ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 218

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
21 ta' Awwissu 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 11 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-latches tal-bibien u tal-komponenti għaż-żamma tal-bibien [2019/1354]

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 11 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-latches tal-bibien u tal-komponenti għaż-żamma tal-bibien [2019/1354]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 04 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 28 ta' Mejju 2019

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp tal-applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Rekwiżiti ġenerali

6.

Rekwiżiti tal-prestazzjoni

7.

Proċeduri tat-test

8.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni

2.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3.

Testijiet tat-tagħbija wieħed, tnejn, u tlieta bl-applikazzjoni ta' forza fuq il-latch

4.

Proċeduri tat-test tal-inerzja

5.

Proċedura tat-test fuq iċ-ċappetti

6.

Bieba tal-ġenb skorrevoli — Test tal-bibien kompluti

1.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 (1) fir-rigward tal-latches u l-komponenti li jżommu l-bibien bħalma huma ċ-ċappetti u mezzi oħrajn ta' sostenn fuq il-bibien, li jistgħu jintużaw għad-dħul jew il-ħruġ tal-okkupanti, u li jistgħu jippreżentaw riskju li l-okkupanti jintefgħu 'il barra minn vettura b'riżultat ta' ħabta.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.   “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-latches tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien.

2.2.   “Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

Id-deżinjazzjoni tat-tip ta' vettura mill-manifattur;

2.2.2.

It-tip ta' latch;

2.2.3.

It-tip ta' komponent għaż-żamma tal-bieba;

2.2.4.

Il-mod li bih il-latches u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien ikunu armati mal-istruttura tal-vettura u miżmuma minnha;

2.2.5.

It-tip ta' bibien skorrevoli;

2.3.   “Latch awżiljarju ta' bieba” huwa latch mgħammar b'pożizzjoni fully latched bi jew mingħajr pożizzjoni ta' latching sekondarja, u armat ma' bieba jew ma' sistema ta' bieba mgħammra b'sistema ta' latch primarju tal-bieba.

2.4.   “Sistema ta' latch awżiljarju ta' bieba” tikkonsisti, bħala minimu, minn latch awżiljarju ta' bieba u striker.

2.5.   “Bieba ta' wara” hija bieba jew sistema ta' bieba fuq wara nett ta' vettura motorizzata li permezz tagħha l-passiġġieri jistgħu jidħlu jew joħorġu (inkluż meta jintremew 'il barra) mill-vettura jew li minnha tista' titgħabba jew tinħatt il-merkanzija. Ma tinkludix:

(a)

Għatu tal-bagoll; jew

(b)

Bieba jew tieqa magħmula kompletament minn materjal tal-ħġieġ u li l-latches u/jew is-sistemi taċ-ċappetti tagħha jkunu mwaħħlin direttament mal-materjal tal-ħġieġ;

2.6.   “Membru ta' mal-body” hija dik il-parti taċ-ċappetta li normalment tkun imwaħħla mal-istruttura tal-body tal-vettura;

2.7.   Protezzjonijiet addizzjonali

2.7.1.

“Sistema tal-illokkjar għas-sikurezza tat-tfal” hija apparat tal-lokkjar li jista' jiġi attivat u miftuħ indipendentement mill-apparati tal-illokkjar l-oħrajn u li, meta jintuża, jimpedixxi t-tħaddim tal-manku intern tal-bieba jew apparat ieħor ta' rilaxx. L-apparat għar-rilaxx/attivar tal-lokk jista' jkun manwali jew inkella jaħdem bl-elettriku u jista' jkun fi kwalunkwe post fuq jew ġewwa l-vettura;

2.7.2.

“Sistema tal-illokkjar totali” hija sistema li biha l-manku tar-rilaxx intern tal-bieba jew kwalunkwe apparat intern tar-rilaxx tal-latch ta' kwalunkwe waħda mill-bibien tal-vettura jsiru inoperabbli għajr billi jitħaddmu l-lokkijiet tas-sistema;

2.8.   “Bibien” tfisser bibien biċ-ċappetti jew bibien skorrevoli li jwasslu direttament f'kompartiment li jkun fih pożizzjoni bilqiegħda waħda jew aktar u li ma jkunux bibien li jintwew, bibien li jirromblaw 'il fuq u bibien iddisinjati biex jitwaħħlu jew jitneħħew faċilment minn vetturi motorizzati mmanifatturati għal tħaddim mingħajr bibien;

2.9.   “Sistema ta' twissija għall-għeluq tal-bibien” hija sistema li tattiva sinjal viżiv ippożizzjonat fejn jista' jidher b'mod ċar mis-sewwieq meta s-sistema tal-latch tal-bieba ma tkunx fil-pożizzjoni fully latched u waqt li l-ignixin tkun attivata;

2.10.   “Sistema ta' ċappetti tal-bieba” hija ċappetta waħda jew aktar użata biex tinżamm bieba;

2.11.   “Sistema ta' latch tal-bieba” hija magħmula bħala minimu, minn latch u striker;

2.12.   “Membru ta' mal-bieba” hija dik il-parti taċ-ċappetta li normalment tkun imwaħħla mal-istruttura tal-bieba u li tikkostitwixxi l-parti li tinfetaħ u tingħalaq;

2.13.   “Sistema tal-bieba” hija l-bieba, il-latch, l-istriker, iċ-ċappetti, il-kombinazzjonijiet tal-kanal li fuqu tiżżerżaq il-bieba (sliding track) u komponenti oħrajn għaż-żamma tal-bibien li jkunu jinsabu fuq il-bieba u d-dawra li tiċċirkondaha. Is-sistema tal-bieba ta' bieba doppja tinkludi ż-żewġ bibien;

2.14.   “Bieba doppja” hija sistema ta' żewġ bibien fejn il-bieba ta' quddiem jew bieba li togħla 'l fuq (wing door) tinfetaħ l-ewwel u din taqbad mal-bieba ta' wara jew mal-bieba msakkra, li tinfetaħ it-tieni;

2.15.   “Fork-bolt” hija l-parti tal-latch li taqbad mal-istriker u żżommu meta tkun fil-pożizzjoni latched;

2.16.   “Direzzjoni tal-ftuħ tal-fork-bolt” hija d-direzzjoni opposta għal dik li fiha l-istriker jidħol fil-latch biex iħaddem il-fork-bolt;

2.17.   “Pożizzjoni fully latched” hija l-kundizzjoni ta' gganċjar tal-latch li żżomm il-bieba f'pożizzjoni magħluqa għalkollox;

2.18.   “Ċappetta” hija biċċa apparat li jintuża biex il-bieba tiġi ppożizzjonata b'mod relattiv mal-istruttura tal-body tal-vettura u li jikkontrolla l-mogħdija taċ-ċaqliq tal-bieba għad-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri;

2.19.   “Pern taċ-ċappetta” huwa dak il-porzjon taċ-ċappetta li normalment iqabbad ma' xulxin il-body tal-vettura u l-membri tal-bieba u jistabbilixxi l-assi taċ-ċaqliq;

2.20.   “Latch” huwa apparat użat sabiex iżomm il-bieba f'pożizzjoni magħluqa relattiv mal-body tal-vettura b'mekkaniżmu għar-rilaxx (jew tħaddim) intenzjonali;

2.21.   “Latch primarju tal-bieba” huwa latch mgħammar kemm b'pożizzjoni fully latched kif ukoll b'pożizzjoni ta' latching sekondarja u ddeżinjat bħala “latch primarju tal-bieba” mill-manifattur. Aktar tard, il-manifattur ma jistax jibdel dik id-deżinjazzjoni. Kull manifattur għandu, meta jkun mitlub jagħmel dan, jipprovdi informazzjoni dwar liema latches jkunu “latches primarji tal-bieba” għal vettura jew marka/mudell partikolari;

