ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
2 ta' Ottubru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1663 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

36

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1664 tat-30 ta’ Settembru 2019 li tawtorizza laboratorju fl-Ukrajna biex iwettaq testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-marda tar-rabja (notifikata bid-dokument C(2019) 6906)  ( 1 )

38

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1662

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (minn issa ’l quddiem magħruf bħala “r-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F’April 2007, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 452/2007, impona dazji anti-dumping definittivi ta’ bejn 9,9 % u 38,1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Ukrajna (2); f’Diċembru 2010, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1243/2010 (3), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija ta’ Since Hardware (Guangzhou) Co, produttur esportatur Ċiniż ta’ twavel għall-mogħdija, wara investigazzjoni ġdida skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjonijiet oriġinali”).

(2)

F’Jannar 2010, il-miżuri ġew emendati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 77/2010 wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku (4).

(3)

F’Marzu 2010, il-miżuri ġew emendati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 270/2010 wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (5).

(4)

F’Settembru 2010, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 805/2010, il-Kunsill impona mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija ta’ Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd, Foshan, produttur esportatur Ċiniż ta’ twavel għall-mogħdija (6), bħala miżura biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-141/08 P (7).

(5)

F’Ottubru 2012, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 987/2012, il-Kunsill impona mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina, immanifatturati minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (8), bħala miżura biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-274/07 (9).

(6)

F’Lulju 2013, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 695/2013, estenda l-miżuri għal ħames snin oħra fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina u rrevoka l-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-Ukrajna (10).

1.2.   Talbiet għal rieżami

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (11), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“it-talba għal rieżami”).

(8)

It-talba saret fl-20 ta’ April 2018 minn tliet produtturi tal-Unjoni (Colombo New Scal S.p.A, Rörets Polska Sp. z o.o. u Vale Mill (Rochdale) Ltd), li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ twavel għall-mogħdija (“l-applikanti”).

(9)

It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(10)

Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fid-19 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (12), il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“Notifika ta’ bidu”).

1.4.   Investigazzjoni

1.4.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu meqjus

(11)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

1.4.2.   Partijiet interessati

(12)

Il-Kummissjoni informat b’mod uffiċjali lill-applikanti, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti fl-UE magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza.

(13)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

1.4.3.   Kampjunar

(14)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.3.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(15)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Il-kampjun kien jikkonsisti minn erba’ produtturi tal-Unjoni li kellhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni fl-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dawn l-erba’ kumpaniji rrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.

(16)

Produttur wieħed tal-Unjoni li ma ġiex inkluż fil-kampjun proviżorju esprima l-appoġġ tiegħu għall-kampjunar proviżorju. Ma tressaq l-ebda kumment ieħor. Għaldaqstant, il-kampjun proviżorju ġie ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

(17)

Sussegwentement, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk ġie eskluż mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni li kien fadal irrappreżentaw aktar minn 50 % tal-volum totali tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni u għalhekk il-kampjun xorta tqies bħala rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

1.4.3.2.   Kampjunar tal-importaturi

(18)

Sabiex jiġi deċiż jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, f’dak il-każ biex jintgħażel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati ġew mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni. Dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw lilhom infushom billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-Anness II tan-Notifika ta’ bidu.

(19)

L-ebda importatur mhux relatat fl-UE ma kkoopera.

1.4.3.3.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(20)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, f’dak il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi/esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, din talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(21)

L-ebda esportatur/produttur fir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba u lanqas ma kkoopera fl-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fin-Notifika ta’ Bidu.

(22)

Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi fir-RPĊ, kien beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara fir-rigward tal-esportaturi/produtturi fir-RPĊ fuq il-fatti disponibbli.

1.4.4.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

(23)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gvern tar-RPĊ (“GTĊ”) u lill-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. Tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju.

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni:

—

Colombo New Scal SpA, l-Italja

—

Rörets Polska Spółka z.o.o., il-Polonja u AB Rörets Industrier, l-Iżvezja

—

Vale Mill (Rochdale) Ltd, ir-Renju Unit.

1.4.5.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(25)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu.

(26)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Ma saret l-ebda preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu, u lanqas dwar l-adegwatezza tal-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fl-iskadenzi previsti.

(27)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, din jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni.

(28)

Fis-6 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“in-Nota tas-6 ta’ Settembru”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materjal prima, il-manodopera u l-enerġija li jintużaw fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi potenzjali: il-Brażil, is-Serbja u t-Turkija.

(29)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand wieħed mill-applikanti.

(30)

Il-Kummissjoni, kif spjegat fil-premessi (105)-(106), indirizzat il-kummenti li waslu mingħand l-applikant fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali datata s-26 ta’ Ottubru 2018 (“in-Nota tas-26 ta’ Ottubru”). Fin-Nota tas-26 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni stabbiliet il-lista tal-fatturi tal-produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, it-Turkija kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

1.4.6.   Proċedura sussegwenti

(31)

Fl-4 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar l-iżvelar.

(32)

Ma ġie riċevut l-ebda kumment li jikkontesta s-sejbiet tal-Kummissjoni.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(33)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami ta’ skadenza huwa twavel għall-mogħdija, kemm jekk bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inklużi twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tisserraħ il-ħadida (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 3924 90 00, ex 4421 99 99, ex 7323 93 00, ex 7323 99 00, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċijiet TARIC 3924900010, 4421999910, 7323930010, 7323990010, 8516797010 u 8516900051), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.2.   Prodott simili

(34)

L-investigazzjoni tar-rieżami attwali kkonfermat li, kif stabbilit fl-investigazzjonijiet oriġinali, it-twavel għall-mogħdija prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fiċ-Ċina u fil-pajjiż rappreżentattiv tat-Turkija, u t-twavel għall-mogħdija prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi bażiċi.

(35)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma meqjusa bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(36)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping mir-RPĊ.

(37)

L-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni. Dawn naqsu milli jippreżentaw kwalunkwe informazzjoni jew jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju.

(38)

Il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma indirizza l-evidenza fil-fajl tal-każ ipprovdut mill-applikant, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ” (“ir-Rapport”) (13).

(39)

Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni informat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li, minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi fir-RPĊ, kien beħsiebha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun inqas favorevoli għall-parti kkonċernata u stednithom biex jikkummentaw. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ma pprovdiet l-ebda kumment.

(40)

Abbażi ta’ dan, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari, fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami u l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6)”), kif ukoll l-istatistika bbażata fuq id-data tal-esportazzjoni rrapportata mill-bażi tad-data uffiċjali tad-dwana Ċiniża (“il-bażi tad-data Ċiniża”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-bażijiet tad-data Global Trade Atlas (14) (“GTA”) u l-Orbis Bureau van Dijk (15) (“Orbis”).

3.2.   Dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

3.2.1..   Valur normali

(41)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatu r”.

(42)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjon i”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitt i”.

(43)

Kif spjegat aktar fid-dettall fit-Taqsima 4.2, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.2.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.2.1.   Introduzzjoni

(44)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

—

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

—

il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

—

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

—

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

—

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

—

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Ista t ”.

(45)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, m’hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha biex ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha ssir abbażi tal-evidenza kollha inkwistjoni. Il-valutazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest u s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari meta l-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista” stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u fis-sistema legali kollha jipprovdi lill-gvern setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jirriżultawx mill-iżvilupp liberu tal-forzi tas-suq.

(46)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settu r”.

(47)

Il-partijiet interessati kienu mistiedna biex jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. F’dak ir-rigward, preċedentement il-Kummissjoni pproduċiet ir-Rapport. Ir-Rapport jindika l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħas-settur tal-azzar jew tal-kimika). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(48)

It-talba tal-applikant appoġġjat ukoll l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) imsemmi hawn fuq, f’konformità mar-Rapport, b’mod partikolari fir-rigward tad-distorsjonijiet fis-settur tal-azzar, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-applikant, l-azzar irrappreżenta mill-inqas 40 % tal-kostijiet totali tal-manifattura tal-produtturi tat-twavel għall-mogħdija.

(49)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza inkluża fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami.

(50)

Il-GTĊ naqas milli jikkummenta jew jipprovdi evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza li teżisti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport.

3.2.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(51)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalist a”. Dak il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdm u”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonal i” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħh a” (16). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda li tali interventi jsiru b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata huwa mifrux fis-sistema legali sħiħa u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċar: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (17).

(52)

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP). L-istruttura tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), li jiffurmaw superstruttura li fiha ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol mexxej tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċin a”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (18) Dan juri l-kontroll inkontestat u dejjem akbar tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles.

(53)

L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (19). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f’diversi friegħi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju.

(54)

L-ewwel, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiv u kumpless ta’ setturi u politiki trażversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-output, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma għandhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.5) (20).

(55)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, jeħtieġ li jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.8) (21). L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju għajr is-settur bankarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhuwiex xprunat biex itejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (22).

(56)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhix iddefinita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (23). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-gvern Ċiniż iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll tal-investiment privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (24).

(57)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi li jipprevedu u jħeġġu interventi tal-gvern li jinqasmu f’diversi friegħi. Tali interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (25).

3.2.2.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li hu servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(58)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika mill-Istat, jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(59)

Fir-rigward tas-sjieda tal-Istat fis-settur tat-twavel għall-mogħdija, kif stabbilit mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, l-għadd ta’ produtturi ta’ twavel għall-mogħdija fiċ-Ċina huwa potenzjalment għoli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ppreżentata mill-GTĊ dwar is-settur, u minħabba n-natura fframmentata tiegħu, huwa diffiċli li jitfasslu konklużjonijiet ġenerali dwar il-mudelli ta’ sjieda tas-settur. Madankollu, fir-rigward tal-fornituri ta’ inputs għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, kif ippreżentat mill-applikant, l-inputs tal-azzar jikkostitwixxu bejn 40 u 60 % tal-kostijiet tal-manifattura tal-produtturi tat-twavel għall-mogħdija. Għalhekk, il-prezzijiet tal-azzar huma fattur sinifikanti tal-kost fil-proċess tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, jippersisti livell sostanzjali ta’ sjieda mill-gvern Ċiniż fis-settur tal-azzar. Għadd ta’ produtturi ewlenin huma l-proprjetà tal-Istat, filwaqt li xi wħud jissemmew b’mod speċifiku fil-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-perjodu 2016-2020” (26) bħala eżempji tal-kisbiet tat-12-il perjodu ta’ ppjanar ta’ ħames snin (bħal Baosteel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel, eċċ.). Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa għaxra tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (27). Għalhekk, il-produzzjoni tal-komponent ewlieni tat-twavel għall-mogħdija hija soġġetta għal sjieda tal-Istat sinifikanti u għalhekk għal intervent mill-Istat.

