari;

(c)

il-kwantità kkonsenjata f’tunnellati;

(d)

il-prezz medju mħallas lill-bdiewa, minbarra t-taxxi u imposti oħra, espress għal kull kg tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri b’żona mħawla ta’ aktar minn 3 000 ettaru ta’ tabakk għall-ħsad preċedenti.

Oħrajn: il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux ipproċessat huma:

Grupp I:

Imnixxef bis-sħana: tabakk imnixxef fi fran b’ċirkolazzjoni tal-arja, temperatura u umdità kkontrollati, b’mod partikolari l-Virginia;

Grupp II:

Ċar u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li ma jitħalliex jiffermenta, b’mod partikolari l-Burley u l-Maryland;

Grupp III:

Skur u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li jitħalla jiffermenta b’mod naturali qabel ma jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari l-Badischer Geudertheimer, il-Burley Iffermentat, il-Havana, il-Mocny Skroniowski, in-Nostrano del Brenta u l-Pulawski;

Grupp IV:

Imnixxef bin-nar: tabakk imnixxef bin-nar, b’mod partikolari l-Kentucky u s-Salento;

Grupp V:

Imnixxef bix-xemx: tabakk imnixxef bix-xemx, imsejjaħ ukoll “Varjetajiet orjentali”, b’mod partikolari l-Basmas, il-Katerini u l-Kaba-Koulak.

7.   Prodotti tas-settur tal-inbid

Kontenut tan-notifika:

(a)

stimi tal-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid (inkluż il-most tal-għeneb vinifikat u mhux vinifikat) fit-territorju tal-Istat Membru matul is-sena tal-inbid kurrenti;

(b)

ir-riżultat definittiv tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/273 (1), kif ukoll stima tal-produzzjoni mhux koperta minn tali dikjarazzjonijiet;

(c)

sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2018/273, li jkun sar fil-31 ta’ Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti;

(d)

il-karta tal-bilanċ finali tas-sena tal-inbid preċedenti inkluż informazzjoni sħiħa dwar id-disponibbiltajiet (ħażniet tal-bidu, produzzjoni, importazzjonijiet), l-użi (konsum mill-bniedem u mill-industrija, trasformazzjoni, esportazzjonijiet u telf) u l-ħażniet finali.

Perjodu tan-notifika:

(a)

stimi tal-produzzjoni, sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena;

(b)

ir-riżultat definittiv tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena;

(c)

sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet, sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena;

(d)

karta tal-bilanċ finali, sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri li jżommu reġistru tal-vinji aġġornat f’konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

8.   Ħalib

Kontenut tan-notifika:

il-kwantità totali tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat, espressa f’kilogrammi bil-kontenut ta’ xaħam reali;

il-kwantità totali tal-ħalib tal-baqra organiku mhux ipproċessat, espressa f’kilogrammi bil-kontenut ta’ xaħam reali;

il-kontenut ta’ xaħam u l-kontenut ta’ proteini tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat, bħala perċentwali tal-piż tal-prodott.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

Oħrajn: għall-ħalib, il-kwantitajiet jirreferu għall-ħalib ikkonsenjat fix-xahar preċedenti lill-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel xerrejja kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat ikkonsenjat lilhom kull xahar fil-ħin u b’mod preċiż sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

9.   Bajd

Kontenut tan-notifika:

in-numru ta’ siti tal-produzzjoni tal-bajd imqassma skont il-metodi tat-tkabbir imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 (2) u s-siti ta’ produzzjoni tal-bajd organiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3), inkluż il-kapaċità massima tal-istabbiliment f’termini tan-numru ta’ tiġieġ tal-bajd preżenti fl-istess ħin;

il-volum tal-produzzjoni ta’ bajd fil-qoxra għal kull metodu ta’ tkabbir espress f’tunnellati ta’ piż nett, inkluż il-bajd organiku.

Perjodu tan-notifika:

l-għadd ta’ siti tal-produzzjoni fis-sena sal-1 ta’ April ta’ kull sena;

il-volumi tal-produzzjoni fuq bażi ta’ kull xahar sal-25 jum tax-xahar għax-xahar preċedenti.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

10.   Alkoħol etiliku

Kontenut tan-notifika: għall-alkoħol ta’ oriġini agrikola, espress f’ettolitri ta’ alkoħol pur:

(a)

il-produzzjoni bil-fermentazzjoni u bid-distillazzjoni, imqassma skont il-materja prima agrikola li minnha jiġi prodott l-alkoħol;

(b)

il-volumi ttrasferiti mill-produtturi jew mill-importaturi tal-alkoħol għall-ipproċessar jew għall-imballaġġ, imqassma skont il-kategoriji tal-użu (ikel u xorb, fjuwils, industrijali/oħrajn).

Perjodu tan-notifika: sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

11.   Laħam

Kontenut tan-notifika:

(a)

laħam taċ-ċanga: l-għadd u l-piż tal-karkassi kklassifikati għal kull kategorija u mqassma skont il-klassijiet ta’ konformazzjoni u l-kisja tax-xaħam;

(b)

laħam tal-majjal: l-għadd u l-piż tal-karkassi kklassifikati għal kull klassi ta’ kontenut ta’ laħam dgħif;

(c)

laħam taċ-ċanga: l-għadd u l-piż tal-karkassi organiċi kklassifikati għal kull kategorija u mqassma skont il-klassi ta’ konformazzjoni u l-kisja tax-xaħam.

Perjodu tan-notifika: kull ġimgħa għall-punti (a) u (b), flimkien man-notifika tal-prezz prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 6 tal-Anness I; kull xahar għall-punt (c), flimkien man-notifika tal-prezz prevista fil-paragrafu 9 tal-Anness II.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.

12.   Oħrajn

Kontenut tan-notifika: il-kwantità totali ta’ trab mimli bix-xaħam, espressa f’tunnellati.

Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta’ kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.

Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha

Oħrajn: il-kwantitajiet jirreferu għat-trab mimli bix-xaħam prodott fix-xahar preċedenti mill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 24).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 20).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 4).


22.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747

tal-15 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 62(14) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għal rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 uriet li ċerti rekwiżiti kien fihom żbalji editorjali jew ambigwitajiet. Barra minn hekk, għadd ta’ skadenzi jew dispożizzjonijiet, li oriġinarjament ġew inklużi biex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iġibu r-regoli nazzjonali tagħhom konformi mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, skadew. Dan wassal għal problemi fir-rigward tal-implimentazzjoni u ċ-ċarezza tar-regoli tal-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ċċarati u kkorreġuti. Għandhom jiġu introdotti definizzjonijiet ġodda biex jiġi żgurat li t-termini jiġu implimentati b’mod uniformi.

(3)

Sabiex jittejbu l-proporzjonalità u t-trasparenza tas-sistema regolatorja għall-avjazzjoni ġenerali, ir-regoli applikabbli għal bdoti ta’ inġenji tal-ajru ħfief, bdoti privati, bdoti ta’ gliders u bdoti ta’ blalen tal-arja għandhom jiġu emendati biex jipprovdu għall-espansjoni tal-privileġġi u biex jiġi ċċarat il-kontenut tat-taħriġ u tal-eżamijiet. Meta tiġi prevista l-espansjoni tal-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet fuq il-baħar, ir-rekwiżiti ta’ attivitajiet reċenti, ir-rekwiżiti tal-eżamijiet ta’ għarfien teoriku u r-rekwiżiti tal-ikkreditar għandhom jiġu ċċarati.

(4)

Ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti fir-rigward tal-ajruplani u l-ħelikopters għandhom jiġu emendati biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid.

(5)

Għandhom isiru emendi għar-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip biex ikun hemm kjarifika u tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-varjanti, il-validità u t-tiġdid. Barra minn hekk, għandhom isiru emendi biex jiġu ċċarati l-klassifikazzjoni ajrubatika, il-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni, il-klassifikazzjoni ta’ billejl u r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

(6)

L-implimentazzjoni tar-regoli żvelat li xi wħud mir-rekwiżiti applikabbli għall-għalliema u l-eżaminaturi mhumiex ċari. B’riżultat ta’ dan, fir-rigward tal-għalliema, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-kontenut tal-kors ta’ taħriġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-għalliema għandhom jiġu emendati. Fir-rigward tal-eżaminaturi, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, l-istandardizzazzjoni, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-valutazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-eżaminaturi għandhom jiġu emendati.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti t-taħriġ u l-esperjenza fir-rigward tal-inġenji tal-ajru mhux soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 (l-Anness I “Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3)”) bil-għan li tinkiseb liċenzja skont il-Parti-FCL. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu emendati biex ikun jista’ jsir tali rikonoxximent.

(8)

L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (DTOs) (3) żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-regoli applikabbli biex tiġi żgurata sorveljanza regolatorja effettiva tad-DTOs. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-possibbiltà li wieħed jitħarreġ f’DTO għandha tkun permessa biss jekk dik id-DTO tkun tinsab fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

(9)

L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-possibbiltà li jiġu ttrasferiti l-liċenzji skont il-Parti-FCL u ċ-ċertifikati mediċi assoċjati żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti involuti u l-iskedar tat-trasferiment tar-responsabbiltà tas-sorveljanza. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għandhom jiġu emendati.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew issuġġeriti fl-Opinjoni Nru 05/2017 li nħarġet mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fil-kuntest ta’ diskussjonijiet tekniċi sussegwenti.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)   ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati mediċi, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi;”

(2)

Fl-Artikolu 2, jitħassru l-punti (4), (9), (10) u (13);

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jitħassar;

(4)

L-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Minkejja l-paragrafu 3, id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollhom privileġġi b’rabta ma’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom dawk il-privileġġi kkonvertiti f’ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip jew ċertifikat ta’ eżaminatur għal ajruplani bi bdot wieħed.”;

(5)

L-Artikolu 5 huwa jitħassar;

(6)

L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Rigward il-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL f’konformità mal-Anness I, taħriġ mibdi qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, taħt is-sorveljanza regolatorja tal-Istat Membru rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b’rabta mal-JARs rilevanti, għandu jingħata kreditu sħiħ sakemm it-taħriġ u t-testijiet ikunu ġew ikkompletati mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2016 u liċenzja skont il-Parti-FCL tinħareġ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2020.”;

(7)

L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati jipprovdu taħriġ għall-bdoti involuti fit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2018/1139 biss meta dawk l-organizzazzjonijiet tkun inħarġitilhom approvazzjoni mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet li għandhom il-post ta’ negozju ewlieni tagħhom fi Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mingħajr tali approvazzjoni fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali meta dawn ikunu għamlu dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt DTO.GEN.115 ta’ dak l-Anness u, meta dan ikun meħtieġ skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm tat-taħriġ. ”;

(b)

il-paragrafi 2, 3 u 4 jitħassru;

(8)

Fl-Artikolu 10b, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

(9)

Fl-Artikolu 10c, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

(10)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jitħassar;

(11)

Fl-Artikolu 11a, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

(12)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafi 1b, 2, 3, 5 u 6 jitħassru;

(13)

L-Artikolu 12(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Meta Stat Membru jagħmel użu mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2a u 4, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għal tali deroga kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom.”

