ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
21 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1740 tas-18 ta’ Ottubru 2019 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

1

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 tat-23 ta’ Settembru 2019 li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 6745)  ( 1 )

3

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1742 tas-17 ta’ Ottubru 2019 dwar il-konformità tar-rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (notifikata bid-dokument C(2019) 7333)  ( 1 )

9

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/1743 Tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa ( ĠU L 262, 15.10.2019 )

15

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/1740

tas-18 ta’ Ottubru 2019

li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

Il-mandat tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Mario DRAGHI, maħtur bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/386/UE (4), jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2019 u huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar President ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sinjura Christine LAGARDE li, fil-fehma tiegħu, tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Christine LAGARDE hija b’dan maħtura President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-1 ta’ Novembru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-18 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

D. TUSK


(1)  ĠU C 235, 12.7.2019, p. 1.

(2)  Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Settembru 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 258, 1.8.2019, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/386/UE tal-24 ta’ Ġunju 2011 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 173, 1.7.2011, p. 8).


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1741

tat-23 ta’ Settembru 2019

li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

(notifikata bid-dokument C(2019) 6745)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”), l-Istati Membri jirrapportaw data lill-Kummissjoni dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti ta’ inkwinanti minn faċilitajiet industrijali kbar. Il-Kummissjoni tikkompila din id-data f’Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti elettroniku u disponibbli pubblikament (minn hawn ’il quddiem il-“PRTR Ewropew”) sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali u fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-ambjent.

(2)

Sabiex tissaħħaħ il-koerenza mar-rapportar tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-emissjonijiet industrijali li l-format, il-frekwenza u l-kontenut tagħha huma stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 (3), ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn ’il quddiem “l-Emenda”) biex jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-informazzjoni li trid tkun disponibbli skont ir-Regolament, u tabolixxi l-format tar-rapportar stabbilit attwalment f’dak ir-Regolament.

(3)

L-Emenda enfasizzat l-importanza predominanti li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jaċċessaw malajr l-informazzjoni ambjentali u l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli pubblikament malajr daqs kemm fattibbli teknikament. L-Emenda ddeterminat ukoll li r-rapportar mill-Istati Membri jenħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 11-il xahar wara tmiem is-sena u stabbiliet l-għan li l-informazzjoni tkun disponibbli fi żmien tliet xhur minn tmiem is-sena, inkluż billi jsir progress lejn dan l-objettiv permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament.

(4)

Il-prattiċi u t-teknoloġija tal-informatika li qed jintużaw illum għar-rapportar għandhom l-għan li jiżguraw il-kwalità għolja tad-data, kemm fir-reġistri dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta’ inkwinanti nazzjonali u fil-PRTR Ewropew. Jenħtieġ li l-objettiv li l-informazzjoni tal-PRTR Ewropew issir disponibbli għall-pubbliku aktar kmieni, ikun jippromwovi r-rapportar ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja. Peress li dan l-objettiv jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ approċċ gradwali u tħejjija bir-reqqa, inkluż l-ittestjar ta’ metodi ġodda ta’ rapportar u l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’ rapportar, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ validazzjoni u kontroll tal-kwalità tad-data rrapportata, jenħtieġ li l-iskadenzi tar-rapportar jiġu riveduti fid-dawl tal-progress fit-teknoloġija tal-informatika, tar-riżultati tal-ittestjar pilota u tal-aqwa prattiki tal-Istati Membri.

(5)

Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit b’Artikolu 19 tar-Regolament.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness, billi jużaw l-format elettroniku speċifiku li għandu jiġi żviluppat għall-finijiet ta’ dan ir-rapportar.

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-sena ta’ rapportar 2019, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dak l-Anness.

L-informazzjoni amministrattiva stabbilita fit-Taqsimiet 1 sa 4 tal-Anness għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara.

L-informazzjoni tematika stabbilita fit-Taqsimiet 5 sa 10 tal-Anness għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-fattibbiltà tal-progress lejn l-objettiv li l-pubbliku jkollu disponibbiltà aktar kmieni tad-data tal-PRTR Ewropew. Dan ir-rieżami għandu jinkludi skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-aqwa prattiki nazzjonali u t-tekniki u l-għodod disponibbli li jippermettu rapportar aktar kmieni.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40)

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 115).


ANNESS

Li jistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006

Nota:

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni li huma jqisu kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet li jidhrilhom li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tagħmilha pubblikament disponibbli.