(60)

Fir-rigward tal-kontroll mill-Istat, il-gvern u s-CCP iħaddnu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi, inklużi dawk li jipproduċu twavel għall-mogħdija u l-komponenti tagħhom. L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn intrapriżi individwali, iżda jiddikjara wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom, u b’hekk jeżerċita ċertu livell ta’ kontroll fuq l-intrapriżi Ċiniżi (28). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ dan il-kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija kif ukoll fis-setturi tagħhom li jfornu l-inputs huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.2.4. Barra minn hekk, speċifikament fil-każ ta’ wieħed mill-komponenti ewlenin li jintużaw fit-twavel għall-mogħdija – tubi wweldjati tal-azzar, li jirrappreżentaw bejn 25 u 30 % tal-kost totali tal-manifattura – il-Kummissjoni preċedentement stabbiliet interferenza mill-Istat anke meta ma kien hemm l-ebda sjieda tal-Istat jew sjieda parzjali tal-Istat tal-kumpaniji produtturi, li rriżulta f’deċiżjonijiet kummerċjali li ma ttieħdux b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq (29). L-investigazzjoni wasslet għall-konklużjoni li kien hemm interferenza sinifikanti mill-Istat fis-settur Ċiniż tat-tubi wweldjati tal-azzar, li jservi fil-biċċa kbira tiegħu l-produtturi tat-twavel għall-mogħdija, u li din taffettwa l-kostijiet tagħhom.

(61)

Fir-rigward tas-superviżjoni u l-gwida tal-politika mill-Istat fis-settur tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija u s-settur tal-azzar li huwa l-fornitur ewlieni tal-inputs, l-analiżi hija stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.2.4 u 3.2.2.5 hawn taħt. Bil-livell għoli ta’ kontroll u intervent mill-gvern f’dawn is-setturi tal-aħħar kif deskritt f’dawn it-taqsimiet, anke l-produtturi tat-twavel għall-mogħdija bi sjieda privata huma mwaqqfa milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(62)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tat-twavel għall-mogħdija u dak tal-fornituri ewlenin tiegħu fir-RPĊ kien servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi soġġetti għal sjieda, kontroll jew superviżjoni jew gwida tal-politika mill-gvern Ċiniż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-komponenti ewlenin tal-azzar tat-twavel għall-mogħdija huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika tal-awtoritajiet.

3.2.2.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(63)

L-Istat Ċiniż qiegħed f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. B’mod partikolari, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (30)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex jagħmlu l-“patrijottiżmu” prijorità u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (31). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (32). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż is-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija. Għaldaqstant, huwa stabbilit li dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-produtturi tat-twavel għall-mogħdija u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(64)

Pereżempju, l-istrutturi tas-CCP jikkoinċidu personalment mal-korp maniġerjali fil-każ ta’ mill-inqas produttur wieħed tat-twavel għall-mogħdija - Since Hardware (Guangzhou) Co. Ltd. - li jiddikjara “rwol ewlieni” fis-suq, kemm fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-produzzjoni kif ukoll dawk tal-esportazzjoni (33). Il-Kummissjoni sabet li l-President tal-Bord tad-Diretturi u d-Direttur Eżekuttiv tal-kumpanija kien membru tal-Kumitat Konsultattiv Politiku tal-Poplu Muniċipali ta’ Guangzhou, u membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat Konsultattiv Politiku tal-Poplu tad-distrett ta’ Guangzhou Huadu (34).

(65)

Dawn il-fatturi jindikaw direttament l-eżistenza tal-interferenzi tal-gvern, permezz ta’, pereżempju, il-preżenza u l-involviment tas-CCP, sal-interferenza mill-GTĊ fil-prezzijiet u l-kostijiet fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija.

(66)

Il-preżenza tal-Istat u l-intervent mill-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.8) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs iħallu effett addizzjonali ta’ distorsjoni fuq is-suq (35). B’mod partikolari, fir-rigward tal-komponenti tal-azzar tat-twavel għall-mogħdija, il-Kummissjoni sabet f’investigazzjonijiet reċenti li jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-manifatturi Ċiniżi tal-prodotti tal-azzar u l-Istat, b’mod partikolari s-CCP (36).

(67)

Abbażi ta’ dawn kollha ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u informazzjoni li topponi s-sejba preliminari ta’ hawn fuq, f’dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-preżenza tal-Istat fid-ditti Ċiniżi, inkluż fis-settur tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija, kif ukoll fis-settur finanzjarju u setturi oħra tal-input, flimkien mal-qafas deskritt fit-Taqsima 3.2.2.3 u fit-taqsimiet sussegwenti, tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.2.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(68)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali għandhom jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema ta’ ppjanar fiċ-Ċina tirriżulta f’riżorsi mmexxija għal setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (37).

(69)

Il-Kummissjoni sabet li, filwaqt li deher li ma kienet teżisti l-ebda politika pubblika u/jew dokument ta’ politika speċifiċi għas-settur li jikkonċernaw direttament il-manifattura tat-twavel għall-mogħdija, il-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija kienet għadha soġġetta għal dokumenti ta’ ppjanar ġeneralment ċentrali, kif ġie kkonfermat ukoll minn studju Ċiniż speċjalizzat fis-suq dwar it-twavel għall-mogħdija. (38) Dan l-istudju tal-aħħar iwettaq analiżi speċifika tal-iżvilupp tas-settur abbażi tal-isfond li jiġi ssodisfat it-13-il FYP ċentrali.

(70)

Barra minn hekk, kif ippreżentat mill-applikant, bejn 40 % u 60 % tal-kostijiet li jirriżultaw mill-manifattura tat-twavel għall-mogħdija joriġinaw mid-diversi inputs tal-azzar li jintużaw fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Minbarra dan, materja prima oħra, inklużi l-inputs kimiċi (ragħwa, plastik, żebgħa jew kisi) kif ukoll l-inputs tat-tessuti (drapp tal-qoton) tinfluwenza l-istruttura tal-kost u tal-ipprezzar fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni sabet intervent sinifikanti mill-gvern fil-materja prima li tintuża biex jiġu prodotti t-twavel għall-mogħdija (39). L-għadd kbir ta’ dokumenti u miżuri tal-ordni pubbliku li nstabu għandhom il-potenzjal li jinfluwenzaw l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq fis-suq tal-materja prima msemmija, u b’hekk jaffettwaw il-prezzijiet tal-komponenti tat-twavel għall-mogħdija, u bl-istess mod il-kostijiet tal-manifattura tal-prodott taħt rieżami.

(71)

Pereżempju, l-azzar huwa kopert mill-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-perjodu 2016-2020” (it-13-il FYP għall-Azzar”), li jkopri virtwalment l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija, inklużi l-għanijiet tal-kapaċità tal-produzzjoni, l-aġġornament u l-iżgurar ta’ provvista effettiva, ir-ristrutturar tal-industrija, l-appoġġ finanzjarju, il-miri kwantitattivi u l-post ġeografiku tal-fabbriki tal-azzar. Bl-istess mod, it-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika (2016-2020) jipprevedi regolamentazzjoni stretta tas-settur kimiku, li jkopri l-materja prima li tintuża biex jiġu prodotti elementi tar-roti, bħal-lasktu, iż-żebgħa u l-plastik.

(72)

Barra minn hekk, is-settur tal-azzar huwa kkaratterizzat minn preżenza kbira ta’ SOEs (ara l-premessa (59)). L-azzar huwa rregolat mill-qrib minn għadd ta’ pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-perjodu 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (40).

(73)

Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (41) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa. B’mod partikolari l-Katalogu jħeġġeġ “l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji għal prodotti tal-azzar bi prestazzjoni aħjar, bi kwalità għolja u għall-aġġornar ta’ dawn, inklużi iżda mhux limitati għal folji awtomobilistiċi b’saħħithom ħafna ta’ mhux anqas minn 600 MPa, azzar għall-pipelines bi prestazzjoni għolja għat-trażmissjoni taż-żejt u tal-gass, pjanċi wesgħin u ħoxnin b’saħħithom ħafna għall-bastimenti, azzar għall-inġinerija marina, pjanċi bi ħxuna moderata ta’ mhux anqas minn 420 MPa għal binjiet, għal pontijiet u għal strutturi oħra, azzar għal binarji ferrovjarji b’veloċità għolja u għal merkanzija tqila, azzar tas-siliċju b’livell baxx ta’ telf ta’ ħadid u b’induzzjoni manjetika għolja, azzar li jiflaħ għall-korrużjoni u għall-użu, azzar inossidabbli li jiffranka r-riżorsi tal-liga (azzar inossidabbli ferritiku modern, azzar inossidabbli dupleks, u azzar inossidabbli tan-nitroġenu), żbarri speċjali tal-azzar u vireg tal-fildiferru għal parts bażiċi bi prestazzjoni għolja (skorfini u boltijiet bi prestazzjoni għolja bi Grad ta’ 12,9 jew aktar, molol b’saħħithom ħafna, u berings b’ħajja twila), u materjali fonduti tal-azzar speċjali ta’ kwalità għolja (azzar tal-għodda u tal-forom, azzar inossidabbli, u azzar għall-makkinarju, fost l-oħrajn )” . L-applikabbiltà tal-Katalogu ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni reċenti kontra s-sussidji ta’ ċerti prodotti ċatti rromblati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ azzar ieħor (“HRF”) li joriġinaw mir-RPĊ (42).

(74)

Is-settur kimiku huwa soġġett ukoll għal intervent qawwi mill-Istat fiċ-Ċina. L-ewwel, dan huwa kkaratterizzat mid-dominanza ta’ SOEs. Xi wħud mill-akbar kumpaniji kimiċi fiċ-Ċina huma SOEs, u s-sjieda tal-Istat tirrappreżenta ishma sinifikanti tal-assi totali tal-kumpaniji kimiċi (43). It-tieni, is-settur kimiku huwa kkontrollat mill-Istat permezz ta’ diversi dokumenti ta’ ppjanar u regolatorji li jinħarġu minn leġiżlaturi u aġenziji amministrattivi sussegwenti fil-livelli kollha tal-gvern. Dawn il-miżuri kollha ta’ ppjanar huma applikati f’diversi livelli amministrattivi b’mod diskrezzjonali, ikkontrollat u sistematiku, u soġġetti għal rieżami kostanti mill-gvern (44).

(75)

Kif speċifikat mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, id-dokument komprensiv tal-ippjanar li jiġġestixxi s-settur kimiku huwa t-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika (2016-2020), li nħareġ fit-18 ta’ Ottubru 2016 mill-MIIT. Dan jiggwida l-iżvilupp tal-industrija petrokimika u kimika għall-perjodu bejn l-2016 u l-2020, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-13-il FYP nazzjonali, u l-istrateġija Magħmula fiċ-Ċina 2025. Il-Pjan imsemmi jistabbilixxi objettivi ta’ żvilupp u jagħti struzzjonijiet dwar il-miri ta’ produzzjoni minn segmenti tal-industrija, iżda jimponi wkoll kontroll mill-gvern fuq il-kapaċità tal-produzzjoni, u fuq deċiżjonijiet korporattivi (45). Fost il-prodotti koperti mill-Pjan hemm diversi inputs li jintużaw fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija, b’mod partikolari materjal ta’ żebgħa/kisi fil-forma ta’ taħlitiet tal-eposside/poliester (46). Bl-istess mod, is-suq għal dawn il-prodotti tal-aħħar huwa ġestit ukoll mill-Istat fil-livell provinċjali, bħal fil-Provinċja Hebei, permezz tat-13-il FYP għall-iżvilupp tal-Industrija Petrokimika fil-Provinċja ta’ Hebei, li jistabbilixxi mudelli ta’ żvilupp għal subsetturi speċifiċi, inkluż permezz tal-kontroll tal-kapaċità (li jkopri ż-żebgħa u l-poliesteri) (47).

