ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
18 ta' Settembru 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1561 tas-17 ta' Settembru 2019 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-chlormequat fil-faqqiegħ ikkultivat ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1562 tas-16 ta' Settembru 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom (notifikata bid-dokument C(2019) 6524)

13

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1561

tas-17 ta' Settembru 2019

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-chlormequat fil-faqqiegħ ikkultivat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-chlormequat, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-MRLs għall-chlormequat dan l-aħħar ġew modifikati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 (2) skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. F'dak il-qafas, ġie stabbilit MRL temporanju għall-faqqiegħ ikkultivat ta' 0,9 mg/kg minħabba li d-data ta' monitoraġġ turi li rriżultaw xi residwi fuq il-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat f'livell ogħla mil-limitu tad-determinazzjoni, u dawn ir-residwi jistgħu jirriżultaw mill-kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat bit-tiben legalment ittrattat bil-chlormequat.

(3)

Il-produtturi tal-faqqiegħ bagħtu lill-Kummissjoni data riċenti tal-monitoraġġ speċifikament għall-faqqiegħ tal-ferla li turi li r-residwi jokkorru f'dawk il-prodotti f'livelli ogħla mill-MRL temporanju attwali stabbilit għall-faqqiegħ ikkultivat. Dawk ir-residwi jirriżultaw minn kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat bit-tiben legalment ittrattat bil-chlormequat. Bosta Stati Membri bagħtu data ta' monitoraġġ addizzjonali mill-kontrolli uffiċjali mwettqa b'mod speċifiku fuq il-faqqiegħ tal-ferla, li kkonfermat dawk is-sejbiet.

(4)

Il-Ġermanja ġabret u evalwat applikazzjoni għall-modifika tal-MRL eżistenti skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u għaddiet ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni, u b'mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u għamlet dikjarazzjoni xjentifika dwar l-MRL propost (3). Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru u ppubblikatha.

(6)

Fid-dikjarazzjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika għall-MRL mitluba mill-Ġermanja kienet aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku ta' konsumaturi Ewropej. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment tul il-ħajja għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista' jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza.

(7)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Awtorità dwar ir-riskju għall-konsumaturi, l-MRL għall-faqqiegħ tal-ferla għandu jiġi stabbilit fil-livell li jikkorrispondi għall-95 perċentil tar-riżultati tal-kampjun kollha filwaqt li jinżamm l-MRL eżistenti għall-faqqiegħ ikkultivat ieħor. Se jsir rieżami ta' dan l-MRL; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli sat-13 ta' April 2021.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 tas-7 ta' April 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 1).

(3)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu:

Statement on the dietary risk assessment for the proposed temporary maximum residue level for chlormequat in oyster mushrooms. EFSA Journal 2019; 17(5):5707.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-chlormequat titħassar

(2)

Fil-Parti A tal-Anness III, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-chlormequat:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

In-numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Chlormequat (is-somma tal-chlormequat u l-imlieħ tiegħu, espressa bħala klorur tal-chlormequat)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,01 (*1)

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01 (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,01 (*1)

0130020

Lanġas

0,07 (+)

0130030

Sfarġel

0,01 (*1)

0130040

Naspli

0,01 (*1)

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,01 (*1)

0130990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0140000

Frott tal-għadma

0,01 (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,05

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,01 (*1)

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01 (*1)

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01 (*1)

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,01 (*1)

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01 (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01 (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01 (*1)

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara' aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01 (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (‘kales’)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,01 (*1)

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

ċikwejra

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01 (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01 (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

0,9 (+)

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

0,01 (*1)

0280990

Ħażiż u likeni

0,01 (*1)

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01 (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01 (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01 (*1)

0401020

Karawett

0,01 (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01 (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01 (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01 (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

7 (+)

0401070

Fażola tas-sojja

0,01 (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01 (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,7

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

0,01 (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01 (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01 (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01 (*1)

0401140

Qannebusa

0,01 (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01 (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01 (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

3

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,01 (*1)

0500030

Qamħirrum

0,01 (*1)

0500040

Millieġ komuni

0,01 (*1)

0500050

Ħafur

15

0500060

Ross

0,01 (*1)

0500070

Segala

8

0500080

Sorgu

0,01 (*1)