A. Informazzjoni amministrattiva

1.

Identifikazzjoni ta’ min jagħmel rapport

Tip

Format

1.1.

L-identifikatur tal-pajjiż

L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità rrapportata.

1.2.

Is-sena tar-rapportar

Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi r-rapportar.

2.

Identifikazzjoni tal-faċilità  (1),  (2)

Tip

Format

2.1.

inspireId

Identifikatur uniku tal-faċilità li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

2.2.

thematicId (4)

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

2.3.

Identifikatur tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Fejn l-installazzjoni tkun koperta kompletament jew parzjalment mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-identifikatur li jintuża għar-rapportar skont dik id-Direttiva.

2.4.

Isem il-faċilità

Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-faċilità.

2.5.

Isem il-kumpanija prinċipali

Kumpanija prinċipali hija kumpanija li tippossjedi jew tikkontrolla l-kumpanija li topera l-faċilità (pereżempju billi jkollha aktar minn 50 % tal-kapital tal-ishma tal-kumpanija jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ azzjonisti jew assoċjati) – ara d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.6.

Indirizz

L-indirizz postali tal-faċilità kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

2.7.

Ġeometrija

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tal-faċilità) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames (5) ċifri deċimali.

2.8.

Distrett tal-Baċir tax-Xmara

Identifikatur tal-kodiċi u/jew isem assenjat lid-distrett tal-baċir ta’ kanal tal-ilma.

2.9.

Funzjoni

Attivitajiet imwettqa mill-faċilità. Il-funzjoni tiġi deskritta mill-attivitajiet tal-faċilità espressi bħala kodiċijiet NACE.

2.10.

Attivitajiet tal-PRTR Ewropew tal-Anness I

Attivitajiet tal-Anness I imwettqa fil-faċilità, bl-indikazzjoni tal-attività ewlenija u l-attivitajiet l-oħrajn kollha.

2.11.

Status

L-istatus operazzjonali tal-faċilità.

2.12.

Volum tal-produzzjoni (7),  (8)

 

2.13.

Numru ta’ sigħat ta’ tħaddim fis-sena (9)

Mhux obbligatorja.

2.14.

Numru ta’ impjegati (10)

Mhux obbligatorja.

2.15.

Indirizz tas-sit web

L-indirizz tas-sit web tal-faċilità jew tal-kumpanija prinċipali li turi r-rapport ambjentali jew id-dikjarazzjoni tal-EMAS għall-faċilità jew għall-kumpanija prinċipali.

2.16.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.

3.

Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-PRTR Ewropew għall-faċilità

Tip

Format

3.1.

Isem l-awtorità kompetenti

 

3.2.

Indirizz tal-awtorità kompetenti

L-indirizz postali kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

3.3.

Indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti

 

3.4.

Numru tat-telefown tal-awtorità kompetenti

 

4.

Informazzjoni fejn il-faċilità tal-PRTR Ewropew tkun parti minn jew tikkoinċidi ma’ “Sit ta’ produzzjon i”  (11)

Tip

Format

4.1.

inspireId

Identifikatur uniku tas-sit ta’ produzzjoni li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

4.2.

thematicId (12)

Identifikatur ta’ oġġett tematiku tas-sit ta’ produzzjoni.

4.3.

Ġeometrija

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tas-sit ta’ produzzjoni) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames (5) ċifri deċimali.

4.4.

Isem is-sit ta’ produzzjoni

Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tas-sit ta’ produzzjoni.

B. Informazzjoni tematika

5.

Data dwar ir-rilaxx fl-arja – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

5.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

5.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

5.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

6.

Data dwar ir-rilaxx fl-ilma – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

6.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

6.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

6.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

7.

Datadwar ir-rilaxx fl-art – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

7.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

7.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

7.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

8.

Trasferiment barra mis-sit lejn impjant tat-trattament tal-ilma mormi – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

8.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

8.2.

Massa ta’ trasferiment totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tat-trasferimenti kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.

Trasferimenti barra mis-sit ta’ skart perikoluż – fejn jinqabeż il-valur limitu fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

9.1.

Fil-pajjiż għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.2.

Fil-pajjiż għar-rimi (D)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.3.

Lejn pajjiżi oħra għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

L-isem u l-indirizz tal-faċilità tal-irkupru.

L-indirizz tas-sit effettiv tal-irkuprar li qed jirċievi t-trasferiment.