(76)

Is-suq għal input ieħor għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija – it-tessuti tal-qoton - huwa ġestit ukoll mill-Istat Ċiniż permezz ta’ dokumenti ta’ ppjanar, b’mod partikolari t-13-il FYP komprensiv għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tessuti. Dan il-pjan tal-aħħar jistabbilixxi l-politika biex: “improve the management of cotton import quotas; increase the utilisation rate of quotas; meet the textile enterprises’ demand for high-quality cotton; establish a link between the reserve cotton’s floor price and the domestic and foreign spot market prices, speed up reserve cotton absorption; keep on improving the cotton price formation mechanism, the cotton target price subsidy policy and the cotton trade remedy measures” (tittejjeb il-ġestjoni tal-kwoti tal-importazzjonijiet tal-qoton; tiżdied ir-rata tal-użu tal-kwoti; tiġi ssodisfata d-domanda tal-intrapriżi tat-tessuti għal qoton ta’ kwalità għolja; tiġi stabbilita rabta bejn il-prezz minimu tal-qoton ta’ riżerva u l-prezzijiet spot tas-suq domestiku u barrani, jiġi aċċellerat l-assorbiment tal-qoton ta’ riżerva; ikomplu jittejbu l-mekkaniżmu għall-formazzjoni tal-prezz tal-qoton, il-politika dwar is-sussidju tal-prezz fil-mira tal-qoton u l-miżuri ta’ rimedju fil-kummerċ tal-qoton) (48). Dawn il-linji ta’ politika huma riflessi ulterjorment fid-dokumenti ta’ gwida settorjali, b’mod partikolari fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tessuti tal-Qoton li nħareġ mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċina għall-Industrija tat-Tessuti tal-Qoton. Dan il-Pjan tal-aħħar jistabbilixxi b’mod partikolari l-għanijiet ta’ żvilupp tal-industrija tal-qoton għall-2020, inklużi ż-żieda fil-proporzjonijiet għall-bejgħ, il-profitti u l-esportazzjonijiet, kif ukoll il-miri tal-produzzjoni (49). L-istess Pjan jagħti wkoll struzzjonijiet biex “strengthen market regulation [..]further to the Guiding Opinions issued by the State on the development of the relevant industrie s” (tissaħħaħ ir-regolamentazzjoni tas-suq [..] flimkien mal-Opinjonijiet ta’ Gwida li jinħarġu mill-Istat dwar l-iżvilupp tal-awtoritajiet rilevanti), b’mod partikolari billi […] “amend[ing] processing trade regulations in accordance with cotton textile production,” (jiġi emendat l-ipproċessar tar-regolamenti dwar il-kummerċ skont il-produzzjoni tat-tessuti tal-qoton) jew “ensur[ing] coherence with the relevant industry catalogues amended and issued by the Stat e” (tiġi żgurata l-koerenza mal-katalogi tal-industrija rilevanti li jiġu emendati u li jinħarġu mill-Istat) (50).

(77)

Kif muri fid-dokumenti ta’ ppjanar imsemmija hawn fuq, jidher li l-GTĊ ma jiġġestix biss l-iżvilupp tas-suq fis-settur tat-twavel għall-mogħdija nnifsu, iżda anke għall-maġġoranza kbira tal-inputs li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tat-twavel għall-mogħdija, skont firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi relatati, fosthom: mal-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, mal-materja prima, mal-ġestjoni tal-kapaċità, mal-firxa tal-prodotti, mat-titjib eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla firxa sħiħa ta’ aspetti fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-setturi msemmija (51). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda fis-setturi Ċinizi tal-azzar u tal-kimika, hija eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ u d-distorsjonijiet li jirriżultaw f’dawn is-setturi (52). Min-naħa tagħhom, dawn id-distorsjonijiet jaffettwaw il-prezzijiet tal-komponenti ewlenin tat-twavel għall-mogħdija, u b’hekk jikkawżaw distorsjoni fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom, li ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala bbażati fis-suq.

(78)

Fil-qosor, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-GTĊ għandu fis-seħħ politiki pubbliċi li jinfluwenzaw l-forzi tas-suq ħieles fis-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija, b’mod partikolari billi jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles f’setturi li jfornu l-komponenti kollha tat-twavel għall-mogħdija.

3.2.2.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(79)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (53).

(80)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fiċ-Ċina (54). L-art kollha hi proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (55). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (56).

(81)

Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, is-settur tat-twavel għall-mogħdija huwa soġġett għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, u dawk korporattivi u tal-proprjetà. Dan għandu l-effett li s-settur tat-twavel għall-mogħdija wkoll ikun soġġett għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u tal-proprjetà. Barra minn hekk, investigazzjoni preċedenti żvelat li l-operazzjonijiet relatati mad-drittijiet għall-użu tal-art kienu soġġetti għal distorsjonijiet mill-Istat (57). Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jitfa’ dubju fuq dawn is-sejbiet. Bħala tali, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk jirriżultaw f’distorsjonijiet meta ditti insolventi jkunu qed jinżammu fil-wiċċ u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ.

3.2.2.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(82)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (58). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (59). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (60). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(83)

Is-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija u l-fornituri tal-inputs ewlenin, inklużi s-setturi tal-azzar, tal-kimika u tat-tessuti huma soġġetti wkoll għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur tat-twavel għall-mogħdija huwa affettwat minn distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (peress li l-manodopera tirrappreżenta bejn 15 % u 35 % tal-kost tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

(84)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet tal-pagi kienu b’distorsjoni fis-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija u fis-setturi tal-komponenti ewlenin tiegħu.

3.2.2.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(85)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(86)

L-ewwel, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (61), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ azzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (62) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (63). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (64).

(87)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(88)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss huma b’distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi.

(89)

Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(90)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali.

(91)

It-tielet, minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Fil-fatt, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għall-kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(92)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Meta kellu jiffaċċja sitwazzjoni ta’ dejn f’riskju li kien qed jiżdied, il-gvern Ċiniż għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz tar-riportament tad-dejn, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (pereżempju permezz ta’ fużjonijiet jew swaps ta’ dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(93)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu reċentement sabiex jiġi lliberalizzat is-suq, is-sistema ta’ kreditu korporattiva fiċ-Ċina hija affettwata minn kwistjonijiet u distorsjonijiet sistemiċi sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-Istat fis-swieq tal-kapital.

(94)

Il-manifatturi tat-twavel għall-mogħdija jew il-fornituri tagħhom tal-materja prima u ta’ inputs oħra bbenefikaw ukoll minn din is-sistema finanzjarja. Fil-fatt, l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jikkwalifika s-settur tat-twavel għall-mogħdija bħala soġġett għal regoli differenti mhux soġġetti għal intervent sostanzjali ġenerali tal-gvern fis-sistema finanzjarja. Din is-sistema twassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha tal-produzzjoni tal-prodott finali u tal-inputs.

(95)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija kellhom aċċess għall-finanzi mogħtija mill-istituzzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi tal-ordni pubbliku jew li nkella ma jaġixxux b’mod indipendenti mill-Istat.

3.2.2.9.   Natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(96)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.2 – 3.2.2.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.6 – 3.2.2.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(97)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti t-twavel għall-mogħdija, tenħtieġ firxa wiesgħa ta’ inputs. Meta l-produtturi tat-twavel għall-mogħdija jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, dawn huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Għal darb’oħra, din l-investigazzjoni ma wasslitx evidenza li turi l-kuntrarju.

(98)

Bħala konsegwenza, mhux biss ma jistgħux jintużaw il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma vvizzjati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

3.2.2.10.   Konklużjoni

(99)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.2.2 sa 3.2.2.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija (inkluż il-prodott taħt rieżami), uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(100)

Konsegwentement, il-Kummissjoni mbagħad fasslet il-valur normali b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.3.1.   Analiżi tal-kriterji

(101)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (65);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż;

—

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

—

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, għandha tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(102)

Kif imsemmi fil-premessa (28), fin-Nota tas-6 ta’ Settembru, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li hija identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Brażil, is-Serbja u t-Turkija u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u jissuġġerixxu pajjiżi oħrajn. Wieħed biss mill-applikanti ressaq kummenti billi appoġġja l-għażla tat-Turkija, filwaqt li pprovda argumenti kontra l-għażla tal-Brażil u s-Serbja. Ma kien hemm l-ebda suġġeriment ta’ pajjiż ieħor.

3.2.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(103)

Il-Brażil, is-Serbja u t-Turkija huma kollha klassifikati bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri huma kollha kklassifikati bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” mill-Bank Dinji.

3.2.3.3.   Produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv

(104)

Hemm ftit pajjiżi fid-dinja li jipproduċu l-prodott taħt rieżami. Wara l-analiżi tad-data disponibbli u b’mod partikolari d-data mill-GTA u Orbis, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, is-Serbja u t-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli għal din l-investigazzjoni.

(105)

Wieħed mill-applikanti ressaq kummenti li jissuġġerixxu li l-livelli tal-produzzjoni u tal-konsum domestiku tal-prodott taħt rieżami fil-Brażil u s-Serbja mhumiex sinifikanti. L-applikant sostna li l-produtturi f’dawn il-pajjiżi kienu qed jixtru l-prodott taħt rieżami mir-RPĊ biex jissupplimentaw il-produzzjoni tagħhom stess.

(106)

B’rispons għal dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat li l-applikant ma pprovda l-ebda evidenza li tiddefinixxi l-livell tal-produzzjoni f’dawn il-pajjiżi u l-ebda argument fir-rigward tar-raġuni għaliex jenħtieġ li tali livell ma jitqiesx bħala sinifikanti. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza konfliġġenti u abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonfermat li l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami qed issir fit-tliet pajjiżi u għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.3.4.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(107)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi tal-produzzjoni fit-tliet pajjiżi rappreżentattivi potenzjali u nnotat dan li ġej:

—

Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-materja prima kollha elenkata fin-Nota tas-6 ta’ Settembru fil-Brażil, is-Serbja u t-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet li t-tliet pajjiżi kollha importaw il-materja prima kollha rilevanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

—

L-istatistika dwar l-enerġija (il-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass għal konsumaturi li mhumiex unitajiet domestiċi) għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fit-Turkija u s-Serbja kienet faċilment disponibbli fil-Eurostat (66). Għat-Turkija (67) u l-Brażil (68) setgħet tinkiseb ukoll data simili mill-Awtoritajiet Nazzjonali rilevanti ta’ kull pajjiż.

—

L-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) (69) ipprovdiet informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar fis-settur tal-manifattura u s-sigħat fil-ġimgħa maħduma fit-tliet pajjiżi kollha. Informazzjoni simili għat-Turkija kienet disponibbli wkoll għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Istitut Tork tal-Istatistika għall-2016. Barra minn hekk, data dwar il-pagi minimi għat-Turkija u s-Serbja kienet disponibbli fil-Eurostat għall-2015.

(108)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali (“SG&A”) u għall-profitti. Barra minn hekk, kien meħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm produtturi tal-prodott taħt rieżami b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fit-tliet pajjiżi t’hawn fuq.