2.22.   “Sistema ta' latch primarju tal-bieba” hija magħmula, bħala minimu, minn latch primarju tal-bieba u striker;

2.23.   “Pożizzjoni ta' latching sekondarja” tirreferi għall-kundizzjoni ta' gganċjar tal-latch li żżomm il-bieba f'pożizzjoni parzjalment magħluqa;

2.24.   “Bieba tal-ġenb ta' quddiem” hija bieba li, f'dehra mill-ġenb, ikollha 50 fil-mija jew aktar tal-erja tal-ftuħ tagħha 'l quddiem mill-punt l-aktar lura fuq id-dahar tas-sit tas-sewwieq, meta d-dahar tas-sit jkun aġġustat fl-iżjed pożizzjoni vertikali u lura, li tipprovdi aċċess dirett għall-passiġġieri biex jidħlu jew joħorġu mill-vettura;

2.25.   “Bieba tal-ġenb ta' wara” hija bieba li, f'dehra mill-ġenb, ikollha 50 fil-mija jew aktar tal-erja tal-ftuħ tagħha fuq wara tal-iżjed punt lura fuq id-dahar tas-sit tas-sewwieq, meta s-sit tas-sewwieq ikun aġġustat fl-iżjed pożizzjoni vertikali u lura tiegħu, li tipprovdi aċċess dirett għall-passiġġieri biex jidħlu jew joħorġu mill-vettura;

2.26.   “Striker” huwa apparat li jorbot fuqu l-latch biex iżomm il-bieba fil-pożizzjoni fully latched jew fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja;

2.27.   “Għatu tal-bagoll” huwa panel jiċċaqlaq tal-body tal-vettura li jipprovdi aċċess minn barra l-vettura għal spazju separat għalkollox mill-kompartiment tal-okkupant permezz ta' separatur imwaħħal b'mod permanenti jew dahar tas-sit fiss jew li jintewa.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-latches tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Tpinġijiet tal-bibien u tal-latches u l-komponenti tagħhom għaż-żamma tal-bibien fuq skala xierqa u f'dettall suffiċjenti;

3.2.2.

Deskrizzjoni teknika tal-latches u tal-komponenti għaż-żamma tal-bibien.

3.3.   L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll minn:

3.3.1.

Lott ta' ħames settijiet ta' komponenti taż-żamma tal-bibien għal kull bieba. Madankollu, meta jintużaw l-istess settijiet għal diversi bibien, ikun biżżejjed li jiġi ppreżentat lott wieħed ta' settijiet. Settijiet ta' komponenti għaż-żamma tal-bibien huma differenti minn xulxin biss minħabba li jkunu ddisinjati sabiex jitwaħħlu fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ma jitqisux bħala differenti;

3.3.2.

Grupp ta' ħames latches kompluti, inkluż il-mekkaniżmu ta' attwazzjoni tagħhom, għal kull bieba. Madankollu, meta jintużaw l-istess latches kompluti għal diversi bibien, ikun biżżejjed li jiġi ppreżentat lott wieħed ta' latches. Latches li huma differenti minn xulxin biss minħabba li jkunu ddisinjati sabiex jintramaw fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ma jitqisux bħala differenti.

3.4.   Vettura, rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat, għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5, 6 u 7 ta' hawn taħt, dak it-tip ta' vettura għandu jiġi approvat.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri (03) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-aħħar emendi tekniċi importanti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura jekk il-bibien ma jkunux mgħammra b'latches jew b'komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-istess tip, jew jekk il-latches u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien ma jkunux armati bl-istess mod bħal fuq il-vettura mressqa għall-approvazzjoni; min-naħa l-oħra, tista' tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura li l-bibien tagħha jkunu mgħammra bl-istess latches u komponenti għaż-żamma tal-bibien armati bl-istess mod bħal fuq il-vettura mressqa għall-approvazzjoni.

4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura inkella qrib tagħha.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   REKWIŻITI ĠENERALI

5.1.   Ir-rekwiżiti japplikaw għall-bibien kollha tal-ġenb u ta' wara u l-komponenti tal-bibien ħlief dawk fuq il-bibien li jintwew, il-bibien li jirromblaw 'il fuq, il-bibien li jinqalgħu minn posthom, u l-bibien iddisinjati biex jipprovdu ħruġ tal-emerġenza.

5.2.   Latches tal-bibien

5.2.1.   Kull sistema ta' bibien biċ-ċappetti għandha tkun mgħammra b'tal-inqas sistema ta' latch primarju waħda tal-bieba.

5.2.2.   Kull sistema ta' bieba li skorrevoli għandha tkun mgħammra jew:

(a)

B'sistema ta' latch primarju tal-bieba, inkella

(b)

Sistema ta' latch tal-bieba b'pożizzjoni fully latched u sistema ta' twissija għall-għeluq tal-bieba.

6.   REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI

6.1.   Bibien biċ-ċappetti

6.1.1.   Test tat-tagħbija numru wieħed

6.1.1.1.   L-ebda sistema ta' latch primarju tal-bieba u sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni fully latched, ma għandha tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 11 000 N fid-direzzjoni perpendikulari mal-wiċċ tal-latch b'mod li l-latch u l-ankraġġ tal-istriker ma jingħafsux ma' xulxin, meta jiġu ttestjati skont il-paragrafu 7.1.1.1.

6.1.1.2.   Fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja, is-sistema ta' latch primarju ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 4 500 N fl-istess direzzjoni bħal fil-paragrafu 6.1.1.1, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.1.1.1.

6.1.2.   Test tat-tagħbija numru tnejn

6.1.2.1.   L-ebda sistema ta' latch primarju tal-bieba u sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni fully latched, ma għandha tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 9 000 N fid-direzzjoni tal-ftuħ tal-fork-bolt u b'mod parallel mal-wiċċ tal-latch, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.1.1.1.

6.1.2.2.   Fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja, is-sistema ta' latch primarju ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 4 500 N fl-istess direzzjoni, bħal fil-paragrafu 6.1.2.1, meta ttestjata skont il-paragrafu 7.1.1.1.

6.1.3.   Test tat-tagħbija numru tlieta (applikabbli għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali)

6.1.3.1.   L-ebda sistema ta' latch primarju tal-bieba ma għandha tinħall mill-pożizzjoni fully latched meta tiġi applikata tagħbija vertikali ta' 9 000 N.

6.1.4.   Tagħbija tal-inerzja

Kull sistema ta' latch primarju tal-bieba u sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.4.1 jew tal-paragrafu 6.1.4.2 jew il-kalkolu tar-rekwiżiti tar-reżistenza għat-tagħbija tal-inerzja fil-paragrafu 6.1.4.3.

6.1.4.1.   L-ebda sistema ta' latch primarju tal-bieba u sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba fuq kull bieba biċ-ċappetti ma għandha tinħall mill-pożizzjoni fully latched meta tiġi applikata tagħbija ta' inerzja ta' 30 g fuq is-sistema ta' latches tal-bibien, inkluż il-latch u l-apparat tal-attivazzjoni tiegħu, fid-direzzjonijiet paralleli mal-assi lonġitudinali u trasversali tal-vettura bl-apparat tal-illokkjar mhux attivat u meta ttestjat skont il-paragrafu 7.1.1.2.

6.1.4.2.   Barra minn hekk, l-ebda sistema ta' latch primarju tal-bieba u sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba fuq kull bieba ta' wara biċ-ċappetti ma għandha tinħall mill-pożizzjoni fully latched meta tiġi applikata tagħbija ta' inerzja ta' 30 g fuq is-sistema tal-latch tal-bieba, inkluż il-latch u l-apparat tal-attivazzjoni tiegħu, fid-direzzjoni parallela mal-assi vertikali tal-vettura, bl-apparat tal-illokkjar mhux attivat u meta ttestjat skont il-paragrafu 7.1.1.2.