9.4.

Lejn pajjiżi oħra għar-rimi (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

L-isem u l-indirizz tal-faċilità tar-rimi.

L-indirizz tas-sit effettiv tar-rimi li qed jirċievi t-trasferiment.

10.

Trasferiment barra mis-sit ta’ skart mhux perikoluż – fejn jinqabeż il-valur limitu fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

10.1.

Għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferimenti totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

10.2.

Għar-rimi (D)

Il-massa ta’ trasferimenti totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.


(1)  Din hija “Faċilità ta’ Produzzjoni (Production Facility)” kif definita fl-Anness IV, punt 8.2.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1) bħala “installazzjoni waħda jew iktar fl-istess sit operata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, maħsuba, mibnija jew installata sabiex taqdi skopijiet speċifiċi ta’ produzzjoni jew industrijali, li tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(2)  Fejn Faċilità tkun koperta wkoll mid-Direttiva 2010/75/UE, il-bażi ġuridika għall-għoti ta’ din l-informazzjoni hija d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135.

(3)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(4)  Dan il-kamp għandu multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE, u għaldaqstant mhuwiex kamp obbligatorju.

(5)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(6)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(7)  Fakultattiv għas-snin ta’ rapportar 2019 u 2020. Mis-sena ta’ rapportar 2021, ir-rapportar huwa obbligatorju għas-setturi fejn il-Kummissjoni għandha unitajiet u metriċi għar-rapportar.

(8)  Il-punti tad-data individwali mhux se jsiru pubbliċi permezz tar-PRTR Ewropew, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali.

(9)  Ara n-Nru 7 (aktar ’il fuq)

(10)  Ara n-Nru 7 (aktar ’il fuq)

(11)  Din hija “Faċilità ta’ Produzzjoni (Production Facility)” kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1253/2013, l-Anness IV, il-punt 8.2.4 bħala “L-art kollha f’lokalità ġeografika distinta fejn kienet lokalizzata, hija lokalizzata jew huwa maħsub li tiġi lokalizzata l-faċilità ta’ produzzjoni. Din tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha .” u hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(12)  Dan il-kamp għandu multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE.


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1742

tas-17 ta’ Ottubru 2019

dwar il-konformità tar-rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013

(notifikata bid-dokument C(2019) 7333)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (2), u b’mod partikolari l-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-iskema komuni ta’ imposti hija element integrali biex jintlaħqu l-objettivi tal-iskema ta’ prestazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (5) tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, inkluż il-mira tal-kosteffiċjenza tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa fi spejjeż unitarji ddeterminati għall-forniment ta’ dawk is-servizzi, għat-tieni perjodu ta’ referenza 2015-2019.

(3)

Skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta’ dawn ir-rati għal kull unità mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati għal kull unità għall-2019 bl-għajnuna tal-Unità tar-Rieżami tal-Prestazzjoni tal-Eurocontrol u tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot tal-Eurocontrol, permezz tad-data u tal-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Istati Membri sal-1 ta’ Ġunju 2018 u sal-1 ta’ Novembru 2018. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni qieset ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija u l-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri fir-rati għal kull unità għall-2019 għas-servizzi en route.

(5)

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Greċja, l-Italja, Ċipru u Malta bħala Membri tal-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali (FAB) BlueMed ippreżentaw miri ġodda ta’ prestazzjoni riveduti tal-FAB abbażi ta’ miżuri korrettivi, fejn meħtieġ, li wara ġew ivvalutati mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza ta’ dawk il-miri riveduti ġodda għad-dewmien tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru en route skont il-kriterji kollha stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri riveduti ġodda huma konsistenti mal-mira ta’ prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. Konsegwentament, l-Italja jenħtieġ li tiġi nnotifikata li r-rata għal kull unità għall-2018 hija konformi mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet riassigurazzjonijiet mill-awtoritajiet Griegi li l-kostijiet iddeterminati inklużi fir-rati għal kull unità għas-snin 2017 u 2018 jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 391/2013. Jenħtieġ li l-Greċja tiġi nnotifikata li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, ir-rati għal kull unità en route għaż-żona tal-imposti tal-Greċja għas-snin 2017 u 2018 jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(7)

Il-Kummissjoni sabet ukoll, f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, li r-rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti en route għall-2019 li ppreżentaw il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013. Dawk l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati dwar dik is-sejba.