(109)

Din l-għażla saret permezz ta’ Orbis. Billi l-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija normalment mhijiex attività primarja, ġew identifikati u ntużaw diversi kodiċijiet tan-NACE (70) għal din l-għażla:

—

2434 Ġbid ta’ wajer bil-kiesaħ,

—

2512 Manifattura ta’ bibien u twieqi tal-metall,

—

2599 Manifattura ta’ prodotti oħra tal-metall iffabbrikat,

—

2751 Manifattura ta’ apparati domestiċi tal-elettriku,

—

2752 Manifattura ta’ apparati domestiċi mhux tal-elettriku u

—

3299 Manifattura oħra.

Dawn il-kodiċijiet kienu relatati mal-produtturi tat-twavel għall-mogħdija magħrufa lill-Kummissjoni mit-talba għal rieżami u ċerti investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi (1) sa (6).

(110)

B’riżultat tal-investigazzjoni ta’ hawn fuq, minn lista ta’ pajjiżi li jipproduċu t-twavel għall-mogħdija u li għandhom żvilupp ekonomiku simili bħar-RPĊ (jiġifieri l-Arġentina, il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Malasja, il-Messiku, il-Perù, ir-Russja, is-Serbja, l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja u t-Turkija), ġew identifikati 433 kumpanija attiva b’data finanzjarja disponibbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-informazzjoni disponibbli l-ħames kumpaniji li ġejjin biss dehru li kellhom produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija:

Tabella 1

Lista ta’ kumpaniji

Pajjiż

Kumpaniji tat-twavel għall-mogħdija identifikati

Sors tad-data

Sit web (*1)

IL-BRAŻIL

1.

Metalurgica Mor SA

Orbis

www.mor.com.br

2.

Tramontina Teec SA.

Orbis

www.tramontina.com.br/en/about

IS-SERBJA

3.

Preduzece Blist Doo Valjevo

Orbis

www.blist.rs/eng-metalna-galanterija.html

IT-TURKIJA

4.

Konya Sarayli Madeni Esya Imalat Pazarlama Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi

Orbis

www.smsarayli.com.tr/tr/index.asp

5.

Evin Celik Esya Tel. Cekme Sanayi Ticaret Anonim Sirketi

Orbis

evincelik.com.tr/en/company-profile/

(111)

Il-partijiet interessati ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar din il-lista u li jikkomplementawha b’kumpaniji addizzjonali f’pajjiż rappreżentattiv possibbli li jafu bih u li kellu data disponibbli għall-pubbliku. L-ebda kumment ma ġie ppreżentat fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji magħżula.

(112)

L-analiżi tal-Kummissjoni żvelat li l-kumpanija fis-Serbja biegħet biss żewġ mudelli ta’ twavel għall-mogħdija u l-kumpaniji fil-Brażil biegħu ħafna aktar prodotti apparti twavel għall-mogħdija, li x’aktarx irrappreżentaw parti kbira mill-fatturat tagħhom u mill-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċifri disponibbli għal dawn il-kumpaniji ma jirrappreżentawx biżżejjed il-kost li jiġġarrab għall-bejgħ tat-twavel għall-mogħdija.

(113)

Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji Torok biegħu varjetà ta’ twavel għall-mogħdija u kellhom firxa aktar baxxa ta’ produzzjoni ta’ prodotti oħra, u b’hekk il-Kummissjoni qieset li ċ-ċifri disponibbli għal dawn il-kumpaniji x’aktarx ikunu aktar preċiżi fir-rigward tal-produzzjoni u tal-bejgħ tat-twavel għall-mogħdija u aktar xierqa meta tiġi ssostitwita data dwar ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitti.

3.2.3.5.   Konklużjoni dwar il-pajjiż rappreżentattiv

(114)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fin-nota tas-26 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kien beħsiebha tuża lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(115)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni użat id-data tat-Turkija u l-kumpaniji Torok li ġejjin:

—

Konya Sarayli Madeni Esya Imalat Pazarlama Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi;

—

Evin Celik Esya Tel. Cekme Sanayi Ticaret Anonim Sirketi

biex tistabbilixxi kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.4.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(116)

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(117)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura (71) rrappreżentati fil-kostijiet totali tal-manifattura, espress bħala perċentwal. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott.

(118)

Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-data finanzjarja għall-2017 għaż-żewġ kumpaniji Torok.

(119)

Il-Kummissjoni użat l-medja peżata tal-SG&A u l-profitt taż-żewġ kumpaniji kif irrapportata f’Orbis għas-sena 2017.

3.2.5.   Sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni

(120)

Fin-Nota tas-26 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex tfassal il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni relatati mal-materja prima. Il-Kummissjoni użat data mill-Istitut Tork tal-Istatistika għax-xogħol u d-data finanzjarja, disponibbli f’Orbis, miż-żewġ kumpaniji Torok elenkati fil-premessa (115) biex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A, il-profitti u l-kostijiet ġenerali.

3.2.6.   Fatturi tal-Produzzjoni

(121)

Biex tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat id-data kollha disponibbli għall-fatturi tal-produzzjoni u ddeċidiet li tuża s-sorsi u l-valuri li ġejjin:

Tabella 2

Fatturi tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi SA

Valur tal-importazzjoni tal-unità

Sors tad-data

Materja Prima

Taħlita tal-eposside/poliester

3206 49

EUR2,75/Kg

GTA (*2)

Polipropilen

3902 10

EUR1,08/Kg

GTA

Rażi tal-epossi kulur il-fidda/tal-epossidi tat-trab

3907 30

EUR2,20/Kg

GTA

Ragħwa (bi ħxuna ta’ 4,6 mm)

3921 13

EUR 6,47/Kg

GTA

Ragħwa (Poliuretan ta’ 25 kg/m3)

3921 13

EUR 6,47/Kg

GTA

Fojl tal-plastik

3923 21

EUR 3,66/Kg

GTA

Partijiet tal-plastik

3926 30

EUR 8,31/Kg

GTA

Qoton

5208 52

EUR 2,74/Kg

GTA

Drapp magħmul minn 60 % qoton u 40 % poliester

5210 51

EUR 6,73/Kg

GTA (*3)

CR (prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga)

7209 17

EUR 0,51/Kg

GTA

Folja tal-metall

7211 23

EUR 0,59/Kg

GTA

Wajer (6 mm, 8 mm)

7217 10

EUR 0,87/Kg

GTA

Wajer (4,75 mm)

7217 20

EUR 1,37/Kg

GTA

Wajer (Tond li jinġibed bil-kiesaħ C9D 6-7 mm)

7217 90

EUR 2,24/Kg

GTA

Tubi tal-azzar (22 × 0,8 ×1 190 mm)

7306 30

EUR 1,23/Kg

GTA

Tubi tal-azzar (13 × 0,6 ×2 830 mm)

7306 61

EUR 1,17/Kg

GTA

Xogħol

Kostijiet lavorattivi

mhux disponibbli

EUR 5,84/siegħa

Istitut Tork tal-Istatistika (*4)

Enerġija

Elettriku

Kontribuzzjoni negliġibbli

Gass Naturali

Kontribuzzjoni negliġibbli

3.2.6.1.   Materja Prima

(122)

Tavla għall-mogħdija hija ġeneralment biċċa dejqa u ċatta ta’ injam jew metall protetta b’kopertura protetta mis-sħana u ta’ spiss ikollha saqajn li jistgħu jingħalqu, li fuqha jistgħu jiġu mgħoddija ħwejjeġ jew bjankerija. Skont id-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami kopert minn din l-investigazzjoni, din tista’ tinkludi wkoll wiċċ minn fejn joħroġ il-fwar, wiċċ fejn minn fejn toħroġ is-sħana, wiċċ minn fejn toħroġ l-arja, twavel għall-kmiem, u partijiet oħra. Il-materja prima ewlenija li tintuża fit-twavel għall-mogħdija hija l-metall, primarjament l-azzar (folja tal-metall, tubi, wajers). Materja prima oħra li tintuża fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija tinkludi żebgħa/kisi, partijiet tal-plastik, ragħwa u drapp.

(123)

L-istruttura tal-kost tvarja skont it-tip tat-tavla li tkun qed tiġi prodotta, jiġifieri twavel ta’ livell għoli jinkludu tipi differenti ta’ materjal mit-twavel ta’ livell bażiku. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq it-talba għal rieżami biex tispeċifika l-fatturi tal-produzzjoni li jintużaw fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Kif issemma hawn fuq, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet xi kumment f’dan ir-rigward. Għall-materja prima kollha, il-valur tal-unità mingħajr distorsjoni ġie ddeterminat mill-prezz medju tal-importazzjonijiet għall-pajjiż rappreżentattiv mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif irreġistrat fil-GTA. L-importazzjonijiet mir-RPĊ ġew esklużi minħabba d-distorsjonijiet sinifikanti eżistenti f’dan il-pajjiż kif stabbilit fit-Taqsima 4.2 ta’ hawn fuq.

(124)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni, id-dazji fuq l-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni u l-materjali importati fit-Turkija, kif ukoll il-kostijiet tat-trasport domestiku għandhom jiżdiedu ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni. Dan jirriżulta f’valur normali ogħla peress li d-dazji fuq l-importazzjoni jżidu aktar il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, dan jirriżulta f’marġni tad-dumping saħansitra ogħla. B’kunsiderazzjoni tas-sejba fil-premessi (137) u (138) kif ukoll in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata biex jinstab jekk id-dumping tkompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami pjuttost milli biex jinstab il-kobor preċiż tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li aġġustamenti għad-dazji fuq l-importazzjoni u t-trasport domestiku ma kinux meħtieġa.

3.2.6.2.   Il-manodopera

(125)

L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli (2016) (72) li tirrapporta l-paga medja fis-siegħa għas-settur tal-manifattura f’diversi kodiċijiet tan-NACE REV 2 (b’mod konkret 25, 27 u 32; id-data dwar il-pagi hija disponibbli biss f’livell ta’ żewġ kodiċijiet diġitali) identifikati għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija.

(126)

Il-valur medju fix-xahar tal-2016 ġie aġġustat b’mod xieraq skont l-inflazzjoni permezz tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (73) kif ġie ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika.

3.2.6.3.   Enerġija

(127)

Skont it-talba għal rieżami, l-enerġija (l-elettriku u l-gass naturali) li qed tiġi kkunsmata matul il-proċess tal-produzzjoni hija insinifikanti. Billi l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda informazzjoni li tmur kontra din id-dikjarazzjoni, din ġiet aċċettata u għalhekk, għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-kost tal-enerġija tqies bħala negliġibbli.

3.2.7.   Kalkoli

(128)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali mfassal, il-Kummissjoni kompliet billi segwiet iż-żewġ passi li ġejjin.

(129)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni ta’ tliet mudelli ta’ twavel għall-mogħdija (ta’ livell baxx u għoli). Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv tat-Turkija.

(130)

It-tieni, kif ġie nnotat fil-premessa (117), fir-rigward tal-kostijiet tal-manifattura identifikati hawn fuq, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. Dawn ġew iddeterminati abbażi tad-data finanzjarja għall-2017 għaż-żewġ kumpaniji Torok (il-premessa (115)) u l-istimi tal-applikanti fit-talba għal rieżami. Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni:

—

Żdiedu kostijiet ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (117) mal-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura u varjaw bejn 14-24 % tal-kostijiet totali tal-manifattura;

—

ġew applikati SG&A ta’ 7,62 % għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u l-kostijiet ġenerali tal-manifattura; u;

—

Ġie applikat profitt ta’ 5,91 % għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u l-kostijiet ġenerali tal-manifattura;

(131)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi/esportaturi Ċiniżi, ma setax jiġi stabbilit liema mudelli tat-twavel għall-mogħdija kienu prodotti fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-applikanti identifikaw tliet mudelli tat-twavel għall-mogħdija, ta’ livell baxx u għoli. Ġie stabbilit valur normali għal dawn il-mudelli.