6.1.4.3.   Għal kull komponent jew subassemblaġġ, tista' tiġi kkalkulata r-reżistenza minima għat-tagħbija tal-inerzja f'direzzjoni partikolari. Ir-reżistenza kkombinata għall-operazzjoni tal-ftuħ tal-latch trid tassigura li s-sistema tal-latch tal-bieba, meta tkun armata sewwa fil-bieba tal-vettura, tibqa' latched meta tiġi soġġetta għal tagħbija ta' inerzja ta' 30 g fid-direzzjonijiet tal-vettura speċifikati fil-paragrafu 6.1.4.1 u 6.1.4.2, kif applikabbli, skont il-paragrafu 7.1.1.2.

6.1.5.   Ċappetti tal-bibien

6.1.5.1.   Kull sistema ta' ċappetti tal-bieba għandha:

(a)

Iżżomm il-bieba;

(b)

Ma tisseparax meta tiġi applikata tagħbija lonġitudinali ta' 11 000 N;

(c)

Ma tisseparax meta tiġi applikata tagħbija trasversali ta' 9 000 N, u

(d)

Fuq bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali, ma tisseparax meta tiġi applikata tagħbija vertikali ta' 9 000 N.

6.1.5.2.   It-testijiet kollha meħtieġa mill-paragrafu 6.1.5.1 isiru skont il-paragrafu 7.1.2.

6.1.5.3.   Jekk tiġi ċċekkjata ċappetta waħda f'sistema ta' ċappetti minflok is-sistema ta' ċappetti kollha, iċ-ċappetta trid tiflaħ tagħbija proporzjonali man-numru totali ta' ċappetti fis-sistema taċ-ċappetti.

6.1.5.4.   Fuq bibien tal-ġenb b'ċappetti mmuntati fuq wara li jistgħu jitħaddmu b'mod indipendenti mill-bibien l-oħra,

(a)

Il-manku ta' ġewwa tal-bieba ma għandux ikun operattiv meta l-veloċità tal-vettura tkun ogħla minn 4 km/h jew aktar; kif ukoll

(b)

Għandha tkun ipprovduta sistema ta' twissija għall-għeluq tal-bieba għal dawn il-bibien.

6.2.   Bibien tal-ġenb skorrevoli

6.2.1.   Test tat-tagħbija numru wieħed

6.2.1.1.   Tal-inqas sistema ta' latch waħda tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni fully latched, ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 11 000 N fid-direzzjoni perpendikulari mal-wiċċ tal-latch, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.2.1.1.

6.2.1.2.   Fil-każ ta' sistema ta' latch primarju tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja, is-sistema tal-latch tal-bieba ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 4 500 N fl-istess direzzjoni bħal fil-paragrafu 6.2.1.1, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.2.1.1.

6.2.2.   Test tat-tagħbija numru tnejn

6.2.2.1.   Tal-inqas sistema ta' latch waħda tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni fully latched, ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 9 000 N fid-direzzjoni tal-ftuħ tal-fork-bolt u parallela mal-wiċċ tal-latch meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.2.1.1.

6.2.2.2.   Fil-każ ta' sistema ta' latch primarju tal-bieba, meta tkun fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja, is-sistema ta' latch primarju ma għandhiex tissepara meta tiġi applikata tagħbija ta' 4 500 N fl-istess direzzjoni bħall-paragrafu 6.2.2.1, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.2.1.1.

6.2.3.   Tagħbija tal-inerzja

Kull sistema ta' latch ta' bieba li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.1 u 6.2.2 għandha tissodisfa r-rekwiżiti dinamiċi jew tal-paragrafu 6.2.3.1 inkella l-kalkolu tar-rekwiżiti tal-inerzja tal-paragrafu 6.2.3.2.

6.2.3.1.   Is-sistema tal-latch tal-bieba ma għandhiex tinħall mill-pożizzjoni fully latched meta tiġi applikata tagħbija ta' inerzja ta' 30 g fuq is-sistema tal-latch tal-bieba, inkluż il-latch u l-apparat tal-attivazzjoni tiegħu, fid-direzzjonijiet paralleli mal-assi lonġitudinali u vertikali tal-vettura bl-apparat tal-illokkjar mhux attivat u meta ttestjata skont il-paragrafu 7.2.1.2.

6.2.3.2.   Ir-reżistenza minima għat-tagħbija tal-inerzja tista' tiġi kkalkolata għal kull komponent jew subassemblaġġ. Ir-reżistenza kkombinata tagħhom għall-operazzjoni tal-ftuħ tal-latch trid tassigura li s-sistema tal-latch ta' bieba, meta tkun armata sewwa fil-bieba tal-vettura, tibqa' latched meta tiġi soġġetta għal tagħbija ta' inerzja ta' 30 g fid-direzzjonijiet tal-vettura speċifikati fil-paragrafu 6.2.1 jew 6.2.2, kif applikabbli, skont il-paragrafu 7.2.1.2.

6.2.4.   Sistema tal-bibien

6.2.4.1.   Il-kombinazzjoni ta' kurrent taż-żerżiq jew mezzi oħrajn ta' sostenn għal kull bieba skorrevoli, waqt li tkun fil-pożizzjoni fully latched, ma għandhiex tissepara minn mad-dawra tal-bieba meta tiġi applikata forza totali ta' 18 000 N fuq il-bieba tul l-assi trasversali tal-vettura skont il-paragrafu 7.2.2.

6.2.4.2.   Il-bieba skorrevoli, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.2.2, ma tgħaddix minn dan ir-rekwiżit jekk isseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

6.2.4.2.1.

Separazzjoni li tippermetti sfera b'dijametru ta' 100 mm tgħaddi mingħajr tfixkil mill-intern tal-vettura għall-estern tal-vettura, filwaqt li tinżamm il-forza meħtieġa.

6.2.4.2.2.

Xi wieħed mill-apparat għall-applikazzjoni tal-forza jilħaq spostament totali ta' 300 mm.

6.3.   Lokkijiet tal-bibien

6.3.1.   Kull bieba għandha tkun mgħammra tal-inqas b'apparat wieħed tal-illokkjar li, meta jintuża, għandu jimpedixxi t-tħaddim tal-manku estern ta' bieba jew ta' apparat ta' kontroll ieħor tar-rilaxx estern tal-latch u li jkollu mezz ta' tħaddim u apparat għar-rilaxx/attivar tal-lokk fuq ġewwa tal-vettura.

6.3.1.1.   Jekk tkun installata, is-sistema tal-illokkjar totali tista' tiġi attivata biss meta ċ-ċavetta tal-ignixin ma tkunx fil-modalità ta' tħaddim tal-magna u għandha tiġi installata f'kombinazzjoni ma' tal-inqas waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

Sistema tal-allarm b'detezzjoni interna skont ir-Regolament Nru 116 jew ir-Regolament Nru 97, jew tagħmir ieħor li kapaċi jindividwa l-moviment tal-okkupant. L-attivazzjoni tas-sistema tal-illokkjar totali għandu jiġi pprojbit meta jiġi individwat moviment ta' xi okkupant fil-kompartiment tal-passiġġieri; jew

(b)

Apparat ta' twissija akustika (eż. ħorn) li jista' jiġi attivat mill-ġewwieni tal-vettura f'każ li l-ignixin tintefa u s-sistema tal-illokkjar totali tiġi attivata.

6.3.2.   Il-bibien tal-ġenb ta' wara

Kull bieba tal-ġenb ta' wara għandha tkun mgħammra tal-inqas b'apparat wieħed tal-illokkjar li, meta jiġi attivat, jimpedixxi t-tħaddim tal-manku intern ta' bieba jew ta' apparat ta' kontroll intern ieħor għar-rilaxx tal-latch u li jeħtieġ azzjonijiet separati biex jiġi ddiżattivat il-lokk tal-bieba u jitħaddem il-manku intern tal-bieba jew ta' apparat ta' kontroll intern ieħor għar-rilaxx tal-latch.

