|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1577
tas-16 ta' Settembru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 196 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 għal dak il-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża ssir mill-21 ta' Marzu 2019. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru […]
ta' […]
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1). |
|
(2) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża ssir mill-21 ta' Marzu 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiddaħħal fl-inċiż (id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Artikolu 10(8)(d) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:
“kif emendat bi:
|
— |
32019 D 0420: Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-21 ta' Marzu 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1578
tal-20 ta' Settembru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Bord ta' Esperti msemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2011/265/UE (1), il-Kunsill approva l-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010, u beda jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Lulju 2011. |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 (3) u daħal fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2015. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni Nru 2/2012 tas-27 ta' Ġunju 2012 (4) il-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (“il-Kumitat”) stabbilixxa lista ta' esperti li jistgħu jservu bħala membri tal-bord għall-finijiet tal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim. |
|
(4) |
Fit-30 ta' Lulju 2019, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Unjoni li xtaqet tissostitwixxi l-ismijiet ta' diversi esperti Koreani indikata fil-lista ta' esperti li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 2/2012. Sabiex tkun tista' tidħol fis-seħħ, jenħtieġ li l-lista emendata ta' esperti titressaq għall-approvazzjoni tal-Kumitat mill-aktar fis possibbli. |
|
(5) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat abbażi tal-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit bil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-lista ta' esperti kapaċi u lesti li jservu bħala membri tal-bord skont l-Artikolu 13.15 tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
S. MARIN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).
(2) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 2).
(4) Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar it-twaqqif ta' Bord ta' Esperti kif imsemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 331, 1.12.2012, p. 54).
DEĊIŻJONI Nru [X/2019] TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI UE-KOREA
ta' …
dwar lista riveduta ta' esperti kapaċi u lesti li jservu bħala membri tal-bord skont l-Artikolu 13.15 tal-Ftehim
IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI UE-KOREA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 13.15(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 13.15(3) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu lista ta' mill-inqas 15-il persuna kapaċi u lesti li jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta' kwistjonijiet li jistgħu jqumu taħt il-Kapitolu 13 dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp u li għandhom għarfien espert fil-kwistjonijiet koperti minn dak il-Kapitolu. Minn dawk l-individwi, mill-inqas ħamsa għandhom ikunu persuni li mhumiex ċittadini ta' xi waħda mill-Partijiet u għandhom iservu bħala president tal-Bord ta' Esperti. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli UE-Korea adotta d-Deċiżjoni Nru 2/2012 (1) li tistabbilixxi lista ta' 18-il espert li jistgħu jservu bħala membri tal-bord. |
|
(3) |
Ir-Repubblika tal-Korea esprimiet ix-xewqa tagħha li tissostitwixxi wħud miċ-ċittadini Koreani fil-lista ta' esperti. Sabiex din l-emenda tidħol fis-seħħ, il-lista riveduta ta' esperti għandha tiġi approvata mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Korea. |
|
(4) |
Għalhekk, il-Partijiet irrevedew il-lista ta' esperti stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2/2012 u jenħtieġ li l-lista riveduta ta' esperti, kif indikat fl-Anness, tiġi adottata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta' esperti li jistgħu jservu bħala membri tal-bord għall-finijiet tal-Artikolu 13.15 tal-Ftehim, li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 2/2012, hija sostitwita bil-lista ta' esperti li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
GĦALL-KUMITAT UE-KOREA GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
(1) Id-Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar it-twaqqif ta' Bord ta' Esperti kif imsemmi fl-Artikolu 13.15 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 331, 1.12.2012, p. 54).