(14)

L-Anness I (il-Parti-FCL), l-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VIII (il-Parti-DTO) huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti (57), (58), (59) u (66) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-21 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat- 3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119 tal-31 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Operazzjoni angulari”:

“‘Valutazzjoni tal-kompetenza’ tfisser il-wiri tal-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni għall-ħruġ inizjali, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur.”;

(b)

tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Għalliem għal Taħriġ fi Proċeduri ta’ Titjir u Navigazzjoni”:

“‘Imtajra biss b’referenza għall-istrumenti’ tfisser li l-bdoti jtajru l-inġenju tal-ajru mingħajr ebda referenza viżwali esterna, f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument simulati jew reali (IMC).”;

(c)

tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Operazzjoni lineari”:

“‘Titjir f’linja taħt superviżjoni’ (LIFUS) tfisser titjir f’linja wara kors ta’ taħriġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero approvat jew it-titjir f’linja meħtieġ minn rapport dwar id-data tal-adegwatezza operattiva (OSD).”;

(d)

tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Lejl”:

“‘OSD’ tfisser id-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(e)

tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Tip ta’ inġenju tal-ajru”:

“‘Lista tal-klassifikazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-liċenzja’ tfisser lista ppubblikata mill-Aġenzija bbażata fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-OSD u li tinkludi klassijiet ta’ ajruplani u tipi ta’ inġenji tal-ajru għall-iskop ta’ liċenzjar tal-ekwipaġġi tat-titjir.”;

(f)

id-definizzjoni ta’ “lejl” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Lejl’ tfisser il-perjodu bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu jew tali perjodu ieħor bejn tlugħ ix-xemx u nżul ix-xemx kif jista’ jiġi preskritt mill-awtorità xierqa.”;

(g)

id-definizzjoni ta’ “apparat ieħor ta’ taħriġ (OTD)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Apparat ieħor ta’ taħriġ’ (OTD) tfisser għajnuniet ta’ taħriġ li mhumiex FSTDs li jipprovdu mezz ta’ taħrig meta ma jkunx meħtieġ ambjent komplut ta’ kabina tal-bdot.”;

(h)

id-definizzjoni ta’ “kontroll tal-profiċjenza” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Kontroll tal-profiċjenza’ tfisser il-wiri ta’ kompetenza biex jiġu vvalidati mill-ġdid jew imġedda l-klassifikazzjonijiet jew il-privileġġi, u dan jinkludi kwalunkwe eżami orali li jista’ jkun meħtieġ.”;

(2)

Il-punt FCL.025 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

L-applikanti għandhom jagħmlu s-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoriku għal liċenzja jew klassifikazzjoni speċifika taħt ir-responsabbiltà tal-istess awtorità kompetenti tal-Istat Membru.”;

(b)

Il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Standards ta’ punti minimi meħtieġa

(1)

Il-punti minimi meħtieġa f’karta tal-eżami tal-għarfien teoriku se jingħataw lill-applikant li jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’penali (punti negattivi għal tweġibiet żbaljati).

(2)

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’din il-Parti, applikant ikun għadda b’suċċess mill-eżami tal-għarfien teoriku li huwa rikjest għal-liċenzja jew għall-klassifikazzjoni xierqa ta’ bdot jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoriku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

(3)

Jekk l-applikant għall-eżami tal-għarfien teoriku tal-ATPL, jew għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) ma jkunx għadda minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għadda mill-eżamijiet kollha f’sitt darbiet jew fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

(4)

Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta’ bdot privat (PPL), liċenzja ta’ bdot ta’ glider (SPL) jew liċenzja ta’ bdot ta’ ballun tal-arja (BPL) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunux għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

(5)

Qabel ma jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku, l-applikanti għandhom jieħdu taħriġ ulterjuri f’DTO jew f’ATO. Il-livell u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ għandhom jiġu stabbiliti mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikanti.”;

(3)

Il-punt FCL.040 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.040 L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji

L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku kif xieraq għall-privileġġi eżerċitati.”;

(4)

Il-punt FCL.055 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.055 Profiċjenza fil-lingwa

(a)

Ġenerali. Bdoti ta’ ajruplani, ħelikopters, powered-lift u iġfna tal-ajru li huma rikjesti jużaw it-telefon bir-radju m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa fil-liċenzja tagħhom jew bl-Ingliż jew bil-lingwa li tintuża għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira. L-approvazzjoni għandha tindika l-lingwa, il-livell tal-profiċjenza u d-data tal-validità, u għandha tinkiseb skont proċedura stabbilita minn awtorità kompetenti. Il-livell minimu aċċettabbli tal-profiċjenza huwa l-livell operattiv (Livell 4) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

(b)

L-applikant għal approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandu juri, skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, mill-inqas livell operattiv ta’ profiċjenza fil-lingwa kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll fil-lingwa komuni lil valutatur iċċertifikat minn awtorità kompetenti jew korp li jittestja l-lingwa approvat minn awtorità kompetenti kif applikabbli. Sabiex jagħmel dan, l-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:

(1)

jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;

(2)

jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;

(3)

juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

(4)

jegħleb b’suċċess l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom; u

(5)

juża djalett jew aċċent li jinftiehem fil-komunità ajrunawtika.

(c)

Għajr għall-bdoti li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti (livell 6) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, l-approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi evalwata mill-ġdid kull:

(1)

4 snin, jekk il-livell muri jkun livell operattiv (livell 4); jew

(2)

6 snin, jekk il-livell muri jkun livell estiż (livell 5).

(d)

Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (EIR) waqt ir-rotta. Mingħajr preġudizzju għall-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR jew EIR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw l-Ingliż fil-livell xieraq ta’ profiċjenza kif definit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

(e)

Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u l-kapaċità li jintuża l-Ingliż għal detenturi ta’ IR jew EIR għandhom isiru permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit minn kwalunkwe awtorità kompetenti.”;

(5)

Il-punt FCL.060(c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

Jekk il-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-punt (1), huwa għandu jlesti titjira ta’ taħriġ ma’ għalliem ikkwalifikat skont is-Subparti J biex jgħallem għal dak it-tip tal-inġenju tal-ajru. It-titjira ta’ taħriġ għandha ssir fl-inġenju tal-ajru jew FFS tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża u għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti fil-punti (b)(1) u (2) qabel ma jkun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu.”;

(6)

Fil-punt FCL.115, jiżdied il-punt ġdid (d) kif ġej:

“(d)

Għat-taħriġ fir-rigward tal-privileġġ ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-baħar, għandhom jitqiesu l-elementi tal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, il-punt 7 (Klassifikazzjoni ta’ klassi – baħar) tat-Taqsima B (Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru).”;

(7)

Il-punt FCL.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku

(a)

L-applikanti għal LAPL(A) u LAPL(H) għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(1)

suġġetti komuni:

Il-proċeduri dwar il-liġi tal-ajru u l-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC);

Il-prestazzjoni umana;

Il-meteoroloġija;

Il-komunikazzjonijiet;

In-navigazzjoni.

(2)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir;

Il-proċeduri operattivi;

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet;

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

L-applikanti għal LAPL(B) u LAPL(S) għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:

(1)

suġġetti komuni:

Il-proċeduri dwar il-liġi tal-ajru u l-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC),

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija, u

Il-komunikazzjonijiet.

(2)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir,

Il-proċeduri operattivi;

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

In-navigazzjoni.”;

(8)

Il-punt FCL.105.A huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.105.A LAPL(A) — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-art (SEP(art)), ajruplani b’magna waħda bil-pistin tal-baħar (SEP(baħar)) jew TMG b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata ta’ 2000 kg jew inqas, li jġorr massimu ta’ 3 passiġġieri, b’tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.

(b)

Kundizzjonijiet

(1)

Detenturi ta’ LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri jekk ikunu wettqu 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani jew TMG wara l-ħruġ tal-liċenzja.

(2)

Id-detenturi ta’ LAPL(A) li preċedentement kellhom ATPL(A), MPL(A), CPL(A) jew PPL(A), huma eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (b)(1).”;

(9)

Il-punt FCL.135.A(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Sabiex il-privileġġi jiġu estiżi għal varjant ieħor fi klassi, il-bdot għandu jwettaq jew taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew f’rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem.”;

(10)

Il-punt FCL.140.A huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.140.A LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

(a)

Id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom biss jekk fl-aħħar sentejn ikunu ssodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin bħala bdoti ta’ ajruplani jew TMGs:

(1)

ikunu wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew titjir bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi:

12-il tlugħ u nżul;

taħriġ ta’ aġġornament ta’ ħin ta’ titjir totali ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem;

(2)

ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ta’ LAPL(a) ma’ eżaminatur. Il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(A);

(b)

Jekk id-detenturi ta’ LAPL(A) ikollhom kemm privileġġ SEP(tal-art) kif ukoll SEP(tal-baħar), dawn jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a)(1) f’waħda mill-klassijiet jew f’kombinament tagħhom li għandhom ikunu validi għaż-żewġ privileġġi. Għal dan il-għan, mill-inqas siegħa (1) ta’ ħin ta’ titjir meħtieġ u sitta (6) mit-12-il tlugħ u nżul meħtieġa għandhom jiġu kkompletati f’kull klassi.”;

(11)

Il-punt FCL.140.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.140.H LAPL(H) — Rekwiżiti ta’ attività riċenti

Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu jew:

(a)

wettqu mill-inqas sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters ta’ dak it-tip bħala PIC, jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdu taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi sitt telgħat, approċċi u nżulijiet u jkunu wettqu taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem;

(b)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom. Dak il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(H).”;

(12)

Il-punt FCL.215 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku

(a)

L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(1)

suġġetti komuni:

Il-liġi tal-ajru,

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija, u

Il-komunikazzjonijiet; u

In-navigazzjoni.