6.3.2.1.   L-apparat tal-illokkjar jista' jkun:

(a)

sistema tal-illokkjar għas-sikurezza tat-tfal; jew

(b)

apparat għar-rilaxx/attivar tal-lokk li jinsab fuq ġewwa tal-vettura u li huwa aċċessibbli faċilment għas-sewwieq tal-vettura jew ta' okkupant bilqiegħda maġenb il-bieba.

6.3.2.2.   Kwalunkwe sistema deskritta fil-paragrafu 6.3.2.1(a) u (b) għandha tkun permessa bħala element addizzjonali tal-illokkjar.

6.3.3.   Il-bibien ta' wara

Kull bieba ta' wara mgħammra b'manku intern jew b'apparat kontroll intern ieħor għar-rilaxx tal-latch, għandha tkun mgħammra b'tal-inqas apparat wieħed tal-illokkjar li jinsab fuq ġewwa tal-vettura li, meta jiġi attivat, jimpedixxi t-tħaddim tal-manku intern tal-bieba jew tal-apparat ta' kontroll intern ieħor għar-rilaxx tal-latch u li jeħtieġ azzjonijiet separati sabiex tinfetaħ il-bieba u jitħaddem il-manku intern tal-bieba jew tal-apparat ta' kontroll intern ieħor għar-rilaxx tal-latch.

6.3.3.1.   L-apparat tal-illokkjar jista' jkun:

(a)

Sistema tal-illokkjar għas-sikurezza tat-tfal; jew

(b)

Tagħmir tar-rilaxx/attivazzjoni tal-lokk li jkun jinsab ġewwa l-vettura u li jkun aċċessibbli faċilment; jew

(c)

Sistema li trendi l-manku ta' ġewwa tal-bieba jew tal-apparat ta' kontroll intern ieħor tar-rilaxx tal-latch għal din il-bieba inoperattiv meta l-veloċità tal-vettura tkun 4 km/h jew aktar; jew

(d)

Kwalunkwe taħlita tal-punti (a), (b) jew (c) hawn fuq.

7.   PROĊEDURI TAT-TEST

7.1.   Bibien biċ-ċappetti

7.1.1.   Latches tal-bibien

7.1.1.1.   Testijiet tat-tagħbija wieħed, tnejn, u tlieta bl-applikazzjoni ta' forza

Il-konformità mal-paragrafi 6.1.1, 6.1.2 u 6.1.3 tintwera skont l-Anness 3.

7.1.1.2.   Applikazzjoni tal-forza tal-inerzja

Il-konformità mal-paragrafu 6.1.4 tintwera skont l-Anness 4.

7.1.2.   Ċappetti tal-bibien

Il-konformità mal-paragrafu 6.1.5 tintwera skont l-Anness 5.

7.2.   Bibien tal-ġenb skorrevoli

7.2.1.   Latches tal-bibien

7.2.1.1.   Testijiet tat-tagħbija wieħed u tnejn bl-applikazzjoni ta' forza

Il-konformità mal-paragrafi 6.2.1 u 6.2.2 tintwera skont l-Anness 3.

7.2.1.2.   Applikazzjoni tal-forza tal-inerzja

Il-konformità mal-paragrafu 6.2.3 tintwera skont l-Anness 4.

7.2.2.   Sistema tal-bibien

Il-konformità mal-paragrafu 6.2.4 tintwera skont l-Anness 6.

8.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-VETTURA

8.1.   Kull modifika għat-tip tal-vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:

8.1.1.

Tqis li l-modifika li saret x'aktarx mhux se jkollha effetti negattivi apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi rapport ieħor tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

8.2.   Konferma jew ċaħda ta' approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 t'aktar 'il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip tal-vettura approvat fir-rigward tal-elementi li kapaċi jimmodifikaw il-karatteristiċi tal-latches tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien jew il-mod li bih ikunu armati.

9.2.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritt fil-paragrafu 9.1 hawn fuq, għandhom isiru numru suffiċjenti ta' kontrolli aleatorji fuq vetturi manifatturati f'serje li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.

9.3.   Bħala regola ġenerali, kif intqal aktar 'il fuq, il-kontrolli għandhom ikunu limitati għat-teħid tal-kejl. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-latches u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 hawn fuq, magħżula mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

10.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 9.1 hawn fuq ma jiġux rispettati, jew jekk l-imsemmija latches u komponenti għaż-żamma tal-bibien ma jgħaddux mit-testijiet previsti fil-paragrafu 9.2 hawn fuq.

10.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b'ittri kbar, l-annotazzjoni iffirmata u ddatata: “PRODUZZJONI MWAQQFA”.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje tal-emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje tal-emendi 03.

13.2.   Sat-12 ta' Awwissu 2012, il-Partijiet Kontraenti li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi preċedenti.

13.3.   Mit-12 ta' Awwissu 2012, il-Partijiet Kontraenti li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura għall-approvazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 03.

13.4.   L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad tip ta' approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta' vettura tat-tip approvata skont is-serje tal-emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

13.5.   Sat-12 ta' Awwissu 2012, l-ebda Parti Kontraenti li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad l-approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta' tip ta' vettura approvat skont is-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

13.6.   Mit-12 ta' Awwissu 2012, il-Partijiet Kontraenti li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jiċħdu l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

13.7.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti jew tiċħad li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 04.

13.8.   Mill-1 ta' Settembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta' emendi 04.

13.9.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jiċħdu li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje tal-emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

13.10.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Settembru 2016 skont is-serje tal-emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. — http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 1

Image 1 Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image 2

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-latches tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien, ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament Nru 11, bin-numru tal-approvazzjoni 042439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 11 kif emendat bis-serje ta' emendi 04.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image 3

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament Nru 11 kif emendat mis-serje ta' emendi 04 u r-Regolament Nru 39, kif emendat mis-serje ta' emendi 04 (1).


(1)  It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

TESTIJIET TAT-TAGĦBIJA WIEĦED, TNEJN, U TLIETA BL-APPLIKAZZJONI TA' FORZA FUQ IL-LATCH

1.   SKOP

Dawn it-testijiet huma intenzjonati sabiex jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni u l-proċeduri tat-testijiet għall-evalwazzjoni u l-ittestjar tas-sistemi ta' latches tal-bibien tal-vetturi għall-ħila tagħhom li jirreżistu tagħbijiet ta' forza f'direzzjonijiet perpendikulari mal-wiċċ tal-latch u parallel mal-wiċċ tal-latch fid-direzzjoni ta' ftuħ tal-fork-bolt. Għall-bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali, it-testijiet huma maħsuba biex jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni u proċedura ta' ttestjar għall-evalwazzjoni tas-sistema ta' latch primarju f'direzzjoni ortogonali mal-ewwel żewġ direzzjonijiet. Is-sistemi tal-latches primarji tal-bieba jridu juru l-ħila li jirreżistu t-tagħbijiet ta' forzi li jiġu applikati kemm fil-pożizzjoni fully latched kif ukoll fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja; is-sistema ta' latch awżiljarju tal-bieba, u sistemi ta' latch oħrajn tal-bieba li jkollhom biss pożizzjoni fully latched, iridu juru l-ħila li jirreżistu tagħbijiet ta' forza f'direzzjonijiet perpendikulari mal-wiċċ tal-latch u paralleli mal-wiċċ tal-latch fid-direzzjoni ta' ftuħ tal-fork-bolt fil-livelli speċifikati għall-pożizzjoni fully latched.

2.   OPERAZZJONI TAT-TEST

2.1.   Test tat-tagħbija numru wieħed

2.1.1.   Tagħmir: Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni (ara l-Figura 3-1).

2.1.2.   Proċeduri

2.1.2.1.   Pożizzjoni fully latched

2.1.2.1.1.   Qabbad il-fixture tat-test mal-bażijiet tal-immuntar tal-latch u l-istriker. Allinja d-direzzjoni tal-irbit b'mod parallel mal-linkage tal-fixture tat-test. Immonta l-fixture tat-test bil-latch u l-istriker fil-pożizzjoni fully latched fil-magna tat-test.