(8)

Is-sejba u n-notifika li r-rati għal kull unità għaż-żoni tal-imposti huma konformi mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 huma mingħajr preġudizzju għar-rieżami u l-investigazzjonijiet li għaddejjin previsti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rati għal kull unità tal-2019 għaż-żoni tal-imposti en route stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 2

Ir-rata għal kull unità għaż-żona tal-imposti en route tal-Italja għall-2018 ta’ EUR 79,98 tikkonforma mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013. Ir-rati għal kull unità għaż-żona tal-imposti en route tal-Greċja għall-2017 ta’ EUR 29,95 u għall-2018 ta’ EUR 31,47 jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għal servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta’ twissija għat-tieni perjodu ta’ referenza 2015-19 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

Rati għal kull unità en route għall 2019

 

Żona tal-imposti

Rata għal kull unità en route għall-2019 fil-munita nazzjonal (1)

1

Il-Belgju-Lussemburgu

67,55

2

Il-Bulgarija

61,17

3

Iċ-Ċekja

1029,20

4

Id-Danimarka

425,18

5

Il-Ġermanja

63,63

6

L-Estonja

29,17

7

L-Irlanda

28,12

8

Il-Greċja

30,45

9

Spanja - il-Gżejjer Kanarji

49,82

10

Spanja Kontinentali

61,19

11

Franza

60,81

12

Il-Kroazja

313,27

13

L-Italja

77,96

14

Ċipru

31,84

15

Il-Latvja

27,02

16

Il-Litwanja

42,75

17

L-Ungerija

9 765,46

18

Malta

22,37

19

In-Netherlands

56,77

20

L-Awstrija

67,74

21

Il-Polonja

175,02

22

Il-Portugall

24,68

23

Ir-Rumanija

140,60

24

Is-Slovenja

59,51

25

Is-Slovakkja

49,69

26

Il-Finlandja

49,88

27

L-Iżvezja

530,55

28

Ir-Renju Unit

52,00


(1)  Dawn ir-rati għal kull unità ma jinkludux ir-rata għal kull unità amministrattiva għall-kostijiet tal-ħlas u tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 li tapplika għall-Istati firmatarji tal-Ftehim Multilaterali tal-Eurocontrol dwar l-imposti tar-rotot.


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/12


DEĊIŻJONI (UE) 2019/1743 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Ottubru 2019

dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17 sa 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/23 (1) ġiet emendata sostanzjalment (2). Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Il-Kunsill Governattiv jista’ jaġġusta r-remunerazzjoni fuq il-holdings ta’ eċċess ta’ riżervi kollha tal-istituzzjonijiet, jew parti minnhom. Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jintroduċi sistema b’ żewġ livelli għar-remunerazzjoni ta’ eċċess ta’ riżerva, li teżenta parti mill-holdings ta’ likwidità eċċessiva tal-istituzzjonijiet, jiġifieri holdings ta’ riżervi li jeċċedu r-riżervi meħtieġa, minn remunerazzjoni negattiva bir-rata applikabbli fuq il-faċilità ta’ depożitu. B’mod partikolari, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jeżenta multiplu tar-riżervi minimi tal-banek. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jistabbilixxi l-multiplikatur inizjali “m” tar-riżervi meħtieġa tal-istituzzjonijiet, użati għall-kalkolu tal-parti eżentata tal-holdings ta’ eċċess ta’ riżervi għal sitta għall-istituzzjonijiet eliġibbli kollha u r-rata tal-imgħax inizjali applikabbli għall-holdings eżentati ta’ eċċess ta’ riżervi għal żero fil-mija. Dan il-multiplikatur “m” u r-rata tal-imgħax applikabbli għal holdings eżentati ta’ eċċess ta’ riżervi jistgħu jinbidlu maż-żmien mill-Kunsill Governattiv.

(3)

Id-deċiżjoni li tiġi introdotta sistema b’żewġ livelli għal remunerazzjoni ta’ eċċess ta’ riżerva għandha l-għan li tappoġġa t-trażmissjoni bbażata fuq il-banek tal-politika monetarja, filwaqt li tippreżerva l-kontribut pożittiv ta’ rati tal-imgħax negattivi għall-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja u lill-konverġenza sostenibbli kontinwa tal-inflazzjoni lejn l-għan tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Is-sistema b’żewġ livelli għalhekk tiżgura li l-ispejjeż ta’ rati negattivi għal istituzzjonijiet ma jtellfux it-trasmissjoni bla xkiel, u bbażata b’mod predominanti fuq il-banek, tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi

1.   Holdings ta’ riżervi ta’ istituzzjonijiet soġġetti għall-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (3) li jaqbeż ir-riżervi meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (4) u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) (minn hawn’ il quddiem “riżervi eċċessivi”) għandhom jiġu remunerati b’żero fil-mija jew bir-rata ta’ faċilità ta’ depożitu, skont liema tkun l-inqas.