(2)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir,

Il-proċeduri operattivi,

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

L-applikanti għal BPL jew SPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet f’dawn is-suġġetti li ġejjin:

(1)

suġġetti komuni:

Il-liġi tal-ajru,

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija, u

Il-komunikazzjonijiet.

(2)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir,

Il-proċeduri operattivi,

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

In-navigazzjoni.”;

(13)

Il-punt FCL.205.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ PPL(A) huma li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopiloti fuq ajruplani jew TMGs involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċitaw il-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(A).”;

(14)

Il-punt FCL.205.H(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(H) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota ta’ ħelikopters involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(H).”;

(15)

Il-punt FCL.625 IR huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.625 IR– Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validità

IR għandha tkun valida għal sena.

(b)

Validazzjoni mill-ġdid

(1)

IR għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tagħha billi tikkonforma mal-kriterji tal-validazzjoni mill-ġdid għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

(2)

Jekk l-applikanti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fil-punt (1), il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(3)

L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsima rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-IR qabel id-data ta’ skadenza tal-IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-IR biss jekk ikunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza tal-IR.

(c)

Tiġdid

Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin:

(1)

iwettqu taħriġ ta’ aġġornament f’ATO, jekk jitqies bħala meħtieġ mill-ATO sabiex jilħqu l-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddu mill-element tat-titjir bl-istrumenti tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru;

(3)

ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi rilevanti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness.

(d)

Jekk l-IR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew imġedda fis-7 snin preċedenti, l-applikanti għall-IR għandhom jerġgħu jgħaddu mill-eżami tal-għarfien teoriku u mit-test tal-ħiliet tal-IR.

(e)

Id-detenturi ta’ IR valida fuq liċenzja tal-bdoti li tinħareġ minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għandhom jiġu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (c)(1) u (d) meta jġeddu l-privileġġi tal-IR inklużi fil-liċenzji li jinħarġu skont dan l-Anness.

(f)

Il-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punti (c)(2) u (e) jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza li jitwettaq għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti.”;

(16)

Il-punt FCL.625.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Validazzjoni mill-ġdid.

Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(A), l-applikanti għandhom:

(1)

ikollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti;

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(3)

jekk l-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip:

(i)

għal ajruplani bi bdot wieħed, jikkompletaw it-taqsima 3b u dawk il-partijiet tat-taqsima 1 li huma rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza preskritta fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

(ii)

għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jikkompletaw it-taqsima 6 tal-kontroll tal-profiċjenza għal ajruplani bi bdot wieħed skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness b’referenza unika għall-istrumenti.

(4)

FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip rilevanti ta’ ajruplan jista’ jintuża għall-validazzjoni mill-ġdid skont il-punt (2), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(A) f’ajruplan.”;

(17)

Il-punt FCL.625.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.625.H IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid

(a)

Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(H), l-applikanti għandhom:

(1)

ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip rilevanti ta’ ħelikopter jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip;

(3)

jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, jikkompletaw it-Taqsima 5 u l-partijiet rilevanti tat-Taqsima 1 tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip tal-ħelikopter rilevanti.

(b)

FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti tal-ħelikopter rilevanti jista’ jintuża għall-kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (a)(3), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H) f’ħelikopter.

(c)

Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ dan l-Anness.”;

(18)

Il-punt FCL.710 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.710 Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip — varjanti

(a)

Il-bdoti għandhom ilestu taħriġ dwar id-differenzi jew familjarizzazzjoni sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni waħda tal-klassi jew tat-tip. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, it-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni għandhom jinkludu l-elementi rilevanti ddefiniti fl-OSD, fejn applikabbli.

(b)

It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitwettaq f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(1)

ATO;

(2)

DTO fil-każ ta’ inġenju tal-ajru msemmi fil-punti DTO.GEN.110(a)(1)(c) u (a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(3)

detentur ta’ AOC li għandu programm ta’ taħriġ approvat dwar id-differenzi għall-klassi jew it-tip rilevanti.

(c)

Minkejja r-rekwiżit fil-punt (b), it-taħriġ dwar id-differenzi għat-TMG, għall-ajruplani b’magna waħda bil-pistin (SEP), b’magna waħda b’turbina (SET) u b’aktar minn magna waħda bil-pistin (MEP) jista’ jitwettaq minn għalliem ikkwalifikat kif xieraq sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-OSD.

(d)

Jekk il-bdoti ma jkunux tajru l-varjant fi żmien sentejn wara t-taħriġ elenkat fil-punt (b), għandu jitwettaq taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi jew kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant, ħlief għat-tipi jew il-varjanti fi ħdan il-klassifikazzjonijiet tal-klassi SEP u TMG.

(e)

It-taħriġ dwar id-differenzi jew il-kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew fir-rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem jew mill-eżaminatur kif xieraq.”;

(19)

Fil-punt FCL.725(b), jiżdied il-punt (5) li ġej:

“(5)

Għall-ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda u dawk bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda (tal-baħar), l-eżami għandu jsir bil-miktub u għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli.”;

(20)

Il-punt FCL.740 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.740 Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

(a)

Validità

Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, ħlief għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għaliha l-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD. Jekk il-bdoti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fl-FCL.740.A, l-FCL.740.H, l-FCL.740.PL u l-FCL.740.As, il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(b)

Tiġdid

Għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, l-applikant għandu jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

(1)

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

(2)

qabel il-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punt (1), ilesti taħriġ ta’ aġġornament f’ATO, jekk jitqies bħala meħtieġ mill-ATO sabiex jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddem b’mod sikur il-klassi jew it-tip rilevanti tal-inġenju tal-ajru, ħlief jekk ikollu klassifikazzjoni valida għall-istess klassi jew tip tal-inġenju tal-ajru fuq liċenzja ta’ bdot li tkun inħarġet minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u jekk ikun intitolat li jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni. L-applikant jista’ jieħu t-taħriġ:

(i)

f’DTO jew f’ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(ii)

f’DTO, f’ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni tkun ilha li skadiet għal mhux iktar minn tliet snin u l-klassifikazzjoni kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG.

(3)

Minkejja l-punti (b)(1) u (b)(2), il-bdoti li għandhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira li tkun inħarġet skont il-punt FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni jew il-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru u li jkunu lestew jew 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq titjiriet ta’ ttestjar f’dak it-tip matul is-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti.”;

(21)

Il-punt FCL.805 (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni għandhom ikunu limitati għal ajruplani jew TMGs, b’mod xieraq għall-inġenju tal-ajru li fuqu jkun tlesta t-tagħlim fit-titjir. Għall-ġbid ta’ strixxuni, il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-metodu tal-ġbid li jintuża għat-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi jekk il-bdoti jkunu wettqu b’suċċess mill-inqas tliet titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdiet ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ fil-ġbid f’wieħed mill-inġenji tal-ajru u l-metodu tal-ġbid għall-ġbid ta’ strixxuni.”;

(22)

Fil-punt FCL.810, is-sentenza introduttorja tal-punt (a)(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

L-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f’perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur f’DTO jew f’ATO biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL, SPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-iġfna tal-ajru f’kundizzjonijiet VFR billejl. Il-kors għandu jinkludi:”;

(23)

Il-punt FCL.815(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Validazzjoni mill-ġdid

Sabiex jivvalidaw mill-ġdid klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, l-applikanti għandhom jew:

(1)

ilestu mill-inqas sitt inżulijiet, fuq wiċċ magħżul bħala li jirrikjedi klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, fis-sentejn ta’ qabel;

(2)

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza li jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt (c).”;

(24)

Il-Punt FCL.900(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1)

Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir ipprovdut matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem lill-applikanti li:

(i)

għandhom liċenzja ta’ bdot li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(A)

tikkonforma mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili;

(B)

fi kwalunkwe każ, hija mill-inqas CPL fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru bi klassifikazzjoni jew ċertifikat rilevanti;

(ii)

tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

(iii)

turi lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej tas-sigurtà fl-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim skont dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat biex jipprovdi tagħlim fit-titjir matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

jiġi pprovdut barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(ii)

jiġi pprovdut lil bdoti studenti li għandhom għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.”;

(25)

Il-punt FCL.935(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Għajr għall-għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCCI), l-għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI), l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji (MI) u l-għalliem tat-testijiet tat-titjir (FTI), applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, fil-klassi jew fit-tip rilevanti jew fl-FSTD xierqa, biex juri lil eżaminatur ikkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità li jgħallem lil bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat rilevanti.”;

(26)

Il-punt FCL.940 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940 Validità taċ-ċertifikati ta’ għalliem

Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għall-punti FCL.900 (b)(1) u FCL.915 (e)(2), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.”;

(27)

Il-punt FCL.905.FI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.905.FI Privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi tal-FIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’:

(a)

PPL, SPL, BPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru xierqa;

(b)

klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed; estensjonijiet tal-klassi u l-grupp għall-blalen tal-ajra u attivitajiet reċenti tal-klassi għal gliders;

(c)

klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li l-FIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

ikunu lestew dawn kollha li ġejjin:

(i)

mill-inqas 500 siegħa bħala bdoti f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq l-ajruplani;

(ii)

il-kors tat-taħriġ għal MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(d)

klassifikazzjonijiet tat-tip għal iġfna tal-ajru bi bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed;

(e)

CPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’dik il-kategorija tal-inġenju tal-ajru;

(f)

il-klassifikazzjoni ta’ billejl, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

huma kkwalifikati biex itiru billejl fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa;

(2)

ikunu wrew il-kapaċità li jgħallmu billejl lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);

(3)

jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ esperjenza billejl stabbilit fil-punt FCL.060(b)(2);

(g)

klassifikazzjoni għall-irmunkar jew għal tajran akrobatiku, jew fil-każ ta’ FIs(S), klassifikazzjoni ta’ tajran fis-sħab, dment li wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FIs jkunu wrew l-kapaċità li jagħtu struzzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);

(h)

EIR jew IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa massimu ta’ 50 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;

(2)

ikunu lestew bħala bdoti studenti l-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkunu għaddew minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;

(3)

jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935 fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2) fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn magna waħda;

(i)

klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, minbarra l-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

fil-każ tal-ajruplani, jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;

(2)

fil-każ tal-ħelikopters, jikkonformaw mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2);

(j)

ċertifikat ta’ FI, IRI, CRI, STI jew MI dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa jew 150 launch ta’ tagħlim fit-titjir fuq gliders fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 50 siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir fuq blalen tal-arja fil-każ ta’ FI(B) u 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa fil-każijiet l-oħra kollha;

(2)

ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa biex juru lil eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE) il-kapaċità li jgħallmu għaċ-ċertifikat rilevanti;

(k)

MPL, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

għall-fażi tat-titjir ewlenija tat-taħriġ, ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2)

għall-fażi bażika tat-taħriġ:

(i)

ikollhom IR ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda u l-privileġġ li jgħallmu għal IR;

(ii)

ikunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed;

(3)

fil-każ ta’ FIs diġà kkwalifikati biex jgħallmu f’korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit fil-punt (2)(ii) jista’ jiġi ssostitwit bit-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ strutturat li jkun fih:

(i)

kwalifika ta’ MCC;

(ii)

l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 3 ta’ kors ta’ MPL;

(iii)

l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 4 ta’ kors ta’ MPL;

(iv)

l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fit-titjir orjentati lejn linja rikorrenti tal-operatur;

(v)

il-kontenut tal-kors tal-MCCI.