2.1.2.1.2.   Qiegħed il-piżijiet biex tapplika tagħbija ta' 900 N li għandha tendenza li tissepara l-latch u l-istriker fid-direzzjoni tal-ftuħ tal-bieba.

2.1.2.1.3.   Applika t-tagħbija tat-test fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.1 ta' dan ir-Regolament u l-Figura 3-4, b'rata li ma taqbiżx il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.1.2.2.   Pożizzjoni ta' latching sekondarja

2.1.2.2.1.   Qabbad il-fixture tat-test mal-bażijiet tal-immuntar tal-latch u l-istriker. Allinja d-direzzjoni tal-irbit b'mod parallel mal-linkage tal-fixture tat-test. Immonta l-fixture tat-test bil-latch u l-istriker fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja fil-magna tat-test.

2.1.2.2.2.   Qiegħed il-piżijiet biex tapplika tagħbija ta' 900 N li għandha tendenza li tissepara l-latch u l-istriker fid-direzzjoni tal-ftuħ tal-bieba.

2.1.2.2.3.   Applika t-tagħbija tat-test fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.1 ta' dan ir-Regolament u l-Figura 3-4, b'rata li ma taqbiżx il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.1.2.2.4.   Il-plate tat-test li fuqha jkun immuntat il-latch tal-bieba jkollha konfigurazzjoni tal-cut-out tal-istriker simili għall-ambjent li fih jiġi mmuntat il-latch tal-bieba fuq bibien ta' vetturi normali.

2.2.   Test tat-tagħbija numru tnejn

2.2.1.   Tagħmir: Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni (ara l-Figura 3-2).

2.2.2.   Proċeduri

2.2.2.1.   Pożizzjoni fully latched

2.2.2.1.1.   Qabbad il-fixture tat-test mal-bażijiet tal-immuntar tal-latch u l-istriker. Immonta l-fixture tat-test bil-latch u l-istriker fil-pożizzjoni fully latched fil-magna tat-test.

2.2.2.1.2.   Applika t-tagħbija tat-test fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.2 ta' dan ir-Regolament u l-Figura 3-4, b'rata li ma taqbiżx il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.2.2.2.   Pożizzjoni ta' latching sekondarja

2.2.2.2.1.   Qabbad il-fixture tat-test mal-bażijiet tal-immuntar tal-latch u l-istriker. Immonta l-fixture tat-test bil-latch u l-istriker fil-pożizzjoni ta' latching sekondarja fil-magna tat-test.

2.2.2.2.2.   Applika t-tagħbija tat-test fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.2 ta' dan ir-Regolament u l-Figura 3-4, b'rata li ma taqbiżx il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.3.   Test tat-Tagħbija Numru Tlieta (għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali)

2.3.1.   Tagħmir: Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni (ara l-Figura 3-3).

2.3.2.   Proċedura

2.3.2.1.   Qabbad il-fixture tat-test mal-bażijiet tal-immuntar tal-latch u l-istriker. Immonta l-fixture tat-test bil-latch u l-istriker fil-pożizzjoni fully latched fil-magna tat-test.

2.3.2.2.   Applika t-tagħbija tat-test fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 6.1.3 ta' dan ir-Regolament u l-Figura 3-4, b'rata li ma taqbiżx il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

Figura 3-1

Latch tal-Bieba — Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni għat-test tat-tagħbija numru wieħed

Image 4

Figura 3-2

Latch tal-Bieba — Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni għat-test tat-tagħbija numru tnejn

Image 5

Figura 3-3

Latch tal-Bieba — Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni għat-test tat-tagħbija numru tlieta (Għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali)

Image 6

Figura 3-4

Direzzjonijiet tat-Test tat-Tagħbija Statika tal-Bieba

Image 7


ANNESS 4

PROĊEDURI TAT-TEST TAL-INERZJA

1.   SKOP

Sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità tas-sistema tal-latch ta' vettura li tirreżisti t-tagħbija tal-inerzja permezz ta' analiżi matematika tal-partijiet komponenti fir-relazzjoni vera tagħhom mal-karozza jew permezz ta' evalwazzjoni bl-użu ta' test dinamiku.

2.   PROĊEDURI TAT-TEST

2.1.   Għażla 1, Kalkolazzjoni.

2.1.1.   Il-proċedura deskritta f'dan l-anness tipprovdi mezz għall-istabbiliment analitiku tal-kapaċità ta' sistema ta' latch ta' bieba li tirreżisti għat-tagħbija tal-inerzja. Il-forzi tal-molol huma l-medja tal-output minimu tal-molol fil-pożizzjoni installata u l-output minimu tal-molol fil-pożizzjoni ta' rilaxx. L-effetti tal-frizzjoni u x-xogħol li jrid isir ma jitqisux fil-kalkoli. Il-ġibda tal-gravità fuq il-komponenti tista' titħalla barra wkoll jekk hija jkollha tendenza li tillimita l-ftuħ tal-latch. Dawn l-ommissjonijiet mill-kalkoli huma permessibbli minħabba li huma jipprovdu fatturi addizzjonali tas-sigurtà.

2.1.2.   Konsiderazzjoni tal-Kalkoli — Jista' jsir kalkolu għar-reżistenza minima ta' kull komponent jew subassemblaġġ għat-tagħbija tal-inerzja f'direzzjoni partikolari. Ir-reżistenza kkombinata tagħhom għall-operazzjoni ta' ftuħ tal-latch trid tassigura li s-sistema tal-latch tal-bieba (meta tkun armata sewwa fil-bieba tal-vettura) tibqa' fil-pożizzjoni latched meta soġġetta għal tagħbija tal-inerzja ta' 30 g fi kwalunkwe direzzjoni. Figura 4-1 hija eżempju tal-komponenti u l-kombinazzjonijiet tal-komponenti li jridu jiġu kkunsidrati.

2.2.   Għażla 2, Test dinamiku tal-vettura kollha

2.2.1.   Tagħmir tat-test

2.2.1.1.   Apparat tal-aċċellerazzjoni (jew deċellerazzjoni).

2.2.1.2.   Waħda mill-vetturi li ġejjin:

2.2.1.2.1.

Vettura sħiħa li tinkludi mill-inqas il-bieba/bibien, il-latch(es) tal-bieba, il-manku/i esterni tal-bieba b'operazzjoni ta' lukkett mekkaniku, il-liver(s) intern(i) għall-ftuħ tal-bieba, l-apparat(i) tal-għeluq, it-trim fuq ġewwa tal-kompartiment u l-lastku tal-bieba.

2.2.1.2.2.

Bodi abjad ta' vettura (jiġifieri l-qafas tal-vettura, bibien u komponenti oħrajn għaż-żamma tal-bibien) li jinkludi tal-inqas il-bieba/bibien, il-lukkett(i) tal-bieba, il-manku/i estern(i) tal-bieba b'operazzjoni ta' latch mekkaniku, il-liver(s) interni għall-ftuħ tal-bieba, u l-apparat(i) tal-illokkjar.

2.2.1.3.   Apparat jew mezz li jirreġistra l-ftuħ tal-bibien.

2.2.1.4.   Tagħmir biex jitkejlu u jiġu reġistrati l-aċċellerazzjonijiet.

2.2.2.   L-arranġament tat-test

2.2.2.1.   Orbot il-vettura sħiħa jew il-body abjad tal-vettura b'mod riġidu ma' apparat li meta jiġu aċċellerati flimkien jassigura li l-punti kollha fuq il-kurva tal-impuls tal-ħabta ikunu fil-kuritur definit fit-Tabella 4-1 u l-Figura 4-2.