0500090

Qamħ

7

0500990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05 (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05 (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05 (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05 (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05 (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05 (*1)

0840020

Ġinġer (10)

0,05 (*1)

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05 (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05 (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05 (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05 (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05 (*1)

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01 (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,3

1011020

Xaħam

0,15

1011030

Fwied

1,5

1011040

Kliewi

1,5

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1011990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,3

1012020

Xaħam

0,15

1012030

Fwied

1,5

1012040

Kliewi

1,5

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1012990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,3

1013020

Xaħam

0,15

1013030

Fwied

1,5

1013040

Kliewi

1,5

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1013990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,3

1014020

Xaħam

0,15

1014030

Fwied

1,5

1014040

Kliewi

1,5

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1014990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,3

1015020

Xaħam

0,15

1015030

Fwied

1,5

1015040

Kliewi

1,5

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1015990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

0,05

1016020

Xaħam

0,05

1016030

Fwied

0,15

1016040

Kliewi

0,15

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,15

1016990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,3

1017020

Xaħam

0,15

1017030

Fwied

1,5

1017040

Kliewi

1,5

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1017990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1020000

Ħalib

0,5

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,15

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05 (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01 (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01 (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,3

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Chlormequat (is-somma tal-chlormequat u l-imlieħ tiegħu, espressa bħala klorur tal-chlormequat)

(+)

Id-data li rriżultat mill-monitoraġġ riċenti turi li l-livelli tal-chlormequat fil-lanġas qed jonqos iżda għadu jseħħ f'livelli ogħla mil-limitu ta' kwantifikazzjoni minħabba l-użi preċedenti. Għalhekk, jixraq li jiġi stabbilit MRL temporanju bil-valur ta' 0,07 mg/kg, sakemm titressaq iktar data ta' monitoraġġ. Meta teżamina l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk tintbagħat sat-13 ta' April 2021 jew, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx intbagħtet sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0130020

Lanġas

(+)

L-MRL li ġej japplika għall-faqqiegħ tal-ferla: 6 mg/kg. Id-data tal-monitoraġġ turi li tista' sseħħ kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat minn tiben ittrattat b'mod legali bil-chlormequat. Meta teżamina l-MRL mill-ġdid, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk tintbagħat sat-13 ta' April 2021 jew, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx intbagħtet sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel indunat li xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tal-għelejjel mhix disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sat-13 ta' April 2019 jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0401060

Żerriegħa tal-lift


(*1)  Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.


DEĊIŻJONIJIET

18.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1562

tas-16 ta' Settembru 2019

li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom

(notifikata bid-dokument C(2019) 6524)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 20(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/305/KE (2), 2007/306/KE (3) u 2007/307/KE (4) jistabbilixxu r-regoli dwar l-irtirar mis-suq taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) rispettivament, kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom (“materjal ġenetikament modifikat”). Dawk id-Deċiżjonijiet ġew adottati wara li d-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-kumpanija Bayer CropScience AG, indikat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda intenzjoni li ġġedded l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' dak il-materjal ĠM f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4), mal-Artikolu 11, mal-Artikolu 20(4) u mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(2)

It-tliet Deċiżjonijiet kollha stipulaw perjodu ta' tranżizzjoni inizjali ta' ħames snin, li matulu l-ikel u l-għalf li fih dan il-materjal ĠM jew li jikkonsisti minnu jew huwa prodott minnu seta' jitqiegħed fis-suq bi proporzjon mhux ogħla minn 0,9 % u sakemm dik il-preżenza kienet aċċidentali jew teknikament inevitabbli. L-għan ta' dak il-perjodu ta' tranżizzjoni kien biex jitqies il-fatt li xi kultant jista' jkun hemm preżenti traċċi żgħar ħafna ta' materjal ĠM fil-ktajjen alimentari u tal-għalf, saħansitra wara li l-Bayer CropScience AG iddeċidiet li twaqqaf il-bejgħ ta' żrieragħ idderivati minn dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati u minkejja li kienu ttieħdu l-miżuri kollha biex tiġi evitata l-preżenza ta' dak il-materjal ĠM.