F’dan il-każ, l-FIs għandhom iwettqu l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ għalliema taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.”;

(28)

Il-punt FCL.915.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b)(2)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

ħlief għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss u li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL; u”;

(b)

il-punt (c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

mill-inqas 200 siegħa bħala PIC jekk l-applikant ikollu mill-inqas PPL(H) u jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL;”;

(29)

Fil-punt FCL.930.FI, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI li għandhom jew kellhom kwalunkwe ċertifikat ta’ għalliem ieħor li jinħareġ skont dan l-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(1).”;

(30)

Il-punt FCL.940.FI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940.FI– Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid

(1)

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ FI, id-detenturi għandhom jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI:

(i)

ikunu lestew:

(A)

fil-każ ta’ FI(A) u FI(H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa bħala FIs, TRIs, CRIs, IRIs, MIs jew eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, mill-inqas 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

(B)

fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’iġfna tal-ajru bħala FIs, IRIs jew bħala eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

(C)

fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 60 siegħa ta’ tlugħ mill-art jew 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fi gliders, gliders bil-mutur jew TMG bħala FI jew bħala eżaminaturi;

(D)

fil-każ ta’ FI(B), mill-inqas 6 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fi blalen tal-arja bħala FIs jew bħala eżaminaturi;

(ii)

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew fl-awtorità kompetenti. L-FI(B)s u l-FI(S)s jistgħu jlestu dan it-taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem f’DTO;

(iii)

ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI.

(2)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet validazzjoni mill-ġdid, fil-każ ta’ FI(As), FI(S) u FI(B), id-detenturi taċ-ċertifikat ta’ FI rilevanti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-kompetenza skont l-FCL.935.

(b)

Tiġdid.

Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikanti għandhom, f’perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew f’awtorità kompetenti fil-każ ta’ FI(B) jew FI(S) f’ATO, f’DTO jew f’awtorità kompetenti u jlestu valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.”;

(31)

Fil-punt FCL.905.TRI, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, dment li d-detentur jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikollu mill-inqas 50 siegħa ta’ esperjenza ta’ tagħlim bħala TRI jew SFI skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012;

(2)

ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ tat-TRI skont il-punt FCL.930.TRI(a)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap ta’ taħriġ ta’ ATO; u

(c)

fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:

(1)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed dment li l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li t-TRI jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(ii)

ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkun lesta kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI.

(2)

il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, dment li għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).”;

(32)

Il-punt FCL.910.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.910.TRI Privileġġi ristretti

(a)

Ġenerali. Jekk it-taħriġ ta’ TRI jitwettaq f’FSTDs biss, il-privileġġi tat-TRIs għandhom ikunu ristretti għal taħriġ fl-FSTDs. Madankollu, din ir-restrizzjoni għandha tinkludi l-privileġġi li ġejjin għat-twettiq, fl-inġenju tal-ajru:

(1)

LIFUS, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(i);

(2)

taħriġ dwar l-inżul, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI ikun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(ii); jew

(3)

it-titjira ta’ taħriġ speċifikata fil-punt FCL.060(c)(2), dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkludi t-taħriġ imsemmi fil-punti (a)(1) jew (a)(2).

Ir-restrizzjoni għall-FSTD għandha titneħħa jekk it-TRIs ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza fl-inġenju tal-ajru.

(b)

TRIs għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi tat-TRIs huma ristretti għat-tip ta’ ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih twettqu t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, biex jestendu l-privileġġi tat-TRIs għal aktar tipi, it-TRIs għandhom:

(1)

ikunu lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 7 setturi jistgħu jitlestew f’FSTD;

(2)

ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

(3)

ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

(c)

TRIs għall-ħelikopters — TRI(H).

(1)

Il-privileġġi tat-TRIs(H) huma ristretti għat-tip ta’ ħelikopter li fih tkun saret il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ TRI. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar tipi jekk it-TRIs ikunu:

(i)

lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI;

(ii)

lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 10 sigħat fuq it-tip tal-ħelikopter applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3; u

(iii)

għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

(2)

Qabel ma l-privileġġi ta’ TRI(H) ikunu estiżi minn privileġġi ta’ bdot wieħed għal dawk ta’ aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopters, id-detentur għandu jkun wettaq mill-inqas 100 siegħa f’operazzjonijiet ta’ aktar minn bdot wieħed fuq dan it-tip.

(d)

Minkejja l-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ ċertifikat TRI li jkunu ngħataw klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt FCL.725(e) għandhom ikunu intitolati li jkollhom il-privileġġi TRI tagħhom estiżi għal dak it-tip il-ġdid ta’ inġenji tal-ajru.”;

(33)

Il-punt FCL.915.TRI(c)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

għal ċertifikat ta’ TRI(SPA):

(1)

ikun lesta, fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FSTD li jirrappreżenta dak it-tip; u”;

(34)

Il-punt FCL.930.TRI huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-sentenza introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Il-kors tat-taħriġ ta’ TRI għandu jitwettaq fl-inġenju tal-ajru biss jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli u aċċessibbli u għandu jinkludi:”;

(b)

il-punt (3)(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru xieraq jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru;”;

(c)

jiddaħħal il-punt (4) ġdid:

“(4)

it-taħriġ li ġej, kif applikabbli:

(i)

taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq l-LIFUS;

(ii)

taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq it-taħriġ dwar l-inżul. Dak it-taħriġ fl-FSTD għandu jinkludi taħriġ għal proċeduri ta’ emerġenza relatati mal-inġenju tal-ajru.”;

(35)

Il-punt FCL.935.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.935.TRI Valutazzjoni tal-kompetenza

(a)

Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal MPA u PL għandha titwettaq f’FFS. Jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, għandu jintuża inġenju tal-ajru.

(b)

Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal ajruplani u ħelikopters kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandha titwettaq fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(1)

FFS disponibbli u aċċessibbli;

(2)

jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’kombinament ta’ FSTD(s) u inġenju tal-ajru;

(3)

jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’inġenju tal-ajru.”;

(36)

Il-punt FCL.940.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940.TRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid

(1)

Ajruplani

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI(A), l-applikanti għandhom, fiż-żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(i)

iwettqu waħda mill-partijiet li ġejjin ta’ kors komplut tal-klassifikazzjoni tat-tip jew ta’ taħriġ rikorrenti: iwettqu sessjoni ta’ simulazzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat jew eżerċizzju wieħed fl-ajru ta’ mill-inqas siegħa li tinkludi minimu ta’ żewġ telgħat u nżulijiet l-art;

(ii)

ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(A) f’ATO;

(iii)

jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935. L-applikanti li kkonformaw mal-punt FCL.910.TRI(b)(3) għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

(2)

Ħelikopters u powered lift

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL), l-applikanti għandhom, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ TRI, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ikunu lestew mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom għandhom il-privileġġi li jipprovdu tagħlim jew f’FSTD li jirrappreżenta dawk it-tipi, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom jitlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ TRI. Fil-każ ta’ TRI(PL), dawk is-sigħat għandhom jitlestew bħala TRI jew eżaminatur tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRE), jew bħala SFI jew eżaminatur tat-titjir sintetiku (SFE). Fil-każ ta’ TRI(H), il-ħin ta’ titjir bħala FIs, strutturi tal-kwalifika ta’ titjir bl-istrumenti (IRIs), strutturi tat-taħriġ b’mezzi ta’ simulazzjoni (STIs) jew bħala kwalunkwe tip ta’ eżaminaturi għandu jkun rilevanti għal dan l-għan;

(ii)

ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(H) jew TRI(PL), kif rilevanti, f’ATO;

(iii)

fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punti FCL.935, FCL.910.TRI(b)(3) jew FCL.910.TRI(c)(3), kif applikabbli.

(3)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ TRI, id-detenturi għandhom jgħaddu mill-valutazzjoni ta’ kompetenza skont il-punt FCL.935.

(4)

Jekk it-TRIs ikollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza li titwettaq fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

(5)

Rekwiżiti speċifiċi għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(H)

It-TRIs(H) li għandhom ċertifikat ta’ FI(H) fuq it-tip rilevanti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a). F’dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ TRI(H) għandu jkun validu sad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI(H).

(b)

Tiġdid

Biex iġeddu ċertifikat ta’ TRI, l-applikanti għandhom, fi żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni, ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 u għandhom ikunu lestew dawn li ġejjin:

(1)

għall-ajruplani:

(i)

mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FFS;

(ii)

taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI;

(2)

għall-ħelikopters u l-powered lift:

(i)

mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3;

(ii)

taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI.

(3)

Jekk l-applikanti jkollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha ġġedded iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.”;

(37)

Fil-punt FCL.905.CRI, jiddaħħal il-punt (ba) li ġej wara l-punt (b)

“(ba)

Il-privileġġi tas-CRIs huma li jipprovdu tagħlim għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li s-CRIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI.”;

(38)

Il-punt FCL.930.CRI(a)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

“5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’aktar minn magna waħda jew FSTD li jirrappreżenta dik il-klassi jew dak it-tip ta’ ajruplan, inklużi mill-inqas 3 sigħat fuq l-ajruplan, jew mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’magna waħda, li jingħata minn FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.905.FI(j).”;

(39)

Il-punt FCL.940.CRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940.CRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ CRI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ CRI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(1)

iwettqu mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bħala CRI. Jekk l-applikanti għandhom il-privileġġi ta’ CRI fuq ajruplani kemm b’magna waħda kif ukoll b’aktar minn magna waħda, dawk is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-ajruplani b’magna waħda u l-ajruplani b’aktar minn magna waħda;

(2)

ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

(3)

jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 għal ajruplani b’aktar minn magna waħda jew ajruplani b’magna waħda, kif ikun rilevanti.