2.2.2.2.   Il-bibien jistgħu jkunu mgħammra b'tether biex jiġi evitat li ssir ħsara fit-tagħmir użat sabiex jiġi rreġistrat il-ftuħ tal-bieba.

2.2.2.3.   Installa t-tagħmir użat biex jirreġistra l-ftuħ tal-bibien.

2.2.2.4.   Agħlaq il-bieba/bibien li jridu jiġu ttestjati u assigura li l-latch(es) tal-bibien ikunu fil-pożizzjoni fully latched, li l-bieba/bibien ma jkunux illokkjati, u li t-twieqi kollha, jekk ipprovduti, ikunu magħluqin.

2.2.3.   Direzzjonijiet tat-test (ara l-Figura 4-3)

2.2.3.1.   Arranġament lonġitudinali 1. Orjenta l-vettura jew il-body abjad b'mod li l-assi lonġitudinali tiegħu jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni, sabiex jiġi ssimulat impatt frontali.

2.2.3.2.   Arranġament lonġitudinali 2. Orjenta l-vettura jew il-body abjad b'mod li l-assi lonġitudinali tiegħu jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni, sabiex jiġi ssimulat impatt minn wara.

2.2.3.3.   Arranġament trasversali 1. Orjenta l-vettura jew il-body abjad b'mod li l-assi trasversali tiegħu jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni, sabiex jiġi ssimulat impatt min-naħa tas-sewwieq.

2.2.3.4.   Arranġament trasversali 2 (Biss għal vetturi li jkollhom arranġamenti tal-bibien differenti fuq kull naħa). Orjenta l-vettura jew il-body abjad b'mod li l-assi trasversali jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni sabiex jiġi ssimulat impatt laterali fid-direzzjoni opposta għal dik deskritta fil-paragrafu 2.2.3.3 ta' dan l-anness.

2.3.   Għażla 3, Test dinamiku tal-bibien

2.3.1.   Tagħmir tat-test

2.3.1.1.   L-assemblaġġ(i) tal-bibien li jinkludi, tal-inqas, il-latch(es) tal-bibien, il-manku/i estern(i) tal-bibien b'operazzjoni mekkanika tal-latch, il-liver(s) interni għall-ftuħ tal-bibien, u l-apparat(i) tal-illokkjar

2.3.1.2.   Fixture tat-test għall-immuntar tal-bieba/bibien.

2.3.1.3.   Apparat tal-aċċellerazzjoni (jew deċellerazzjoni).

2.3.1.4.   Tether.

2.3.1.5.   Apparat jew mezz li jirreġistra l-ftuħ tal-bibien.

2.3.1.6.   Tagħmir biex jitkejlu u jiġu reġistrati l-aċċellerazzjonijiet.

2.3.2.   L-arranġament tat-test

2.3.2.1.   Immonta l-assemblaġġi tal-bibien jew separatament jew kombinati mal-fixture tat-test. Kull bieba u striker għandhom ikunu mmuntati sabiex jikkorrispondu mal-orjentazzjoni tagħhom fuq il-vettura u mad-direzzjoni meħtieġa għat-testijiet tat-tagħbija tal-inerzja (paragrafu 2.3.3 ta' dan l-anness).

2.3.2.2.   Immonta l-fixture tat-test mal-apparat tal-aċċellerazzjoni.

2.3.2.3.   Installa t-tagħmir użat biex jirreġistra l-ftuħ tal-bibien.

2.3.2.4.   Assigura li l-latch tal-bieba jkun fil-pożizzjoni fully latched, li l-bieba tkun tethered, mhux imsakkra u li t-tieqa, jekk ipprovduta, tkun magħluqa.

2.3.3.   Direzzjonijiet tat-test (ara l-Figura 4-3)

2.3.3.1.   Arranġament lonġitudinali 1. Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni ta' impatt frontali.

2.3.3.2.   Arranġament lonġitudinali 2. Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni ta' impatt fuq wara.

2.3.3.3.   Arranġament trasversali 1. Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni ta' impatt fuq in-naħa tas-sewwieq.

2.3.3.4.   Arranġament trasversali 2. Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni opposta għal dik deskritta fil-paragrafu 2.3.3.3 ta' dan l-anness.

2.3.3.5.   Arranġament vertikali 1. (Applikabbli għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali). Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni biex l-assi vertikali tagħha (meta mmuntata ġewwa vettura) jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni, biex tissimula impatt ta' qlib fejn il-forza tiġi applikata fid-direzzjoni minn fuq għal isfel tal-bieba (meta mmuntata ġewwa vettura).

2.3.3.6.   Arranġament vertikali 2. (Applikabbli għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali). Orjenta s-subsistema/i tal-bieba fuq l-apparat tal-aċċellerazzjoni biex l-assi vertikali tagħha (meta mmuntata ġewwa vettura) jkun allinjat mal-assi tal-apparat tal-aċċellerazzjoni, biex tissimula impatt ta' qlib meta l-forza tiġi applikata fid-direzzjoni opposta għal dik deskritta fil-paragrafu 2.3.3.5 ta' dan l-anness.

2.4.   Operazzjoni tat-test għall-għażliet 2 u 3

2.4.1.   Għandu jinżamm livell ta' aċċellerazzjoni minimu ta' 30 g fuq perjodu ta' mill-inqas 30 ms, waqt li l-aċċellerazzjoni tinżamm fil-kuritur tal-impulsi kif definit fit-Tabella 4-1 u muri grafikament fil-Figura 4-2.

2.4.2.   Aċċellera l-fixture tat-test fid-direzzjonijiet li ġejjin:

2.4.2.1.

Għat-testijiet tal-għażla 2:

2.4.2.1.1.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.2.3.1 ta' dan l-anness.

2.4.2.1.2.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.2.3.2 ta' dan l-anness.

2.4.2.1.3.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.2.3.3 ta' dan l-anness.

2.4.2.1.4.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.2.3.4 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.

Għat-testijiet tal-għażla 3:

2.4.2.2.1.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.1 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.2.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.2 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.3.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.3 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.4.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.4 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.5.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.5 ta' dan l-anness.

2.4.2.2.6.

Fid-direzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.3.3.6 ta' dan l-anness.

2.4.3.   Jekk fi kwalunkwe ħin l-impuls jaqbeż is-36 g u r-rekwiżiti tat-test ikunu ġew issodisfati, it-test għandu jitqies bħala validu.

2.4.4.   Assigura li l-bieba ma nfetħitx u ngħalqet waqt it-test.

Figura 4-1

Tagħbija tal-inerzja — Eżempju tal-kalkolu

Mogħtija:

 

Is-sistema ta’ latch ta’ tal-bieba soġġetta għal deċellerazzjoni ta’ 30 g

 

Il-Forza Medja tal-Output tal-Molla tal-Buttuna = 0,459 kgf

 

Pawl Spring Output Torque = 0,0459 kgf m

 

a = 30g (m/s2)

 

F = ma = m × 30 g = m × 294,2

Image 8

 

M1 = 0,0163 kg

M2 = 0,0227 kg

M3 = 0,0122 kg

M4 = 0,0422 kg

d1 = 31,50 mm

d2 = 10,67 mm

d3 = 4,83 mm

d4 = 31,50 mm

d5 = 37,59 mm

d6 = 1,90 mm

F1

=

M1 × a – Tagħbija medja fuq il-molla tal-buttuna = (0,0163 kg × 30 g) – 0,459 kgf = 0,03 × kgf

