ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1398
tal-10 ta' Settembru 2019
li taħtar tliet membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-8 ta' Ottubru 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510 (4), is-Sinjura Micaela FANELLI reġgħet inħatret bħala membru biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tagħha. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Micaela FANELLI u tas-Sinjura Catiuscia MARINI saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu kien ġie propost is-Sur Matteo Luigi BIANCHI (Sindaco del Comune di Morazzone (VA)), sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sinjura Virginia RAGGI, Sindaco di Roma Capitale, |
— |
Is-Sur Alberto CIRIO, Presidente della Regione Piemonte, |
— |
Is-Sur Matteo Luigi BIANCHI, Consigliere del Comune di Morazzone (VA) (bidla fil-mandat). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510 tat-8 ta' Ottubru 2018 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 255, 11.10.2018, p. 15).
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/3 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1399
tal-10 ta' Settembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE fir-rigward tal-lista ta' żoni soġġetti għall-miżuri protettivi b'rabta mal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2019) 6418)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (3) stabbiliet ċerti miżuri protettivi li jeħtieġ jittieħdu mill-Italja wara l-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) f'ċerti żoni, oriġinarjament fir-reġjuni ta' Calabria u Sqallija. Wara l-iżviluppi epidemjoloġiċi f'dawn l-aħħar snin u wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/370 (4), dawk il-miżuri huma attwalment limitati għar-reġjun ta' Calabria. |
(2) |
Fil-21 ta' Ġunju 2019, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar okkorrenza ġdida tal-koleotteru tal-ġabsala fi Sqallija. B'konsegwenza ta' dan, il-lista taż-żoni soġġetti għall-miżuri protettivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE jenħtieġ li tiġi estiża biex terġa' tinkludi r-reġjun ta' Sqallija. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tabella tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE hija sostitwita b'dan li ġej:
“Stat Membru |
Żoni soġġetti għall-miżuri protettivi |
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Calabria: Ir-Reġjun kollu |
Ir-Reġjun ta' Sqallija: Ir-Reġjun kollu” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/370 tal-1 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE billi testendi l-perjodu ta' applikazzjoni ta' ċerti miżuri protettivi u temenda l-lista ta' żoni suġġetti għal miżuri protettivi fir-rigward tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 213).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 84/2019
tad-29 ta' Marzu 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1400]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1129 iħassar id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li għalhekk, bħala konsegwenza, għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-21 ta' Lulju 2019. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassar b'effett mill-21 ta' Lulju 2019. |
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 29bc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301):
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1129 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Marzu 2019 jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1), skont liema minnhom jiġi l-aħħar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12.
(2) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 188/2019
tal-10 ta' Lulju 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1401]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/979 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta' prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta' notifika, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/979 iħassar ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 (3) u (UE) 2016/301 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-21 ta' Lulju 2019. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/980 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (5), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-21 ta' Lulju 2019. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 29bd (ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“29bda. |
32019 R 0979: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/979 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta' prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta' notifika, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 1). |
29bdb. |
32019 R 0980: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 26).” |
2. It-testi tal-punti 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, 29bb (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014) u 29bc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandhom jitħassru b'effett mill-21 ta' Lulju 2019.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/979 u (UE) 2019/980 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 166, 21.6.2019, p. 1.
(2) ĠU L 166, 21.6.2019, p. 26.
(3) ĠU L 111, 15.4.2014, p. 36.
(5) ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 190/2019
tal-10 ta' Lulju 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2019/1402]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Annessi IX u XIX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31k (ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
“31l. |
32016 R 1011: Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32016 R 1011: Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) 2016/1011 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-11 ta' Lulju 2019, jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), liema minnhom jiġi l-aħħar.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
Rettifika
12.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/11 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1090 tas-26 ta' Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tas-27 ta' Ġunju 2019 )
F'paġna 40, fil-premessa 15,
minflok:
“mis-17 ta' Ottubru 2019”,
aqra:
“mit-30 ta' Settembru 2019”;
minflok:
“mis-17 ta' Lulju 2020”,
aqra:
“mit-30 ta' Ġunju 2020”.
F'paġna 41, fl-Artikolu 3,
minflok:
“mis-17 ta' Jannar 2020”,
aqra:
“mill-31 ta' Diċembru 2019”;
F'paġna 41, fl-Artikolu 4,
minflok:
“mis-17 ta' Ottubru 2019”,
aqra:
“mit-30 ta' Settembru 2019”;
minflok:
“mis-17 ta' Lulju 2020”,
aqra:
“mit-30 ta' Ġunju 2020”.