(b)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ CRI, id-detenturi għandhom ikunu kkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

(c)

Tiġdid

Jekk iċ-ċertifikat ta’ CRI jkun skada, dan għandu jiġġedded jekk l-applikanti fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

(1)

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

(2)

ikunu lestew il-valutazzjoni tal-kompetenza kif meħtieġ mill-punt FCL.935.”;

(40)

Il-punt FCL.915.IRI(b)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

fil-każ ta’ applikanti għal IR(H) għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda, jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt FCL.905.FI (h)(3)(ii);”;

(41)

Il-punt FCL.930.IRI(a)(3)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għall-IRI(H), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopter, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(H), dawk is-sigħat jitnaqqsu għal mill-inqas 5;”;

(42)

Il-punt FCL.905.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.905.SFI Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ SFIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku, fi ħdan il-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, għal:

(1)

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti;

(2)

il-ħruġ ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti u jkunu lestew kors ta’ taħriġ ta’ IRI.

(b)

Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex iħaddmu operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

(i)

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(ii)

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ f’MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(2)

il-korsijiet ta’ taħriġ ta’ MCC u MPL dwar il-fażi bażika, dment li l-privileġġi ta’ SFIs(SPA) ikunu ġew estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed skont il-punt (1).

(c)

Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed u jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex joperaw f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

(2)

il-kors ta’ taħriġ f’MCC;

(3)

il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, dment li, għall-fażi bażika, huma għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(d)

Il-privileġġi ta’ SFIs għall-ħelikopters huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(2)

taħriġ tal-MCC, jekk l-SFIs ikollhom il-privileġġi li jagħtu struzzjoni għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;”

(43)

Il-punt FCL.910.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.910.SFI Privileġġi ristretti

Il-privileġġi ta’ SFIs għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih ikun sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jekk id-detenturi jkunu:

(a)

lestew il-kontenut tas-simulatur tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(b)

lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

(c)

wettqu fuq kors sħiħ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatati mad-dmirijiet ta’ SFI fuq it-tip applikabbli taħt is-superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ TRE jew SFE kkwalifikat għal dan il-għan.

Il-privileġġi tal-SFI għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk l-SFI ikun lesta l-partijiet rilevanti tat-tip tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.”;

(44)

Il-punt FCL.930.SFI(a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli”;

(45)

Il-punt FCL.940.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940.SFI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(1)

ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa bħala għalliema jew eżaminaturi f’FSTDs, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI;

(2)

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

(3)

ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.

(b)

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu lestew, f’FFS, il-kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom ikollhom il-privileġġi.

(c)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ SFI, id-detenturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

(d)

Jekk SFI jkollu ċertifikat fuq aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ SFI għat-tipi l-oħra li għandu fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

(e)

Tiġdid

Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

(2)

ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935;

(3)

ikunu lestew, f’FSTD, it-test tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom il-privileġġi għandhom jiġu mġedda.”;

(46)

Il-punt FCL.910.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.910.STI Privileġġi ristretti

Il-privileġġi ta’ STIs għandhom ikunu ristretti għall-FSTD li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi ta’ inġenji tal-ajru jekk fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni, id-detenturi jkunu:

(a)

lestew il-kontenut tal-FSTD tal-kors ta’ CRI jew ta’ TRI dwar il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih jintalbu l-privileġġi ta’ tagħlim;

(b)

għaddew fl-FSTD li fih għandu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsima applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITD biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(c)

wettqu, f’CPL, IR, PPL, jew kors tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI(A), IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn FIE fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru xierqa.”;

(47)

Il-punt FCL.915.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.915.STI Prerekwiżiti

(a)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI għandu:

(1)

ikollhom, jew kellhom, fl-aħħar 3 snin qabel l-applikazzjoni, liċenzja ta’ bdot u privileġġi ta’ tagħlim adattati għall-korsijiet li għalihom ikun intiż it-tagħlim;

(2)

ikunu lestew f’FSTD il-kontroll tal-profiċjenza rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.

L-applikanti għall-ħruġ ta’ STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq il-BITDs biss, għandhom iwettqu biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(b)

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a), l-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI(H), għandhom ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala osservaturi fil-kokpit tat-tip applikabbli ta’ ħelikopter, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.”;

(48)

Il-punt FCL.940.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.940.STI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI

(a)

Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ STI, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu wettqu mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir f’FSTD, bħala parti minn kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(2)

ikunu għaddew fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).

(b)

Tiġdid

Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

(1)

ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala STI f’ATO;

(2)

jgħaddu fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(3)

iwettqu, fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, f’kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI, IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE).”;

(49)

Il-punt FCL.1000 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1000 Ċertifikati tal-eżaminaturi

(a)

Ġenerali

Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur għandu:

(1)

ikollhom, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallmu għalihom;

(2)

ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza jekk jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru.

(b)

Kundizzjonijiet speċjali:

(1)

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-konformità jekk il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti ma tkunx possibbli minħabba li jiġi introdott kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

inġenju tal-ajru ġdid fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur;

(ii)

korsijiet ta’ taħriġ ġodda f’dan l-Anness.

Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru jew il-kors ta’ taħriġ ġdid u l-validità tiegħu m’għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.

(2)

Id-detenturi ta’ ċertifikat li jinħareġ f’konformità mal-punt (b)(1) li jkunu jixtiequ japplikaw għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għal dik il-kategorija taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

(3)

Meta l-ebda eżaminatur ikkwalifikat ma jkun disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizzaw spetturi jew eżaminaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-għalliem, tat-tip jew tal-klassi rilevanti, kif speċifikat f’(a), biex iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza.

(c)

Eżami pprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri:

(1)

Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza li jiġu pprovduti barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lill-applikanti li għandhom liċenzja ta’ bdot li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li dawk l-applikanti:

(i)

ikollhom mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, u fi kwalunkwe każ, mill-inqas CPL;

(ii)

ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet jew kontroll li jitwettaq fuq l-inġenju tal-ajru;

(iii)

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti; u

(iv)

juru lill-awtorità kompetenti li għandhom livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (1) għandu jkun limitat għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:

(i)

barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

(ii)

fir-rigward ta’ bdoti li jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.”;

(50)

Il-punt FCL.1005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1005 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari

L-eżaminaturi m’għandhomx iwettqu:

(a)

testijiet tal-ħiliet jew valutazzjonijiet tal-kompetenza tal-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; u

(b)

testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tagħhom tista’ tiġi affettwata.”;

(51)

Il-punt FCL.1025 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1025 Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur

(a)

Validità

Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jkun validu għal 3 snin.

(b)

Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ eżaminatur, id-detenturi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu wettqu mill-inqas sitt testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza;

(2)

fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu lestew, kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti. Eżaminatur li jkollu ċertifikat għall-gliders jew għall-blalen tal-arja jista’ jkun wettaq, fil-perjodu ta’ 12-l xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi pprovdut minn DTO u approvat mill-awtorità kompetenti;

(3)

wieħed mit-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza li jitwettqu skont il-punt (1) għandu jsir fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur u għandu:

(i)

ikun ġie vvalutat minn spettur mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur; jew

(ii)

jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt FCL.1020.

Jekk l-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ikollhom privileġġi għal aktar minn kategorija waħda ta’ eżaminatur, il-privileġġi kollha ta’ eżaminatur jistgħu jiġu vvalidati mill-ġdid jekk l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti FCL.1020(b)(1) u (2) għal waħda mill-kategoriji taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur li jkollhom, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

(c)

Tiġdid

Jekk iċ-ċertifikat ikun skada, qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (b)(2) u l-punt FCL.1020 fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(d)

Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid jew imġedded biss jekk l-applikant juri konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti fl-FCL.1010 u FCL.1030.”;

(52)

Il-punt FCL.1005.TRE huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a)(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI jew SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru applikabbli, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

(b)

Il-punt (b)(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI(H) jew SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

(53)

Il-punt FCL.1005.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kontrolli tal-profiċjenza għal:

(1)

il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

(2)

il-validazzjoni mill-ġdid tal-IRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa bħala bdoti tal-ajruplani u jkunu wettqu mill-inqas 450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR;

(3)

it-tiġdid tal-IRs, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a); u

(4)

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ EIRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa bħala bdoti fuq ajruplani u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a)(2).”;

(54)

Il-punt FCL.1010.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

ikollhom ċertifikat ta’ CRI jew ta’ FI bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim għall-klassi jew it-tip applikabbli;”;

(55)

Il-punt FCL.1010.IRE huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1010.IRE Prerekwiżiti

(a)

IRE(A)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ajruplani għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(A) jew ta’ FI(A) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(A) u għandhom ikunu wettqu:

(1)

2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ajruplani; u

(2)

450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom 250 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(b)

IRE(H)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ħelikopters għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(H) jew FI(H) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(H) u jkunu wettqu:

(1)

2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ħelikopters; u

(2)

300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters, li minnhom 200 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(c)

IRE(As)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-iġfna tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(As) jew FI(As) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(As) u għandhom ikunu wettqu:

(1)

500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-iġfna tal-ajru; u

(2)

100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-iġfna tal-ajru, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.”;

(56)

Il-punt FCL.1005.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1005.SFE Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

SFE għall-ajruplani (SFE(A)) u SFE għall-inġenju tal-ajru bil-powered-lift (SFE(PL))

Il-privileġġi tal-SFEs għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettqu f’FFS, jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (5) fuq l-FSTD applikabbli:

(1)

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

(2)

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ IRs jekk ikunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li jkunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena;

(3)

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

(4)

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, dment li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.925; u

(5)

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(A) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

(b)

SFE għall-ħelikopters (SFE(H))

Il-privileġġi ta’ SFEs(H) huma li jwettqu f’FFS jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (4) fuq l-FSTD applikabbli:

(1)

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip;

(2)

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IRs jekk dawk il-kontrolli jkunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li l-SFEs ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena ta’ qabel il-kontroll tal-profiċjenza;

(3)

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H); u

(4)

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(H) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

(57)

Il-punt FCL.1010.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1010.SFE Prerekwiżiti

(a)

SFE(A)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(A) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

(i)

ikollhom jew kellhom ATPL(A), klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(ii)

ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; u

(iii)

ikunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(i)

ikollhom jew kellhom CPL(A) jew ATPL(A) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(ii)

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(iii)

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani bi bdot wieħed;

(3)

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(A) jew SFI(A) fuq it-tip applikabbli.