2.   Parti mir-riżervi eċċessivi miżmuma minn istituzzjoni fuq il-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni kif iddefiniti fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) sa multiplu tar-riżervi meħtieġa tal-istituzzjoni (minn hawn’ il quddiem il-“kwota”) għandha tkun eżentata mir-regola ta’ remunerazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1. Il-multiplikatur “m” użat biex jikkalkula l-gratifika u r-rata tal-imgħax applikabbli għall-holdings eżentati ta’ riżervi żejda għandu jkun speċifikat mill-Kunsill Governattiv u sussegwentement ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE. Kwalunkwe aġġustament għall-multiplikatur “m” u/jew għar-rata tal-imgħax applikabbli għall-holdings eżentati ta’ riżervi żejda għandu japplika mill-perjodu ta’ manutenzjoni wara li titħabbar id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-holdings eżentati ta’ riżervi eċċessivi għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-bilanċi medji ta’ tmiem il-jum tal-kalendarju fuq perijodu ta’ żamma fil-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni, kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (ECB/2003/9). Holdings f’faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema m’għandhomx jitqiesu bħala riżervi eċċessivi.

3.   L-imgħax dovut jew miksub fuq investimenti eżenti u mhux eżentati ta’ riżervi eċċessivi għandu jitnaqqas bl-iddebitar tal-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni rilevanti, jew skont il-każ, imħallsa, fit-tieni jum ta’ negozju tal-BĊN wara t-tmiem tal-perijodu ta’ żamma li fuqu l-imgħax kien ikkalkulat.

4.   Fil-każ ta’ istituzzjonijiet li għandhom riżervi meħtieġa permezz ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 10 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), l-allowance għandha tiġi kkalkulata kif stabbilit f’dan il-paragrafu. Il-multiplikatur “m” użat għall-kalkolu tal-allowance għandu jiġi applikat fuq ir-riżervi aggregati meħtieġa li għandhom jinżammu mill-istituzzjoni intermedjarja relevanti f’isimha u f’isem l-istituzzjonijiet kollha li għalihom iżżomm riżervi meħtieġa skont l-Artikolu 10 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal parteċipazzjonijiet eżentati ta’ riżervi eċċessivi kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) tal-intermedjarju rilevanti.

Artikolu 2

Remunerazzjoni ta’ xi depożiti miżmumin għand il-BĊE

Kontijiet miużmumin għand il-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 (5), id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 (6) u d-Deċiżjoni BĊE/2010/17 (7) għandhom jibqgħu jiġu remunerati bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu. Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu f’dawk il-kontijiet qabel id-data li fiha jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri fil-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata ta’ żero fil-mija, irrispettivament minn liema waħda hija l-ogħla.

Artikolu 3

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2014/23 qiegħda tiġi mħassra.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mis-seba’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva tal-2019 li jibda fit-30 ta’ Ottubru 2019.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2014/23 tal-5 ta’ Ġunju 2014 dwar ir-remunerazzjoni ta’ depożiti, bilanċi u holdings ta’ eċċess ta’ riżervi (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 115).

(2)  Ara l-Anness I.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 16-18).

(5)  Id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tas-7 ta’ Novembru 2003 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self li l-Komunità Ewropea kkonkludiet skont il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja ta’ tul medju (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 35).

(6)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7).

(7)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10).


ANNESS I

Deċiżjoni revokata u l-emenda għaliha

Deċiżjoni BĊE/2014/23

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 115.

Deċiżjoni (UE) 2015/509 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/9)

ĠU L 91, 2.4.2015, p. 1.


NNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Deċiżjoni BĊE/2014/23

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 6

Artikolu 4

Anness I

Anness II


Rettifika

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/15


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 262 tal-15 ta’ Ottubru 2019 )

F’paġna 1, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 1,

minflok:

“(1)Ara l-paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.”,

aqra:

“(1)Ara l-paġna 58 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.”;