(132)

Minħabba l-fatt li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi tal-pajjiż kollu.

3.2.8.   Prezz tal-esportazzjoni

(133)

B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (ara l-premessa (40)). B’mod simili għar-rieżami ta’ skadenza preċedenti (imsemmi fil-premessa (6)), il-Kummissjoni użat data dwar l-importazzjoni li ġiet irrapportata fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)) biex tiddetermina l-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(134)

Billi, fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6), il-volumi tal-importazzjoni jiġu rrapportati f’kg, il-Kummissjoni kkonvertiet iċ-ċifri rrapportati f’biċċiet (unitajiet) billi użat it-tabella ta’ korrelazzjoni li ġiet stabbilita fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti msemmi fil-premessa (6).

(135)

Billi dawn il-prezzijiet jiġu rrapportati fuq bażi ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”), il-Kummissjoni naqset ammont għall-kost tat-trasport bejn ir-RPĊ u l-fruntiera tal-UE abbażi tal-istimi pprovduti fit-talba għal rieżami.

3.2.9.   Tqabbil u marġni tad-dumping

(136)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mfassal li ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, mal-prezz medju tal-esportazzjoni EXW għall-UE kif stabbilit hawn fuq.

(137)

Il-marġnijiet ta’ dumping identifikati, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, varjaw bejn 43 % u 67 %.

3.2.10.   Konklużjoni

(138)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.   Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ

3.3.1.   Analiżi tal-elementi

(139)

Wara li rriżulta dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

(140)

B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi/esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq is-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti li ssemma fil-premessa (6) (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”), fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) u fuq il-bażi tad-data Ċiniża. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ, il-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra u kemm huwa attraenti s-suq tal-UE.

3.3.1.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ

(141)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi ma pprovda xi informazzjoni fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar it-twavel għall-mogħdija bħal statistika jew studji dwar is-suq u għalhekk is-sejbiet kellhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba u s-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, bħall-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(142)

Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ ġiet stmata għal madwar tmien miljun biċċa, li rrappreżentat madwar 80 % tal-konsum fl-UE fl-2009 u li tkopri kważi 100 % tal-konsum fl-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami attwali (8,3 miljun biċċa - ara l-premessa (158)). Madankollu, skont rieżami sunset li twettaq mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar l-istess prodott importat mir-RPĊ fl-Istati Uniti (74), li ġie konkluż fit-8 ta’ Marzu 2016 (75) bl-impożizzjoni mill-ġdid ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ twavel għall-mogħdija sal-2021 (“ir-Rieżami Sunset tal-Istati Uniti”), il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża żdiedet mill-2009, li tissuġġerixxi li l-kapaċità tal-produzzjoni attwali fir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami saħansitra qabżet il-konsum fl-UE matul l-istess perjodu.

(143)

Barra minn hekk, abbażi tas-sejbiet fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-produtturi Ċiniżi jistgħu faċilment jinstallaw kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali minħabba li l-proċess tal-manifattura huwa prinċipalment ibbażat fuq il-manodopera. Barra minn hekk, il-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija jipproduċu wkoll prodotti oħra tal-metall f’linji tal-produzzjoni li jistgħu faċilment jintużaw għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Dan jippermetti lill-produtturi Ċiniżi jżidu l-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija billi jittrasferixxu l-produzzjoni bejn il-linji tal-produzzjoni eżistenti skont id-domanda. Tali żieda fil-kapaċità ma tirrikjedi l-ebda investiment jew ħila importanti u, għaldaqstant, il-bidla bejn prodotti differenti hija faċli. L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda informazzjoni li tnaqqas l-importanza ta’ dawn is-sejbiet.

(144)

Għalhekk, ġie konkluż li hemm kapaċitajiet ta’ produzzjoni għolja disponibbli fir-RPĊ, li jkopru mill-inqas kważi 100 % tal-konsum kollu fl-UE, li jistgħu jiżdiedu faċilment anke aktar.

3.3.1.2.   Prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra

(145)

Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq il-fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni miċ-Ċina lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli oħra, il-Kummissjoni użat data dwar l-esportazzjoni mill-bażi tad-data Ċiniża. Għalkemm din inġabret f’livell ta’ “kodiċi tariffarju” bi tmien ċifri u għalhekk tinkludi diversi prodotti domestiċi oħra li mhumiex twavel għall-mogħdija, din tqieset bħala l-aktar punt ta’ riferiment raġonevoli disponibbli li jagħti indikazzjonijiet sinifikanti ta’ livelli ta’ prezzijiet possibbli lejn swieq tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra.

(146)

Skont il-bażi tad-data Ċiniża matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, it-tliet swieq esportaturi ewlenin għar-RPĊ f’termini ta’ volum kienu l-Istati Uniti, l-UE u l-Ġappun. Filwaqt li kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-UE huma swieq kbar, il-Ġappun huwa ferm iżgħar. F’termini ta’ prezzijiet, il-prezz medju tal-unità għall-UE kien ogħla mill-prezz għall-Istati Uniti u simili għal dak tal-Ġappun.

(147)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-esportaturi/produtturi Ċiniżi komplew jesportaw lejn is-suq tal-UE bi prezzijiet li kienu s-suġġett ta’ dumping, kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (138). Billi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi lejn is-swieq tal-esportazzjoni l-oħra ewlenin huma simili (76) jew aktar baxxi (77) mill-prezzijiet lejn l-UE, dan jissuġġerixxi li l-esportaturi/produtturi Ċiniżi għandhom imġiba ta’ esportazzjoni simili lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra. Dan jidher li ġie kkonfermat mir-Rieżami Sunset tal-Istati Uniti skont liema l-miżuri anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija lejn l-Istati Uniti ġew estiżi.

3.3.1.3.   L-attraenza tas-suq tal-UE

(148)

L-analiżi dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi żvelat li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, is-suq tal-UE jibqa’ wieħed mill-aktar swieq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija. Il-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn swieq oħra huma bħala medja aktar baxxi minn dawk tal-esportazzjonijiet lejn l-UE. Dan jissuġġerixxi li s-suq tal-UE jħalli aktar qligħ u għalhekk attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. Meta jitqies il-Ġappun, l-istatistika turi li dan huwa suq ferm iżgħar u l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Ġappun ma żdidux b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin. Minħabba d-domanda limitata fis-suq Ġappuniż, mhuwiex probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Ġappun se jiżdiedu b’mod sinifikanti.

(149)

Dan ġie kkonfermat mill-fatt li s-sehem mis-suq Ċiniż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien għadu 11 % minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ (ara l-premessa (160)). Madwar 80 % ta’ dawn l-importazzjonijiet joriġinaw mill-kumpanija Ċiniża bl-aktar dazju anti-dumping individwali baxx. Dan jindika b’mod ċar li l-UE għadha suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(150)

Fil-qafas tar-rieżami sunset tal-Istati Uniti, kif imsemmi fil-premessa (142), f’Marzu tal-2016, id-Dipartiment tal-Kummerċ fl-Istati Uniti ta avviż (78) dwar il-kontinwazzjoni tal-ordni tad-dazju anti-dumping fuq it-twavel għall-mogħdija mir-RPĊ għal ħames snin oħra, jiġifieri sal-2021. Ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħra kollha” hija ta’ 157,68 % (79) (meta mqabbla ma’ 42,3 % fl-UE). Matul ir-rieżami, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabu li, għalkemm l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija mir-RPĊ lejn l-Istati Uniti kienu għadhom preżenti, il-miżuri kellhom effett ta’ tnaqqis (minn 1,1 miljun fl-2012 għal 0,43 miljun fl-2014); sitwazzjoni li x’aktarx mhix se tinbidel fil-futur qrib.

(151)

Billi s-suq tal-UE huwa prattikament magħluq għall-produtturi Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija se jittrasferixxu jew jerġgħu jibdew l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u li tali esportazzjonijiet isiru bi prezzijiet li jkunu s-suġġett ta’ dumping.

(152)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-UE hija suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

3.3.2.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

(153)

Abbażi tal-kapaċità tal-produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ, u l-kapaċità li tiżdied il-kapaċità mingħajr kostijiet sinifikanti, l-imġiba Ċiniża tal-prezzijiet lejn pajjiżi terzi oħra u l-attraenza tas-suq tal-UE għall-produtturi/esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li r-revoka tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’kontinwazzjoni tad-dumping.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

4.1.   Produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(154)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien prodott minn 10 produtturi magħrufa fl-UE. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(155)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal 5,2 miljun biċċa. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, li ġiet imqabbla mad-data vverifikata tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

4.2.   Konsum fl-UE

(156)

Il-konsum fl-UE ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjoni kif irreġistrat fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-UE kif ippreżentati mill-applikant. Dawn il-volumi tal-bejgħ ġew ivverifikati u aġġornati fejn kien meħtieġ fir-rigward tal-informazzjoni vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(157)

Għar-raġunijiet deskritti fil-premessa (133), il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-volum tal-importazzjoni mir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

(158)

Matul il-perjodu meqjus il-konsum fl-UE żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum fl-UE

Volum (1 000 biċċa)

2014

2015

2016

PIR

Konsum fl-UE

7 954

8 316

8 344

8 382

Indiċi (2014 = 100)

100

105

105

105

Sors: il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

(159)

Matul il-perjodu meqjus, il-konsum fl-UE żdied b’5 %. Din iż-żieda saret bejn l-2014 u l-2015 u l-konsum baqa’ kostanti wara dan.

4.3.   Importazzjonijiet fl-UE mir-RPĊ

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq

(160)

Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet fl-UE mir-RPĊ u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (1 000 biċċa)

1 258

983

597

919

Indiċi (2014 = 100)

100

78

47

73

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

15,8 %

11,8 %

7,1 %

10,9 %

Indiċi (2014 = 100)

100

75

45

69

Sors: il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

(161)

L-importazzjonijiet naqsu bejn l-2014 u l-2016 bi 53 %, iżda reġgħu żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’54 %. B’mod ġenerali tul il-perjodu meqjus dawn naqsu b’27 %. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi segwa l-istess xejra, jiġifieri naqas minn 15,8 % fl-2014 għal 7,1 % fl-2016 u mbagħad reġa’ żdied bi 3,8 punti perċentwali u laħaq 10,9 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas b’mod ġenerali b’31 % matul il-perjodu meqjus, dan baqa’ sinifikanti.

4.3.2.   Prezz u twaqqigħ tal-prezz

(162)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kellu jiġi stabbilit abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) u billi ntużat l-istess tabella ta’ korrelazzjoni li ġiet stabbilita fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Abbażi ta’ dan, il-prezzijiet tal-importazzjoni l-ewwel żdiedu mill-2014 għall-2015 b’20 % iżda mbagħad naqsu għal-livelli tal-2014. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet kienu ta’ EUR 8,7/biċċa.

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni

Importazzjonijiet mir-RPĊ

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR/biċċa)

8,7

10,4

10,2

8,7

Indiċi (2014 = 100)

100

120

118

100

Sors: il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

(163)

Biex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju peżat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ntalab lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-UE, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika (jiġifieri esklużi l-kostijiet tat-trasport fl-UE u wara tnaqqis tal-iskontijiet u r-ribassi), tqabbel mal-prezz medju peżat korrispondenti tal-importazzjonijiet kif stipulat iktar ’il fuq fil-premessa (162), fuq bażi ta’ CIF, u mbagħad ġie inkluż id-dazju doganali u anti-dumping.