(b)

SFE(H)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(H) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikollhom jew kellhom ATPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

(2)

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(H) għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

(3)

ikunu wettqu mill-inqas 1000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;

(4)

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(H) jew SFI(H) fuq it-tip applikabbli.”;

(58)

Il-punti 1.1 u 1.2 tal-Appendiċi 1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.1.

Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120. Madankollu, is-suġġett ta’ “navigazzjoni” għandu jkun soġġett biss għal tali kreditu fil-każ ta’ detentur ta’ LAPL(A) li japplika għall-ħruġ ta’ LAPL(H) jew detentur ta’ LAPL(H) li japplika għall-ħruġ ta’ LAPL(A).

1.2.

Għall-ħruġ ta’ LAPL(A), LAPL(H) jew PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a)(1).”;

(59)

Jiddaħħal il-punt 1.2a. ġdid fl-Appendiċi 1 kif ġej:

“1.2a

Għall-ħruġ ta’ LAPL(B), LAPL(S), BPL jew SPL, id-detenturi ta’ liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(b)(1).”;

(60)

Fil-parti A tal-Appendiċi 3Anness II, il-punt 9(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa.”;

(61)

Fil-parti C tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;”;

(62)

Fil-parti D tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC.”;

(63)

Fil-parti E tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir;

Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC fl-ajruplani, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

20 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom PPL(H);

(2)

50 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom CPL(H);

(3)

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(4)

20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

(5)

50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As).”;

(64)

Fil-parti K tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ikun wettaq mill-inqas 155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.

Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom PPL(A);

(2)

50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom CPL(A);

(3)

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(4)

20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

(5)

50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As);”;

(65)

It-tabella tal-KONTENUT TAT-TEST relatat mal-kategorija tal-ajruplani fl-Appendiċi 7 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Ajruplani

TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta’ kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Identifikazzjoni ta’ sistemi ta’ navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

e

Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

f

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

g

Taxiing

h

Tluq PBN (jekk applikabbli):

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

i

Tgħarrif ta’ qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

j (°)

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

k (°)

Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti, inkluż t-tluq PBN, u l-issettjar tal-altimetru

l (°)

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI (°)

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza biss għall-istrumenti, inkluż il-livell tat-titjira f’diversi veloċitajiet, trim

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b’dawra sostnuta ta’ Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta’ 45° u dawriet f’daqqa waqt it-tbaxxija

d (*1)

Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f’titjira fi pjan, dawriet ta’ tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f’konfigurazzjoni ta’ nżul

e

Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f’livell b’Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA (°)

a

Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, eż. NDB, VOR, traċċar bejn waypoints

b

Użu ta’ sistema tan-navigazzjoni u għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta’ trim

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta’ protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

h

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni u identifikazzjoni tal-faċilitajiet, jekk applikabbli

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

d

Wasla PBN (jekk applikabbli):

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u— Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

TAQSIMA 4 (°)— Operazzjonijiet 3D (++)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Ikkontrolla l-angolu tat-Trajettorja Vertikali

Għall-RNP APCH:

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

c (+)

Proċedura ta’ żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

g (+)

Azzjoni ta’ tidwir

h (+)

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 (°)— OPERAZZJONIJIET 2D (++)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Għall-RNP APCH:

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

c (+)

Proċedura ta’ żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni/Distanza sal-MAPT, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat), Step Down Fixes (SDF(s)), jekk applikabbli

g (+)

Azzjoni ta’ tidwir

h (+)

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 — TITJIRA B’MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b’aktar minn magna waħda biss)  (°)

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

b

Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b’magna waħda ma taħdimx

c

Avviċinament u nżul b’magna waħda ma taħdimx

d

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

(66)

L-Appendiċi 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“APPEDNIĊI 8

Ikkreditar trasversali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

A.   Ajruplani

Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detentur ikunu qed jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-privileġġi tal-IR għal ajruplani b’magna waħda u għal ajruplani bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda, kif xieraq.

Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza inkluża IR, u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR fil-kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip MP;

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan kumpless ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*2), u

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*2), u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, krediti biss għat-Taqsima 3B tal-kontroll tal-profiċjenza fl-Appendiċi 9(B.5)

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tal-ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, imħaddma bħala bdot wieħed

Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

Klassifikazzjoni tat-tip SE, u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, ristretti għal operazzjonijiet MP

Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*2), u

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*2), u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja (*2).

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP SE

Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

Klassifikazzjoni tat-tip SE

B.   Ħelikopters

Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detenturi jkunu qed jivvalidaw il-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ħelikopters b’magna waħda u ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, kif xieraq.

Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-kompetenza, inkluża IR u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni

valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR

f’kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed (MPH)

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3)

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, imħaddma bħala bdot waħdieni

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3).

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, ristretti għal tħaddim b’aktar minn bdot wieħed

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3)

Klassifikazzjoni tat-tip SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

Klassifikazzjoni tat-tip SP SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

(67)

Fl-Appendiċi 9, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

it-tabella fil-punt (5)(k) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

Tip ta’ operazzjoni

SP

MP

SP→MP (inizjali)

MP→SP (inizjali)

SP + MP

 

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani SE)

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani ME)

Ajruplani SE

Ajruplani ME

L-ewwel ħruġ

SP kumplessi

Taqsimiet

1-6

1-7

Taqsimiet

1-6

1-6

Taqsimiet 1, -7

Taqsimiet

1-6

MCC

CRM

Fatturi umani

TEM

Taqsima 7

Taqsimiet

1-6

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

 

 

Validazzjoni mill-ġdid

SP kumplessi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Taqsimiet

1-6

1-6

mhux applikabbli

Taqsimiet

1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1-6 (kontroll)

SPO:

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1-6 (kontroll)

SPO:

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

Tiġdid

SP kumplessi

FCL.740

Taqsimiet

1-6

1-6

FCL.740

Taqsimiet

1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid”;

(b)

fit-tabella ta’ wara l-punt 5(1), ir-ringiela għall-eżerċizzju 7.2.2. hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.2.2

L-eżerċizzji li ġejjin b’rabta mal-instabbiltà:

l-irkupru minn “nose-high” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali; u

l-irkupru minn “nose-low” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali.

P

X

L-ajruplani m’għandhomx jintużaw għal dan l-eżerċizzju”

 

 

 

L-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(68)

Fil-punt ARA.GEN.220, il-punti (a)(11) u (a)(12) huma sostitwiti u jiddaħħal il-punt (a)(13) ġdid kif ġej:

“(11)

informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta’ segwitu;

(12)

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139; u

(13)

Il-proċess ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru stabbilit fil-punti ORA.ATO.135 (a) u DTO.GEN.240 (a).”;

(69)

Jiddaħħal il-punt ARA.GEN.360 ġdid kif ġej:

ARA.GEN.360 Bdil tal-awtorità kompetenti

(a)

Malli tirċievi talba mingħand detentur tal-liċenzja biex jibdel l-awtorità kompetenti kif speċifikat fil-punt FCL.015(d) tal-Anness I (il-Parti-FCL), l-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-awtorità kompetenti tad-detentur tal-liċenzja biex tittrasferixxi, mingħajr dewmien żejjed, dawn kollha li ġejjin:

(1)

verifika tal-liċenzja;

(2)

kopji tar-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja li jinżammu minn dik l-awtorità kompetenti skont il-punti ARA.GEN.220 u ARA.MED.150 Ir-rekords mediċi għandhom jiġu ttrasferiti skont il-punt MED.A.015 tal-Anness IV (il-Parti-MED) u għandhom jinkludu sommarju tal-istorja medika rilevanti tal-applikant, ivverifikata u ffirmata mill-valutatur mediku.

(b)

L-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment għandha żżomm ir-rekords oriġinali ta’ liċenzjar u dawk mediċi tad-detentur tal-liċenzja skont il-punti ARA.GEN.220, ARA.FCL.120 u ARA.MED.150.

(c)

L-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku dment li tkun irċeviet u pproċessat id-dokumenti kollha speċifikati fil-punt (a). Mal-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja u taċ-ċertifikat mediku, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha titlob immedjatament lid-detentur tal-liċenzja biex jipprovdilha l-liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-trasferiment u ċ-ċertifikat mediku assoċjat.

(d)

L-awtorità kompetenti riċeventi għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti li tkun qed twettaq it-trasferiment ladarba tkun ħarġet mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku lid-detentur tal-liċenzja u d-detentur tal-liċenzja jkun ipprovda l-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku skont il-punt (c). Sakemm tasal tali notifika, l-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment tibqa’ responsabbli għal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku li jkunu nħarġu oriġinarjament lil dak id-detentur tal-liċenzja.”;

L-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(70)

Il-punt ORA.ATO.135(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(2)

l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fl-ATO.”;

L-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-DTO) huwa emendat kif ġej:

(71)

Il-punt DTO.GEN.240(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

DTO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(2)

l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fid-DTO.”.


(°)  Għandha titwettaq b’referenza għall-istrumenti biss.

(*1)  Tista’ titwettaq f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(+)  Tista’ titwettaq fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

(++)  Biex jiġu stabbiliti jew jinżammu l-privileġġi PBN, approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.”;

(*2)  Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikanti jkunu taru mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom mill-inqas avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta’ klassi jew tip SP f’operazzjonijiet ta’ bdot wieħed, jew, għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikanti jkunu għaddew mit-Taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP, għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b’referenza għall-istrumenti f’operazzjoni ta’ bdot wieħed.

(*3)  Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, ikunu twettqu mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista’ jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjoni SP.”;


DEĊIŻJONIJIET

22.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2019/1748

tas-7 ta’ Ottubru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tas-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 ta’ dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

L-Artikolu 64(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi li l-Ukrajna għandha gradwalment tapprossima il-leġislazzjoni sanitarja u fitosanitarja u dik dwar il-benesseri tal-annimali tagħha lejn dik tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(3)

L-Ukrajna impenjat ruħha li tippreżenta strateġija komprensiva fil-forma ta’ lista tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji u tal-benessri tal-annimali (“il-Lista”) li lejha biħsiebha tapprossima l-leġislazzjoni domestika tagħha. Il-Lista għandha sservi bħala d-dokument ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u għandha tiżdied mal-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Għaldaqstant, l-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu jiġi modifikat permezz ta’ deċiżjoni tas-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“is-Sottokumitat SPS”), kif stipulat fis-subparagrafu (c) tal-Artikolu 74(2) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(4)

L-Ukrajna ppreżentat il-Lista lill-Kummissjoni f’Ġunju 2016. L-Unjoni adottat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1391 (2) fuq il-bażi tal-Lista. L-Ukrajna ħabbret ftit wara li hija qieset li kien meħtieġ li tagħmel aktar kjarifiki u bidliet dwar l-iskadenzi għall-adozzjoni, li tagħmel korrezzjonijiet, inkluż fir-rigward tad-duplikazzjoni tal-atti, u li żżid atti ġodda. Konsegwentement, id-deċiżjoni mis-Sottokumitat tal-SPS ibbażata fuq il-pożizzjoni tal-Unjoni adottata mid-Deċiżjoni (UE) 2017/1391 ma ġietx adottata.