F2

=

M2 × a = 0,0227 kg × 30 g = 0,681 kgf

F3

=

M3/2 × a = 0,0122 kg/2 × 30 g = 0,183 kgf

Σ Mo

=

F1 × d1 + F2 × d2 – F3 × d3

= 0,03 × 31,5 + 0,681 × 10,67 – 0,183 × 4,83

= 7,33 kgf mm

F5

=

Mo/d4 = 7,33/31,5 = 0,2328 kgf

F6

=

M4 × a = 0,0422 kg × 30 g = 1,266 kgf

Σ Mo

=

Pawl spring output torque- (F5 d5 + F6 d6)/1 000

= 0,0459 – (0,2328 × 37,59 + 1,266 × 1,9)/1 000

= 0,0347 kgf m

Tabella 4-1

Kuritur tal-impuls tal-aċċellerazzjoni

Livell Superjuri

Livell Inferjuri

Punt

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni

(g)

Punt

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni

(g)

A

0

6

E

5

0

B

20

36

F

25

30

C

60

36

G

55

30

D

100

0

H

70

0

Figura 4-2

Impuls tal-aċċellerazzjoni

Image 9

Figura 4-3

Sistema ta' referenza tal-koordinati ta' vettura għall-ittestjar tal-inerzja

Image 10

X

=

direzzjoni lonġitudinali

Y

=

direzzjoni trasversali

Z

=

direzzjoni vertikali


ANNESS 5

PROĊEDURA TAT-TEST FUQ IĊ-ĊAPPETTI

1.   SKOP

Dawn it-testijiet isiru sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità ta' sistema ta' ċappetti ta' vettura li tirreżisti tagħbijiet tat-test:

(a)

Fid-direzzjonijiet lonġitudinali u trasversali u, barra minn hekk;

(b)

Għall-bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali, id-direzzjoni vertikali tal-vettura.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   Sistema b'aktar minn ċappetta waħda

2.1.1.   Test tat-tagħbija lonġitudinali

2.1.1.1.   Tagħmir

2.1.1.1.1.   Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni.

2.1.1.1.2.   Il-Figura 5-1 turi l-fixture tipika ta' test statiku.

2.1.1.2.   Proċedura

2.1.1.2.1.   Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għall-iskopijiet tat-test, id-distanza bejn it-truf estremi ta' ċappetta waħda fis-sistema sat-tarf estrem ta' ċappetta oħra fis-sistema għandha tiġi stabbilita għal 406 ± 4 mm. It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ekwidistanti miċ-ċentru lineari tal-porzjonijiet marbuta tal-pern taċ-ċappetta u minn ġol-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta fid-direzzjoni lonġitudinali tal-vettura. (ara l-Figura 5-2).

2.1.1.2.2.   Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.1.2.   Test tat-tagħbija trasversali

2.1.2.1.   Tagħmir

2.1.2.1.1.   Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni.

2.1.2.1.2.   Il-Figura 5-1 turi l-fixture tipika ta' test statiku.

2.1.2.2.   Proċedura

2.1.2.2.1.   Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għall-iskopijiet tat-test, id-distanza bejn it-truf estremi ta' ċappetta waħda fis-sistema sat-tarf estrem oppost ta' ċappetta oħra fis-sistema għandha tiġi stabbilita għal 406 ± 4 mm. It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ekwidistanti miċ-ċentru lineari tal-porzjonijiet marbuta tal-pernijiet taċ-ċappetta u minn ġol-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta fid-direzzjoni vertikali tal-vettura (ara l-Figura 5-2).

2.1.2.2.2.   Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.1.3.   Test tat-Tagħbija Vertikali (Għal bibien li jinfetħu fid-direzzjoni vertikali)

2.1.3.1.   Tagħmir

2.1.3.1.1.   Fixture għall-ittestjar tat-tensjoni.

2.1.3.1.2.   Il-Figura 5-1 turi l-fixture tipika ta' test statiku.

2.1.3.2.   Proċedura

2.1.3.2.1.   Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għall-iskopijiet tat-test, id-distanza bejn it-truf estremi ta' ċappetta waħda fis-sistema sat-tarf estrem oppost ta' ċappetta oħra fis-sistema għandha tiġi stabbilita għal 406 ± 4 mm. It-tagħbija għandha tiġi applikata minn ġewwa l-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta f'direzzjoni ortogonali mat-tagħbijiet lonġitudinali u trasversali (ara l-Figura 5-2).

2.1.3.2.2.   Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.2.   Evalwazzjoni ta' ċappetta individwali. F'ċerti ċirkostanzi, jista' jkun neċessarju li jiġu ttestjati ċ-ċappetti individwali ta' sistema ta' ċappetti. F'każijiet bħal dawn, ir-riżultati għal ċappetta individwali, meta ttestjata skont il-proċeduri ta' hawn isfel, għandhom ikunu tali li jindikaw li r-rekwiżiti tas-sistema fil-paragrafu 6.1.5.1 ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. (Pereżempju, ċappetta individwali f'sistema ta' żewġ ċappettit trid tkun kapaċi tirreżisti 50 fil-mija tar-rekwiżiti tat-tagħbija tas-sistema kollha.)

2.2.1.   Proċeduri tat-test

2.2.1.1.   Tagħbija Lonġitudinali. Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għall-finijiet tat-test, it-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ekwidistanti miċ-ċentru lineari tal-porzjonijiet marbuta tal-pern taċ-ċappetta u minn ġol-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta fid-direzzjoni lonġitudinali tal-vettura. Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.2.1.2.   Tagħbija trasversali. Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għall-finijiet tat-test, it-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ekwidistanti miċ-ċentru lineari tal-pożizzjonijiet marbuta tal-pern taċ-ċappetta u minn ġol-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta fid-direzzjoni trażversali tal-vettura. Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.2.1.3.   Tagħbija Vertikali. Qabbad is-sistema taċ-ċappetti mal-bażijiet għall-immuntar tal-fixture tat-test. L-orjentazzjoni taċ-ċappetti trid tissimula l-pożizzjoni tal-vettura (bieba magħluqa għalkollox) fir-rigward tal-linja ċentrali taċ-ċappetta. Għal skopijiet ta' test, it-tagħbija għandha tiġi applikata fil-linja ċentrali tal-pern taċ-ċappetta f'direzzjoni ortogonali mat-tagħbijiet lonġitudinali u trasversali. Applika t-tagħbija tat-test b'rata li ma għandhiex taqbeż il-5 mm/min sakemm tinkiseb it-tagħbija meħtieġa. Il-falliment jikkonsisti mis-separazzjoni ta' waħda miċ-ċappetti. Irreġistra t-tagħbija massima li tinkiseb.

2.3.   Għaċ-ċappetti tat-tip “piano hinge”, ir-rekwiżiti dwar l-ispazjar taċ-ċappetti mhumiex applikabli u l-arranġament tal-apparat tat-test huwa mibdul sabiex il-forzi tat-test jiġu applikati fuq iċ-ċappetta kollha.

Figura 5-1

Fixtures tat-testijiet statiċi

Image 11

Figura 5-2

Direzzjonijiet tat-test tat-tagħbija statika għal bibien li jinfetħu f'direzzjoni vertikali.

Image 12


ANNESS 6

BIEBA TAL-ĠENB SKORREVOLI — TEST TAL-BIBIEN KOMPLUTI

1.   SKOP

Dan it-test huwa intenzjonat sabiex jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni u proċedura tat-test għall-evalwazzjoni u l-ittestjar tal-komponenti għaż-żamma tal-bibien skorrevoli meta jkunu installati kemm fuq il-bieba kif ukoll fuq id-dawra tal-bieba. Dan it-test jikkumplimenta t-testijiet applikabbli fl-Anness 3 u fl-Anness 4.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

2.1.   It-testijiet isiru bl-użu ta' vettura sħiħa jew body abjad bil-bieba skorrevoli u l-komponenti għaż-żamma tagħha.

2.2.   It-test isir billi jintużaw żewġ apparati għall-applikazzjoni tal-forza li kapaċi japplikaw il-forzi trasversali 'l barra speċifikati fil-paragrafu 6.2.4 ta' dan ir-Regolament. L-arranġament tat-test huwa muri fil-Figura 6-1. Is-sistema għall-applikazzjoni tal-forza għandha tinkludi dawn li ġejjin:

2.2.1.