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI KAPAĊI U LESTI LI JSERVU BĦALA MEMBRI TAL-BORD FIR-RIGWARD TAL-MATERJI LI JIRRIŻULTAW MILL-KAPITOLU 13 (KUMMERĊ U ŻVILUPP SOSTENIBBLI) TAL-FTEHIM
Esperti nominati mir-Repubblika tal-Korea:
|
|
Sung Wook LEE |
|
|
Jaemin LEE |
|
|
Chang Young KWON |
|
|
Suh-Yong CHUNG |
|
|
Taek-Whan HAN |
|
|
Won-Mog CHOI |
Esperti nominati mill-Unjoni Ewropea:
|
|
Eddy LAURIJSSEN |
|
|
Jorge CARDONA |
|
|
Karin LUKAS |
|
|
Hélène RUIZ FABRI |
|
|
Laurence BOISSON DE CHAZOURNES |
|
|
Geert VAN CALSTER |
Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet):
|
|
Thomas P. PINANSKY |
|
|
Nguyen Van TAI |
|
|
Le HA THANH |
|
|
Jill MURRAY |
|
|
Ricardo MELÉNDEZ-ORTIZ |
|
|
Nathalie BERNASCONI-OSTERWALDER |
|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/8 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579
tat-18 ta' Settembru 2019
li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/933/KE, 2009/813/KE, 2009/814/KE u 2010/429/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/82/UE, 2012/83/UE, 2012/347/UE, 2013/649/UE, (UE) 2015/683, (UE) 2015/684, (UE) 2015/685, (UE) 2015/686, (UE) 2015/687, (UE) 2015/688, (UE) 2015/689, (UE) 2015/693, (UE) 2015/695, (UE) 2015/696, (UE) 2015/700, (UE) 2015/701, (UE) 2015/2279, (UE) 2015/2281, (UE) 2016/1216, (UE) 2016/1217, (UE) 2017/1207, (UE) 2018/1111, (UE) 2018/2045 u (UE) 2018/2046 fir-rigward tar-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ċertu ikel u għalf ġenetikament modifikati fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 6520
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Monsanto Europe S.A./N.V., ibbażat fil-Belġju, huwa r-rappreżentant ta' Monsanto Company, ibbażat fl-Istati Uniti, għal 28 awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ċertu ikel u għalf ġenetikament modifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 koperti bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/933/KE (2), 2009/813/KE (3), 2009/814/KE (4) u 2010/429/UE (5) u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/82/UE (6), 2012/83/UE (7), 2012/347/UE (8), 2013/649/UE (9), (UE) 2015/683 (10), (UE) 2015/684 (11), (UE) 2015/685 (12), (UE) 2015/686 (13), (UE) 2015/687 (14), (UE) 2015/688 (15), (UE) 2015/689 (16), (UE) 2015/693 (17), (UE) 2015/695 (18), (UE) 2015/696 (19), (UE) 2015/700 (20), (UE) 2015/701 (21), (UE) 2015/2279 (22), (UE) 2015/2281 (23), (UE) 2016/1216 (24), (UE) 2016/1217 (25), (UE) 2017/1207 (26), (UE) 2018/1111 (27), (UE) 2018/2045 (28) u (UE) 2018/2046 (29). |
|
(2) |
Permezz ta' ittra datata s-27 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni ġiet infurmata li r-rappreżentant fil-Union of Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka, Monsanto Europe S.A./N.V. immodifika l-forma ġuridika tiegħu u kien biddel ismu għal Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju. B'ittra datata l-4 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lil Bayer Agriculture BVBA li l-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati jridu jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2008/933/KE, 2009/813/KE, 2009/814/KE u 2010/429/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/82/UE, 2012/83/UE, 2012/347/UE, 2013/649/UE, (UE) 2015/683, (UE) 2015/684, (UE) 2015/685, (UE) 2015/686, (UE) 2015/687, (UE) 2015/688, (UE) 2015/689, (UE) 2015/693, (UE) 2015/695, (UE) 2015/696, (UE) 2015/700, (UE) 2015/701, (UE) 2015/2279, (UE) 2015/2281, (UE) 2016/1216, (UE) 2016/1217, (UE) 2017/1207, (UE) 2018/1111, (UE) 2018/2045 u (UE) 2018/2046 jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 2008/933/KE
Id-Deċiżjoni 2008/933/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni 2009/813/KE
Id-Deċiżjoni 2009/813/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għad-Deċiżjoni 2009/814/KE
Id-Deċiżjoni 2009/814/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni 2010/429/UE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/429/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/82/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/82/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 6
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/83/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/83/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 7
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/347/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/347/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat minn Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 8
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/649/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2013/649/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 9
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/683
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/683 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 10
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/684
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/684 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 11
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/685
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/685 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 12
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/686
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/686 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 13
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/687
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/687 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 14
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/688
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/688 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 15
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/689
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/689 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 16
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/693
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/693 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 17
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/695
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/695 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 18
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/696
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/696 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 19
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/700
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/700 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 20
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/701
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/701 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 21
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2279
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2279 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 22
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2281
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2281 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 23