(164)

It-tqabbil wera li, meta mogħtija bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi kważi 2,3 %. Meta tnaqqas id-dazju anti-dumping fis-seħħ, il-marġni tat-twaqqigħ ammonta għal 19,4 %.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux soġġetti għal miżuri

(165)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux soġġetti għal miżuri ġew stabbiliti abbażi tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) kif deskritt fil-premessa (156).

Tabella 6

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux soġġetti għal miżuri

 

2014

2015

2016

PIR

Importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għal miżuri (1 000 biċċa)

2 160

2 710

3 039

2 758

Indiċi (2014 = 100)

100

125

141

128

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għal miżuri (%)

27,2

32,6

36,4

32,9

Indiċi (2014 = 100)

100

120

134

121

Prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għal miżuri (EUR/biċċa)

10,4

10,9

10,4

10,8

Indiċi (2014 = 100)

100

105

100

104

Importazzjonijiet mill-Ukrajna (1 000 biċċa)

712

908

1 009

1 009

Indiċi (2014 = 100)

100

128

142

142

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna (%)

8,9

10,9

12,1

12,0

Indiċi (2014 = 100)

100

122

135

135

Prezz tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna (EUR/biċċa)

11,3

10,8

10,3

10,5

Indiċi (2014 = 100)

100

95

91

92

Importazzjonijiet mit-Turkija (1 000 biċċa)

860

1 039

1 297

998

Indiċi (2014 = 100)

100

121

151

116

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija (%)

10,8

12,5

15,5

11,9

Indiċi (2014 = 100)

100

116

144

110

Prezz tal-importazzjonijiet mit-Turkija (EUR/biċċa)

10,5

11,7

10,5

10,7

Indiċi (2014 = 100)

100

111

100

102

Importazzjonijiet mill-Indja (1 000 biċċa)

529

638

528

509

Indiċi (2014 = 100)

100

121

100

96

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja (%)

6,6

7,7

6,3

6,1

Indiċi (2014 = 100)

100

115

95

91

Prezz tal-importazzjonijiet mill-Indja (EUR/biċċa)

7,9

8,9

8,0

11,0

Indiċi (2014 = 100)

100

114

102

139

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (1 000 biċċa)

60

125

206

243

Indiċi (2014 = 100)

100

209

346

408

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (%)

0,7

1,5

2,5

2,9

Indiċi (2014 = 100)

100

200

330

387

Prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (EUR/biċċa)

19,7

15,8

16,5

12,7

Indiċi (2014 = 100)

100

81

84

64

Sors: il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

(166)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għal miżuri żdied bi 28 % matul il-perjodu meqjus. Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għal miżuri fit-totalità tagħhom kien ta’ madwar 2,8 miljun biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jfisser sehem mis-suq ta’ 32,9 %. Il-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet oriġinaw mill-Ukrajna u mit-Turkija. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdiedu minn 0,7 miljun biċċa għal 1,0 miljun biċċa mill-2014 sal-2016 u baqgħu fl-istess livell matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-importazzjonijiet mit-Turkija l-ewwel żdiedu minn 0,9 miljun biċċa għal 1,3 miljun biċċa bejn l-2014 u l-2016 u mbagħad reġgħu naqsu għal 1,0 miljun biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu relattivament stabbli (madwar 0,5 – 0,6 miljun biċċa) matul il-perjodu meqjus. Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kien baxx, filwaqt li żdied minn 0,1 miljun biċċa għal 0,2 miljun biċċa matul il-perjodu meqjus. F’termini ta’ sehem mis-suq, dan irriżulta f’żieda ta’ tliet punti perċentwali għal 12 % għall-Ukrajna, żieda ta’ 1,1 punt perċentwali għat-Turkija għal 11,9 % u tnaqqis għall-Indja minn 6,6 % fl-2014 għal 6,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem tas-suq ta’ pajjiżi terzi oħra żdied minn 0,7 % għal 2,9 % matul il-perjodu meqjus.

(167)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna naqas minn EUR 11,3/biċċa fl-2014 għal EUR 10,5/biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul l-istess perjodu, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija żdied bi ftit minn EUR 10,5/biċċa għal EUR 10,7/biċċa. Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied b’mod aktar sinifikanti, minn EUR 7,9/biċċa fl-2014 għal EUR 11,0/biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha fit-totalità tagħhom baqa’ relattivament stabbli, filwaqt li żdied minn EUR 10,4/biċċa fl-2014 għal EUR 10,8/biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(168)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(169)

Għall-fini tal-analiżi tad-dannu, l-indikaturi tad-dannu ġew stabbiliti f’żewġ livelli:

—

l-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-produttività, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, u d-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti) ġew ivvalutati fil-livell tal-UE kollha kemm hi, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, filwaqt li ġiet imqabbla mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun;

—

l-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet unitarji medji, il-kostijiet unitarji, l-istokks, il-kostijiet lavorattivi, il-profitabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti, il-fluss tal-flus, il-kapaċità li jiġu ġġenerati l-kapital u l-investimenti) twettqet abbażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, li ġiet debitament ivverifikata matul żjarat ta’ verifika fuq il-post.

4.6.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(170)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 7

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-produzzjoni (1 000 biċċa)

5 200

5 200

5 200

5 204

Indiċi (2014 = 100)

100

100

100

100

Kapaċità tal-produzzjoni (1 000 biċċa)

7 235

7 667

7 368

7 552

Indiċi (2014 = 100)

100

106

102

104

Użu tal-kapaċità

72 %

68 %

71 %

69 %

Indiċi (2014 = 100)

100

94

98

96

Sors: l-applikant, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(171)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus filwaqt li l-kapaċità żdiedet b’erba’ punti perċentwali. Din iż-żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni kienet prinċipalment ir-riżultat tal-awtomatizzazzjoni u ta’ titjib fuq skala żgħira li neħħa ċerti ostakoli fil-proċess tal-produzzjoni. Għalhekk, matul il-perjodu meqjus, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi ftit minn 72 % għal 69 %, filwaqt li rriflettiet iż-żieda fil-kapaċità u volumi tal-produzzjoni kostanti.

4.6.2.   Volum tal-bejgħ

(172)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-informazzjoni pprovduta ġiet kontroverifikata u aġġornata fejn kien meħtieġ mal-informazzjoni vverifikata mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(173)

Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 8

Volum tal-bejgħ

F’1 000 biċċa

2014

2015

2016

PIR

Bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-UE

4 537

4 623

4 708

4 705

Indiċi (2014 = 100)

100

102

104

104

Sors: l-applikant, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(174)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE żdied bi ftit bejn l-2014 u l-2016 u wara baqa’ stabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul il-perjodu meqjus, b’kollox dan żdied b’4 %.

4.6.3.   Sehem mis-suq

(175)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 57,0 % għal 56,1 % matul il-perjodu meqjus. Dan jirriżulta mill-fatt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit inqas (4 %) mill-konsum fl-UE, li żdied b’5 % matul il-perjodu meqjus, kif deskritt fil-premessa (158).

Tabella 9

Sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

PIR

Ishma mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

57,0 %

55,6 %

56,4 %

56,1 %

Indiċi (2014 = 100)

100

97

99

98

Sors: l-applikant, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju u l-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6).

4.6.4.   Impjiegi u produttività

(176)

Matul il-perjodu meqjus il-livell tal-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

Impjiegi u produttività

 

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta’ impjegati (ekwivalenti għal full-time)

657

689

677

646

Indiċi (2014 = 100)

100

105

103

98

Produttività (biċċiet għal kull impjegat)

7 916

7 546

7 687

8 049

Indiċi (2014 = 100)

100

95

97

102

Sors: l-applikant, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(177)

L-impjiegi varjaw bi ftit, filwaqt li b’mod ġenerali naqsu bi 2 % matul il-perjodu meqjus. B’mod aktar speċifiku, kien hemm żieda mill-2014 għall-2015 wara tnaqqis mill-2015 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-produttività, imkejla bħala output (biċċiet) għal kull persuna impjegata fis-sena, varjat ukoll bi ftit, filwaqt li b’mod ġenerali żdiedet bi 2 % matul il-perjodu meqjus. Żewġ fatturi ewlenin affettwaw l-għadd ta’ impjegati u l-produttività: l-integrazzjoni vertikali tal-proċess tal-produzzjoni minn naħa waħda u l-awtomatizzazzjoni min-naħa l-oħra. Filwaqt li l-ewwel waħda żiedet l-impjiegi, it-tieni waħda naqset l-għadd ta’ impjegati, li rriżultat b’mod ġenerali f’impjiegi relattivament stabbli b’varjazzjonijiet żgħar biss. B’mod ġenerali, din irriżultat f’żieda fil-produttività.

4.6.5.   Tkabbir

(178)

Kif spjegat fil-premessi (158) u (159), il-konsum fl-UE żdied b’5 % bejn l-2014 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod parallel, il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’4 % u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’1 %. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli u l-impjiegi naqsu bi ftit ((2 %) il-premessa (177)) matul l-istess perjodu. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni esperjenzat biss tkabbir żgħir li kien inqas mit-tkabbir tas-suq matul il-perjodu meqjus.

4.6.6.   Daqs tad-dumping u rkupru minn dumping preċedenti

(179)

Id-dumping kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’livell sinifikanti. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew ukoll iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(180)

Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet miċ-Ċina baqa’ sinifikanti u ammonta għal sehem mis-suq ta’ 10,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni tad-dumping attwali miċ-Ċina fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

4.7.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.7.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(181)

Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-UE żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus.

Tabella 11

Prezz tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz unitarju tas-suq tal-UE (EUR/biċċa)

11,4

11,9

10,9

10,8

Indiċi (2014 = 100)

100

104

96

94

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/biċċa)

10,5

11,0

10,3

10,2

Indiċi (2014 = 100)

100

105

98

97

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(182)

Il-prezzijiet medji naqsu b’6 % matul il-perjodu meqjus. Sa ċertu punt, dan it-tnaqqis irrifletta l-bidla fis-suq fejn l-hekk imsejħa “ħwienet bi skontijiet kbar” żiedu s-sehem mis-suq tagħhom meta mqabbla mas-supermarkets tradizzjonali, li rriżulta fi pressjoni akbar fuq il-prezzijiet.

(183)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas bi 3 % matul il-perjodu meqjus b’riżultat tal-awtomatizzazzjoni u żied l-integrazzjoni vertikali li rriżultat f’effiċjenza akbar. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi ftit aktar mill-kost, li ħallew impatt negattiv fuq il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2014 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif muri fit-Tabella 14.

4.7.2.   Kost lavorattiv

(184)

Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 12

Kostijiet lavorattivi

EUR/impjegat

2014

2015

2016

PIR

Paga medja

21 254

22 086

21 064

21 518

Indiċi (2014 = 100)

100

104

99

101

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(185)

Il-pagi medji kienu qed ivarjaw matul il-perjodu meqjus, iżda madankollu baqgħu pjuttost stabbli. Matul il-perjodu meqjus dawn żdiedu b’1 %.