Żewġ plates għall-applikazzjoni tal-forza.

2.2.2.

Żewġ apparati għall-applikazzjoni tal-forza li kapaċi japplikaw ir-rekwiżiti tat-tagħbija trasversali 'l barra għal spostament minimu ta' 300 mm.

2.2.3.

Żewġ ċelluli ta' tagħbija ta' kapaċità suffiċjenti sabiex ikejlu t-tagħbijiet applikati.

2.2.4.

Żewġ apparati ta' kejl tal-ispostament lineari li huma meħtieġa sabiex ikejlu l-ispostament tal-apparat għall-applikazzjoni tal-forza waqt it-test.

2.2.5.

Tagħmir għall-kejl ta' mill-anqas 100 mm ta' separazzjoni bejn l-intern tal-bieba u x-xifer ta' barra tal-qafas tal-bieba, waqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti kollha dwar is-saħħa u s-sikurezza.

3.   L-ARRANĠAMENT TAT-TEST

3.1.   Neħħi l-komponenti dekorattivi interni kollha mill-assemblaġġ tal-bieba skorrevoli.

3.2.   Neħħi s-sits u kwalunkwe komponent intern ieħor li jista' jinterferixxi mal-immuntar u t-tħaddim tat-tagħmir tat-test u kull tirqim tal-pilastru u kwalunkwe komponent mhux strutturali li jirkeb fuq il-bieba u jikkawża spostament ħażin tal-plates għall-applikazzjoni tal-forza.

3.3.   Immonta l-apparati għall-applikazzjoni tal-forza u l-istruttura ta' sostenn assoċjata mal-qiegħ tal-vettura tat-test. Kull apparat għall-applikazzjoni tal-forza u struttura ta' sostenn assoċjata hija mwaħħla b'mod riġidu fuq wiċċ orizzontali fuq il-qiegħ tal-vettura, waqt li jiġu applikati t-tagħbijiet.

3.4.   Stabbilixxi x-xifer ta' quddiem u ta' wara tal-bieba skorrevoli, jew l-istruttura tal-vettura li tmiss magħha, li fiha lukkett/striker.

3.5.   Agħlaq il-bieba skorrevoli, filwaqt li tassigura li l-komponenti kollha li jżommu l-bieba jkunu marbutin għalkollox.

3.6.   Għal kull xifer ta' bieba ttestjat li jkun fih latch/striker, jintużaw il-proċeduri ta' arranġament li ġejjin:

3.6.1.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija twila 150 mm, wiesgħa 50 mm u ħoxna mill-inqas 15-il mm. Ix-xfar tal-plate jiġu għat-tond għal raġġ ta' 6 mm ± 1 mm.

3.6.2.

Poġġi l-apparat għall-applikazzjoni tal-forza u l-plate għall-applikazzjoni tal-forza kontra l-bieba sabiex il-forza applikata tkun orizzontali u normali mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, u ċċentrat b'mod vertikali fuq il-porzjon tal-latch/striker immuntat fuq il-bieba.

3.6.3.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija ppożizzjonata b'mod li x-xifer it-twil tal-plate ikun kemm jista' jkun qrib, u parallel max-xifer intern tal-bieba, iżda mhux li x-xifer ta' quddiem tal-plate ikun iżjed minn 12,5 mm mix-xifer intern.

3.7.   Għal kull xifer ta' bieba ttestjat li jkun fih aktar minn latch/striker wieħed, jintużaw il-proċeduri ta' arranġament li ġejjin:

3.7.1.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija twila 300 mm, wiesgħa 50 mm u ħoxna mill-inqas 15-il mm. Ix-xfar tal-plate jiġu għat-tond għal raġġ ta' 6 mm ± 1 mm.

3.7.2.

Poġġi l-apparat għall-applikazzjoni tal-forza u l-plate għall-applikazzjoni tal-forza kontra l-bieba sabiex il-forza applikata tkun orizzontali u normali mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, u ċċentrat b'mod vertikali fuq punt li jkun nofs triq bejn ix-xfar l-aktar fuq barra tal-assemblaġġi tal-latch/striker.

3.7.3.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija ppożizzjonata b'mod li x-xifer it-twil tal-plate ikun kemm jista' jkun qrib, u parallel max-xifer intern tal-bieba, iżda mhux li x-xifer ta' quddiem tal-plate ikun iżjed minn 12,5 mm mix-xifer intern.

3.8.   Għal kwalunkwe xifer tal-bieba ttestjat li ma jkunx fih tal-inqas latch/striker wieħed, jintużaw il-proċeduri ta' arranġament li ġejjin:

3.8.1.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija twila 300 mm, wiesgħa 50 mm, u ħoxna mill-inqas 15-il mm.

3.8.2.

Poġġi l-apparat għall-applikazzjoni tal-forza u l-plate għall-applikazzjoni tal-forza kontra l-bieba sabiex il-forza applikata tkun orizzontali u normali mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, u ċċentrat b'mod vertikali fuq punt nofs triq tul ix-xifer tal-bieba sabiex ikun żgurat li l-apparat tat-tagħbija jevita l-kuntatt mal-ħġieġ tal-bieba.

3.8.3.

Il-plate għall-applikazzjoni tal-forza hija ppożizzjonata kemm jista' jkun qrib tax-xifer tal-bieba. Mhux meħtieġ li l-plate għall-applikazzjoni tal-forza tkun vertikali.

3.9.   Il-bieba ma tkunx illokkjati. Ma tista' tiġi wweldjata jew imwaħħla l-ebda fixture jew komponent addizzjonali mal-bieba skorrevoli tal-ġenb jew ma' xi komponent tagħha.

3.10.   Qabbad kwalunkwe tagħmir użat għall-kejl tas-separazzjoni tal-bieba li jkun se jintuża sabiex jistabbilixxi l-livelli ta' separazzjoni waqt il-proċedura tat-test.

3.11.   Poġġi l-istruttura tal-applikazzjoni tat-tagħbija b'mod li l-plates għall-applikazzjoni tal-forza jkunu f'kuntatt mal-intern tal-bieba skorrevoli.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

4.1.   Ċaqlaq kull apparat għall-applikazzjoni tal-forza b'rata sa 2 000 N kull minuta, kif speċifikat mill-manifattur, sakemm tinkiseb forza ta' 9 000 N fuq kull apparat għall-applikazzjoni tal-forza jew sakemm xi wieħed mill-apparati għall-applikazzjoni tal-forza jilħaq spostament totali ta' 300 mm.

4.2.   Jekk wieħed mill-apparati għall-applikazzjoni tal-forza jilħaq il-forza fil-mira ta' 9 000 N qabel l-ieħor, żomm il-forza ta' 9 000 N b'dak l-apparat għall-applikazzjoni tal-forza sakemm it-tieni apparat għall-applikazzjoni tal-forza jilħaq il-forza ta' 9 000 N.

4.3.   Ladarba ż-żewġ apparati għall-applikazzjoni tal-forza jkunu laħqu 9 000 N kull wieħed, waqqaf il-moviment 'il quddiem tal-apparati għall-applikazzjoni tal-forza u żomm taħt it-tagħbija li tirriżulta għal minimu ta' 10 sekondi.

4.4.   Żomm il-pożizzjoni tal-apparat għall-applikazzjoni tal-forza tal-paragrafu 4.3, u fi żmien 60 sekonda, kejjel is-separazzjoni bejn ix-xifer estern tad-dawra tal-bieba u l-intern tal-bieba tul il-perimetru tal-bieba.

Figura 6-1

Il-proċedura tat-test tal-bibien skorrevoli tal-ġenb fuq il-vettura kompluta

(Nota: Il-bieba skorrevoli tidher separata minn mal-vettura)

Image 13