(5)

L-Ukrajna ppreżentat verżjoni riveduta tal-Lista lill-Kummissjoni f’Ottubru 2018. Abbażi ta’ dik il-verżjoni riveduta tal-Lista, is-Sottokumitat tal-SPS għandu deċiżjoni li timmodifika l-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(6)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-Sottokumitat tal-SPS fir-rigward tal-modifika tal-Anness V ta’ Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni .

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat tal-SPS tkun li tappoġġja l-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif stipulat fl-anness għall-abbozz tad-deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-SPS.

(8)

Minħabba li l-Lista adottata bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1391 ġiet riveduta, huwa meħtieġ li titħassar dik id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (is-’Sottokumitat tal-SPS’) stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, (il-’Ftehim ta’ Assoċjazzjoni’) fir-rigward tal-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tkun li tappoġġja l-modifika tal-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif stipulat fl-Anness għall-abbozz ta’ Deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-SPS mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Bidliet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat tal-SPS jistgħu jiġu miftehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat tal-SPS mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1391 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-M. HENRIKSSON


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1391 tas-17 ta’ Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Anness V għal dak il-Ftehim (ĠU L 195, 27.7.2017, p. 13).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI NRU ….TAS-SOTTOKUMITAT TA’ ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA BEJN L-UE U L-UKRAJNA

ta’.....

li timmodifika l-Anness V ta’ Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

IS-SOTTOKUMITAT TA’ ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 74(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), (il-’Ftehim ta’ Assoċjazzjoni’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

L-Artikolu 64(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi li l-Ukrajna għandha tapprossima l-leġislazzjoni sanitarja u fitosanitarja u dik dwar il-benesseri tal-annimali tagħha lejn dik tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(3)

L-Ukrajna impenjat ruħha li tippreżenta strateġija komprensiva fil-forma ta’ lista tal-leġislazzjonj tal-Unjoni dwar miżuri sanitarji u fitosanitarju u l-benesseri tal-annimali (“il-Lista”) li lejhom biħsiebha tapprossima l-leġislazzjoni domestika tagħha. Il-Lista għandha sservi bħala d-dokument ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u għandha tiżdied mal-Anness tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(4)

L-Ukrajna preżentat il-Lista lill-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2018. Abbażi tal-Lista, is-Sottokumitat ta’ Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (- ’Is-Sottokumitat tal-SPS’) għandu jadotta deċiżjoni li timmodifika l-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li s-Sottokumitat tal-SPS jadotta deċiżjoni biex jimmodifika l-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni billi jissostitwixxi l-Anness V eżistenti b’Anness V ġdid tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, (’il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni’) huwa b’dan mibdul bl-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat ta’ Ġestjoni

Sanitarja u Fitosanitarja

Għall-President


(1)  ĠU UE L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

MODIFIKA TAL-ANNESS V TAL-KAPITOLU 4 TAL-FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI

L-Anness V tal-Kapitolu 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġie sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS V TAL-KAPITOLU 4

STRATEĠIJA KOMPRENSIVA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAPITOLU 4 (MIŻURI SANITARJI U FITOSANITARJI)

LISTA TAL-LEĠISLAZZJONI TAL-UNJONI LI GĦANDHA TKUN APPROSSIMATA MILL-UKRAJNA

L-Ukrajna timpenja ruħha li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha lejn il-leġislazzjoni li ġejja tal-Unjoni bl-iskadenzi tal-adozzjoni kif elenkati hawn taħt, skont l-Artikolu 64(4) ta’ dan il-Ftehim.

Leġislazzjoni tal-Unjoni

Skadenza għall-adozzjoni (1)

Kapitolu I – Leġislazzjoni ġenerali (is-saħħa pubblika)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi

2018

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

2016

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

2016

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman

2016

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali

2018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta

2018

Tikkettar u informazzjoni dwar oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel

2018

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

2018

Id-Direttiva 2011/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

2018

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/63/UE tal-24 ta’ Jannar 2013 li tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għal indikazzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Miżuri applikabbli għall-prodotti tal-annimali

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel

2019

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/226/KE tal-15 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi kontrolli sanitarji speċjali għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ ċerti molluski b’żewġ valvoli b’ livell ta’ velenu amnesiku tal-malluski ASP (Amnesic Shellfish Poison) li jabqeż il-limitu ffissat mid-direttiva 91/492/KEE tal-Kunsill

2020

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu I, Appendiċi II)

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu V Appendiċi III)

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu VII Appendiċi III)

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu VIII Appendiċi III)

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu IX Appendiċi III)

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu X Appendiċi III).

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu XI Appendiċi III)

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu XII Appendiċi III)

2020

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu XIII Appendiċi III)

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu XIV Appendiċi III)

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu XV Appendiċi III)

2020

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2005 tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar il-monitoraġġ tat-temperatura f’mezzi ta’ trasport, ħżin u magazzinaġġ ta’ ikel quick‐frozen maħsub għall-konsum uman

2016

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Miżuri oħrajn

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 78/142/KEE tat-30 ta’ Jannar 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti li fihom il-monomer tal-klorur tal-vinil u li huma maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti taċ-ċeramika maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tistabbilixxi l-lista tas-simulanti sabiex jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel

2019

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/11/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar ir-rilaxx tas-sustanzi N‐nitrosamini u N‐nitrosatabbli mill-gażażi u soothers tal-elastomeri jew tal-lastiku naturali

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1895/2005 tat-18 ta’ Novembru 2005 dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti epoksi derivati fil-materjali u fl-artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

2019

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tal-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 450/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel

2019

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina

2019

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009

2021

Miżuri li għandhom jiġu inklużi wara l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid

2020

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza

2020

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tat-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati f’ċerti oġġetti tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2014 tat-2 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 252/2012

2018

Il-Kapitolu II - Is-Saħħa tal-Annimali

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE tal-11 ta’ Settembru 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq il-post li jridu jitwettqu dwar l-importazzjoni ta’ annimali tal-ifratt u majjali u laħam frisk minn pajjiżi mhux membri

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozensemen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE

2018

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Kapitolu VII)

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-annimali taċ-ċirku bejn l-Istati Membri

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kummerċ intrakomunitarju tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvista ta’ annimali tal-kaċċa

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi

2020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/767/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/804/KE u 2003/858/KE, rigward il-ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-molluski u l-ħut ħajjin tal-oriġini tal-akwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem

2020

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard

2020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE tat-18 ta’ Settembru 2009 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE fir-rigward ta’ paġni ta’ tagħrif ibbażati fuq l-Internet li fihom listi ta’ stabbilimenti u laboratorji approvati mill-Istati Membri bi qbil mal-leġislazzjoni veterinarja u żooteknika tal-Komunità

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/57/UE tat-3 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

2019

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali minn stabbilimenti u għan-naħal u n-naħal bagħli

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/471/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fir-rigward ta’ listi ta’ ċentri ta’ ġbir u ħażna ta’ semen u timijiet ta’ ġbir u produzzjoni tal-embrijuni u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni

2018

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

2018

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta’ Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

2018

Il-mard tal-annimali

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer

2020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta’ annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE tal-4 ta’ Lulju 2000 li jistabilixxi proċeduri dijanjostiċi, metodi ta’ kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni ta’ riżultati ta’ provi ta’ laboratorju għal konferma u dijanjosi differenti ta’ “swine vesicular disease”

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE tat-13 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi kriterji għat-taqsim ta’ territorju f’żoni u għas-sorveljanza uffiċjali wara suspetti jew konferma tal-preżenza ta’ anemija tas-salamun infettiva (ISA)

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE tat-28 ta’ Awwissu 2003li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/217/KE tad-9 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-ħtiġijiet taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ embrijuni bovini fil-Komunità

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/3/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf riservi Komunitarji ta’ vaċċini kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2009 tat-28 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-ħarsien kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu u r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-bluetongue

2018

L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 494/98 tas-27 ta’ Frar 1998 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi minimi fl-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/678/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta’ rziezet f’databases nazzjonali għall-majjali kif previst mid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini

2018

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar estensjoni tal-perjodu massimu biex jitwaħħlu l-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta’ Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u l-kaprini.

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer

2018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin)

2018

Prodotti sekondarji tal-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel

2019

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

2018

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva

2018

Miżuri applikabbli għall-addittivi tal-ikel u l-għalf

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat

2019

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali

2018

Id-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda id-Direttiva 2001/82/KE fuq il-kodiċi tal-Komunità dwar prodotti mediċinali veterinarji

2018

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/704/KE tal-11 ta’ Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ tal-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbħu d-diossina fl-għalf tal-annimali

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf tal-annimali

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf

2018

Benesseri tal-annimali

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta’ Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE

2018

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97

2019

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta’ produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta’ biedja

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali

2018

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla

2019

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/188/UE tat-18 ta’ April 2013 dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97

2018

Kapitolu III – Miżuri fitosanitarji

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, prodotti ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom

2019

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjaniti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqalqu fi ħdan dik iż-żona protetta

2020

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta’ interċettazzjoni ta’ kunsinna jew organiżmu jikkawżaw ħsara minn pajjiżi terzi u li jkun ta’ periklu fitosanitarju imminenti

2019

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

2020

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti

2020

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2506/95 tal-25 ta’ Ottubru 1995 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 dwar id-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti tal-Komunità

2020

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2470/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jipprovdi għall-estensjoni tat-termini ta’ dritt Komunitarju dwar varjetà ta’ pjanta rigward il-patata

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 97/46/KE tal-25 ta’ Lulju 1997 li temenda d- Direttiva 95/44/KE li tistabilixxi l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-introduzzjoni jew għall-moviment ta’ ċerti organismi li jagħmlu l-ħsara, pjanti, prodotti magħmula mill-pjanti u oġġetti oħrajn elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE ġewwa l-Komunità jew ċerti żoni protetti tagħha, għal provi jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali

2021

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE tal-15 ta’ April 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, f’postijiet ta’ spezzjoni għajr dawk li jkun hemm fil-post tad-destinazzjoni, ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98 tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1768/95 li jimplimenta r-regoli dettaljati fuq l-eżenzjoni agrikoli li għaliha jipprovdi l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar id-Drittijiet fuq il-Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità

2020

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 ddwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

2019

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti

2021

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal-5 ta’ Ottubru 2004 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

2019

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’ Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li m’huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli

2020

Ir-Regolament (KE) Nru 1756/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jispeċika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B tal-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE

2020

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/105/KE tal-15 ta’ Ottubru 2004 li tiddetermina il-mudelli ta’ ċertifikati fitosanitarji uffiċjali jew ċertifikati fitosanitarji għar-ri-esportazzjoni li jakkumpanjaw il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra minn pajjiżi terzi u mniżżla fid-Direttiva 2000/29/KE

2019

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2006 tat-8 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tat-tfellis minimu (minimum germination)

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta’ nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE

2020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/495/KE tas-7 ta’ Mejju 2008 dwar il-projbizzjoni proviżorja tal-użu u l-bejgħ fl-Awstrija ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L. linja MON810) skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali

2020

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa

2018

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott

2018

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/244/KE tas-16 ta’ Marzu 2009 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ qronfla (Dianthus caryophyllus L., linja 123.8.12) immodifikata ġenetikament għall-kulur tal-fjura

2018

Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament

2018

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009 tas-17 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

2020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2018

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE

2020

Id-Deċiżjoni 2010/135/UE tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu

2018

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/C 200/01 tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ f’uċuħ tar-raba’ konvenzjonali u organiċi

2018

Ir-Regolament (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi

2020

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tad-dejta dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva proeżadjon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 703/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva ażossistrobin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 704/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva ażimsulfuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva imażalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sutanza attiva profossidim, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2011 tas-26 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva flurossipir, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 740/2011 tas-27 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva bispiribak, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva 1-naftilaċetammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva “aċidu 1-naftilaċetiku”, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva fluważifop-P, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 797/2011 tad-9 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva spirossammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2011 tad-9 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva ossflworfen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2011 tad-9 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva teflutrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva triażossidu, skont it-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 810/2011 tal-11 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva kreżossim‐metil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2011 tal-29 ta’ Settembru 2011 li japprova s-sustanza attiva akrinatrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 tas-6 ta’ Ottubru 2011 li japprova s-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li japprova s-sustanza attiva prokloraż, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

2020

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/787/UE tad-29 ta’ Novembru 2011 li tawtorizza l-Istati Membri jieħdu temporanjament miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fir-rigward tal-Eġittu

2020

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE tal-1 ta’ Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster)

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal-25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-ispezzjoni tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta’ ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika

2018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2012 tat-2 ta’ Lulju 2012 li japprova s-sustanza attiva bifentrin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 li japprova s-sustanza attiva fluksapirossad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li japprova s-sustanza attiva fenpirażammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 746/2012 tas-16 ta’ Awwissu 2012 li japprova s-sustanza attiva Adoxophyes orana granulovirus, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE tas-26 ta’Settembru 2012 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi

2018

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet

2018

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/21/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tiddetermina l-kundizzjonijiet minimi u l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika

2018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 632/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva flubendiammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva ipkonażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

2020

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/362/UE tat-13 ta’ Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/109/KE dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE

2018

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/367/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi

2018

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/83/UE tal-25 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

2019

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE

2018

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/97/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ fornituri u ta’ varjetajiet u l-lista komuni ta’ varjetajiet

2018

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali

2018

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

2018

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

2018”


(1)  It-terminu “adozzjoni” tfisser id-data tal-implimentazzjoni stabbilita fl-att legali rilevanti ppubblikat fil-“Ġurnal Uffiċjali tal-Ukrajna” jew “Courier Governattiv” jew ippubblikat fuq is-sit web uffiċjali tas-Servizz tal-Istat tal-Ukrajna dwar is-Sikurezza tal-Ikel u l-Ħarsien tal-Konsumatur b’effett immedjat jew b’perjodu ta’ tranżizzjoni indikat.


22.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1749

tal-14 ta’ Ottubru 2019

dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tal-Irlanda, bl-ittra tiegħu lill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ April 2019, biex jieħu sehem f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif speċifikat f’dik l-ittra,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/192/KE (1) l-Kunsill awtorizza lill-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-kondizzjonijiet imniżżla f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, komunement magħrufa bħala eu-LISA, sabiex tiżgura t-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac u ta’ ċerti aspetti tal-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni tagħhom u potenzjalment dik ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, abbażi ta’ atti legali separati tal-Unjoni, ibbażati fuq l-Artikoli 67 sa 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

Bid-Deċiżjoni 2012/764/UE (3) l-Kunsill awtorizza lill-Irlanda biex tieħu sehem fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 sal-miżura li dan hu relatat mat-tmexxija operattiva tal-VIS u l-partijiet tas-SIS II, li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem.

(4)

Fl-14 ta’ Novembru 2018, ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie adottat li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Ir-Regolament (UE) 2018/1726 jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-Lisa) (“l-Aġenzija”), li tissostitwixxi u tissuċċedi l-aġenzija kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li tħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1726 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(5)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726, l-Aġenzija hija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), tal-VIS u tal-Eurodac. L-Aġenzija hija responsabbli wkoll għat-tħejjija, l-iżvilupp jew it-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), DubliNet u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). L-Aġenzija tista’ wkoll tingħata r-responsabbiltà għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jekk dan ikun previst fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni ibbażati fuq l-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE.

(6)

Is-SIS hija parti mill-acquis ta’ Schengen. Ir-Regolamenti (UE) 2018/1861 (5) u (UE) 2018/1862 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirregolaw l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri u, rispettivament, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1860 (7) jirregola l-użu tas-SIS għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali. Ladarba jkunu applikabbli, ir-Regolamenti (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862 ser jissostitwixxu r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (9) li attwalment japplikaw f’dawk il-materji. Madankollu, l-Irlanda ħadet sehem biss fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u tar-Regolament (UE) 2018/1862 li jiżviluppaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE.

(7)

Il-VIS hija wkoll parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (10), ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (12) li jirregolaw l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-VIS, u mhix marbuta b’dawn l-atti.

(8)

L-Eurodac mhix parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda ħadet sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) li jirregola l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-Eurodac, u hi marbuta b’dan ir-Regolament.

(9)

L-EES hija parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) li jirregola l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-EES, u mhix marbuta b’dan ir-Regolament.

(10)

L-ETIAS hija wkoll parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) li jirregola l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-ETIAS, u mhix marbuta b’dan ir-Regolament.

(11)

DubliNet mhuwiex parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 (16) li jistabbilixxi DubliNet, mezz separat ta’ trasmissjoni elettronika sigura.

(12)

Minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurodac u f’DubliNet u l-parteċipazzjoni parzjali tagħha fis-SIS II, l-Irlanda għandha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Aġenzija, sa fejn l-Aġenzija hija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II kif irregolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, il-Eurodac u DubliNet.

(13)

L-Aġenzija għandha personalità ġuridika unika u hija kkaratterizzata mill-unità tal-istruttura organizzattiva u finanzjarja tagħha. Għaldaqstant, u f’konformità mal-Artikolu 288 tat-TFUE, l-Aġenzija ġiet stabbilita permezz ta’ strument leġislattiv uniku li hu applikabbli fl-intier tiegħu fl-Istati Membri marbuta bih. Dan jeskludi l-possibbiltà ta’ applikabbiltà parzjali għall-Irlanda. Konsegwentement, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) 2018/1726 fl-intier tiegħu ikun applikabbli għall-Irlanda.

(14)

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill permezz tal-ittri tat-12 ta’ April 2019, bl-intenzjoni tagħha li taċċetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1726 li jirrigwardaw il-Eurodac u DubliNet.

(15)

F’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni kkonfermat, bid-Deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2019, l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1726 għall-Irlanda sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw il-Eurodac u DubliNet. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li r-Regolament (UE) 2018/1726 jidħol fis-seħħ għall-Irlanda fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-talba tal-Irlanda li tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1726 li jirrigwardaw is-SIS, kif irregolat mir-Regolament (UE) 2018/1861 li ser jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u mir-Regolament (UE) 2018/1860, u li jirrigwardaw il-VIS, l-EES u l-ETIAS.

(16)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2019, l-ewwel prekondizzjoni biex l-Irlanda tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1726 hija ssodisfata.

(17)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-Trattati u l-Protokolli applikabbli, u fl-istess ħin jiġu ssalvagwardjati l-unità u l-konsistenza tar-Regolament (UE) 2018/1726, l-Irlanda talbet, permezz tal-ittra tat-12 ta’ April 2019 lill-Kunsill, biex tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2018/1726 skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll ta’ Schengen”) sa fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1726 jirreferu għar-responsabbiltà tal-Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-SIS kif irregolata mir-Regolament (UE) 2018/1861 li ser jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bir-Regolament (UE) 2018/1860, u tal-VIS, l-EES u l-ETIAS.

(18)

Il-Kunsill jirrikonoxxi d-dritt tal-Irlanda li, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, tagħmel talba biex tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1726, sa fejn l-Irlanda mhix ser tieħu sehem f’dak ir-Regolament għal raġunijiet oħra.

(19)

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1726 hi mingħajr preġudizzju għall-fatt li fil-preżent l-Irlanda ma tieħux sehem u ma tistax tieħu zsehem fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-moviment liberu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-politika dwar il-viżi u l-qsim minn persuni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2018/1726 fih dispożizzjonijiet speċifiċi li jirriflettu din il-pożizzjoni speċjali tal-Irlanda, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ votazzjoni limitati fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija.

(20)

Il-Kumitat Imħallat, stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (17), ġie infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim.

(21)

Il-Kumitat Imħallat, stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (18), ġie infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’segwitu għad-Deċiżjonijiet 2002/192/KE u 2012/764/UE, l-Irlanda għandha tieħu sehem fir-Regolament (UE) 2018/1726 sa fejn jirrigwarda t-tmexxija operattiva tal-VIS, il-partijiet tas-SIS II li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem u l-EES u l-ETIAS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/764/UE tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-istabbiliment ta’ Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 337, 11.12.2012, p. 48).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fiż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l- Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

(17)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(18)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.