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1216
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1216 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 24
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1217
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1217 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 25
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1207
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1207 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 26
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1111
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1111 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 27
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2045
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2045 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat minn Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 28
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2046
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2046 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat minn Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”; |
|
(3) |
il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 29
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/933/KE tal-4 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 333, 11.12.2008, p. 7).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/813/KE tat-30 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 89034 (MON-89Ø34-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 21).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/814/KE tat-30 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 88017 (MON-88Ø17-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/429/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 88017 × MON 810 (MON-88Ø17-3 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 46).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/82/UE tal-10 ta' Frar 2012 fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li għandhom fihom, li jikkonsistu minn jew li huma magħmulin mis-sojja modifikata 40-3-2 (MON-Ø4Ø32-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 40, 14.2.2012, p. 14).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/83/UE tal-10 ta' Frar 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 (MON-877Ø1-2) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 40, 14.2.2012, p. 18).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/347/UE tat-28 ta' Ġunju 2012 li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, 30.6.2012, p. 13).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/649/UE tas-6 ta' Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' polline prodott mill-qamħirrum MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 44).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/683 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87460 (MON-8746Ø-4) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/684 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 (MON-ØØ6Ø3-6) u li ġġeddu għall-prodotti eżistenti tal-qamħirrum NK603 (MON-ØØ6Ø3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 6).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/685 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-qoton ġenetikament modifikat MON 15985 (MON-15985-7) u li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti abbażi tal-qoton ġenetikament modifikat MON 15985 (MON-15985-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 11).
(13) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/686 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu jew li jkunu prodotti mill-fażola tas-sojja MON 87769 (MON-87769-7) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 16).
(14) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/687 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu jew li jkunu prodotti mill-kolza MON 88302 (MON-883Ø2-9) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 22).
(15) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/688 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qoton immodifikat ġenetikament MON 88913 (MON-88913-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 26).
(16) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/689 tal-24 ta' April 2015 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti mill-qoton immodifikat ġenetikament MON 531 (MON-ØØ531-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 31).
(17) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/693 tal-24 ta' April 2015 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti mill-qoton immodifikat ġenetikament MON 1445 (MON-Ø1445-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 48).
(18) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/695 tal-24 ta' April 2015 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-prodotti eżistenti tal-qoton ġenetikament modifikat MON 531 × MON 1445 (MON-ØØ531-6 × MON-Ø1445-2) u li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton prodott mill-qoton ġenetikament modifikat MON 531 × MON 1445 (MON-ØØ531-6 × MON-Ø1445-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 56).
(19) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/696 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON87705 (MON-877Ø5-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 60).
(20) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/700 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON87708 (MON-877Ø8-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 81).
(21) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/701 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel li fih jew jikkonsisti minn kolza GT73 modifikata ġenetikament, jew ikel u għalf prodotti minn dak l-organiżmu modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 86).
(22) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta'prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 58).
(23) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2281 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 67).
(24) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1216 tat-22 ta' Lulju 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 26.7.2016, p. 22).
(25) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1217 tat-22 ta' Lulju 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 26.7.2016, p. 28).
(26) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 tal-4 ta' Lulju 2017 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 18).
(27) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 tat-3 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 20).
(28) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2045 tad-19 ta' Diċembru 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament immodifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 65).
(29) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2046 tad-19 ta' Diċembru 2018 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/366/UE (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 70).