4.7.3.   Stokks tal-għeluq

(186)

Il-volum tal-istokks tal-għeluq żviluppa kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 13

L-istokks

F’1 000 biċċa

2014

2015

2016

PIR

Stokk tal-għeluq

214

186

186

145

Indiċi (2014 = 100)

100

87

87

68

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(187)

Il-livell tal-istokks kien qed jonqos matul il-perjodu meqjus u kien 32 % inqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fir-rigward tal-livell tiegħu fl-2014.

4.7.4.   Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investiment u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(188)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 14

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investiment u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-UE lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

6,3

6,0

4,0

3,6

Indiċi (2014 = 100)

100

96

63

57

Fluss tal-flus (EUR)

2 389 030

2 968 258

2 334 243

1 580 721

Indiċi (2014 = 100)

100

124

98

66

Investimenti (EUR)

870 960

632 340

1 833 355

1 328 925

Indiċi (2014 = 100)

100

73

210

153

Redditu fuq l-investimenti (% ta’ assi netti)

11,9

11,8

7,4

6,2

Indiċi (2014 = 100)

100

99

62

52

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(189)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Matul il-perjodu meqjus, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod gradwali minn 6,3 % fl-2014 għal 3,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Minkejja li jħalli l-qligħ, matul il-perjodu meqjus il-livell tal-profitti miksuba baqa’ inqas mill-profitt fil-mira li kien meqjus xieraq għal din l-industrija fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri 7,0 %).

(190)

Il-fluss tal-flus nett minn attivitajiet operatorji ttejjeb għall-ewwel darba mill-2014 għall-2015. Wara dan, mill-2015 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dan beda jmur għall-agħar f’konformità mal-profitabbiltà. Il-livell tal-investimenti naqas għall-ewwel darba mill-2014 u l-2015 u mbagħad żdied, li rriżulta f’żieda ġenerali ta’ 55 % matul il-perjodu meqjus. Parti kbira mill-investimenti kellhom l-għan li jżidu l-livell tal-integrazzjoni vertikali u l-awtomatizzazzjoni sabiex jitnaqqas il-kost tal-produzzjoni. Iż-żieda fil-kapaċità rrappreżentat biss 4 % u rriżultat mit-titjib fl-effiċjenza (ara l-premessi (170) u (171)).

(191)

Bejn l-2014 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ir-redditu fuq l-investiment, iddefinit bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, naqas f’konformità mal-profitabbiltà.

4.8.   Konklużjoni dwar id-dannu

(192)

L-analiżi dwar l-indikaturi makroekonomiċi uriet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma nbidlitx materjalment fil-perjodu meqjus. Il-produzzjoni, is-sehem mis-suq u l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu prattikament fl-istess livelli u l-volumi tal-bejgħ żdiedu bi ftit iżda xorta inqas mill-konsum tal-UE. Min-naħa l-oħra, xi wħud mill-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti bħall-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti marru għall-agħar. Bis-saħħa tal-investimenti fl-integrazzjoni vertikali u l-awtomatizzazzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet ittejjeb xi ftit il-produttività tagħha u tnaqqas il-kost unitarju tagħha tal-produzzjoni.

(193)

Fl-istess ħin, kien hemm bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq, b’mod partikolari li l-hekk imsejħa “ħwienet bi skontijiet kbar” saru attur aktar importanti fid-distribuzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Dan irriżulta fi pressjoni akbar fuq il-prezzijiet. Dan, flimkien mal-pressjoni fuq il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma s-suġġett ta’ dumping, li kellhom sehem mis-suq sinifikanti u li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus, wasslu għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, li l-prezzijiet tagħha naqsu aktar mill-kost tal-produzzjoni.

(194)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma marritx għall-agħar b’mod drastiku u li l-miżuri fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu effettivi sa ċertu punt. B’mod partikolari, dawn evitaw li l-industrija tal-Unjoni ġġarrab telf materjali fis-sehem mis-suq. Madankollu, mingħajr l-istabbilizzazzjoni evidenti tas-sehem mis-suq u l-isforzi tat-twaqqigħ tal-kost, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset u baqgħet inqas mill-profitt fil-mira (7 %) matul il-perjodu meqjus. Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali iżda tibqa’ f’sitwazzjoni fraġli.

4.9.   Probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu

4.9.1.   Kumment preliminari

(195)

Minħabba s-sejbiet deskritti fil-premessi (192) sa (194), il-Kummissjoni eżaminat jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Għal dan il-għan ġew eżaminati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-UE, l-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f’suq ta’ pajjiżi terzi oħra u l-livelli tal-prezz probabbli għall-UE jekk il-miżuri jiġu rrevokati u l-effett ta’ importazzjonijiet futuri fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(196)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (140), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-analiżi kienet ibbażata fuq l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku billi ntużaw il-fatti disponibbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6), il-bażi tad-data Ċiniża u s-sejbiet ippubblikati fil-qafas tar-rieżami sunset tal-Istati Uniti (80), imsemmi fil-premessa (142) ta’ hawn fuq.

4.9.2.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċitajiet ta’ riżerva fir-RPĊ

(197)

Kif stabbilit fil-premessi (142) sa (144), il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża hija sinifikanti, filwaqt li tirrappreżenta mill-inqas kważi 100 % tal-konsum fl-UE. Din tista’ tiżdied faċilment mingħajr ma investimenti sinifikanti jkunu jiddependu fuq l-iżviluppi tas-suq.

4.9.3.   L-attraenza tas-suq tal-UE

(198)

Kif imsemmi fil-premessi (148) sa (152), l-UE hija waħda mis-swieq esportaturi ewlenin għat-twavel għall-mogħdija miċ-Ċina. X’aktarx dan mhux se jinbidel fi żmien qasir, peress li hemm dazji għolja anti-dumping fis-seħħ fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija fl-Istati Uniti (suq ieħor ewlieni tal-esportazzjoni għaċ-Ċina) mill-inqas sal-2021. L-investigazzjoni attwali stabbilixxiet ukoll li s-suq tal-UE huwa attreanti f’termini ta’ prezzijiet għall-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija. Għalhekk, il-produtturi Ċiniżi x’aktarx se jkomplu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-UE fi kwantitajiet kbar u bi prezzijiet li jkunu s-suġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.9.4.   L-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-livell tal-prezz probabbli għall-UE

(199)

Il-Kummissjoni analizzat il-livell tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-UE jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, tqies li l-livelli tal-prezz attwali għall-UE mingħajr dazju anti-dumping kif ukoll il-livelli tal-prezz għal swieq esportaturi oħra ewlenin ikunu indikazzjoni raġonevoli. Minħabba l-fatt li l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi ma kkoopera, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) kif ukoll il-bażi tad-data Ċiniża skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(200)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għas-suq tal-UE mingħajr dazju anti-dumping kien inqas b’mod sinifikanti mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE, li juri marġni tat-twaqqigħ ta’ 19,4 %. Fil-fatt, il-prezzijiet Ċiniżi tal-importazzjoni (mingħajr dazju anti-dumping) (EUR 8,7/biċċa) kienu wkoll inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra għas-suq tal-UE (li kienu jvarjaw minn EUR 10,5 sa EUR 12,7/biċċa).

(201)

Fir-rigward tal-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni għas-swieq l-oħra ewlenin Ċiniżi tal-esportazzjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti, dawn kienu simili jew saħansitra inqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom għall-UE kif stabbilit fil-premessa (147).

(202)

Għaldaqstant, huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina jkunu f’livelli ta’ prezzijiet li jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE.

4.9.5.   Effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(203)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni se tiffaċċja żieda importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi, li se jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. B’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi attwali fis-suq, b’mod partikolari l-bidla lejn il-“ħwienet bi skontijiet kbar” li jikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet, tali importazzjonijiet ikomplu jżidu l-pressjoni fuq il-prezz fis-suq tal-UE.

(204)

F’tali xenarju, jekk l-industrija tal-Unjoni, f’tentattiv biex tibqa’ tagħmel profitt, iżomm il-livelli tal-prezzijiet attwali tagħha, x’aktarx titlef volum tal-bejgħ u sehem mis-suq b’mod rapidu, anke fil-każ ta’ żieda fil-konsum. Tabilħaqq, it-twavel għall-mogħdija miċ-Ċina huma tal-istess kwalità bħal dawk li jiġu prodotti u li jinbiegħu mill-industrija tal-Unjoni u jistgħu jinbidlu perfettament ma’ xulxin. It-telf tal-volum tal-bejgħ iwassal għal rati aktar baxxi tal-użu tal-kapaċità u għal żieda fil-kost medju tal-produzzjoni. Dan min-naħa l-oħra jwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u għal tnaqqis fil-profitabbiltà tagħha li diġà kienet aktar baxxa mill-profitt fil-mira u li diġà wriet xejra ta’ tnaqqis fil-perjodu meqjus.

(205)

Alternattivament, jekk l-industrija tal-Unjoni tipprova tqabbel il-livelli baxxi tal-prezz tal-importazzjonijiet f’tentattiv biex iżżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, din ikollha tbigħ f’livelli ta’ prezzijiet li ma jkunux ikopru l-kostijiet unitarji u għalhekk tibda tagħmel it-telf b’mod rapidu. Dan iwassal għal aktar deterjorament ta’ indikaturi finanzjarji oħra u tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha b’mod ġenerali. Il-livell tal-profitabbiltà li diġà kien inkiseb fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien diġà inqas mill-profitt fil-mira u kwalunkwe telf ulterjuri fil-profitabbiltà jdgħajjef b’mod rapidu l-industrija tal-Unjoni, jipperikola l-investimenti li saru fil-perjodu meqjus u jwassal għal sitwazzjoni dannuża.

4.9.6.   Konklużjoni

(206)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija mir-RPĊ x’aktarx tirriżulta f’rikorrenza ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

5.   INTERESS TAL-UNJONI

5.1.   Introduzzjoni

(207)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni minn naħa waħda, u dawk tal-importaturi u ta’ partijiet oħra min-naħa l-oħra.

(208)

Il-Kummissjoni tfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, kien meqjus li l-adozzjoni jew iż-żamma tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija rieżami, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

(209)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

5.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(210)

L-investigazzjoni wriet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx ikollha effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni (il-premessi (203) sa (206)). Min-naħa l-oħra, il-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra aktar mid-dannu preċedenti kkawżat minn importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta’ dumping, tisfrutta l-benefiċċji mill-investimenti li saru matul il-perjodu meqjus u tadatta ruħha għall-bidliet fis-suq billi tkompli l-isforzi tagħha biex iżżid il-produttività u tisfrutta l-potenzjal tagħha f’suq tal-UE li mhuwiex affettwat minn prattiki kummerċjali inġusti.

(211)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Interess ta’ importaturi mhux relatati u ta’ partijiet interessati oħra potenzjali

(212)

L-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera fl-investigazzjoni. L-ebda waħda mill-partijiet interessati l-oħra potenzjali ma ppreżentat lilha nnifisha matul l-investigazzjoni. F’investigazzjonijiet preċedenti, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma wriet l-ebda impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi u partijiet interessati oħra. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mingħajr dazji anti-dumping jammontaw għal sehem mis-suq ta’ 33 % u jiżguraw il-kompetizzjoni u l-għażla tal-provvista fis-suq. Għalhekk, ġie konkluż li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ jaffettwaw b’mod konsiderevoli l-importaturi tal-prodott taħt rieżami jew lil partijiet interessati oħra.