(3)

Minkejja l-miżuri li ħadet il-Bayer CropScience AG biex tevita li jkun hemm dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati f'konformità mad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE, xorta nstabu traċċi żgħar ħafna fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE (5) emendat dawk it-tliet Deċiżjonijiet kollha sabiex ittawwal il-perjodu tat-tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2016, u naqqset il-preżenza tollerata ta' dak il-materjal ĠM fl-ikel u fl-għalf għall-frazzjoni tal-massa 0,1 %. It-tliet Deċiżjonijiet reġgħu ġew emendati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 (6) biex jittawwal il-perjodu tat-tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

(4)

Id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE ukoll stipulaw sensiela ta' miżuri li kellha tieħu l-Bayer CropScience AG sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq effettiv ta' dan il-materjal ĠM u stipulaw l-obbligi ta' rapportar min-naħa tad-destinatarju.

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 (7) emendat it-tliet Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward id-destinatarju, wara talba mressqa mill-Bayer CropScience AG fl-1 ta' Awwissu 2018, biex tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha li kellhom x'jaqsmu man-notifiki, l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tagħha kollha għall-prodotti ġenetikament modifikati, lil BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, irrappreżentata fl-Unjoni mill-BASF SE (tal-Ġermanja). Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE jiġu indirizzati lill-BASF SE.

(6)

F'Ottubru tal-2018, il-BASF SE rrapportat li minkejja l-miżuri li ttieħdu, xorta waħda nstabu traċċi żgħar ħafna, iżda b'xejra li dejjem jonqsu, fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza f'dawn l-aħħar snin. Din il-preżenza ta' traċċi persistenti tista' tiġi spjegata kemm mill-bijoloġija taż-żrieragħ tal-kolza li jistgħu jibqgħu inattivi għal perjodi twal, kif ukoll mill-prattiki agrikoli li ntużaw għall-ħsad taż-żrieragħ li jista' jkun ikkawżaw it-tixrid aċċidentali, li l-livell tiegħu kien diffiċli biex jiġi stmat fid-dati tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/69/UE u (UE) 2016/2268.

(7)

F'dan l-isfond, jixraq li l-perjodu tranżizzjonali jittawwal tliet snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2022 biex jippermetti t-tneħħija sħiħa tat-traċċi residwi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf1, Ms1×Rf2 u Topas 19/2 fil-katina alimentari u tal-għalf.

(8)

Sabiex tkompli tikkontribwixxi għat-tneħħija ta' dak il-materjal ĠM, jixraq ukoll li d-destinatarju jkompli jimplimenta l-programm intern meħtieġ skont id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u li jkompli jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dan il-materjal fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza importati fl-Unjoni mill-Kanada, li huwa l-uniku pajjiż fejn ġew ikkultivati għal skopijiet kummerċjali dawk iż-żrieragħ tal-kolza. Jenħtieġ li l-BASF SE tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dawn iż-żewġ aspetti sal-1 ta' Jannar 2022.

(9)

Jenħtieġ li l-Bayer CropScience AG tiżgura li jibqgħu jkunu disponibbli l-materjali ta' referenza ċċertifikati biex il-laboratorji ta' kontroll ikunu jistgħu jwettqu l-analiżijiet tagħhom matul dak il-perjodu ta' tranżizzjoni.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/305/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u tal-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-lift lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-lift lejn l-Unjoni mill-Kanada.”

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4, li jikkonsisti minnhom jew li hu prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li l-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ1-4 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2007/306/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u tal-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.”

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li din il-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/307/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta' dak l-organiżmu ġenetikament modifikat fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Sal-1 ta' Jannar 2022 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

2.   Il-preżenza ta' materjal li fih iż-żrieragħ l-kolza ACS-BNØØ7-1, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2022, dment li din il-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.

3.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċċertifikat taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm.”

Artikolu 4

L-entrati fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4, il-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 u ż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1, għandhom jiġu mmodifikati sabiex iqisu din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/305/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u l-prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/306/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u l-prodotti ġejjin minnha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/307/KE tal-25 ta' April 2007 dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) u l-prodotti derivati tagħha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE tat-3 ta' Frar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u ż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 34, 7.2.2012, p. 12).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 tal-14 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 34).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 tal-24 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward ta' bidla tad-destinatarju tad-Deċiżjonijiet (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 59).