5.4.   Interess tal-konsumaturi (unitajiet domestiċi)

(213)

Bħal fl-investigazzjoni preċedenti, l-ebda parti li tirrappreżenta l-interessi tal-utenti aħħarin, bħal assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi, ma ppreżentat lilha nnifisha jew ikkooperat fl-investigazzjoni. Fin-nuqqas kontinwu ta’ kooperazzjoni mill-utenti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet tagħha fl-investigazzjonijiet preċedenti għadhom validi u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwax b’mod mhux xieraq lill-konsumaturi bħall-unitajiet domestiċi.

5.5.   Konklużjoni

(214)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(215)

Isegwi minn dak li ntqal aktar ’il fuq li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina għandhom jinżammu.

(216)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni kontinwa ta’ rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement hija tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (81). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(217)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (82) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(218)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija, kemm jekk bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inklużi twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u u fejn tisserraħ il-ħadida, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 3924 90 00, ex 4421 99 99, ex 7323 93 00, ex 7323 99 00, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċijiet TARIC 3924900010, 4421999910, 7323930010, 7323990010, 8516797010 u 8516900051), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġejja:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan

34,9

A782

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou

39,6

A783

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou

35,8

A784

Guangdong Wireking Household Supplies Co. Ltd, Foshan

18,1

A785

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou

26,5

A786

Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd, Guangdong

22,7

A953

Il-kumpaniji l-oħra kollha

42,3

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

4.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju anti-dumping speċifikati gћall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tat-twavel għall-mogħdija mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 77/2010 tad-19 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 24, 28.1.2010, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 805/2010 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, manifatturati minn Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 1).

(7)   ĠU C 282, 21.11.2009, p. 9.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 987/2012 li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, manifatturati minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 5).

(9)   ĠU C 223, 22.9.2007, p. 15.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 695/2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jħassar il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 1).

(11)   ĠU C 362, 26.10.2017, p. 30.

(12)   ĠU C 253, 19.7.2018, p. 30.

(13)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2.

(14)  Global Trade Atlas – GTA (https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm)

(15)  https://orbis4.bvdinfo.com/version-201866/orbis/Companies.

(16)  Rapport – Kapitolu 2, pp. 6-7.

(17)  Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

(18)  http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law (aċċessat fis-27 ta’ March 2019)

(19)  Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.

(20)  Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(21)  Rapport – Kapitolu 6, pp. 120-121.

(22)  Rapport – Kapitolu 6, pp. 122-135.

(23)  Rapport – Kapitolu 7, pp. 167-168.

(24)  Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(25)  Rapport – Kapitolu 2, pp. 15-16, Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – Kapitolu 5, p. 108-109.

(26)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web ta’ MIIT:

http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html.

(27)  Rapport – Kapitolu 14, p. 358. 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini tal-produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini tal-kapaċità.

(28)  Rapport – Kapitolu 3, pp. 27-31.

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv kontra ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja wara proċediment taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 343, 19.12.2008, p. 1).

(30)  Rapport – Kapitolu 2, p. 26.

(31)  Rapport – Kapitolu 2, pp. 31-32.

(32)  https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fis-27 ta’ Marzu 2019).

(33)  Ara d-deskrizzjoni tal-kumpanija fuq: https://www.gmdu.net/corp-530956.html (aċċessat fl-14 ta’ Mejju 2019).

(34)  www.cec-ceda.org.cn/famousdb/qiye1438/manager.html (aċċessat fl-14 ta’ Mejju 2019).

(35)  Rapport – Kapitoli 6 u 12.

(36)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(37)  Rapport – Kapitolu 4, pp. 41-42, 83.

(38)  Ara d-deskrizzjoni u l-werrej ta’ Report on the deep analysis of the mesh ironing board sector and the 13th Five-Year Plan Guidance over the 2018-2023 period YUBO INFO. it-28 ta’ Diċembru 2018. www.chinabgao.com/report/4288625.html (aċċessat fl-14 ta’ Mejju 2019).

(39)  Ara l-Kapitolu 14 dwar l-azzar, il-Kapitolu 16 dwar is-settur kimiku, u l-Kapitolu 12 dwar il-materja prima tar-Rapport.

(40)  L-Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

(41)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(42)  Ara l-Premessa (56) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(43)  Rapport – Kapitolu 16, p. 403.

(44)  Idem, pp. 434-435

(45)  Idem, pp. 406-412

(46)  Ara l-Kaxxa 5 li telenka l-proġetti relatati ma’ materjali ġodda tal-industrija tal-kimika fit-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika (2016-2020).

(47)  Ara t-Taqsima III.2 tat-13-il FYP għall-iżvilupp tal-Industrija Petrokimika fil-Provinċja ta’ Hebei: “[…] Foster the setting up of an integrated industry base for aromatic hydrocarbons, ethylene glycol and polyester, strive to reach, by 2020, a yearly production of more than 30 million tonnes of refined oil, and 3 million tonnes of PX ([…] It-trawwim tal-istabbiliment ta’ bażi tal-industrija integrata għal idrokarburi aromatiċi, il-glikol tal-etilen u l-poliester, isir sforz biex sal-2020 tinkiseb produzzjoni annwali ta’ aktar minn 30 miljun tunnellata ta’ żejt raffinat, u tliet miljun tunnellata ta’ PX); […] “Strongly develop fine chemical industry and chemical industry new materials, speed up the development of specific intermediate products and additives used for agro-pharmaceuticals, pharmaceuticals, paints, dyes, eċċ.” ([…] Jiġu żviluppati bil-qawwa materjali fini tal-industrija tal-klima u materjali ġodda tal-industrija tal-kimika, jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ prodotti u addittivi intermedji speċifiċi li jintużaw għall-agrofarmaċewtiċi, il-farmaċewtiċi, iż-żebgħa, il-koloranti, eċċ.” kif ukoll it-Taqsima III.3 (li tinkludi ż-żebgħa) u t-Taqsima III.5 (li tinkludi l-materjali tal-eposside u l-plastik tal-inġinerija, b’mod partikolari li tkorpi l-poliester).

(48)  Ara t-Taqsima V.3 tat-13-il FYP għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tessuti.

(49)  It-Taqsimiet IV.1.1, IV.1.2 u t-Tabella 5 tat-13-il FYP għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tessuti tal-Qoton tal-Assoċjazzjoni taċ-Ċina għall-Industrija tat-Tessuti tal-Qoton.

http://www.ctei.cn/special/2016nzt/gg/0928pdf/3.pdf (aċċessat fl-14 ta’ Mejju 2019).

(50)  Idem, it-Taqsima IV.2.1.

(51)  Rapport – Kapitolu 17, pp. 462 – 463.

(52)  Rapport – Kapitolu 17, pp. 438 – 439.

(53)  Rapport – Kapitolu 6, pp. 138-149.

(54)  Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(55)  Rapport – Kapitolu 9, pp. 213-215.

(56)  Rapport – Kapitolu 9, pp. 209-211.

(57)  Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1620/2006 tat-30 ta’ Ottubru 2006 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna, b’mod partikolari l-premessa 26: il-Kummissjoni sabet li tnejn mill-produtturi Ċiniżi li talbu Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq “ ma ssodisfawx l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom fejn għandhom x’jaqsmu l-pagamenti tad-drittijiet għall-użu tal-art lill-Istat, imma dan ma kellu l-ebda konsegwenza finanzjarja jew ta’ xort’oħra għall-kumpaniji. Barra minn hekk, instab li matul il-PI kumpanija waħda kienet tikri art li hija proprjetà Statali li għaliha ma kinitx kisbet b’mod formali d-drittjiet għall-użu tal-art mingħand l-Istat. Din is-sitwazzjoni kienet korretta biss wara l-PI, imma biss bi ħlas li kien aktar baxx mir-rata normali.”

(58)  Rapport – Kapitolu 13, pp. 332-337.

(59)  Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(60)  Rapport – Kapitolu 13, pp. 337-341.

(61)  Rapport – Kapitolu 6, pp. 114-117.

(62)  Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

(63)  Rapport – Kapitolu 6, p. 120.

(64)  Rapport – Kapitolu 6, pp. 121-122, 126-128, 133-135.

(65)   Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(66)  ec.europa.eu/eurostat/web/energy/data/database

(67)  L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tar-Repubblika tat-Turkija, www.epdk.org.tr

(68)  Il-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil, www.mme.gov.br/

(69)  www.Ilo.org

(70)  In-nomenklatura tal-attivitajiet ekonomiċi tal-UE.

(*1)  Kif aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Settembru 2018.

(71)  Abbażi tal-istimi li saru fit-talba għal rieżami, il-kostijiet ġenerali tal-manifattura jinkludu l-ispejjeż tal-magni u materjali, id-deprezzament, l-enerġija u oħrajn.

(*2)  http://www.gtis.com/gta/

(*3)  Id-data kienet disponibbli biss fil-livell tal-intestatura 5210.

(*4)  http://www.turkstat.gov.tr

(72)  http://www.turkstat.gov.tr/PreTablo.do?alt_id=1008, kif aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Frar 2019

(73)  http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2104, kif aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Frar 2019

(74)  https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub4568_1.pdf

(75)  L-Avviż fir-Reġistru Federali tat-8 ta’ Marzu 2016, disponibbli fuq https://www.gpo.gov/fdsys/pkg/FR-2016-03-08/pdf/2016-05172.pdf

(76)  Prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn il-Ġappun.

(77)  Prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti.

(78)  https://www.govinfo.gov/content/pkg/FR-2016-03-08/pdf/2016-05172.pdf

(79)  https://aceservices.cbp.dhs.gov/adcvdweb/ad_cvd_msgs/search?direction=desc&filter_cat=ALL&filter_type=ALL&page=1&per_page=50&preview=yes&search=ironing+tables&sort=msg_dt

(80)  https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub4568_1.pdf u l-Avviż fir-Reġistru Federali tat-8 ta’ Marzu 2016, disponibbli fuq https://www.gpo.gov/fdsys/pkg/FR-2016-03-08/pdf/2016-05172.pdf

(81)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.

(82)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

2.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1663

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fl-1 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/539 (2).

(3)

Fid-dawl tal-instabbiltà kontinwa u l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, il-miżuri restrittivi fil-konfront ta' tliet persuni jenħtieġ li jiġu estiżi għal perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

‘3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 14, 15 u 16 fl-Anness II sat-2 ta' April 2020.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 19, 20 u 21 fl-Anness IV sat-2 ta' April 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/539 tal-1 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 15).


2.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1664

tat-30 ta’ Settembru 2019

li tawtorizza laboratorju fl-Ukrajna biex iwettaq testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-marda tar-rabja

(notifikata bid-dokument C(2019) 6906)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f’Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza.

(2)

Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja.

(3)

L-awtorità kompetenti tal-Ukrajna ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “NeoVetlab Ukraine Ltd” f’Kiev, u l-ANSES stabbiliet u ssottomettiet lill-Kummissjoni rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-14 ta’ Settembru 2018 għal dan il-laboratorju.

(4)

Il-laboratorju “NeoVetlab Ukraine Ltd” f’Kiev għandu għalhekk ikun awtorizzat iwettaq testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju msemmi hawn taħt huwa b’dan awtorizzat iwettaq testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

NeoVetlab Ukraine Ltd.

11, Akademika Viliamsa str., apt.101

Kiev, 03191

L-Ukrajna

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.